EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996L0034

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/34/KE tat-3 ta' Ġunju 1996 dwar il-ftehim qafas fuq il-leave tal-ġenituri konkluż mill-UNICE, CEEP u ta' ETUC

OJ L 145, 19.6.1996, p. 4–9 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 05 Volume 002 P. 285 - 290
Special edition in Estonian: Chapter 05 Volume 002 P. 285 - 290
Special edition in Latvian: Chapter 05 Volume 002 P. 285 - 290
Special edition in Lithuanian: Chapter 05 Volume 002 P. 285 - 290
Special edition in Hungarian Chapter 05 Volume 002 P. 285 - 290
Special edition in Maltese: Chapter 05 Volume 002 P. 285 - 290
Special edition in Polish: Chapter 05 Volume 002 P. 285 - 290
Special edition in Slovak: Chapter 05 Volume 002 P. 285 - 290
Special edition in Slovene: Chapter 05 Volume 002 P. 285 - 290
Special edition in Bulgarian: Chapter 05 Volume 003 P. 160 - 165
Special edition in Romanian: Chapter 05 Volume 003 P. 160 - 165

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 07/03/2012; Imħassar b' 32010L0018

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1996/34/oj

31996L0034



Official Journal L 145 , 19/06/1996 P. 0004 - 0009


ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 96/34/KE

tat-3 ta' Ġunju 1996

dwar il-ftehim qafas fuq il-leave tal-ġenituri konkluż mill-UKIIE, ĊEIP u ta' KETU

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra il-ftehim dwar il-politika socjali, anness mal-protokoll (Nru 14) dwar il-politika socjali, anness mat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunitá Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 4(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummisjoni,

(1) Billi abbażi tal-protokoll dwar il-politika soċjali, l-Istati Membri, bl-eċċezzjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq, (minn issa 'il quddiem imsemmija bħala 'l-Istati Membri'), jixtiequ li jimxu mal-pjan mifrux fil-Karta Soċjali ta' l-1989 ikkonkludew Ftehim bejniethom dwar il-politika soċjali;

(2) Billi l-amministazzjoni u x-xogħol jistgħu, skond l-Artikolu 4(2) tal-Ftehim dwar il-politika soċjali, jitolbu konġuntement li ftehim fil-livell Komunitarju ikun implementat b' deċiżjoni tal-Kunsill fuq il-proposta mill-Kummissjoni;

(3) Billi l-paragrafu 16 tal-Karta Komunitarja tad-Drittijiet Soċjali Fundamentali tal-Ħaddiema dwar it-trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa, fosthom, li 'għandhom ikunu żviluppati miżuri sabiex jiippermettu l-irġiel u n-nisa jaqdu flimkien l-obbligi tagħhom tax-xogħol u tal-familja';

(4) Billi l-Kunsill, minkejja l-eżistenza ta' kunsens wiesa', ma wasalx biex jaġixxi fuq il-proposta ghal-Direttiva dwar il-leave tal-ġenituri għall-raġunijiet familjari (1) , kif emendata (2) fil-15 ta' Novembru 1984;

(5) Billi il-Kummissjoniskond l-Artikolu 3(2) tal-Ftehim dwar il-politika soċjali, ikkonsultat lis-sieħba soċjali dwar id-direzzjoni possibbli ta' l-azzjoni Komunitarja fir-rigward tar-rikonċiljazzjoni tal-ħajja tax-xogħol u dik tal-familja;

(6) Billi l-Kummissjoni, li kkunsidrat wara din il-konsultazzjoni li l-azzjoni Komunitarja kienet mixtieqa, għal darb' oħra ikkunsultat lis-sieħba soċjali dwar is-sustanza tal-proposta prevista skond l-Artikolu 3(3) tal-Ftehim imsemmi;

(7) Billi l-organizzazzjonijiet ta' natura generali ta' l-industrija (UKIIE, ĊEIP u ta' KETU) (l-Unjoni tal-Konfederazzjonijiet ta' l-Industrija u ta' min iħaddem fl-Ewropa)(Iċ-Ċentru Ewropew ta' l-Intrapriżi Pubbliċi)(Konfederazzjoni Ewropea tat-TradeUnions) informaw lill-Kummissjoni fl-ittra konġunta tal-5 ta' Lulju 1995 dwar ix-xewqa tagħhom li jibdew il-proċedura prevista fl-Artikolu 4 tal-ftehim imsemmi;

(8) Billi organizzazzjonijiet ta' natura ġenerali ta' l-industrija mmsemija kkonkludew, fl-14 ta' Diċembru 1995, il-ftehim qafas dwar il-leave tal-ġenituri; billi huma ressqu it-talba konġunta tagħhom lill-Kummissjoni biex timplimenta il-qafas ta' dan il-ftehim b'Deċiżjoni tal-Kunsill fuq proposta tall-Kummissjoni skond l-Artikolu 4(2) tal-ftehim imsemmi;

(9) Billi l-Kunsill, fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Diċembru 1994 dwar ċerti aspetti għall-politika soċjali ta' l-Unjoni Ewropea: kontribuzzjoni għall-konverġenza ekonomika u soċjali ta' l-Unjoni (3), stiednet liż-żewġ partijiet ta' l-industrija biex jagħmlu użu mill-possibilitajiet biex ikunu konklużi ftehim, peress li huma bħala regola ġenerali ikunu eqreb għar-realtà u l-problemi soċjali; billi f' Madrid, il-membri tal-Kunsill Ewropew minn dawk l-Istati li ffirmaw il-ftehim laqgħu b'approvazzjoni il-konkluzjoni tal-qafas tal-ftehim;

(10) Billi l-partijiet firmatarji riedu jikkonkludu qafas ta' ftehim li juri l-ħtiġiet dwar il-leave tal-ġenituri u l-ħin frank mix-xogħol a bażi ta' forza maġġuri, u jirreferi lura għall-Istati Membri u/jew għall-imsieħba soċjali d-definizjoni tal-kondizzjonijiet li taħthom ikun jista' jingħata l-istess leave tal-ġenituri meħud kont tas-sitwazzjoni inkluża s-sitwazzjoni rigward il-politika tal-familja eżistenti f'kull Stat Membru, b'mod partikolari il-kondizzjonijiet li taħthom jingħata l-leave tal-ġenituri u jiġi eżerċitat id-dritt għall-leave tal-ġenituri.

(11) Billi l-istrument approprjat biex jimplimenta l-ftehim ta' qafas huwa Direttiva fis-sens ta' l-Artikolu 189 tat-Trattat; li jorbot l-Istati Membri li jilħqu ir-riżultat imma tħallilhom l-għażla tal-forma u l-metodi;

(12) Billi, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà u l-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbiliti fl- Artikolu 3b tat-Trattat, l-iskopijiet ta' din id-Direttiva ma' jistgħux jintlaħħqu biżżejjed mill-Istati Membri u allura jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju; billi din id-Direttiva hi limitata għall-ħtiġiet minimi biex tilħaq dawn l-iskopijiet u ma tmurx iktar lil hinn minn dak li hu meħtieġ għal dan l-iskop;

(13) Billi l-Kummissjoni abbozzat il-proposta għal Direttiva, li tieħu kont ta' l-istatus rapprezentattiv tal-partijiet firmatarji, tal-mandat tagħhom u tal-legalità tal-klawsoli tal-ftehim ta' qafas u tal-konformità mad-disposizzjonijiet rilevanti li jikkonċernaw impriżi żgħar u ta'daqs medju;

(14) Billi l-Kummissjoni skond il-Kumunikazzjoni tagħha tal-14 ta' Diċembru 1993 li tikkonċerna l-implimentazzjoni tal- Protokoll dwar il-politika soċjali, infurmat lill-Parlament Ewropew billi bagħtitlu test tal-ftehim qafas, akkumpanjat bil-proposta tagħha għal Direttiva u memorandum ta'spjega;

(15) Billi l- Kummissjoni infurmat wkoll lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali billi bagħtitlu test tal-ftehim qafas, akkummpanjat bil-proposta tagħha għal Direttiva u l-memorandum ta' spjegazzjoni;

(16) Billi l-klawsola 4 punt 2 tal-ftehim qafas tiddikjara li l-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet ta' dan il-ftehim ma tikkostitwix raġunijiet validi biex jitnaqqas il-livell ta' protezzjoni mogħti lil ħaddiema li jaqgħu taħt dan il-ftehim. Dan ma jippreġudikax id-dritt ta' l-Istati Membri u/jew l-imsieħba soċjali li jiżviluppaw leġislazzjoni, disposizzjonijiet regolatorji jew kontrattwali differenti fid-dawl ta' ċirkostanzi li jinbidlu (inkluża l-introduzzjoni ta'non-trasferibbilità ), sakemm il-ħtiġiet minimi previsti fil-ftehim preżenti huma mħarsa;

(17) Billi l-Karta Komunitarja tad-Drittijiet Soċjali Fundamentali tal-Ħaddiema tirrikonoxxi l-importanza tal-ġlieda kontra kull forma ta' diskriminazzjoni, speċjalment dik ibbażata fuq is-sess, il-kulur, ir-razza, l-opinjoni u t-twemmin;

(18) Billi l-Artikolu F(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jgħid li 'l-Unjoni għandha tirrispetta d-drittijiet fondamentali, kif mogħtija mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet Umani u l-Libertajiet Fondamentali iffirmata f' Ruma fl-4 ta' Novembru 1950 u kif jirriżultaw mit- tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri, bħala prinċipji ġenerali tal-liġi Komunitarja;

(19) Billi l-Istati Membri jistgħu jafdaw lis-sieħba soċjali, fuq talba konġunta tagħhom, bl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, sakemm jieħdu l-passi kollha neċessarji biex jiżġuraw li jistgħu dejjem jiggarantixxu r-riżultati imposti b'din id-Direttiva;

(20) Billi l-implimentazzjoni tal-ftehim qafas tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-iskopijiet taħt l-Artikolu 1 tal-Ftehim dwar il-politika soċjali,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

L-Implimentazzjoni tal-ftehim qafas

L-Iskop ta' din id-Direttiva hu li jqiegħed fis-seħħ il-ftehim qafas anness dwar il-leave tal-genituri konkluż fl-14 ta' Diċembru 1995 bejn l-organizzazzjonijiet ta' natura generali ta' l-industrija (UKIIE, ĊEIP u ta' KETU).

L-Artikolu 2

Disposizzjonijiet finali

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijeit amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sat-3 ta' Ġunju 1998 fl-iktar tard jew għandhom jassiguraw li sa dik id-data fl-iktar tard is-sieħba soċjali jkunu introduċew il-miżuri neċessarji skond il-ftehim, u l-Istati Membri jkunu meħtieġa jieħdu kull miżura neċessarja li tippermettilhom f'kull ħin ikunu f'pożizzjoni li jiggarantixxu r-riżultati imposti b'din id-Direttiva. Għandhom jgħarrfu b'dan lill-Kummissjoni fil-pront.

2. L-Istati Membri jistgħu jiddisponu minn żmien addizzjonali massimu ta' sena, jekk dan huwa neċesarju biex jittieħed kont tad-diffikultajiet speċjali jew l-implimentazzjoni bi ftehim kollettiv.

Dawn għandhom jinfurmaw fil-pront lill-Kummissjoni dwar dawn iċ-ċirkostanzi.

3. Meta l-Istati Membri jadottaw il-miżuri msemmija fil-paragrafu1, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkompanjati b'din ir-referenza meta jkunu ppubblikati uffiċjalment. Il-metodi dwar kif issir din ir-riferenza għandhom jiġu preskritti mill-Istati Membri.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fil-Lussemburgu, fit-3 ta' Ġunju 1996.

Għall-Kunsill

Il-President

T. TREU

L-ANNESS

IL-FTEHIM QAFAS DWAR IL-LEAVE TAL-ĠENITURI

PREAMBOLU

Il-ftehim qafas anness jirrappreżenta l-impenn ta' l-UKIIE, ĊEIP u ta' KETU biex jistabbilixxu l-ħtiġiet minimi dwar il-leave tal-ġenituri u l-ħin frank mix-xogħol a bażi ta' forza maġġuri, bħala mezz importanti biex jistgħu jkunu rikonċiljati l-ħajja tax-xogħol u tal-familja u biex jippromwovu l-opportunitajiet u trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa.

Il-KETU, l-UKIIE u ĊEIP talbu lill-Kummissjoni biex tissottometti dan il-ftehim qafas lill-Kunsill għal-Deċiżjoni tal-Kunsill li tagħmel obbligatorju dawn il-ħtiġiet minimi fl-Istati Membri tal-Komunità Ewropej, bl-eċċezjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittania u l-Irlanda ta' Fuq.

I. KONSIDERAZZJONIJIET ĠENERALI

1. Wara li kkunsidraw il-Ftehim dwar il-politika socjali anness mal-Protokoll dwar il-politika socjali, anness mat-Trattat li jistabilixxi l-Komunitá Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 3(4) u 4(2) tiegħu,

2. Billi l-Artikolu 4(2) ta' dan il-Ftehim dwar il-politika soċjali jipprovdi li l-ftehim konkluż f'livell Komunitarju għandu jiġi implimentat, fuq talba konġunta tal-partijiet firmatarji, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill fuq il-proposta mill-Kummissjoni;

3. Billi l-Kummissjoni ħabbret l-intenzjoni tagħha li tipproponi miżura Komunitarja dwar il-mod kif tirrikonċilja l-ħajja tax-xogħol u tal-familja;

4. Billi l-Karta Komunitarja dwar id-Drittijiet Soċjali Fundamentali tipprovdi fil-punt 16 li jitkellem dwar it-trattament ugwali li għandhom ikunu żviluppati miżuri biex jippermettu lill-irġiel u n-nisa li jaqdu flimkien l-obbligi tagħhom tax-xogħol u tal-familji;

5. Billi r-Rizoluzzjoni tal-Kunsill tas-6 ta' Diċembru 1994 irrikonoxxiet li politika effettiva ta' opportunitajiet ugwali tippresupponi strateġija integrata ġenerali li tippermetti l-organizzazzjoni aħjar tal-ħinijiet tax-xogħol u flessibilità akbar, u għal ritorn iktar faċli għall-ħajja tax-xogħol, u nnotat ir-rwol importanti ta' l-imsieħba soċjali f'dan il-qasam u fl-offerta kemm lill-irġiel u lin-nisa ta' l-opportunità li jaqdu flimkien ir-responsabbiltajiet tax-xogħol u l-obbligi familjari;

6. Billi miżuri biex jiġu rrikonċiljati ir-responsabbiltajiet tax-xogħol u l-ħajja familjari għandhom jinkoraġġixxu l-introduzzjoni ta' modi ġodda flessibbli fl-organizzazzjoni tax-xogħol u tal-ħin li jkunu iktar adatti għall-bżonnijiet qed jinbidlu tas-soċjetà u li tieħu inkonsiderazzjoni il-bżonnijiet kemm ta' l-impriża kif u koll tal-ħaddiema;

7. Billi l-politika tal-familja għandha titqies fil-kuntest tat-tibdil demografiku, ta' l-effetti ta' popolazzjoni li tkun qed tikber fl-eta', tat-tqarrib bejn il-ġenerazzjonijiet u l-parteċipazzjoni tan-nisa fil-ħajja tax-xogħol ;

8. Billi l-irġiel għandhom ikunu mħeġġa jassumu sehem ugwali tar-responsabbiltajiet familjari, per eżempju, għandhom ikunu mħeġġa jieħdu leave tal-ġenituri permezz ta' programmi ta' sensibilizzazzjoni;

9. Billi l-ftehim preżenti huwa il-ftehim qafas li jistabilixxi l-ħtiġiet minimi u disposizzjonijiet għal leave tal-genituri, kif distinti mill-leave tal-maternità, u minn ħin frank mix-xogħol abażi ta' forża maġġuri, u jirreferi lura għall-Istati Membri u s-sieħba soċjali għat-twaqqif tal-kondizzjonijiet ta' aċċess u regoli ddettaljati ta' l-applikazzjoni biex jieħdu kont tas-sitwazzjoni f' kull Stat Membru;

10. Billi l-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-manutenzjoni ta' intitolamenti għall-benefiċċji in natura taħt assigurazzjoni tal-mard tul perijodu minimu ta' leave tal-ġenituri;

11. Billi l-Istati Membri għandhom ukoll, meta approprjat taħt kondizzjonijiet nazzjonali u b'kont meħud tas-sitwazzjoni tal-budget, jikkunsidraw il-manutenzjoni ta' intitolamenti għal benefiċċji rilevanti tas-sigurtà soċjali matul il-perijodu minimu tal-leave tal-ġenituri;

12. Billi dan il-ftehim jieħu inkonsiderazzjoni l-bżonn li jittejbu l-ħtiġiet tal-politika soċjali, biex tissaħħaħ il-kompetittività ta' l-ekonomija Kmunitarja u biex tkun evitata l-imposizzjoni ta' rbit amministrattiv, finanzjarju u legali b'tali mod li jista' jkun ta' xkiel għall-ħolqien u l-iżvilupp ta' impriżi żgħar u ta' daqs medju;

13. Billi l-imsieħba soċjali qegħdin fl-aħjar pożizzjoni biex isibu soluzzjonijiet li jikkorrispondu għall-bżonnijiet kemm ta' min iħaddem kif ukoll tal-ħaddiema u għandu għalhekk jingħatalhom rwol speċjali fl-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-ftehim preżenti,

IL-PARTIJIET FIRMATARJI FTEHMU DAN LI ĠEJ:

II. IL-KONTENUT

Il-Klawsola 1:

L-Iskop u l-kamp ta' l-applikazzjoni

1. Dan il-ftehim jistabilixxi ħtiġiet minimi intiżi biex jiffaċilitaw ir-rikonċiljazzjoni tar-responsabbilitajiet professjonali u tal-familja għall-ġenituri li jaħdmu.

2. Dan il-ftehim japplika għall-ħaddiema kollha, rgiel u nisa, li għandhom kuntratt ta'mpjieg jew relazzjoni ta' xogħol kif definit mill-liġi, ftehim kollettiv jew prattika fis-seħħ f'kull Stat Membru.

Il-Klawsola 2: Il-Leave tal-ġenituri

1. Dan il-ftehim jagħti, b'riżerva tal-klawsola 2.2, lill-ħaddiema rġiel u dawk nisa, id-dritt individwali għall-leave tal-ġenituri għar-raġuni tat-twelid jew ta' l-adozzjoni biex ikunu jistgħu jieħdu ħsieb il-wild, għall-anqas għal tliet xhur, sa' l-età li tista' tkun ta' tmien snin li għandha tiġi definita mill-Istati Membri u/jew l-imsieħba soċjali.

2. Biex jippromwovu opportunitajiet u trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa, il-partijiet għal dan il-ftehim jikkunsidraw li d-dritt għall-leave tal-ġenituri previst taħt il-klawsola 2.1 għandu, in prinċipju, jingħata fuq bażi non-trasferibbli.

3. Il-kondizzjonijiet ta' l-aċċess u r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-leave tal-ġenituri għandhom ikunu definiti mill-liġi u /jew bi ftehim kollettiv fl-Istati Membri, sakemm il-ħtiġiet minimi ta' dan il-ftehim ikunu mħarsa. L-Istati Membri u /jew l-imsieħba soċjali jistgħu, in partikulari:

(a) jiddeċiedu jekk il-leave tal-ġenituri jingħatax fuq bażi ta' full-time jew part-time, b'mod frammentat jew b'sistema ta' kreditu ta' ħin;

(b) jissoġġettaw il-kwalifikazzjoni għall-leave tal-ġenituri għal perijodu ta' xogħol u /jew ta' anzjanità fix-xogħol li ma jistax ikun iktar minn sena;

(ċ) jaġġustaw l- kondizzjonijiet ta' aċċess u r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-leave tal-ġenituri għaċ-ċirkostanzi speċjali ta' l-adozzjoni;

(d) jiffissaw perjodi ta' avviż li għandhom jingħataw mill-ħaddiem lil min ikun qed iħaddmu meta jeżerċita d-dritt tal-leave tal-ġenituri, fejn jispeċifika il-bidu u tmiem tal-perijodu tal-leave;

(e) jiddefinixxi iċ-ċirkostanzi li fihom min iħaddem, wara konsultazzjoni skond il-liġijiet, il-ftehim kollettiv u l-prattiċi nazzjonali, ikollu l-permess li jipposponi l-benefiċċju tal-leave tal-ġenituri għall-raġunijiet ġustifikati li għandhom x'jaqsmu ma' l-operazzjoni ta' l-impriża (eż. meta xogħol huwa ta' natura staġjonali, fejn ma jkunx jinstab sostitut fil-perijodu ta' l-avviż, u meta proporzjon sinifikanti tal-forza tax-xogħol tapplika fl-istess ħin għal-leave tal-ġenituri, meta l-funzjoni speċifika hija ta' importanza strateġika). Kull problema li tinqala' mill-applikazzjoni ta' din id-disposizzjoni għandha tkun trattata skond il-liġi, l-ftehim kollettiv u l-prattika nazzjonali;

(f) Minbarra (e), jawtorizzaa ftehim specjali biex jissodisfa l-ħtiġiet operattivi u tax-xogħol ta' mpriżi żgħar.

4. Biex jiżguraw li l-ħaddiema jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tal-leave tal-ġenituri, l-Istati Membri u/jew l-imsieħba soċjali għandhom jieħdu il-miżuri neċċessarji biex jipproteġu lill-ħaddiem kontra t-tkeċċija abbażi ta' applikazzjoni għal, jew minħabba li jittieħed, leave tal-ġenituri skond il-liġi nazzjonali, il-ftehim kollettiv u l-prattiċi nazzjonali.

5. Fl-aħħar tal-leave tal-ġenituri, il-ħaddiema għandu jkollhom id-dritt jirritornaw għall-istess impjieg jew, jekk dan mhuwiex possibbli, għal impjieg ekwivalenti jew simili konsistenti mal-kuntratt ta' l-impjieg jew mar-relazzjoni tax-xogħol tagħhom.

6. Id-drittijiet akkwiżiti jew fil-proċess li jkunu akkwiżiti mill-ħaddiem fid-data li fiha l-leave tal-ġenituri jibda' għandhom jibqgħu kif inhuma sa meta jintemm il-leave tal-ġenituri. Fit-tmiem tal-leave tal-ġenituri, dawn id-drittijiet, inkluż kull tibdil ikkawżat mill-liġi, mill-ftehim kollettiv u mill-prattiċi nazzjonali, għandhom japplikaw.

7. L-Istati Membri u/jew l-imsieħba soċjali għandhom jiddefinixxu l-istatus tal-kuntratt ta' l-impjieg jew ir-relazzjoni tax-xogħol għall-perijodu tal-leave tal-ġenituri.

8. Il-materji kollha relatati mas-sigurtá soċjali li għandhom x'jaqsmu ma' dan il-ftehim għandhom jiġu kkunsidrati u maqtugħa mill-Istati Membri skond il-liġi nazzjonali, b'kont meħud ta' l-importanza tal-kontinwità ta' l-intitolamenti għall-kopertura tas-sigurtà soċjali, taħt l-iskemi differenti , inpartikulari dak tas-saħħa.

Il-Klawsola 3: Ħin frank mix-xogħol a bażi ta' forza maġġuri

1. L-Istati Membri u/jew l-imsieħba soċjali għandhom jieħdu il-miżuri kollha neċessarji biex jintitolaw il-ħaddiema għal ħin frank mix-xogħol skond il-leġislazzjoni, il-ftehim kollettiv u/jew il-prattika nazzjonali, a bażi ta' forza maġġuri għar-raġunijiet urġenti tal-familja f'każ ta' mard jew inċident li jirrendi l-presenza immedjata tal-ħaddiem indispensabbli.

2. L-Istati Membri u/jew l-imsieħba soċjali jistgħu jispeċifikaw il-kondizzjonijiet ta' l-aċċess u r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-klawsola 3.1 u jillimitaw dan id-dritt għal ċertu ammont ta' żmien fis-sena u/jew skond il-każ.

Il-Klawsola 4: Disposizzjonijiet finali

1. L-Istati Membri jistgħu japplikaw jew jintroduċu disposizzjonijiet aktar favorevoli minn dawk stabbiliti f'dan il-ftehim.

2. L-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet ta' dan il-ftehim m'għandhiex tikkostitwixxi raġuni valida għat-tnaqqis tal-livell ġenerali tal-protezzjoni mogħtija lill-ħaddiema taħt dan il-ftehim. Dan m'għandux jippreġudika d-dritt ta' l-Istati Membri u/jew ta' l-imsieħba soċjali li jiżviluppaw disposizzjonijiet leġislattivi, regolatorji jew kuntrattwali differenti, skond it-tibdil fiċ-ċirkostanzi (inkluża l-introduzzjoni tan-non-trasferibbilità), sakemm il-ħtiġiet minimi previsti f'dan il-Ftehim ikunu mħarsa.

3. Il-ftehim preżenti ma'għandux jippreġudika d-dritt ta' l-imsieħba soċjali li jikkonkludu, f'livell approprjat inkluż il-livell Ewropew, ftehim li jaddatta u/jew jikkumplimenta d-disposizzjonijiet ta' dan il-ftehim sabiex jieħdu kont ta' ċirkostanzi partikolari.

4. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-liġijiet, ir-regoli u d-disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw mad-deċiżjoni tal-Kunsill fi żmien sentejn mill-adozzjoni tagħha jew għandhom jiżguraw li l-imsieħba soċjali (1) jintroduċu bi ftehim, il-miżuri neċessarji sa tmiem dan il-perijodu. L-Istati Membri jistgħu jkollhom, jekk neċessarju biex jittieħed kont tad-diffikultajiet partikulari jew ta' l-implimentazzjoni bi ftehim kollettiv, massimu ta' sena addizzjonali biex jikkonformaw ma' din id-deċiżjoni.

5. Il-prevenzjoni u s-soluzzjoni ta' kwistjonijiet u lmenti kkawżati mill-applikazzjoni ta' dan il-ftehim għandhom jiġu trattati skond il-liġi, il-ftehim kollettiv u l-prattika nazzjonali.

6. Bla ħsara għar-rwol rispettiv tal-Kummissjoni, tal-qrati nazzjonali u tal-Qorti tal-Ġustizzja, kull kwistjoni relatata ma' l-interpretazzjoni ta' dan il-ftehim fuq livell Ewropew għandha, fl-ewwel lok, tiġi riferita mill-Kummissjoni lill-partijiet firmatarji biex jagħtu opinjoni.

7. Il-partijiet firmatarji għandhom jirrevedu l-applikazzjoni ta'dan il-ftehim ħames snin wara d-data tad-deċiżjoni tal-Kunsill jekk mitlub minn wieħed mill-partijiet ta'dan il-ftehim.

Magħmul fi Brussel, fl-14 ta' Diċembru 1995.

Fritz VERZETNITSCH,

Il-President tal-KETU

Emilio GABAGLIO,

Segretarju-Generali

KETU

Bld Emile Jacqmain 155

B-1210 Brussels

Antonio Castellano AUYANET,

President taċ-ĊEIP

Roger GOURVÈS,

Segretarju-Generali

ĊEIP

Rue de la Charité 15

B-1040 Brussels

François PERIGOT,

President tal-UKIIE

Zygmunt TYSZKIEWICZ,

Segretarju-Generali

UKIIE

Rue Joseph II 40

B-1040 Brussels

(1) ĠU C 333, tad-9.12.1983, p.6

(2) ĠU C 316, tas-27.11.1984, p.7

(3) ĠU C 368, tat-23.12.1994, p.6

(1) Fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 2(4) tal-Qbil dwar il-politika soċjali

Top