EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996L0025

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/25/KE tat-29 ta' April 1996 Dwar iċ-ċirkolazzjoni ta' materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem, li temenda d-Direttiva 70/524/KEE, 74/63/KEE, 82/471/KEE u 93/74/KEE u li tħassar id-Direttiva 77/101/KEE

OJ L 125, 23.5.1996, p. 35–58 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 019 P. 96 - 119
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 019 P. 96 - 119
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 019 P. 96 - 119
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 019 P. 96 - 119
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 019 P. 96 - 119
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 019 P. 96 - 119
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 019 P. 96 - 119
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 019 P. 96 - 119
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 019 P. 96 - 119
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 018 P. 251 - 274
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 018 P. 251 - 274

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2010; Imħassar b' 32009R0767

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1996/25/oj

31996L0025

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/25/KE tat-29 ta' April 1996 Dwar iċ-ċirkolazzjoni ta' materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem, li temenda d-Direttiva 70/524/KEE, 74/63/KEE, 82/471/KEE u 93/74/KEE u li tħassar id-Direttiva 77/101/KEE

Official Journal L 125 , 23/05/1996 P. 0035 - 0058
CS.ES Chapter 3 Volume 19 P. 96 - 119
ET.ES Chapter 3 Volume 19 P. 96 - 119
HU.ES Chapter 3 Volume 19 P. 96 - 119
LT.ES Chapter 3 Volume 19 P. 96 - 119
LV.ES Chapter 3 Volume 19 P. 96 - 119
MT.ES Chapter 3 Volume 19 P. 96 - 119
PL.ES Chapter 3 Volume 19 P. 96 - 119
SK.ES Chapter 3 Volume 19 P. 96 - 119
SL.ES Chapter 3 Volume 19 P. 96 - 119


Id-Direttiva tal-Kunsill 96/25/KE

tat-29 ta' April 1996

Dwar iċ-ċirkolazzjoni ta' materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem, li temenda d-Direttiva 70/524/KEE, 74/63/KEE, 82/471/KEE u 93/74/KEE u li tħassar id-Direttiva 77/101/KEE

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1];

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2];

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

(1) Billi, fl-istruttura tal-produzzjoni, l-ipproċessar u l-konsum tal-prodotti agrikoli l-materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem għandhom sehem importanti fl-agrikultura;

(2) Billi, fid-dawl ta’ l-interess dejjem jikber fil-kwalità, effiċjenza u l-ambjent, ir-rwol ta’ materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem fl-agrikultura għandu jżid fl-importanza;

(3) Billi, f’dawn iċ-ċirkostanzi, ir-regoli li jirregolaw iċ-ċirkolazzjoni ta’ materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem huma partikolarment utli biex jassiguraw trasparenza suffiċjenti fil-katina ta’ l-ikel filwaqt li jtejbu l-kwalità tal-produzzjoni agrikola, partikolarment il-produzzjoni tal-bhejjem;

(4) Billi d-Direttiva tal-Kunsill 77/101/KEE tat-23 ta’ Novembru 1976 dwar il-bejgħ ta’ l-għalf tal-bhejjem diretti [4], tfassal ir-regoli tal-bejgħ ta’ materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem diretti; billi l-Istati Membri xorta għandhom tradizzjonijiet differenti fir-rigward tal-bejgħ ta’ materjali nejjin; billi għal din ir-raġuni d-Direttiva 77/101/KEE tippermetti lill-Istati Membri li jipprovdu għal derogi f’ċerti każijiet;

(5) Billi r-riżultat ta’ dawn id-derogi hu li f’xi Stati Membri d-Direttiva 77/101/KEE li tirregola l-bejgħ kemm ta’ materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem diretti u materjal ta’ l-għalf nej u f’xi Stati Membri oħrajn l-bejgħ biss ta’ prodotti ta’ l-għalf tal-bhejjem diretti, li jippermetti li l-prodotti ta’ l-għalf tal-bhejjem diretti jinbiegħu bħala materjali nejjin ta’ l-għalf mingħajr ma jkunu soġġetti għal ebda regoli;

(6) Billi, bl-għan li s-suq intern jiffunzjona mingħajr xkiel, id-diskrepanzi li wieħed jista’ jinnota fost l-Istati Membri għandhom jitneħħew; billi, minħabba d-daqs tas-settur in kwestjoni, id-Direttiva 77/101/KEE għandha tiġi mibdula b’regoli ġodda;

(7) Billi l-prodotti ta’ l-għalf tal-bhejjem diretti u l-matejrali ta’ l-għalf tal-bhejjem nejjin huma tant simili u qrib xulxin, li sabiex tiġi żgurata l-integrazzjoni konsistenti ta’ l-iskop ta’ din id-Direttiva huma għandhom jitpoġġew f’kategorija waħda, speċifikament "materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem";

(8) Billi d-definizzjoni ġdida ta’ "materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem" tinkludi l-iskop maħsub ta’ dawn il-prodotti, partikolarment fl-użu fit-tmiegħ orali ta’ l-annimali, kif stabbilit fid-definizzjonijiet eżistenti għal "prodotti ta’ l-għalf tal-bhejjem" u "prodotti komposti ta’ l-għalf tal-bhejjem"; billi huwa għalhekk garantit li l-kliem "prodotti ta’ l-għalf tal-bhejjem" jista’ issa jintuża bħala kliem ġeneriku għall-materjali kollha ta’ l-ikel u tal-prodotti komposti ta’ l-għalf tal-bhejjem;

(9) Billi din id-definizzjoni komprensiva għal "prodotti ta’ l-għalf tal-bhejjem" hi partikolarment importanti għad-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tirrigwarda l-adittivi f’materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem [5] u d-Direttiva tal-Kunsill 74/63/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1973 dwar sustanzi u prodotti mhux mixtieqa fin-nutriment ta’ l-annimali [6]; billi f’ċerti każijiet kemm it-termini "prodotti ta’ l-għalf tal-bhejjem" kif ukoll "materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem" għandhom jintużaw biex jispeċifikaw id-disposizzjonijiet, minħabba li fid-Direttiva 74/63/KEE ċertu disposizzjonijiet għandhom japplikaw biss għall-materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem, billi disposizzjonijiet oħrajn japplikaw għall-prodotti ta’ l-għalf tal-bhejjem inklużi materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem;

(10) Billi, sabiex tinkiseb it-trasparenza mixtieqa fil-katina kollha ta’ l-ikel, din id-Direttiva tkopri iċ-"ċirkolazzjoni" ta’ materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem;

(11) Billi r-riżultati sodisfaċenti fil-produzzjoni tal-bhejjem jiddependu ħafna fuq l-użu tajjeb ta’ prodotti ta’ l-għalf tal-bhejjem ta’ kwalità xierqa u tajba; billi l-prodotti ta’ l-għalf tal-bhejjem iridu għalhekk ikunu dejjem ta’ kwalità soda, ġenwina u li tista’ tinbigħ; billi ma jistgħu jirrapreżentaw perikolu la għall-annimali jew għas-saħħa tal-bniedem u lanqas ma jistgħu jinbiegħu b’manjiera li tista’ tqarraq;

(12) Billi, minħabba li ħafna prodotti jista’ jkollhom jew skop ta’ tmiegħ jew skop mhux ta’ tmiegħ, l-iskop ta’ tmiegħ irid ikun dejjem indikat b’tikkettjar ad hoc obbligatorju meta l-prodotti in kwestjoni jitpoġġew f’ċirkolazzjoni għal dak l-iskop;

(13) Billi ċ-ċirkolazzjoni tal-materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem f’ħafna każijiet isiru f’konsenji bl-ingrossa, sew jekk ikunu jew ma jkunux maqsuma f’diversi unitajiet; billi mat-tali materjali ġeneralment ikun hemm dokumenti bħal fatturi u waybills; billi dawn il-karti jistgħu jservu bħala 'dokumenti akkumpanjanti’ fis-sens ta’ l-Artikolu 5 ta’ din id-Direttiva; billi dan huwa permess biss jekk l-identifikazzjoni ta’ (l-unitajiet ta’) l-konsenja u l-eżistenza tar-referenza komuni u tad-dokumenti akkumpanjanti jkunu garantiti kif suppost fl-istadji kollha taċ-ċirkolazzjoni, per eżempju bl-użu tan-numru ta’ referenzi jew sinjali;

(14) Billi, minħabba li l-materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem jistgħu jvarjaw fil-kwalità għas-saħħa u dik nutrijenti, distinzjoni ċara għandha ssir bejn materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem differenti billi jiġu soġġettati, meta jitpoġġew fiċ-ċirkolazzjoni, għal rekwiżit ta’ tikketti li jindikaw l-ismijijiet speċifiċi;

(15) Billi x-xerrejja jew l-utenti tal-materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem għandhom matul il-katina ta’ l-ikel kollha jingħataw informazzjoni addizzjonali eżatta u valida, bħall-kwantitajiet ta’ kostitwenti analitiċi li jkollhom effett dirett fuq il-kwalità tal-materjal ta’ l-ikel; billi nuqqas min-naħa tal-bejjiegħ li jiddikjara l-kwantitajiet ta’ kostitwenti analitiċi għandhom ikunu evitati sabiex jiġu mħarsa x-xerrejja ż-żgħar li jitolbu dan it-tagħrif għalxejn u sabiex jiġu evitati l-ispejjeż inutli ta’ multiplikazzjoni ta’ l-analiżi immedjatament qabel it-tmiem tal-katina ta’ l-ikel; billi ċerti Stati Membri jesperjenzaw diffikultajiet fit-tmexxija ta’ spezzjonijiet fuq il-livell ta’ razzett; billi taħt dawn iċ-ċirkustanzi huwa neċessarju li jadottaw miżuri li jeħtieġu li l-kostitwenti analitiċi jkunu dikjarati fil-bidu tal-katina ta’ l-għalf;

(16) Billi d-dettalji ta’ l-ittikkettjar li jirrigwardaw l-kompożizzjoni analitika tal-materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem m’humiex meħtieġa jekk, qabel l-operazzjoni, ix-xerrej iqis li huwa m’għandux informazzjoni tat-tali informazzjoni; billi din l-eżenzjoni tat-tikkettjar tista’ tapplika b’mod partikolari għall-prodotti maħżuna sa kemm jasal ż-żmien meta jsiru soġġetti għal operazzjoni ġdida;

(17) Billi ċ-ċirkolazzjoni tal-materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem bejn il-bdiewa fil-maġġoranza l-kbira tal-każijiet tikkonsisti fi prodotti ta’ oriġini tal-ħaxix jew ta’ l-annimali, fl-istat naturali tagħhom, friski jew ippreservati, sew jekk huma jew m’humiex soġġetti għal trattament fiżiku sempliċi tali bħal qtugħ jew tħin u m’humiex trattati bl-adittivi, ħlief għall-preservanti; billi għal raġunijiet ġenerali tat-tagħrif tal-karatteristiċi tat-tali prodotti għar-raġunijiet prattiċi l-ebda dikjarazzjoni li ssir referenza għaliha f’din id-Direttiva m’għandha tkun meħtieġa meta l-prodotti in kwestjoni huma trattati bl-adittivi minħabba li tali trattament jista’ jbiddel il-komposizzjoni kimika u l-valur ta’ nutriment tal-prodotti;

(18) Billi l-prodotti ta’ l-għalf tal-bhejjem ta’ oriġini ta’ l-annimali jew tal-ħxejjex jinbiegħu fi kwantitajiet żgħar minn ħafna bejjiegħa bl-imnut, ta’ spiss għall-ikel ta’ annimali domestiċi; billi għar-raġunijiet ġenerali ta’ għerf tal-karatteristiċi tat-tali prodotti u għal raġunijiet prattiċi l-ebda dikjarazzjoni kostitwenti m’għandha tkun meħtieġa għal dawn il-prodotti;

(19) Billi, f’ċerti pajjiżi terzi, mhux dejjem ikun hemm il-mezzi meħtieġa għat-twettiq ta’ l-analiżi li tippermetti li tingħata l-informazzjoni meħtieġa minn din id-Direttiva dwar il-komposizzjoni analitika tal-materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem; billi l-Istati Membri għandhom għalhekk jitħallew, fuq ċerti kondizzjonijiet, jippermettu li dawn il-materjali jitpoġġew fiċ-ċirkolazzjoni fil-Komunità akkumpanjati b’informazzjoni ta’ kompożizzjoni proviżorja;

(20) Billi, meta informazzjoni ta’ minn joqgħod fuqha dwar kostitwenti analitiċi ma tkunx disponibbli, b’mod partikolari ta’ materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem minn pajjiżi terzi mpoġġija fiċ-ċirkolazzjoni għall-ewwel darba, biex jiġi evitat egħluq bla bżonn ta’ portijiet u rotot bit-triq/ferrovija għandu jkun hemm il-possibbiltà li tingħata konferma finali ta’ informazzjoni dikjarata proviżorjament fi żmien 10 ijiem ta’ xogħol;

(21) Billi diversi regolamenti bażiċi tal-Komunità jipprovdu għal listi ta’ ingredjenti u prodotti ta’ l-għalf tal-bhejjem diretti;

(22) Billi, għar-raġunijiet prattiċi u biex tassigura l-konsistenza legali u l-effiċjenza meħtieġa, lista tal-materjal ta’ l-ikel prinċipali simili għal-listi diġà stabbiliti f’zoni komparabbli għandha tiġi mfassla;

(23) Billi lista ta’ din ix-xorta ma tistax tkun eżawrenti minħabba d-diversità kbira tal-prodotti u tal-prodotti sekondarji li jistgħu jiġu nnegozzjati u użati, l-iżvilupp kostanti tat-teknoloġija ta’ l-ikel u l-ħtieġa li ma tiġix ristretta l-għażla għall-manifatturi u l-bdiewa; billi huwa possibbli sabiex titħalla ssir iċ-ċirkolazzjoni ta’ materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem ħlief għal dawk inklużi fil-lista hawn fuq imsemmija sakemm ikunu deskritti b’ismijiet speċifiċi li tiġi evitata kwalunkwe konfużjoni ma’ materjali li jikkwalifikaw għal isem stabbilit fuq livell Komunitarju;

(24) Billi l-materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem u l-prodotti li jkollhom livelli ta’ sustanzi mhux mixtieqa ogħla minn dawk indikati għal materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem diretti fl-Anness I tad-Direttiva 74/63/KEE għandhom jiġu fornuti biss lill-fabbrikanti ta’ l-għalf tal-bhejjem kompost approvati b’mod konformi mad-disposizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 95/69/KE tat-22 ta’ Diċembru 1995 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-arranġamenti għall-approvazzjoni u għar-reġistrazzjoni ta’ ċerti stabbilimenti u intermedjarji li joperaw fis-settur ta’ l-għalf ta’ l-annimali [7]; billi dan għandu jiġi mistqarr fuq tikkettjar speċifiku obbligatorju li jindika l-użu intenzjonat tal-prodott; billi dawn is-sustanzi u prodotti mhux mixtieqa għandhom ikunu inklużi fuq il-lista tal-Parti B ta’ l-Anness II tad-Direttiva 74/63/KEE, b’ċerti eċċezzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-aflatoxin, il-kadmjum u l-arseniku u materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem li jkollhom dawn is-sustanzi, li huma diġà elenkati fl-Anness II, Part A tad-Direttiva 74/63/KEE;

(25) Billi l-emendar tal-lista tal-materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem prinċipali tikkostitwixxi miżura xjentifika;

(26) Billi l-lista fil-Parti B ta’ l-Anness ta’ din id-Direttiva għandha tintuża fiċ-ċirkolazzjoni ta’ materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem, irrispettivament mill-użu intenzjonat, u għat-tikettjar ta’ materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem użati fl-ikel kompost;

(27) Billi d-Direttiva tal-Kummissjoni 92/87/KEE tas-26 ta’ Ottubru 1992 li tistabbilixxi lista li mhux esklussiva ta’ l-ingredjenti prinċipali normalment użata u mibjugħagħall-preparazzjoni ta’ prodotti ta’ l-għalf tal-bhejjem komposti ntiża għall-annimali minbarra annimali domestiċi [8] tfassal għal skopijiet ta’ tikketjar lista ta’ ingredjenti ta’ prodotti ta’ l-għalf tal-bhejjem komposti; billi l-imsemmija Direttiva m’għandhiex tibqa’ tapplika għall-Partijiet A u B ta’ din id-Direttiva;

(28) Billi, biex jittejbu n-nuqqas ta’ ambigwità u l-komparabbiltà fuq livell internazzjonali tas-sistemi ta’ identifikazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem, il-Kummissjoni għandha tkun istruwita biex tadotta l-arranġamenti implimentattivi, fejn approprjat, għall-introduzzjoni ta’ sistema ta’ kodifikazzjoni prattika internazzjonali għall-materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem, ibbażat fuq glossarji ta’ diversi aspetti ta’ prodotti ta’ l-għalf tal-bhejjem, bħall-oriġini, ir-rwol, il-proċess, il-maturità/kwalità;

(29) Billi, sabiex tiġi ffaċilitata l-adozzjoni tal-miżuri implimentattivi, il-proċedura li tintroduċi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanti dwar materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem għandha tiġi segwita;

(30) Billi huwa importanti li wieħed jagħmel ċert li, b’mod konformi ma’ din id-Direttiva, l-eżattezza tad-dikjarazzjonijiet magħmula għandhom ikunu vverifikati b’mod Uffiċjali mal-Komunità kolllha, fl-istadji kollha taċ-ċirkolazzjoni tal-materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem;

(31) Billi l-introduzzjoni ta’ din id-Direttiva titlob it-tħassir tal-kliem "prodotti ta’ l-għalf", "materjali nejjin" u "ingredjenti"; billi dawn it-termini għandhom ikunu mibdula fil-leġislazzjoni kurrenti tal-Komunità, b’mod partikolari fid-Direttivi tal-Kunsill 70/524/KEE, 74/63/KEE, 82/471/KEE [9] u 93/74/KEE [10] bit-temini 'prodotti ta’ l-għalf tal-bhejjem’, u fejn jixraq id-definizzjoni 'prodotti ta’ l-għalf tal-bhejjem’ għandha tiġi mibdula bid-definizzjoni mogħtija f’din id-Direttiva; billi dan għandu wkoll impatt fuq id-definizzjoni ta’ affariijiet ta’ l-ikel komposti, billi d-Direttivi tal-Kummissjoni 80/511/KEE [11], 82/475/KEE [12] u 91/357/KEE [13] u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 91/516/KEE [14] għandhom jiġu emendati għall-istess raġunijiet, permezz ta’ att tal-Kummisjoni;

(32) Billi huwa neċessarju li jiġi żgurat li d-disposizzjonijiet speċifiċi ta’ l-Annessi jiġu kontinwament aġġustati sabiex jieħdu kont ta’ l-aħħar żviluppi fl-għerf xjentifiku jew tekniku; billi t-tali emendi għandhom isiru biex jagħmlu użu malajr tal-proċedura stabbilita minn din id-Direttiva biex jistabbilixxu kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti dwar materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem;

(33) Billi, minħabba raġunijiet ta’ ħarsien effettiv tas-saħħa ta’ l-annimali u tal-bnedmin u sabiex tassigura l-ħidma mingħajr skossi tas-suq intern, għandha tittieħed azzjoni fuq livell Komunitarju,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L- Artikolu 1

1. Din id-Direttiva għandha tapplika għaċ-ċirkolazzjoni tal-materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem fil-Komunità.

2. Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet oħrajn tal-Komunità fil-qasam tan-nutriment ta’ l-annimali.

L- Artikolu 2

Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) "prodotti ta’ l-għalf tal-bhejjem": diversi prodotti tal-ħaxix jew ta’ oriġini ta’ l-annimali, fl-istat naturali tagħhom, friski jew ippreservati, u prodotti li ġejjin mill-ipproċessar industrijali tagħhom, u sustanzi organiċi jew inorganiċi, kemm jekk ikollhom kif ukoll jekk ma jkollhomx adittivi, li jkunu ntiżi għat-tmiegħ ta’ l-annimali jew direttament bħala tali, jew wara proċessar, fil-preparazzjoni ta’ prodotti ta’ l-għalf tal-bhejjem komposti jew bħala trasportaturi tat-taħlit minn qabel;

(b) "tpoġġija fiċ-ċirkolazzjoni" ("ċirkolazzjoni"): iż-żamma ta’ materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem għall-skopijiet ta’ bejgħ, inklużi offerti għall-bejgħ, jew kwalunkwe’ forma oħra ta’ trasferiment, sew jekk b’xejn u sew jekk le, lil partijiet terzi, u l-bejgħ u forom oħrajn tat-trasferimenti nfushom.

L- Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jiistabbilixxu li l-materjali ta’ l-ikel jistgħu jiċċirkolaw fil-Komunità biss jekk ikunu, ġenwinament AA-1 u ta’ kwalita li tinbiegħ. Huma għandhom jistabbilixxu wkoll li t-tali materali ta’ l-ikel ma jistgħu jirrappreżentaw l-ebda perikolu lis-saħħa ta’ l-animali jew lis-saħħa tal-bniedem u ma jistgħux jitpoġġew fiċ-ċirkolazzjoni b’mod li jista’ jqarraq.

L- Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu li d-disposizzjonijiet ġenerali stabbiliti fil-Parti A ta’ l-Anness għandhom japplikaw għat-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni ta’ materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem.

L- Artikolu 5

1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu li l-materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem ma jistgħux jitpoġġew fiċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba d-dettalji elenkati hawn isfel, li jridu jkunu jidhru u jinqraw sew u li jridu jkunu miktuba b’tali mod li ma jistgħux jiġu mħassra, u li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-fabbrikant, min jippakkja, l-importatur, il-bejjiegħ jew id-distributur li jkunu stabbiliti fil-Komunità, jkunu jidhru fuq id-dokument li jkun hemm magħhom jew fejn xieraq fuq l-ippakkjar, fuq il-kontenitur jew fuq tikketta mehmuża magħhom:

(a) il-kliem "materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem":

(b) l-isem tal-materjal ta’ l-ikel u fejn jixraq d-dettalji l-oħrajn li għalihom issir referenza fl-Artikolu 7;

(ċ) għall-materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem elenkati fil-Parti B ta’ l-Anness, id-dettalji stabbiliti fir-raba’ kolonna tal-Parti B ta’ l-Anness;

(d) għall-materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem li m’humiex elenkati fil-Parti B ta’ l-Anness, id-dettalji stabbiliti fit-tieni kolonna tat-tabella fil-Parti Ċ ta’ l-Anness;

(e) fejn xieraq, id-dettalji stabbiliti fil-Parti A ta’ l-Anness;

(f) il-kwantità netta espressa f’unitajiet ta’ massa fil-każ ta’ prodotti solidi, u f’unitajiet ta’ massa jew volum fil-każ ta’ prodotti likwidi;

(g) l-isem jew l-isem kummerċjali u l-indirizz jew il-post tar-reġistrazzjoni tan-negozju tal-persuna responsabbli għad-dettalji li għalihom issir referenza f’dan il-paragrafu;

2. Jista’ jingħata tagħrif ieħor fuq l-ippakkettjar, il-kontenituri, it-tikketti u d-dokumenti li jkun hemm magħhom sakemm dan it-tagħrif ikollu x’jaqsam ma’ parametri oġġettivi u kwantifikabbli li jistgħu jiġu ssostanzjati u ma jkunx tali li jistgħu jqarrqu lix-xerrej. Dan it-tagħrif irid ikun separat mit-tagħrif li għalih issir referenza fil-paragrafu 1.

3. Għall-kwantijiet tal-materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem inqas minn jew daqs 10 kg, intenzjonati għall-utent finali, id-dettalji stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu jingħataw lix-xerrej permezz ta’ avviż xieraq fil-post tal-bejgħ.

4. Jekk kunsinna tiġi maqsuma matul iċ-ċirkolazzjoni, id-dettalji li għalihom issir referenza fil-paragrafu 1, flimkien ma’ referenza għall-grupp inizzjali, iridu jkunu ripetuti fuq l-ippakkettjar, il-kontenitur jew id-dokument li jkun hemm magħhom ta’ kull taqsima tal-kunsinna.

5. Meta l-kompożizzjoni tal-materjal ta’ l-ikel fiċ-ċirkolazzjoni jiġi mibdul, id-dettalji li għalihom issir referenza fil-paragrafu 1 jridu jinbidlu kif meħtieġ taħt ir-responsabbiltà tal-persuna li tipprovdi d-dettalji l-ġodda.

L- Artikolu 6

1. B’deroga mill-Artikolu 5, id-dettalji li għalihom issir referenza fl-Artikolu 5 (1) (ċ) u (d) u l-punti 2 u 3 ta’ l-intestatura V tal-Parti A ta’ l-Anness m’humiex meħtieġa meta:

(a) qabel kull operazzjoni x-xerrej ikun stqarr bil-miktub li hu ma jeħtieġx dan it-tagħrif;

(b) Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 90/667/KEE [15], il-materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem li joriġinaw mill-annimali jew mill-ħxejjex, friski jew ippreservati, sew jekk huma u sew jekk m’humiex soġġetti għal trattament fiżiku sempliċi, fi kwantitajiet ta’ inqas minn jew daqs 10 kg, intenzjonati għall-annimali domestiċi u fornuti direttament lill-utent finali minn bejjiegħ stabbilit fl-istess Stat Membru, jitpoġġew f’ċirkolazzjoni.

2. Meta, fil-każ ta’ materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem minn pajjiżi terzi mpoġġija f’ċirkolazzjoni ġewwa l-Komunità għall-ewwel darba, ma kienx possibbli li jiġu pprovduti l-garanziji li jirrigwardaw il-kompożizzjoni meħtieġa fl-Artikolu 5(1)(ċ) u (d) u l-punti 2 u 3 ta’ l-intestatura V tal-Parti A ta’ l-Anness minħabba n-nuqqas ta’ mezzi li jassiguraw l-miżuri analitiċi neċessarji fil-pajjiż konċernat, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li tingħata informazzjoni proviżorja dwar il-komposizzjoni mill-persuna responsabbli li għaliha ssir referenza fl-Artikolu 5(1)(g), dejjem jekk:

(a) l-awtoritaiet kompetenti responsabbli għall-kontrolli jkunu nfurmati minn qabel dwar il-wasla tal-materjal ta’ l-għalf tal-bhejjem;

(b) id-dettalji difettivi tal-kompożizzjoni jkunu provduti lix-xerrej u lill-awtoritajiet kompetenti fi żmien 10 ijiem mid-data tal-wasla tagħhom fil-Komunità;

(ċ) mad-dettalji tal-kompożizzjoni fuq id-dokumenti jkun hemm ukoll l-indikazzjonijiet li ġejjin b’tipa skura:

"informazzjoni proviżorja li għandha tiġi kkonfermata permezz ta’… (l-isem u l-indirizz tal-laboratorju mqabbad biex iwettaq l-analiżi) fir-rigward… (numru ta’ referenza tal-kampjun li għandu jiġi analizzat) qabel… (data);";

(d) L-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar iċ-ċirkustanzi li taħthom huma applikaw id-deroga li għaliha ssir referenza f’dan il-paragrafu.

3. B’deroga mill-Artikolu 5:

(a) id-dettalji li għalihom issir referenza fl-Artikolu 5(1) m’għandhomx ikunu meħtieġa, mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 90/667/KEE, fil-każ ta’ prodotti li joriġinaw mill-ħxejjex jew mill-annimali fl-istat naturali tagħhom, friski jew ippreservati, sew jekk ikunu soġġetti għal trattament fiżiku sempliċi u mhux trattati bl-adittivi, minbarra l-preservattivi, li jkunu provduti minn bidwi/produttur lil min irabbi/utent, li t-tnejn li huma jkunu stabbiliti fl-istess Stat Membru;

(b) id-dettalji li għalihom issir referenza fl-Artikolu 5(1)(ċ), (d), (e) u (f) u l-Parti A ta’ l-Anness m’għandhomx ikunu meħtieġa meta xi prodotti sekondarji li joriġinaw mill-ħxejjex jew mill-annimali li jkunu miksuba mill-ipproċessar agro-industrijali, b’kontenut ta’ umdita’ ikbar minn 50 %, jitpoġġew fiċ-ċirkolazzjoni.

4. B’deroga mill-Artikolu 5(1)(a):

- bil-Ġermaniż id-deskrizzjoni "Futtermittel-Ausgangserzeugnis" tista’ tiġi mibdula b’ "Einzelfuttermittel",

- bit-Taljan id-deskrizzjoni "materie prime per alimenti degli animali" tista’ tiġi mibdula b’ "mangime semplice",

- bil-Grieg id-deskrizzjoni tista’ tiġi mibdula b’.

L- Artikolu 7

1. L-Istati Membri għandhom jistabilixxu li l-materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem fil-Parti B ta’ l-Anness jistgħu jiċċirkulaw biss taħt ismijiet speċifikati hemm u bil-kondizzjoni li huma jaqblu mad-deskrizzjonijiet mogħtija fuqhom.

2. L-Istati Membri għandhom jippermettu ċ-ċirkolazzjoni tal-materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem għajr dawk li jinsabu fuq il-lista li għaliha ssir referenza fil-paragrafu 1, dejjem jekk it-tali materjali jiċċirkolaw taħt ismijiet u/jew bi kliem oħrajn għajr dawk imniżżla fl-Anness li ma jistgħux iqarrqu lix-xerrej fir-rigward ta’ l-identità reali tal-prodott offrut lilu.

L- Artikolu 8

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu li:

(a) il-materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem li jkollhom livell ta’ sustanzi jew prodotti mhux mixtieqa li jaqbeż dak permess għall-materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem taħt id-Direttiva 74/63/KEE jistgħu jitpoġġew fiċ-ċirkolazzjoni biss jekk huma ntiżi għall-istabbilimenti approvati li jimmanifatturaw ikel kompost li jidħol fil-lista nazzjonali b’mod konformi mad-Direttiva 95/69/KE;

(b) B’deroga mill-Artikolu 5(1)(a), il-materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem skond it-tifsira tal-punt (a) ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu ttikkettjati bħala 'materjal ta’ l-ikel maħsub għal stabbiliment approvat li jiffabbrika ikel kompost’. L-Artikolu 6(4) għandu japplika.

L- Artikolu 9

Għall-iskop taċ-ċirkolazzjoni fil-Komunità, l-indikazzjonijiet stampati fuq id-dokument li jkun hemm magħhom, fuq l-ippakkjar, fuq il-kontenitur jew fuq tikketta mehmuża miegħu għandhom ikunu miktubin f’ta’ mill-anqas waħda jew iżjed mill-lingwi li l-pajjiż tad-destinazzjoni għandu jagħżel minn fost il-lingwi nazzjonali jew Uffiċjali tal-Komunità.

L- Artikolu 10

L-Istati Membri għandhom jagħmlu ċert li l-materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem ma jkunux soġġetti, għar-raġunijiet konnessi mad-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, għar-restrizzjonijiet fuq iċ-ċirkolazzjoni għajr dawk stabbiliti f’din id-Direttiva.

L- Artikolu 11

B’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 14:

(a) tista’ tiġi adottata sistema ta’ kodifikazzjoni numerika għall-materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem elenkati ibbażati fuq glossarji konnessi ma’ l-oriġini, il-parti mill-prodott/prodott sekondarju użat, l-ipproċessar u l-maturità/kwalità tal-materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem li jippermetti li l-għalf tal-bhejjem jiġi identifikat fuq livell internazzjonali - b’mod partkolari bl-isem u d-deskrizzjoni;

(b) l-Anness jista’ jiġi emendat fid-dawl ta’ l-avvanzi fl-għerf xjentifiku u tekniku.

L- Artikolu 12

L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-arranġamenti kollha neċessarji għall-konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva li għandha tkun uffiċċjalment sorveljata, ta’ mill-anqas permezz ta’ teħid ta’ kampjuni matul iċ-ċirkolazzjoni.

L- Artikolu 13

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Permanenti dwar Materjali ta’ l-Għalf tal-Bhejjem stabbilit bid-Deċiżjoni 70/372/KEE [16], minn hawn ’il quddiem msejjaħ "il-Kumitat".

2. Meta l-proċedura stabbilita f'dan l-Artikolu trid tiġi segwita, il-President għandu, mingħajr dewmien, jirreferi l-materja lill-Kumitat, jew fuq l-iniżjattiva tiegħu nnifsu jew fuq it-talba tar-rappreżentant ta' Stat Membru.

3. Ir-rappresentant tal-Kummissjoni għandu jissotometti lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz fi żmien stipulat li l-President jista’ jistabbilixxi skond l-urġenza tal-materja in kwestjoni. L-opinjoni għandha tittieħed permezz tal-maġġoranza stabbilita fl-Artikolu 148 (2) tat-Trattat fil-każ tad-deċiżjonijiet li l-Kunsill hu meħtieġ li jadotta fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta’l-Istati Membri fi ħdan il-kumitat għandhom jiġu mwieżna bil-mod stabbilit f’dak l-Artikolu. Il-President m’għandux jivvota.

4. (a) Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri previsti meta jkunu konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat.

(b) Jekk il-miżuri previsti ma jkunux skond l-opinjoni tal-Kumitat, jew meta ma jkun hemm ebda opinjoni, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kunsill mingħajr dewmien proposta li jkollha x'taqsam mal-miżuri li jridu jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi permezz ta’ maġġoranza kwalifikata.

Jekk, wara l-iskadenza tal-perijodu ta' tliet xhur mid-data tar-referenza tal-proposta lill-Kunsill, il-Kunsill ma jkunx għadu aġixxa, il-miżuri proposti għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni, għajr fejn il-Kunsill ikun iddeċieda kontra l-miżuri msemmija b'maġġoranza sempliċi.

L- Artikolu 14

1. Id-Direttiva 70/524/KEE qiegħda tiġi emendata skond kif ġej:

(a) fil-każijiet kollha l-kliem "prodotti ta’ l-għalf tal-bhejjem diretti" għandu jiġi mibdul bil-kliem "materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem";

(b) L-Artikolu 2(1) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"(f) "materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem";: diversi prodotti tal-ħaxix jew ta’ oriġini ta’ l-annimali, fl-istat naturali tagħhom, friski jew ippreservati, u prodotti li ġejjin minn proċess industrijali tagħhom, u sustanzi organiċi jew inorganiċi, sew jekk ikollhom u sew jekk ma jkollhomx adittivi, li jkunu ntiżi għat-tmiegħ ta’ l-annimali jew direttament bħala tali, jew wara proċessar, fil-preparazzjoni ta’ prodotti ta’ l-għalf tal-bhejjem komposti jew bħala trasportaturi tat-taħlit minn qabel;";

(ċ) L-Artikolu 2(1) għandu jiġi mbdul b'dan li ġej:

"(g) "prodotti ta’ l-għalf tal-bhejjem komposti".: taħlit ta’ materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem, kemm jekk ikollhom u kemm jekk ma jkollhomx adittivi, li jkunu maħsuba għat-tmiegħ orali ta’ l-annimali bħala prodotti ta’ l-għalf tal-bhejjem kompluti jew kumplimentari;.".

2. Id-Direttiva 74/63/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

(a) fil-każijiet kollha l-kliem "prodotti ta’ l-għalf tal-bhejjem diretti" għandu jiġi mibdul bil-kliem "materjal(i) ta’ l-ikel";

(b) L-Artikolu 2(b) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"(b) "materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem";: diversi prodotti tal-ħaxix jew ta’ oriġini ta’ l-annimali, fl-istat naturali tagħhom, friski jew ippreservati, u prodotti li ġejjin minn proċess industrijali tagħhom, u sustanzi organiċi jew inorganiċi, kemm jekk ikun fihom xi adittivi u kemm jekk le, li jkunu ntiżi għat-tmiegħ ta’ l-annimali jew direttament bħala tali, jew wara proċessar, fil-preparazzjoni ta’ prodotti ta’ l-għalf tal-bhejjem komposti jew bħala trasportaturi tat-taħlit minn qabel,;";

(ċ) L-Artikolu 2(h) għandu jiġi mbdul b'dan li ġej:

"(h) "prodotti ta’ l-għalf tal-bhejjem komposti";: taħlit ta’ materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem, ikollhom jew ma jkollhomx adittivi, li jkunu maħsuba għat-tmiegħ orali ta’ l-annimali bħala prodotti ta’ l-għalf tal-bhejjem kompluti jew komplimentari;.";

(d) L-Artikolu 2(i) għandu jiġi mħassar;

(e) fil-każijiet kollha l-kliem "materjal(i) nej(jin)" għandu jiġi mibdul bil-kliem "materjal(i) ta’ l-ikel".

3. L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 82/471/KEE huwa hawnhekk emendat kif ġej:

(a) il-kliem "prodotti ta’ l-għalf tal-bhejjem diretti u" fil-punt (d) għandhom jiġu mħassra;

(b) il-punt li ġej għandu jiġi miżjud:

"(g) iċ-ċirkolazzjoni tal-materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem.".

4. Id-Direttiva 93/74/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

(a) il-kliem "ingredjenti" fl-Artikolu 5 (8) għandu f’kull każ jiġi mibdul bil-kliem "materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem";

(b) L-Artikolu 2(b) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"(b) "prodotti ta’ l-għalf tal-bhejjem komposti".: taħlit ta’ materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem, ikollhom jew ma jkollhomx adittivi, li jkunu maħsuba għat-tmiegħ orali ta’ l-annimali bħala prodotti ta’ l-għalf tal-bhejjem kompluti jew kumplimentari;".

L- Artikolu 15

Id-Direttiva 77/101/KEE għandha tiġi mħassra mill-1 ta’ Lulju 1998.

L- Artikolu 16

Fuq il-bażi ta’ informazzjoni provduta mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Kunsill qabel l-1 ta’ Lulju 2001 dwar l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 6(1)(a), (2) u (3)(a) flimkien ma’, fejn ikun meħtieġ, proposti xierqa.

L- Artikolu 17

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Ġunju 1998 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, huma għandhom jagħmlu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażżjoni tal-pubblikazzjoni Uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif issir din ir-referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

L- Artikolu 18

Id-disposizzjonijiet adottati għandhom japplikaw mill-1 ta’ Lulju 1998. L-Istati Membri għandhom, madanakollu, jistabbilixxu li l-materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem impoġġija fiċ-ċirkolazzjoni qabel l-1 ta’ Lulju 1998 li ma jħarsux din id-Direttiva għandhom jibqgħu fiċ-ċirkolazzjoni sat-30 ta’ Ġunju 1999.

L- Artikolu 19

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L- Artikolu 20

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fid-29 ta' April 1996.

Għall-Kunsill

Il-President

W. Luchetti

[1] ĠU Ċ 236, ta’ l-24.8.1994, p. 7.

[2] ĠU Ċ 305, tal-31.10.1994, p. 147.

[3] ĠU Ċ 102, ta’ l-24.4.1995, p. 10.

[4] ĠU L 32, tat-3.2.1977, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 90/654 (ĠU L 353, tas-17.12.1990, p. 48).

[5] ĠU L 270, ta’ l-14.12.1970, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 95/55/KE (ĠU L 263, ta’ l-4.11.1995, p. 18).

[6] ĠU L 38, tal-11.2.1974, p. 31. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 93/74 (ĠU L 237, tat-22.9.1993, p. 23).

[7] ĠU L 332, tat-30.12.1995, p. 15.

[8] ĠU L 319, ta’ l-4.11.1992, p. 19.

[9] ĠU L 213, tal-21.7.1982, p. 8.

[10] ĠU L 237, tat-22.9.1993, p. 23.

[11] ĠU L 126, tal-21.5.1980, p. 14.

[12] ĠU L 213, tal-21.7.1982, p. 27.

[13] ĠU L 193, tas-17.7.1982, p. 34.

[14] ĠU L 281, tad-9.10.1991, p. 23.

[15] ĠU L 363, tas-27.12.1990, p. 51.

[16] ĠU L 170, tat-3.8.1970, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

PARTI A.

Ġenerali

I. NOTI TA’ SPJEGAZZJONI

1. Il-materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem huma elenkati u msemmija fil-Parti B skond il-kriterji li ġejjin:

- l-oriġini tal-prodott/prodott sekondarju, per eżempju ħxejjex, annimali, minerali,

- il-parti tal-prodott/prodott sekondarju użat, per eżempju żrieragħ, tuberi, għadam,

- l-ipproċessar li l-prodott/prodott sekondarju jkun ġie soġġettat għalih, per eżempji dekortikazzjoni, estrazzjoni, tisħin u/jew il-prodott/prodott sekondarju risultanti, per eżempju, frak, nuħħala, polpa, xaħam,

- il-maturità tal-prodott/prodott sekondarju u/jew il-kwalità tal-prodott/prodott sekondarju, per eżempju "baxx fil-glucosinolate", "sinjur fix-xaħam", "baxx fiz-zokkor".

2. Il-lista stabbilita fil-Parti B hi maqsuma fi 12-il kapitolu.

1. Qamħ ċereali, il-prodotti tagħhom u prodotti sekondarji

2. Żrieragħ taż-żejt, frott taż-żejt, il-prodotti tagħhom u prodotti sekondarji

3. Żrieragħ tal-legumi, il-prodotti tagħhom u prodotti sekondarji

4. Tuberi, Egħruq, il-prodotti tagħhom u prodotti sekondarji

5. Żrieragħ u frott oħrajn, il-prodotti tagħhom u prodotti sekondarji

6. Għalf u silla

7. Pjanti oħrajn, il-prodotti tagħhom u prodotti sekondarji

8. Prodotti tal-ħalib

9. Prodotti ta’ l-annimali ta’ l-art

10. Ħut, u annimali oħrajn tal-baħar, il-prodotti tagħhom u prodotti sekondarji

11. Minerali

12. Mixxellanji

II. DISPOSIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDAW IL-PURITÀ BOTANIKA

1. Il-purità botanika tal-prodotti u l-prodotti sekondarji elenkati fil-Parti B u l-Parti Ċ m’għandhomx ikunu inqas minn 95 %, kemm-il darba ma jkunx stabbilit livell differenti fil-Parti B jew fil-Parti Ċ.

2. Dawn li ġejjin huma meqjusa bħala mpuritajiet botaniċi:

(a) impuritajiet naturali imma li ma jagħtux fl-għajn (e.ż. tiben u fdal tat-tiben, żrieragħ ta’ speċi kultivati oħrajn jew ħaxix ħażin);

(b) fdalijiet mhux perikolużi taż-żrieragħ taż-żejt oħrajn jew frott oleagonuż idderivat minn proċess ta’ manifattura preċedenti, li l-livell tiegħu ma jaqbiżx il-0,5 %.

3. Il-livelli ndikati jirreferu għall-piż tal-prodott jew prodott sekondarju bħala tali.

III. DISPOSIZZJONIJIET DWAR L-GĦOTI TA’ ISMIJIET

Meta l-isem ta’ materjal ta’ l-ikel jinkludi kelma jew kliem fil-parenteżi, il-kelma (kliem) fil-parenteżi tista’ tkun inkluża jew mħollija barra bħala għażla, per eżempju żejt tal-Fażola tas-sojja jista’ jkun dikjarat bħala żejt tal-Fażola tas-sojja jew żejt tal-fażola

IV. DISPOSIZZJONIJIET DWAR IL-GLOSSARJU

Il-glossarju mogħti hawn taħt jirreferi għall-proċessi prinċipali użati għat-tħejjija tal-materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem imsemmija fil-Parti B u l-Parti Ċ ta’ dan l-Anness. Meta l-ismijiet ta’ dawn il-materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem jinkludu isem komuni jew kelma minn dan il-glossarju, il-proċess li għandu jintuża jrid ikun skond id-definizzjoni mogħtija.

Proċess | Definizzjoni | Isem/kelma komuni |

Konċentrazzjoni | Żieda ta' ċerti kontenuti permezz tat-tneħħija ta' l-ilma jew kostitwenti oħrajn | Konċentrat |

Dekortikazzjoni [1] | Tneħħija tas-saffi ta' barra minn qamħ, żrieragħ, lewż u oħrajn | Dekortikat |

Tnixxif | Deidratazzjoni bi proċessi artifiċjali jew naturali biex tippreserva l-prodotti | Imnixxef (bix-xemx jew b'mod artifiċjali) |

Estrazzjoni | Tneħħija jew b'solvent organiku tax-xaħam jew taż-żejt minn ċerti materjali jew permezz ta' solvent akwuż taz-zokkor jew komponimenti oħrajn li jinħallu fl-ilma. Fil-każ ta' l-użu ta' solvent organiku, il-prodott risultanti jrid ikun teknikament ħieles minn dan is-solvent | Estratt (fil-każ ta' materjal li jkollu ż-żejt) Molassi, polpa (fil-każ ta' prodotti li jkollhom iz-zokkor jew komponenti oħrajn li jinħallu fl-ilma) |

Estrużjoni | It-tagħfis, l-imbuttar jew ġbid ta' materjal minn toqob taħt pressa. Ara wkoll preġelatinizzazzjoni | Estruż |

Frak | Trembil ta' materjal umdu trattat bis-sħana | Frak |

Tħin tad-dqiq | L-ipproċessar fiżiku tal-qamħ biex jinġieb frak usat biex tkun eħfef is-separazzjoni fi frazzjonijiiet kostitwenti (prinċiparjament dqiq, nuħħala u prodotti ta' kwalità inferjuri) | Dqiq, nuħħala, u prodotti ta' kwalità inferjuri |

Trattament tas-sħana | Kelma ġenerali li tkopri numru ta' trattamenti tas-sħana mwettqa jew taħt kondizzjonijiet speċifiċi biex jinfluwenzaw il-valur nutrijent jew l-istuttura tal-materjal | Mixwi, msajjar, minfuħ, trattat bis-sħana |

Idroġenizzazzjoni | Trattament ta' żjut u xaħmijiet biex jinkiseb punt ta' tidwib iktar għoli | Imwebbes |

Idroliżi | Tkissir f'kostitwenti kimiċi aktar sempliċi bi trattament xieraq bl-ilma u possibbilment permezz ta' enżimi jew aċidi/alkali | Idrolizzati |

L-Ippressar | It-Tneħħija b'estrazzjoni kimika (b'vit jew tip ieħor ta' pressa) u possibbilment xi sħana, ta' żejt/xaħam jaħraq minn materjali sinjuri fiż-żejt jew ta' meraq minn frott jew prodotti oħrajn tal-ħaxix | Expeller [2](fil-każ ta' materjali li fihom iż-żejt) Polpa, pomace (fil-każ ta' frott eċċ) |

Polpa, pomace (fil-kaæ ta' frott eċċ) |

Tgerbib f'boċċi żgħar | L-Ikkompressar permezz ta' mogħdija minn | Boċċi żgħar |

Preġalitinizzazzjoni | Modifikazzjonijiet tal-lamtu biex tiġi mtejba b'mod sinifikanti l-kapaċità tiegħu li jinfetaħ f'ilma kiesaħ | Preġelatinizzat |

Irfinar | Tneħħija ta' l-impuritajiet fiz-zokkor, iż-żjut u materjali naturali oħrajn permezz ta' trattament kimiku/fiżiku | Raffinat |

Tħin imxarrab | Separazzjoni mekkanika tal-partijiet komponenti tal-qalba/qamħ wara li jintefgħu fl-ilma, possibbilment b'diossidju tal-kubrit, għall-estrazzjoni tal-lamtu | Nibbiet, glutina, lamtu |

V. DISPOSIZZONIJIET DWAR IL-LIVELLI INDIKATI JEW LI JRIDU JIĠU DIKJARATI KIF SPEĊIFIKATI FIL-PARTIJIET B U Ċ

1. Il-livelli indikati jew li għandhom jiġu dikjarati għandhom x’jaqsmu mal-piż ta’ materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem, ħlief jekk jingħad mod ieħor.

2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3 u l-Artikolu 6 (3) (b) tad-Direttiva u dejjem jekk ebda livell ma jkunx stabbilit fil-Parti B ta’ dan l-Anness, il-kontenut ta’ umdità tal-materjal ta’ l-ikel irid jiġi mistqarrr jekk ikun jeċċedi l-14,5 % tal-piż tal-materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem. Fil-każ ta’ prodotti ta’ l-għalf tal-bhejjem b’kontenut ta’ umdità li ma jeċċedix il-limiti hawn fuq indikati, dak il-kontenut irid jiġi dikjarat fuq talba tax-xerrej.

3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3 tad-Direttiva u sakemm ebda livell ieħor ma jiġi stabbilit fil-Parti B ta’ dan l-Anness il-livell ta’ irmied li ma jinħallx fl-aċidu idrokloriku ta’ materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem irid jiġi dikjarat jekk ikun jaqbeż it-2,2 % fil-materjal niexef.

VI. DISPOSIZZJONIJIET DWAR AĠENTI LI JIŻNATURAW U LI JGĦAQQDU

Meta l-prodotti li għalihom issir referenza fil-kolonna 2 tal-Parti B jew il-kolonna 1 tal-Parti Ċ ta’ dan l-Anness jintużaw biex jiżnaturaw jew jgħaqqdu materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem, l-informazzjoni li ġejja trid tingħata:

- aġenti li jiżnaturaw: natura u kwantità tal-prodotti użati,

- aġenti li jgħaqqdu: in-natura tal-prodotti użati.

Fil-każ ta’ aġenti li jgħaqqdu, il-kwantità tal-prodotti użati ma tistax taqbeż it-3 % tal-piż totali.

VII. DISPOSIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDAW IL-LIVELL MINIMU TOLLERAT INDIKAT JEW LI GĦANDU JKUN DIKJARAT KIF SPEĊIFIKAT FIL-PARTI B U Ċ

Meta, wara spezzjoni uffiċjali skond l-Artikolu 12 tad-Direttiva, il-kompożizzjoni ta’ materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem tinstab li tmur oltre l-kompożizzjoni dikjarata b’tali mod li tnaqqas il-valur tagħha, it-tollerenzi minimi li ġejjin huma permessi:

(a) għall-proteini mhux maħdumin:

- 2 unitajiet għal kontenuti dikjarati ta’ 20 % jew iżjed,

- 10 % tal-kontenut dikjarat għall-kontenuti dikjarati ta’ inqas minn 20 % imma inqas minn 10 %,

- Unità 1 għal kontenuti dikjarati ta’ inqas minn 10 %;

(b) għal zokkor totali, zokkor li jnaqqas, sukrosju, lattosju u glukosju (destrosju):

- 2 unitajiet għal kontenuti dikjarati ta’ 20 % jew iktar,

- 10 % tal-kontenut dikjarat għall-kontenuti dikjarati ta’ inqas minn 20 % imma mhux inqas minn 5 %,

- 0,5 unità għall-kontenuti dikjarati ta’ inqas minn 5 %;

(ċ) għall-lamtu u l-inulina:

- 3 unitajiet ta’ kontenuti dikjarati ta’ 30 % jew iktar,

- 10 % tal-kontenut dikjarat ta’ inqas minn 30 % imma mhux inqas minn 10 %,

- unità 1 għall-kontenuti dikjarati ta’ inqas minn 10 %;

(d) għal żjut u xaħmijiet mhux maħdumin:

- 1,8 unitajiet għal kontenuti dikjarati ta’ 15 % jew iżjed,

- 12 % tal-kontenut dikjarat ta’ inqas minn 15 % imma mhux inqas minn 5 %,

- 0,6 unità għall-kontenuti dikjarati ta’ inqas minn 5 %;

(e) għal Fibra mhux maħduma:

- 2,1 unitajiet għal kontenuti dikjarati ta’ 14 % jew iżjed,

- 15 % tal-kontenut dikjarat għall-kontenuti dikjarati ta’ inqas minn 14 % imma inqas minn 6 %,

- 0,9 unità għall-kontenuti dikjarati ta’ inqas minn 6 %;

(f) għall-umdità u l-irmied mhux maħdum:

- unità 1 għall-kontenuti dikjarati ta’ 10 % jew iktar,

- 10 % tal-kontenut dikjarat għall-kontenuti dikjarati ta’ inqas minn 10 % imma mhux inqas minn 5 %,

- 0,5 unità għall-kontenuti dikjarati ta’ inqas minn 5 %;

(g) għall-fosforu totali, sodjum, kalċju karbonat, kalċju, manjesju, indiċi aċidu u materjal li ma jinħallx f’petroljum ħafif:

- 1,5 unitajiet għal kontenuti dikjarati (valuri) ta’ 15 % (15) jew iżjed, kif jixraq,

- 10 % tal-kontenut dikjarat (valur) ta’ kontenuti dikjarati (valuri) ta’ inqas minn 15 % (15) imma mhux inqas minn 2 % (2) kif jixraq,

- 0,2 unitajiet għall-kontenuti dikjarati (valuri) ta’ 2 % (2), kif jixraq,

(h) għall-irmied li ma jinħallx fl-aċidu idrokloriku u fi kloridi espressi bħala NaCI:

- 10 % tal-kontenut dikjarat għal kontenuti dikjarati ta’ 3 % jew iżjed,

- 0,3 unità għall-kontenuti dikjarati ta’ inqas minn 3 %;

(i) għall-karotina, vitamina A au xantophyll:

- 30 % tal-kontenut dikjarat;

(j) għal methionine, lysine u bażijiet volatili nitroġenużi:

- 20 % tal-kontenut dikjarat;

IL-PARTI B

Lista mhux esklussiva ta’ materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem prinċipali

QAMĦ ĊEREALI, IL PRODOTTI TAGĦHOM U PRODOTTI SEKONDARJI

Numru | Isem | Deskrizzjoni | Dikjarazzjonijiet obbligatorji |

1 | 2 | 3 | 4 |

1.01 | Ħafur | Qamħ ta' l-Avena sativa L u kultivari oħrajn tal-ħafur | |

1.02 | Frak tal-ħafur | Il-prodott miksub wara t-tgħollija u t-trembil ta' ħafur imqaxxar. Jista' jkollu porzjon żgħir tal-qxur tal-ħafur | Lamtu |

1.03 | Prodotti inferjuri tal-ħafur | Il-prodott sekondarju miksub matul l-ipproċessar ta' ħafur mgħarbel u mqaxxar fi dqiq jew ħafur mitħun oħxon. Dan jikkonsisti prinċipalment f'nuħħala tal-ħafur u xi endosperma | Fibra mhux maħduma |

1.04 | Qafas tal-ħafur u nuħħala | Il-prodott sekondarju miksub matul l-ipproċessar ta' ħafur mgħarbel f'ħafur mitħun oħxon. Dan jikkonsisti prinċipalment fi qxur tal-ħafur u nuħħala | Fibra mhux maħduma |

1.05 | Ix-xgħir | Ħabba tal-Hordeum vulgare L. | |

1.06 | Prodotti inferjuri tax-xgħir | Il-prodott sekondarju miksub matul l-ipproċessar ta' xgħir mgħarbel u mqaxxar f'xgħir perla, semolina jew dqiq | Fibra mhux maħduma |

1.07 | Ross mfarrak | Il-prodott sekondarju tar-ross Oryza sativa L. illustrat jew igglejżjat. Dan jikkonsisti prinċipalment f'qamħ żgħir u/jew imkisser. | Lamtu |

1.08 | Nuħħala tar-ross (kannella) | Il-prodott sekondarju ta' l-ewwel lostru tar-ross imqaxxar. Dan jikkonsisti prinċipalment fi qxur ta' lewn il-fidda, partikoli tas-saff aleurone, endosperma u raħs | Fibra mhux maħduma |

1.09 | Nuħħala tar-ross (abjad) | Il-prodott sekondarju tat-tieni lostratura tar-ross imqaxxar. Huwa jikkonsisti prinċipalment fil-partikoli tas-saff aleurone, endosperma u raħs | Fibra mhux maħduma |

1.10 | Nuħħala tar-ross b'kalċju karbonat | Il-prodott sekondarju tal-lostratura tar-ross imqaxxar. Dan jikkonsisti prinċipalment fi qxur ta' lewn il-fidda, partikoli tas-saff aleurone, endosperma, raħs u ammonti żgħar ta' kalċju karbonat li jirriżulta mill-użu tal-proċess tal-fabbrikazzjoni. (Kontenut massimu ta' CaCO3- 3 %) | Fibra mhux maħduma |

1.11 | Għalf li jikkonsisti f'ross mitħun oħxon imsajjar minn qabel | Il-prodott sekondarju tal-lostratura tar-ross imqaxxar u msajjar minn qabel. Dan jikkonsisti prinċipalment fi qxur ta' lewn il-fidda, partikoli tas-saff aleurone, endosperma, raħs u ammont żgħar ta' kalċju karbonat li jirriżulta mill-użu tal-proċess tal-fabbrikazzjoni. (Massimu CaCO3-kontenut 3 %) | Fibra mhux maħduma |

1.12 | Expeller taż-żerriegħa tar-ross | Il-prodott sekondarju tal-manifattura taż-żejt, miksub bl-ippressar tar-raħs tar-ross ma' dawk il-partijiet ta' l-endosperma u t-testa li jkunu għadhom imwaħħlin | Proteina mhux maħduma Xaħam mhux maħdum Fibra mhux maħduma |

1.13 | Raħs tar-ross, estratt | Il-prodott sekondarju tal-manifattura taż-żejt, miksub billi tippressa r-raħs tar-ross ma' dawk il-partijiet ta' l-endosperma u t-testa li jkunu għadhom imwaħħlin | Proteina mhux maħduma |

1.14 | Lamtu tar-ross | Lamtu teknikament pur | Lamtu |

1.15 | Taħħan | Qamħ tal-Panicum miliaceum L. | |

1.16 | Is-segala | Ħabba tas-Secale cereale L. | |

1.17 | Prodotti inferjuri tas-segala | Il-prodott sekondarju tal-manifattura tad-dqiq miksub mis-segala mgħarbla. Dan jikkonsisti prinċipalment f'partikoli ta' l-endosperma, b'biċċiet fini tal-qxur ta' barra u xi fdal tal-qamħ | Fibra mhux maħduma |

1.18 | Għalf tas-segala | Il-prodott sekondarju tal-manifattura tad-dqiq miksub mis-segala mgħarbla. Dan jikkonsisti prinċipalment f'biċċiet tal-qxur ta' barra, u tal-partikoli tal-qamħ li minnhom tkun tneħħiet inqas endosperma milli fin-nuħħala tas-segala | Fibra mhux maħduma |

1.19 | Nuħħala tas-segala | Il-prodott sekondarju tal-manifattura tad-dqiq, miksub mis-segala mgħarbla. Dan jikkonsisti prinċipalment minn biċċiet tal-qxur ta' barra, u tal-partikoli tal-ħabba li minnhom il-biċċa l-kbira ta' l-endosperma tkun ġiet imneħħija | Fibra mhux maħduma |

1.20 | Sorgu | Ħabba tas-sorgu bicolor (L.) Moench s.l. | |

1.21 | Qamħ | Ħabba tat-Triticum aestivum L., Triticum durum Desf, u kultivari oħrajn tal-qamħ | |

1.22 | Prodotti inferjuri tal-qamħ | Il-prodott sekondarju tal-manifattura tad-dqiq miksub mill-ħabba tal-qamħ mgħarbla jew spelt imqaxxar. Dan jikkonsisti prinċipalment f'partikoli ta' endosperma, biċċiet fini tal-qxur ta' barra u xi fdal tal-ħabba | Fibra mhux maħduma |

1.23 | Għalf tal-qamħ | Il-prodott sekondarju tal-manifattura tad-dqiq miksuba minn ħabba maqsuma jew spelt maqsum. Dan jikkonsisti prinċipalment f'biċċiet tal-qxur ta' barra, u tal-partikoli tal-qamħ li minnhom ġiet imnaqqsa inqas endosperma milli fin-nuħħala tal-qamħ | Fibra mhux maħduma |

1.24 | Qamħ tal-nuħħala [3] | Il-prodott sekondarju mill-fabbrikazzjoni tad-dqiq miksub minn qamħ maqsum jew spelt maqsum. Dan jikkonsisti prinċipalment f'biċċiet tal-qxur ta' barra, u tal-partikoli tal-ħabba li minnhom il-parti l-kbira ta' l-endosperma ġiet imneħħija | Fibra mhux maħduma |

1.25 | Żerriegħa tal-qamħ | Prodott sekondarju mit-tħin tad-dqiq li jikkonsisti essenzjalment minn żerriegħa tal-qamħ, irrumblata jew xort' oħra, li jistgħu jkunu għadhom magħha biċċiet ta' endosperm u tal-qoxra ta' barra | Proteina kruda Xaħam krud |

1.26 | Glutina ta' qamħ | Prodott sekondarju mnixxef tal-fabbrikazzjoni ta' lamtu. Jikkonsisti prinċipalment fi gluten miksub tul is-separazzjoni tal-lamtu | Proteina kruda |

1.27 | Għalf tal-gluten tal-qamħ | Prodott sekondarju tal-fabbrikazzjoni tal-lamtu tal-qamħ. Huwa kompost minn bran u gluten, li għalih komponenti tal-likur ta' steeping u kwantità żgħira ta' żerriegħa li minnha tneħħa ż-żejt jistgħu jiżdiedu. | Proteina kruda Lamtu |

1.28 | Lamtu tal-qamħ | Lamtu tal-qamħ teknikament pur | Lamtu |

1.29 | Spelt | Żerriegħa ta' spelt Tritcum spelta L., Triticum dioccum Schrank, Triticum monococcum | |

1.30 | Triticale | Żerriegħa ta' Triticum Secale ibridu | |

1.31 | Qamħirrum | Żerriegħa ta' Zea mays L. | |

1.32 | Middlings tal-qamħ | Prodott tal-fabbrikazzjoni ta' qamħ jew semolina minn qamħirrun. Jikkonsisti prinċipalment minn frak tal-qxur ta' barra u partikolati ta' żerriegħa li minnhom inqas mill-endosperma tneħħiet minn bran tal-qamħirrun | Fibra kruda |

1.33 | Bran tal-qamħirrun | Prodott sekondarju tal-fabbrikazzjoni ta' dqiq jew semolina mill-qamħirrun. Jikkonsisti prinċiparjament minn qxur barranin u ftit frak ta' qamħirrun, b'xi partikolati ta' endosperma. | Fibra kruda |

1.34 | Expeller taż-żerriegħa | Prodott sekondarju ta' fabbrikazzjoni taż-żejt, ottenut bl-ippressar ta' żerriegħa tal-qamħ niexfa jew imxarrba li għaliha partijiet ta' l-endosperma u testa jistgħu xorta jibqgħu | Proteina kruda Fibra kruda |

1.35 | Żerriegħa tal-qamħirrum, estratta | Prodott sekondarju tal-fabbrikazzjoni taż-żejt, ottenut bl-estrazzjoni ta' żerriegħa tal-qamħirrum ipproċessat li għaliha l-partijiet ta' endosperma u testa jistgħu xorta jibqgħu | Proteina kruda |

1.36 | Għalf tal-glutina tal-qamħirrum [4] | Prodott sekondarju tal-fabbrikazzjoni tal-lamtu tal-qamħirrum. Huwa kompost minn bran u glutina, li għalihom komponenti tal-likur steeping u kwantità żgħira ta' żerriegħa li minnha tneħħa ż-żejt tista' tiżdied | Proteina kruda Lamtu |

1.37 | Glutina tal-qamħirrum | Prodott sekondarju mnixxef tal-lamtu tal-qamħirrum. Jikkonsisti prinċipalment f'glutina ottenuta tul is-separazzjoni tal-lamtu | Proteina kruda |

1.38 | Lamtu tal-qamħirrum | Lamtu tal-qamħirrum teknikament pur | |

1.39 | Lamtu tal-qamħirrum pre-ġelatiniżżat [5] | Lamtu tal-qamħirrum trattat bis-sħana, li jkollu bħala kwalità tneffiħ sostanzjali ma' kuntatt ma' ilma kiesaħ | Lamtu |

1.40 | Zkuk tax-xgħir | Prodotti sekondarji tal-proċess tax-xgħir, li jikkonsistu prinċipalment minn Egħruq imnixfin ta' ċereali ġerminati | Proteina mhux maħduma |

1.41 | Ħabba mnixxfa tal-birreriji | Il-prodott sekondarju tal-manifattura tal-birra miksub mill-fdalijiet tat-tnixxif taċ-ċereali bix-xgħir u dawk mingħajr xgħir u prodotti oħrajn illamtati | Proteina mhux maħduma |

1.42 | Ħabba mnixxfa tad-distillaturi | Il-prodott sekondarju ta' l-alkoħol distillat miksub mit-tnixxif ta' fdalijiet solidi tal-qamħ iffermentat | Proteina mhux maħduma |

1.43 | Ħabba skura tad-distillaturi [6] | Il-prodott sekondarju tad-distillazzjoni ta' l-alkoħol miksub mit-tnixxif tal-fdalijiet solidi tal-qamħ iffermentat li miegħu jkun ġie miæjud pot ale syrup jew spent wash evaporat | Proteina mhux maħduma |

2. ŻRIERAGĦ TAŻ-ŻEJT, FROTT TAŻ-ŻEJT, IL-PRODOTTI TAGĦHOM U PRODOTTI SEKONDARJI

Numru | Isem | Deskrizzjoni | Dikjarazzjonijiet obbligatorji |

1 | 2 | 3 | 4 |

2.01 | Ful selvaġġ ta' l-Amerka tat-Tramuntana parzjalment dekortikat, expeller | Il-prodott sekondarju tal-manifattura taż-żejt, miksub billi wieħed jippressa ful selvaġġ ta' l-Amerka tat-Tramuntana parzjalment dekortikat Arachis hypogaea L. u speċi oħra ta' Arachis (Kontenut massimu ta' fibra mhux maħduma ta' 16 % fil-materja niexfa.) | Proteina mhux maħduma Xaħam mhux maħdum Fibra mhux maħduma |

2.02 | Ful selvaġġ ta' l-Amerka tat-Tramuntana parzjalment dekortikat, estratt | Il-prodott sekondarju tal-manifattura taż-żejt, miksub mill-estrazzjoni tal-ful selvaġġ ta' l-Amerka tat-Tramuntana parzjalment dekortikat. (Kontenut ta' Fibra mhux maħduma massimu ta' 1 6% fil-materja niexfa) | Proteina mhux maħduma Xaħam mhux maħdum |

2.03 | Ful selvaġġ ta' l-Amerka tat-Tramuntana, dekortikat, expeller | Il-prodott sekondarju tal-manifattura taż-żejt, miksuba bl-ippressar tal-Ful selvaġġ ta' l-Amerka tat-Tramuntana dekortikati | Proteina mhux maħduma Xaħam mhux maħdum Fibra mhux maħduma |

2.04 | Ful selvaġġ ta' l-Amerka tat-Tramuntana, dekortikat, expeller | Il-prodott sekondarju tal-manifattura taż-żejt, miksuba bl-ippressar tal-Ful selvaġġ ta' l-Amerka tat-Tramuntana dekortikati | Proteina mhux maħduma Xaħam mhux maħdum |

2.05 | Żerriegħa tar-rapa [7] | Il-prodott sekondarju tal-manifattura taż-żejt, miksub bl-estrazzjoni tal-Ful selvaġġ ta' l-Amerka tat-Tramuntana dekortikat | |

2.06 | Expeller taż-żerriegħa tar-rapa [7] | Żerriegħa tar-rapa Brassica napus L. ssp oleifera (Metg.) Sinsk., tas-sarson Indjana Brassica napus L. Var. Glauca (Roxb.) O. E. Schulz u tar-rapa Brassica campestris L. ssp oleifera (Metzg.) Sinsk. (Purità botanika minima 94 %) | Proteina mhux maħduma Xaħam mhux maħdum Fibra mhux maħduma |

2.07 | Żerriegħa tar-rapa estratta [7] | Il-prodott sekondarju tal-manifattura taż-żejt, miksub bl-ippressar taż-żerriegħa tar-rapa. (Purita' botanika minima 94 %) | Proteina mhux maħduma |

2.08 | Qafas taż-żerriegħa tar-rapa | Il-prodott sekondarju miksub matul it-tneħħija tal-qafas taż-żerriegħa tar-rapa | Fibra mhux maħduma |

2.09 | Żerriegħa tas-Safflower, parzjalment estratta | Il-prodott sekondarju tal-manifattura taż-żejt, miksub bl-estrazzjoni taż-żerriegħa parzjalment dekortikata tas-safflower Carthamus tinctorius L. | Proteina mhux maħduma Fibra mhux maħduma |

2.10 | Expeller tal-kopra | Il-prodott sekondarju tal-manifattura taż-żejt, miksub mill-estrazzjoni ta' l-għadma mnixxfa (endosperma) u qxur oħra (tegument) taż-żerriegħa tal-palma tal-ġewż ta' l-indi Cocos nucifera L. | Proteina mhux maħduma Xaħam mhux maħdum Fibra mhux maħduma |

2.11 | Kopra, estratta | Il-prodott sekondarju tal-manifattura taż-żejt bl-estrazzjoni ta' l-għadma mnixfa (endosperma) u qoxra oħra (tegument) taż-żerriegħa tal-palma tal-ġewż ta' l-indi Cocos nucifera L. | Proteina mhux maħduma |

2.12 | Expeller ta' l-għadma tal-palm | Il-prodott sekondarju tal-manifattura taż-żejt, miksub bl-ippressar ta' l-għadam tal-palm (Elaeis guineensis Jacq.), Corozo oleifera (HBK) L. H. Bailey (Eleais melanococca auct.) li minnu kemm jista' jkun il-qoxra iebsa tkun tneħħiet | Proteina mhux maħduma Xaħam mhux maħdum Fibra mhux maħduma |

2.13 | Għadam tal-palm estratt | Il-prodott sekondarju tal-manifattura taż-żejt, miksub mill-estrazzjoni ta' l-għadam tal-palm li minnu kemm jista' jkun il-qoxra iebsa tkun tneħħiet | Proteina mhux maħduma Fibra mhux maħduma |

2.14 | Fażola tas-sojja, estratta, mixwija | Fażola tas-sojja Glycine max. L. Merr. Suġġetti għal trattament xieraq tas-sħana | |

2.15 | Fażola tas-sojja, estratta, mixwija | Il-prodott sekondarju tal-manifattura taż-żejt, miksub mill-fażola tas-sojja wara l-estrazzjoni u t-trattament tas-sħana xieraq | Proteina mhux maħduma |

2.16 | Fażola tas-sojja, imqaxxra, estratta, mixwija | Il-prodott sekondarju tal-manifattura taż-żejt, miksub mill-fażola tas-sojja mqaxxra wara l-estrazzjoni u t-trattament tas-sħana xieraq | Proteina mhux maħduma Fibra mhux maħduma |

2.17 | Fażola tas-sojja, konċentrat tal-proteina | Il-prodott miksub minn fażola tas-sojja mqaxxra u li minnhom ikun ġie estratt ix-xaħam | Proteina mhux maħduma |

2.18 | Żejt tal-fażola tas-sojja | Żejt miksub minn fażola tas-sojja | |

2.19 | Qxur tal-fażola tas-sojja | Il-prodott sekondarju miksub matul it-tneħħija tal-qafas tal-fażola tas-sojja | Fibra mhux maħduma |

2.20 | Żerriegħa tal-qoton | Żerriegħa tal-qoton Gossypium ssp. Li minna jkunu tneħħew il-fibri | Proteina mhux maħduma Fibra mhux maħduma Xaħam mhux maħdum |

2.21 | Żerriegħa tal-qoton parzjalment dekortikata estratta | Il-prodott sekondarju tal-manifattura taż-żejt, miksub mill-estrazzjoni taż-żerriegħa tal-qoton li minnhom ikunu tneħħew il-qxur. (Kontenut massimu ta' fibra ta' 22,5 % fil-materja niexfa) | Proteina mhux maħduma Fibra mhux maħduma |

2.22 | Expeller taż-żerriegħa tal-qoton | Il-prodott sekondarju tal-manifattura taż-żejt, miksub bl-ippressar tal-qoton li minnhom ikunu ġew imneħħija l-fibri | Proteina mhux maħduma Fibra mhux maħduma Xaħam mhux maħdum |

2.23 | Expeller taż-żerriegħa tan-Niġer | Il-prodott sekondarju tal-manifattura taż-żejt, miksub bl-ippressar taż-żrieragħ tal-pjanta niġer Guizotia abyssinica (L.F.) Cass. Irmied li ma jinħallx fl-HCI: mass 3,4 %) | Proteina mhux maħduma Xaħam mhux maħdum Fibra mhux maħduma |

2.24 | Żerriegħa tal-ġirasol | Żrieragħ tal-ġirasol Helianthus annuus L. | |

2.25 | Żerriegħa tal-ġirasol, estratta | Il-prodott sekondarju tal-manifattura taż-żejt, miksub mill-estrazzjoni taż-żerriegħa tal-ġirasol | Proteina mhux maħduma |

2.26 | Żerriegħa tal-ġirasol, parzjalment dekortikata, estratta | Il-prodott sekondarju tal-manifattura taż-żejt, miksub mill-estrazzjoni taż-żerriegħa tal-ġirasol li minnhom ikunu tneħħew parti mill-qxur. (Fibra mhux maħduma massimu 27,5 % f'materjal niexef) | Proteina mhux maħduma Fibra mhux maħduma |

2.27 | Kittien | Żrieragħ tal-kittien Linum usitatissimum L. (Purita' botanika minima 93 %) | |

2.28 | Expeller taż-żerriegħa tal-kittien | Il-prodott sekondarju tal-manifattura taż-żejt, miksub bl-ippressar taż-żerriegħa tal-kittien. (Purita' botanika minima 93 %) | Proteina mhux maħduma Xaħam mhux maħdum Fibra mhux maħduma |

2.29 | Kittien, estratt | Il-prodott sekondarju tal-manifattura taż-żejt, miksuba mill-estrazzjoni taż-żerriegħa tal-kittien. (Purita' botanika minima 93 %) | Proteina mhux maħduma |

2.30 | Polpa taż-żebbuġ | Il-prodott sekondarju tal-manifattura taż-żejt, miksub mill-estrazzjoni taż-żebbuġ Olea europea L., kemm jista' jkun mifrud mill-partijiet ta' l-għadma | Proteina mhux maħduma Fibra mhux maħduma |

2.31 | Expeller taż-żerriegħa tal-ġulġlien | Il-prodott sekondarju miż-żejt fabbrikat, miskub bil-pressar taż-żerriegħa tal-pjanta tal-ġulġlien Sesamum indicum L. (Irmied li ma jinħallx f' HCl: mass 5 %) | Proteina mhux maħduma Fibra mhux maħduma Xaħam mhux maħdum |

2.32 | Ful tal-kawkaw parzjalment dekortikat, estratt | Il-prodott sekondarju tal-manifattura taż-żejt, miksub mill-estrazzjoni tal-ful tal-kawkaw imnixxfa u mixwija Theobroma cacao L. li minnhom ikunu tneħħew parti mill-qxur | Proteina mhux maħduma |

3. ŻRIERAGĦ TAL-LEGUMI, IL-PRODOTTI TAGĦHOM U PRODOTTI SEKONDARJI

Numru | Isem | Deskrizzjoni | Dikjarazzjonijiet obbligatorji |

1 | 2 | 3 | 4 |

3.01 | ċiċri | ċiċri taċ-cicer arietinum L. | |

3.02 | Guar mitħun oħxon, estratt | Il-prodott sekondarju miksub wara l-estrazzjoni tal-muċilaġni miż-żrieragħ tal-Cyamopsis tetragonoloba (L.) Taub. | Proteina mhux maħduma |

3.03 | Ervil | Żrieragħ ta' l-Ervum ervilia L. | |

3.04 | Ġulbiena tal-flieles [8] | Żrieragħ tal-lathyrus sativus L. Sottomessi għal trattament ta' sħana xierqa | |

3.05 | Għads | Żrieragħ tal-lens culinaris a.o. Medik | |

3.06 | Lupini ħelwin | Żrieragħ tal-lupinus spp. Baxxi fil-kontenut taż-żerriegħa morra | |

3.07 | Ful, mixwija | Żrieragħ tal-Phaseolus jew Vigna spp. Sottomessi għal trattament ta' sħana xierqa biex teqred leċtini tossiċi | |

3.08 | Piżelli | Żrieragħ tal-Pisum spp | |

3.09 | Prodotti inferjuri tal-piżelli | Il-prodott sekondarju miksub matul il-manifattura tad-dqiq tal-piżelli. Dan jikkonsisti prinċipalment f'partikoli tal-cotyledon, u b'mod inqas, fi qxur | Proteina mhux maħduma Fibra mhux maħduma |

3.10 | Nuħħala tal-piżelli | Il-prodott sekondarju miksub matul il-manifattura ta' piżelli mitħuna ħoxna. Dan jikkonsisti prinċipalment fi qxur imneħħija matul it-tqaxxir u t-tindif tal-piżelli | Proteina mhux maħduma |

3.11 | Ful taż-żiemel | Żrieragħ tal-Vicia faba L. ssp. faba var. equina Pers. u var. minuta (Alef.) Mansf. | |

3.12 | Ġulbiena monantha | Żrieragħ tal-vicia monanthos Desf. | |

3.13 | Ħulbiena | Żrieragħ tal-vicia sativa L. var. sativa u varjetajiet oħrajn | |

4. TUBERI, EGĦRUQ, IL-PRODOTTI TAGĦHOM U L-PRODOTTI SEKONDARJI

Numru | Isem | Deskrizzjoni | Dikjarazzjonijiet obbligatorji |

1 | 2 | 3 | 4 |

4.01 | (Zokkor) Polpa tal-pitravi | Il-prodott sekondarju tal-manifattura taz-zokkor, li jikkonsisti f'biċċiet estratti u moqlijin tal-pitravi taz-zokkor beta vulgaris L. ssp vulgaris var. altissima Doell. (Kontenut masimu ta' rmied li ma jinħallx fl-HCl: 3,5 % ta' materjal niexef) | Zokkor totali espress bħala sukrosju |

4.02 | (Zokkor) Molassi tal-pitravi | Il-prodott sekondarju li jikkonsisti fi fdal tal-ġulepp li jifdal u li jinġabar matul il-manifattura jew l-irfinar tal-pitravi taz-zokkor. (Kontenut ta' umdita' massima: 25 %) | Zokkor totali espress bħala sukrosju |

4.03 | (Zokkor) pitavi tal-pult, molassi | Il-prodott sekondarju mill-manifattura taz-zokkor li jikkonsisti f'polpa mnixxfa tal-pitravi taz-zokkor, li miegħu jkunu ġew miżjuda l-molassi | Zokkor totali espress bħala sukrosju |

4.04 | (Zokkor) vinasse tal-pitravi | Il-prodott sekondarju miksub wara l-fermentazzjoni tal-molassi tal-birra fil-produzzjoni ta' l-alkoħol, qamħ, aċidu taċ-ċitru u sustanzi organiċi oħrajn | Proteina mhux maħduma NPN |

4.05 | (Pitravi) Zokkor [9] | Zokkor estratt mill-pitravi taz-zokkor | Sukrosju |

4.06 | Patata ħelwa | Tuberi ta' l-Ipomoea batatas (L) Poir, irrispettivament mill-preżentazzjoni tagħhom | Lamtu |

4.07 | Manjoka | Egħruq tal-Manhiot esculenta Crantz, minkejja l-preżentazzjoni tagħhom | Lamtu |

4.08 | Manjoka, lamtu minfuħ | Lamtu miksub mill-egħruq tal-Manjoka, minfuħa ħafna bi trattament xieraq tas-sħana | Lamtu |

4.09 | Polpa tal-patata | Il-prodott sekondarju ta' l-estrazzjoni ta' l-lamtu tal-patata Solanum tuberosum L. | |

4.10 | Lamtu tal-patata | Lamtu teknikament pur tal-patata | Lamtu |

4.11 | Proteina tal-patata | Il-prodott sekondarju mnixxef tal-manifattura tal-lamtu kompost prinċipalment minn sustanzi tal-proteina miksuba wara s-separazzjoni tal-lamtu | Proteina mhux maħduma |

5. ŻRIERAGĦ OĦRAJN U FROTT, IL-PRODOTTI TAGĦHOM U PRODOTTI SEKONDARJI

Numru | Isem | Deskrizzjoni | Dikjarazzjonijiet obbligatorji |

1 | 2 | 3 | 4 |

5.01 | Qxur tal-ħarrub | Il-prodott miksub bit-tgħaffiġ tal-frott imnixxef (qxur) tas-siġar tal-ħarrub Ceratonia seliqua L., li minnhom il-ħarrub ikun tneħħa | Fibra mhux maħduma |

5.02 | Polpa taċ-ċitru | Il-prodott sekondarju miksub bl-ippressar tal-frott taċ-ċitru Citrus spp. Matul il-produzzjoni tal-meraq taċ-ċitru | Fibra mhux maħduma |

5.03 | Meraq tat-tuffiegħ | Il-prodott sekondarju miksub bl-ippressar tat-tuffiegħ Malus spp. Matul il-produzzjoni tal-meraq tat-tuffiegħ | Fibra mhux maħduma |

5.04 | Polpa tat-tadam | Il-prodott sekondarju miksub mit-tadam pressat Solanum lycopersicum Karst. Matul il-produzzjoni tal-meraq tat-tadam | Fibra mhux maħduma |

5.05 | Polpa ta' l-għeneb | Il-prodott sekondarju mill-ipproċessar ta' l-għeneb Vitis vinifera L. wara li l-meraq ikun ġie ppressat 'il barra | Fibra mhux maħduma |

5.06 | Żrieragħ ta' l-għeneb, estratti | Il-prodott sekondarju ta' l-ipproċessar ta' l-għeneb kompost miż-żerriegħa estratti, prattikament eæenti minn komponenti oħrajn | Fibra mhux maħduma |

6. GĦALF U GĦALF ĦAŻIN

Numru | Isem | Deskrizzjoni | Dikjarazzjonijiet obbligatorji |

1 | 2 | 3 | 4 |

6.01 | Għalf Lucerne [10] | Il-prodott miksub bit-tnixxif u t-tħin tal-lucerne ægħar Medicago sativa L, u Medicago var. Martyn (Minimum botanical purity 80 %) (Irmied li ma jinħallx fl-HCl: mass 3.4 %) | Proteina mhux maħduma Fibra mhux maħduma |

6.02 | Pomace tal-Lucerne | Il-prodott sekondarju miksub mit-tagħsir tal-meraq mill-lucerne | Proteina mhux maħduma |

6.03 | Konċentrat tal-proteina tal-lucerne | Il-prodott sekondarju miksub mit-tagħsir tal-meraq mill-lucerne | Karotina Proteina mhux maħduma |

6.04 | Ikel tas-silla [10] | Il-prodott miksub bit-tnixxif u t-tħin tas-silla ægħira Trifolium spp. (Purita' botanika minima 80 %) (Irmied li ma jinħallx fl-HCl: mas 3,4 %) | Proteina mhux maħduma Fibra mhux maħduma |

6.05 | Ikel tal-ħaxix [10] | Il-prodott miksub mit-tnixxif u t-tħin ta' pjanti ægħar ta' l-għalf (Irmied li ma jinħallx fl-HCl: mass 3,4 %) | Proteina mhux maħduma Fibra mhux maħduma |

6.06 | Tiben qamħ | Tiben tal-qamħ | |

6.07 | ċereali tiben, trattati [11] | Il-prodott miksub bi trattament xieraq tat-tiben ċereali | Proteina mhux maħduma NPN, jekk trattat bl-ammonja Sodju, jekk trattat b' NaOH |

7. PJANTI OĦRAJN, IL-PRODOTTI TAGĦHOM U PRODOTTI SEKONDARJI

Numru | Isem | Deskrizzjoni | Dikjarazzjonijiet obbligatorji |

1 | 2 | 3 | 4 |

7.01 | (Zokkor) Molassi tal-kannamieli | Il-prodott sekondarju li jikkonsisti fi fdal ta' ġulepp miġbura matul il-manifattura ta' l-irfinar taz-zokkor tal-kannamieli Saccharum offinarum L. (Kontenut ta' umdità massima: 25 %) | Zokkor totali espress bħala sukrosju |

7.02 | (Zokkor) Kannamieli vinasse | Il-prodott sekondarju miksub wara l-fermentazzjoni tal-molassi tal-kannamieli fil-produzzjoni ta' l-alkoħol, il-qamħ, l-aċidu ċitriku u sustanzi organiċi oħrajn | Proteina mhux maħduma |

7.03 | (Kannamieli) Zokkor [12] | Zokkor estratt mill-kannamieli | Sukrosju |

7.04 | Ikel ta' l-alga | Il-prodott miksub bit-tnixxif u t-tgħaffiġ ta' l-alga, b'mod partikolari l-alga kannella. Dan il-prodott jista' jkun ġie maħsul biex jitnaqqas il-kontenut ta' iodine | Irmied mhux maħdum |

8. PRODOTTI TAL-ĦALIB

Numru | Isem | Deskrizzjoni | Dikjarazzjonijiet obbligatorji |

1 | 2 | 3 | 4 |

8.01 | Trab tal-ħalib xkumat | Il-prodott miksub mit-tnixxif tal-ħalib li minnu l-parti l-kbira tax-xaħam ikun ġie mifrud | Proteina mhux maħduma |

8.02 | Trab tal-ħalib tal-butir | Il-prodott miksub mit-tnixxif tal-likwidu li jibqa' wara ż-żingla tal-butir | Proteina mhux maħduma Xaħam mhux maħdum Lattosju |

8.03 | Trab tax-xorrox | Il-prodott miksub bit-tnixxif tal-likwidu li jibqa' wara l-produzzjoni ta' ġobon, quark u kaseina jew proċessi simili | Proteina mhux maħduma Lattosju |

8.04 | Trabb tax-xorrox, baxx fiz-zokkor | Il-prodott miksub bit-tnixxif tax-xorrox li minnu l-lattosju jkun ġie parzjalment imneħħi | Proteina mhux maħduma Lattosju |

8.05 | Trab tal-proteina tax-xorrox [13] | Il-prodott miksub bit-tnixxif tal-proteini komposti estratti mix-xorrox jew ħalib bi trattament kimiku jew fiżiku | Proteina mhux maħduma |

8.06 | Trab tal-kaseina | Il-prodott miksub minn ħalib xkumat jew tal-butir bit-tnixxif tal-kaseina preċipitata permezz ta' aċidu jew rennet | Proteina mhux maħduma |

8.07 | Trab tal-lattosju | Iz-zokkor mifrud mill-ħalib jew xorrox b'purifikazzjoni u tnixxif | Lattosju |

9. PRODOTTI TA' L-ANNIMALI TA' L-ART

Numru | Isem | Deskrizzjoni | Dikjarazzjonijiet obbligatorji |

1 | 2 | 3 | 4 |

9.01 | Ikel tal-laħam [14] | Il-prodott miksub bit-tisħin, tnixxif u tifrik ta' biċċiet jew partijiet sħaħ ta' annimali b'demm sħun li minnhom ix-xaħam ikun ġie parzjalment estratt jew imneħħi fiżikament. Il-prodott irid ikun sostanzjalment ħieles mid-dwiefer, qarn, lażita, xagħar u rix, kif ukoll mill-parti tal-ġisem minn fejn jgħaddi l-ikel (Minimum crude protein content 50 % on a dry matter basis) (Irmied li ma jinħallx fl-HCl: mass 2,2 %) | Proteina mhux maħduma Xaħam mhux maħdum Irmied mhux maħdum |

9.02 | Ikel tal-laħam u għadam [14] | Il-prodott miksub bit-tisħin, tnixxif u tħin ta' biċċiet jew partijiet sħaħ ta' annimali b'demm sħun li minnhom ix-xaħam ikun ġie parzjalment estratt jew imneħħi fiżikament.. Il-prodott irid ikun sostanzjalment ħieles mid-dwiefer, qarn, lażita, xagħar u rix, kif ukoll mill-parti tal-ġisem minn fejn jgħaddi l-ikel | Proteina mhux maħduma Xaħam mhux maħdum Irmied mhux maħdum |

9.03 | Ikel ta' l-għadam | Il-prodott miksub mit-tnixxif, it-tisħin, u t-tħin fin ta' l-għadam ta' annimali ta' l-art b'demmhom sħun li minnhom ix-xaħam ikun ġie parzjalment estratt jew imneħħi fiżikament. Il-prodott irid ikun sostanzjalment ħieles mid-dwiefer, qarn, lażita, xagħar u rix, kif ukoll mill-parti tal-ġisem minn fejn jgħaddi l-ikel. | Proteina mhux maħduma Irmied mhux maħdum |

9.04 | Gambali | Il-prodott mill-fdalijiet tal-manifattura tax-xaħam tad-dam u xaħmijiet oħrajn estratti jew imneħħija fiżikament li joriġinaw mill-annimali | Proteina mhux maħduma Xaħam mhux maħdum |

9.05 | Ikel tal-ġewwieni tat-tjur [14] | Il-prodott miksub mit-tnixxif u mit-tħin tal-fdal mit-tjur maqtul. Il-prodott irid ikun sostanzjalment ħieles mir-rix (Irmied li ma jinħallx fl-HCl: mass 3,3 %) | Proteina mhux maħduma Xaħam mhux maħdum Irmied mhux maħdum |

9.06 | Ikel tar-rix, idrolizzat | Il-prodott miksub mit-tnixxif idrolizzat u mit-tħin tar-rix tat-tiġieġ (Irmied li ma jinħallx fl-HCl: mass 3,4 %) | Proteina mhux maħduma |

9.07 | Ikel tad-demm | Il-prodott miksub mit-tnixxif tad-demm ta' l-annimali ta' demmhom sħun maqtula. Il-prodott jrid ikun sostanzjalment ħieles minn kull materjal barrani | Proteina mhux maħduma |

9.08 | Xaħam ta' l-annimali | Prodott kompost mix-xaħam ta' annimali ta' demmhom sħun | |

10. ĦUT, ANNIMALI MARITTIMI OĦRAJN, IL-PRODOTTI TAGĦHOM U PRODOTTI SEKONDARJI

Numru | Isem | Deskrizzjoni | Dikjarazzjonijiet obbligatorji |

1 | 2 | 3 | 4 |

10.01 | Ikel tal-ħut [15] | Il-prodott miksub bl-ipproċessar ta' biċċiet jew partijiet sħaħ ta' ħut li minnhom il-parti taż-żejt tista' tkun ġiet imneħħija u li miegħu jistgħu jkunu ġew miżjuda sustanzi tal-ħut li jinħallu (Irmied li ma jinħallx fl-HCl: mass. 2,2 %) | Proteina mhux maħduma Xaħam mhux maħdum Irmied mhux maħdum |

10.02 | Sustanzi tal-ħut li jinħallu, kondensati | Il-prodott stabbilizzat li jikkonsisti f'meraq magħsur miksub matul il-manifattura ta' ikel tal-ħut li minnu l-parti l-kbira taż-żejt tal-ħuta u xi ftit mill-ilma jkun tneħħa | Proteina mhux maħduma |

10.03 | Żejt tal-ħut | Żejt miksub mill-ħut | |

10.04 | Żejt tal-ħut, raffinat, imwebbes | Żejt miksub mill-ħut li jkun ġie rfinat u soġġettat għall-idroġenazzjoni | Numru ta' l-iodine |

11. MINERALI

Numru | Isem | Deskrizzjoni | Dikjarazzjonijiet obbligatorji |

1 | 2 | 3 | 4 |

11.01 | Kalċju karbonat [16] | Il-prodott miksub mit-tħin ta' sorsi tal-kalċjum karbonat bħall-franka, il-gajdra, il-qxur tal-mussels, jew bi preċipitazzjoni minn soluzzjoni aċida (irmied li ma jinħallx fl-HCl: mass. 5 %) | Kalċjum Irmied li ma jinħallx f' HCl |

11.02 | Kalċjum u manjesju karbonat | Taħlita naturali tal-kalċju karbonat u manjesju karbonat | Kalċjum Manjesjum |

11.03 | Alga tal-baħar kalkarji (maerl) | Prodott ta' oriġini naturali miksuba mill-alga kalkarji, groud jew granulat (irmied li ma jinħallx fl-HCl: mass. 5 %) | Kalċjum Irmied li ma jinħallx f' HCl |

11.04 | OssManjesju ossid | Ossidu tal-Manjesju teknikament pur (MgO) | Manjesju |

11.05 | Kieserite | Manjesju sulfat teknikament pur (MgSO4-H2O)- | Manjesju |

11.06 | Dicalcium phosphate [17] | Calcium monhydrogen phosphate preċipitat minn għadam jew sorsi inorganiċi (CaHPO4-xH2O)- | Kalċjum Fosfori totali |

11.07 | Mono-dicalcium phosphate | Il-prodott miksub kimikament u kompost minn partijiet indaqs ta' dicalcium phosphate u mono-calcium phosphate | Fosforu totali Kalċjum |

11.08 | Rock-phosphate deflorinat | Il-prodott miksub permezz tat-tħin ta' fosfati naturali purifikati u deflorinati b'mod approprjat | Fosfori totali Kalċjum |

11.09 | Ikel, ta' l-għadam deġelatinizzat | Għadam deġelatinizzat, sterilizzat u mitħun li minnu jkun tneħħa x-xaħam | Fosfori totali Kalċjum |

11.10 | Monokalċju fosfate | Kalċjum teknikament pur–bis (dihydrogenphosphate) (Ca(H2PO4)2-xH2)- | Fosfori totali Kalċjum |

11.11 | Calcium-magnesium phosphate | Calcium-magnesium phosphate teknikament pur | Manjesjum Fosfori totali |

11.12 | Mono-ammonium phosphate | Mono-ammonium phosphate teknikament pur (NH4H2PO4)- | Nitroġenu totali Fosfori totali |

11.13 | Sodium chloride [16] | Sodium chloride teknikament pur jew prodott miksub mit-tħin ta' riżorsi naturali mitħuna tas-sodium chloride, tali bħal melħ (blat) u melħ (tal-baħar) | Sodjum |

11.14 | Magnesium propionate | Magnesium propionate teknikament pur | Manjesju |

12. Mixxellanji

Numru | Isem | Deskrizzjoni | Dikjarazzjonijiet obbligatorji |

1 | 2 | 3 | 4 |

12.01 | Fdalijiet tal-forn u ta' l-għaġin | Il-prodott sekondarju mill-manifattura tal-biskuttini, kejkijiet, ħobż jew għaġin | Lamtu Zokkor totali espress bħala sukrosju |

12.02 | Fdalijiet tal-ħelu | Il-prodott sekondarju miksub mill-fabbrikazzjoni taċ-ċikkulata, ħelwiet u ħelu ieħor | Lamtu Zokkor totali espress bħala sukrosju |

12.03 | Aċidu xaħmi | Il-prodott sekondarju miksub matul id-deaċidifikazzjoni, permezz ta' lye jew b'distillazzjonijiet taż-żjut u x-xaħmijiet ta' oriġini mhux speċifikata ta' ħaxix jew annimali | Xaħam mhux maħdum |

12.04 | Melħ ta' aċidi bix-xaħam [18] | Prodotti miksuba permezz ta' sponifikazzjoni ta' l-aċidi b'kalċjum, sodjum jew potassju idrossid | Xaħam mhux maħdum Ca (jew Na jew K, meta xieraq) |

IL-PARTI Ċ

Disposizzjonijiet li jirrigwardaw id-dikjarazzjoni ta’ ċerti kostitwenti ta’ materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem li m’humiex imniżżla

Għal materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem impoġġija fiċ-ċirkolazzjoni li m’humiex elenkati fil-Parti B ta’ dan l-Anness għandha ssir dikjarazzjoni obbligatorja tal-kostitwenti indikati fil-kolonna 2 tat-tabella hawn taħt b’mod konformi ma’ l-Artikolu 5 (1) (d) tad-Direttiva.

Materjal ta' l-għalf li jaqa' taħt | Dikjarazzjoni obbligatorja |

1 | 2 |

Qamħ ċereali | |

Prodotti u prodotti sekondarji tal-qamħ taċ-ċereali | Lamtu, meta > 20 % Proteina mhux maħduma, meta > 10 % Xaħam mhux maħdum, meta > 5 % Fibra mhux maħduma |

Żrieragħ taż-żejt, frott taż-żejt | |

Prodotti u prodotti sekondarji taż-żrieragħ taż-żejt, żejt tal-frott | Proteina mhux maħduma Xaħam mhux maħdum, meta > 5 % Fibra mhux maħduma |

Żrieragħ tal-legumi | |

Prodotti u prodotti sekondarji taż-żrieragħ tal-legumi | Proteina mhux maħduma Fibra mhux maħduma |

Tuberi, Egħruq | |

Prodotti u prodotti sekondarji tat-tuberi, egħruq | Lamtu Fibra mhux maħduma |

Prodotti u prodotti sekondarji ta' l-industrija tal-pitravi taz-zokkor | Fibra mhux maħduma Zokkor totali espress bħala sukrosju |

Żrieragħ u frott oħrajn, l-prodotti tagħhom u prodotti sekondarji | Proteina mhux maħduma Fibra mhux maħduma |

Għalf u għalf oħxon | Proteina mhux maħduma Fibra mhux maħduma |

Pjanti oħrajn, il-prodotti tagħhom u prodotti sekondarji | Proteina mhux maħduma Fibra mhux maħduma |

Prodotti u prodotti sekondarji ta' l-industrija ta' l-ipproċessar tal-pitravi taz-zokkor | Proteina mhux maħduma Fibra mhux maħduma Zokkor totali espress bħala sukrosju |

Prodotti tal-ħalib | Proteina mhux maħduma |

Prodotti tal-ħalib rikk fill-lattosju | Proteina mhux maħduma Lattosju |

Prodotti ta' l-annimali ta' l-art | Proteina mhux maħduma, meta > 10 % Xaħam mhux maħdum, meta > 5 % |

Ħut, u annimali oħrajn tal-baħar, il-prodotti tagħhom u prodotti sekondarji | Proteina mhux maħduma, meta > 10 % Xaħam mhux maħdum, meta > 5 % |

Minerali | Minerali relevanti |

Mixxellanji | Proteina mhux maħduma, meta > 10 % Fibra mhux maħduma Xaħam mhux maħdum, meta > 10 % Lamtu, meta > 30 % Zokkor totali, espress bħal sukrosju, meta > 10 % |

[1] Id-"dekortikazzjoni" tista' tiġi mibdula b'"dehulling" jew "dehusking" jekk xieraq. Għalhekk l-isem/kelma komuni għandu jkun "dehulled" jew "dehusked".

[2] Fejn xieraq, il-kelma "expeller" tista' tiġi mibdula b'"kejk".

[3] Meta dan l-ingredjent ikun ġie soġġett għal tħin fin, il-kelma "fin" tista' tiġi miæjuda jew l-isem jista' jiġi mibdul b'denominazzjoni korrispondenti.

[4] L-isem jista' jiġi mibdul b'"għalf tal-glutina tal-qamħirrun".

[5] Dan l-isem jista' jiġi mibdul b'"lamtu estruæ tal-qamħirrun".

[6] Dan l-isem jista' jiġi mibdul b'""distillanti" qamħ niexef u sustanzi li jinħallu".

[7] Fejn ikun approprjat irid jiġi indikat ukoll fl-isem "baxx fil-glucosinolate". "Baxx fil-glucosinolate" tfisser kif definita fil-leġislazzjoni tal-Komunità.

[8] L-isem irid ikun ikkwalifikat bl-indikazzjoni tan-natura tat-trattament tas-sħana.

[9] dan l-isem jista' jiġi mibdul b'"sukrosju".

[10] Il-kliem "ikel" jista' jiġi mbdul bi "pritkuni". Il-metodu tat-tnixxif jista' jkun indikat ukoll fl-isem.

[11] L-isem irid ikun ikkwalifikat b'referenza għan-natura tat-trattament kimiku mwettaq.

[12] Dan l-isem jista' jiġi mbdul b'"sukrosju".

[13] Dan l-isem jista' jiġi mbdul bi "trab tal-ħalib albumin".

[14] Il-prodotti li għandhom iżjed minn 755 proteina mhux maħduma f'materjal niexef jistgħu jiġu msejħa bħala "sinjuri fil-proteina".

[15] Il-prodotti li jkun fihom aktar minn 75 % proteina mhux maħduma f'materja niexfa jistgħu jiġu msejħa "sinjuri fil-proteina".

[16] In-natura tas-sors tista' tissostitwixxi jew tiġi indikata wkoll fl-isem.

[17] Il-proċess tal-manifattura jista' jiġi inkluæ fl-isem.

[18] L-isem jista' jiġi ssupplimentat b'indikazzjoni tal-melħ miksub

--------------------------------------------------

Top