EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995L0050

Id-Direttiva tal-Kunsill 95/50/KE tas-6 ta' Ottubru 1995 dwar proċeduri uniformi għal verifiki fuq it-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq

OJ L 249, 17.10.1995, p. 35–40 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 07 Volume 002 P. 282 - 287
Special edition in Estonian: Chapter 07 Volume 002 P. 282 - 287
Special edition in Latvian: Chapter 07 Volume 002 P. 282 - 287
Special edition in Lithuanian: Chapter 07 Volume 002 P. 282 - 287
Special edition in Hungarian Chapter 07 Volume 002 P. 282 - 287
Special edition in Maltese: Chapter 07 Volume 002 P. 282 - 287
Special edition in Polish: Chapter 07 Volume 002 P. 282 - 287
Special edition in Slovak: Chapter 07 Volume 002 P. 282 - 287
Special edition in Slovene: Chapter 07 Volume 002 P. 282 - 287
Special edition in Bulgarian: Chapter 07 Volume 003 P. 179 - 185
Special edition in Romanian: Chapter 07 Volume 003 P. 179 - 185
Special edition in Croatian: Chapter 07 Volume 003 P. 39 - 44

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 12/11/2022; Imħassar b' 32022L1999

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1995/50/oj

31995L0050



Official Journal L 249 , 17/10/1995 P. 0035 - 0040


Id-Direttiva tal-Kunsill 95/50/KE

tas-6 ta' Ottubru 1995

dwar proċeduri uniformi għal verifiki fuq it-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 75 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Waqt li jaħdem f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 189ċ tat-Trattat [3],

Billi l-Komunità adottat numru ta' miżuri għat-twaqqif ta' suq intern li jkun jinkludi fih żona mingħajr l-ebda fruntieri interni, u li f'din ikun żgurat il-moviment ħieles ta' oġġetti, persuni, servizzi u kapital skond id-dispożizzjonijiet tat-Trattat;

Billi verifiki fuq it-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq isiru f'konformità mar-Regolament tal-Kunsil (KEE) Nru 4060/89 tal-21 ta' Diċembru 1989 li jittratta dwar it-tneħħija ta' kontrolli li jsiru fil-fruntieri ta' l-Istati Membri fil-qasam tat-trasport fit-triq u l-baħar [4] u mar-Regolament (KEE) Nru 3912/92 tas-17 ta' Diċembru 1992 dwar kontrolli li jsiru fil-limiti tal-Komunità fil-qasam tat-trasport fit-triq u l-baħar fejn huma kkonċernati mezzi ta' trasport reġistrati jew li jkunu tpoġġew fiċ-ċirkulazzjoni f'pajjiż terz [5];

Billi l-Kunsill adotta d-Direttiva 94/55/KE tal-21 ta' Novembru 1994 dwar it-tqarrib tal-liġijiet ta' l-Istati Membri, b'mod partikolari fejn jidħol it-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq [6]; billi l-proċeduri rispettivi għal verifika u d-definizzjonijiet li jirrigwardaw dan it-tip ta' trasport għandhom jiġu armonizzati kif meħtieġ biex ikunu f'konformità mal-gradi ta' kwalità ta' sigurtà stabbiliti hawnhekk biex ikunu verifikati b'mod aktar effettiv;

Billi l-Istati Membri għandhom jiżguraw livell suffiċjenti ta' verifiki fuq il-vetturi kkonċernati fit-territorju kollu tagħhom waqt, fejn possibbli, li tiġi evitata l-proliferazzjoni ta' dawn il-verifiki;

Billi, fid-dawl tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, l-azzjoni tal-Komunità tkun, għalhekk, neċessarja biex ittejjeb il-livell ta' sigurtà tat-trasport ta' merkanzija perikoluza;

Billi għandhom isiru verifiki billi tintuża lista ta' oġġetti komuni li japplikaw għal dan it-trasport fil-Komunità kollha;

Billi huwa neċessarju li ssir lista ta' ksur ta' regolamenti meqjusa bħala serji ħafna mill-Istati Membri kollha, li għandhom iwasslu biex jiġu applikati miżuri xierqa għall-vetturi kkonċernati, skond iċ-ċirkustanzi jew il-kriterji ta' sigurtà, li jinkludu, fejn meħtieġ, iċ-ċaħda tad-dħul tal-vetturi kkonċernati fil-Komunità;

Billi, biex tiġi mtejba l-konformità mal-gradi ta' kwalità ta' sigurtà għat-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq, huwa meħtieġ li jsiru dispożizzjonijiet għal verifiki li għandhom isiru f'impriżi bħala miżura ta' prevenzjoni jew meta fit-triq jkun ġie reġistrat ksur serju ta' liġijiet li jikkonċernaw it-trasport ta' merkanzija perikoluza;

Billi dawn il-verifiki għandhom japplikaw għall-konsenji kollha ta' merkanzija perikoluza li jinġarru kompletament jew parzjalment fit-triq fil-limiti tat-territorju ta' l-Istati Membri, irrispettivament mill-punt tat-tluq jew id-destinazzjoni tal-merkanzija jew il-pajjiż li fih il-vettura hija reġistrata;

Billi, fl-eventwalità ta' ksur serju jew ripetut ta' liġijiet, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li fih il-vettura tkun reġistrata jew li fih l-impriża tkun stabbilita, jista' jintalab biex jieħu l-miżuri meħtieġa u billi dawn għandhom jinfurmaw lill-Istat Membru li qed jagħmlu t-talba dwar x'miżuri jkunu ttieħdu bħala riżultat;

Billi l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandha tiġi segwita fuq il-baż ta' rapport li għandu jingħata mill-Kummissjoni,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

1. Din id-Direttiva għandha tapplika għal verifiki li jsiru mill-Istati Membri fuq it-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq f'vetturi li jivvjaġġaw fit-territorju tagħhom jew li jidħlu fih minn pajjiżi terzi.

Din m'għandhiex tkun tapplika għat-trasport ta' merkanzija perikoluza b'vetturi li jappartjenu jew li jkunu taħt ir-repsonsabbilità tal-forzi armati.

2. Iżda, din id-Direttiva m'għandhiex taffettwa d-dritt ta' l-Istati Membri, fejn għandha x'taqsam il-liġi tal-Komunità, li jagħmlu verifiki fuq it-trasport nazzjonali u internazzjonali ta' merkanzija perikoluza fil-limiti tat-territorju tagħhom li jsir permezz ta' vetturi mhux koperti b'din id-Direttiva.

L-Artikolu 2

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva:

- "vettura" għandha tfisser kull vettura bil-mutur maħsuba għall-użu fit-triq, kemm kompluta jew le, li jkollha minn ta' lanqas erba' roti u maħsuba għal veloċità massima li teċċedi aktar minn 25 km/s flimkien bit-trailers tagħha, u bl-eċċezzjoni ta' vetturi li jinstaqu fuq il-linji tal-ferrovija, ta' tractors li jintużaw fir-raba' u l-foresti u l-makkinarju mobbli kollu,

- "merkanzija perikoluza" għandha tfisser merkanzija perikoluza definiti hekk fid-Direttiva 94/55/KE,

- "trasport" għandu jfisser kull operazzjoni ta' trasport fit-triq li ssir, kompletament jew parzjalment, permezz ta' vettura fuq toroq pubbliċi fil-limiti tat-territorju ta' Stat Membru, u li tkun tinkludi t-tagħbija jew il-ħatt ta' merkanzija koperti mid-Direttiva 94/55/KE, mingħajr preġudizzju għall-arranġementi stabbiliti bil-liġijiet ta' l-Istati Membri li jikkonċernaw obbligi ta' operazzjonijiet bħal dawn,

- "impriża" għandha tfisser kull persuna naturali jew legali, kemm jekk qed tfittex qligħ jew le, kull għaqda jew grupp ta' persuni mingħajr personalità legali, kemm jekk qed tfittex qligħ jew le, u kull min jiġi taħt awtorità pubblika, kemm jekk dan ikollu personalità legali jew ikun jiddependi fuq awtorità li jkollha din il-personalità, li ġġorr, tgħabbi jew tħott merkanzija perikoluza, jew iġġiegħlhom jiġu trasportati, u dawk li jaħżnu temporanjament, jiġbru, jippakkjaw, jew iwasslu din il-merkanzija bħala parti minn operazzjoni ta' trasport u li jkunu jinsabu fit-territorju tal-Komunità,

- "verifika" għandha tfisser kull verifika, kontroll, spezzjoni, verifikazzjoni jew formalità li ssir mill-awtoritajiet kompetenti għal raġunijiet ta' sigurtà marbutin mal-trasport ta' merkanzija perikoluza.

L-Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li proporzjon rappreżentattiv ta' konsenji ta' merkanzija perikoluza li jinġarru fit-triq ikunu suġġetti għall-verifiki stabbiliti b'din id-Direttiva, biex tiġi verifikata l-konformità tagħhom mal-liġijiet dwar it-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq.

2. Dawn il-verifiki għandhom isiru fit-territorju ta' Stati Membru f'konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 4060/89 u l-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 3912/92.

L-Artikolu 4

1. Biex isiru il-verifiki stabbiliti b'din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jagħmlu użu mil-lista ta' verifika fl-Anness I. Kopja ta' din il-lista ta' verifika jew attestat li juri r-riżultat tal-verifika li tkun twettqet mill-awtorità għandha tingħata lis-sewwieq tal-vettura u tkun ippreżentata meta meħtieġ biex b'hekk tissimplifika jew ikunu evitati, fejn possibbli, verifiki oħra. Dan il-paragrafu m'għandux jippreġudika d-dritt ta' l-Istati Membri biex jagħmlu miżuri speċifiċi għal verifiki dettaljati.

2. Il-verifiki għandhom isiru mingħajr pjan minn qabel u kemm jista' jkun possibbli għandhom ikopru porzjon estensiv tax-xibka tat-toroq.

3. Il-postijiet magħżula għal dawn il-verifiki għandhom ikunu tali li vetturi li jkunu qed jiksru l-liġijiet iġibuhom f'konformità magħhom jew, jekk l-awtorità li qed tagħmel il-verifika taħseb li jkun aħjar, li dawn jitwaqqfu fuq il-post jew f'post maħsub għal dan l-għan mill-istess awtorità mingħajr ma jikkawżaw periklu tas-sigurtà.

4. Fejn ikun meħtieġ u jekk dan ma jkunx joħloq periklu għas-sigurtà, kampjuni tal-merkanzija li qed tinġarr jistgħu jittieħdu biex jiġu eżaminati f'laboratorji li huma rikonoxxuti mill-awtorità kompetenti.

5. Il-verifiki m'għandhomx jeċċedu tul ta' żmien raġonevoli.

L-Artikolu 5

Mingħajr preġudizzju għal penali oħra li jistgħu jiġu imposti, vetturi involuti fil-ksur ta' waħda jew aktar tar-regolamenti tal-trasport ta' merkanzija perikoluza, b'mod speċjali dawk imniżżla fl-Anness II, jistgħu jitwaqqfu jew fuq il-post jew f'post maħsub għal dan l-għan mill-awtorità li qed tagħmel il-verifiki u jkunu obbligati jinġiebu f'konformità qabel ma jkomplu l-vjaġġ tagħhom, jew inkella jkunu suġġetti għal miżuri oħra xierqa, jiddependu miċ-ċirkustanzi jew il-kriterji ta' sigurtà li jinkludu, fejn meħtieġ, ukoll ir-rifjut illi vetturi bħal dawn jidħlu fil-Komunità.

L-Artikolu 6

1. Verifiki jistgħu jsiru wkoll fil-bini stess ta' l-impriżi, bħala miżura ta' prevenzjoni jew fejn fit-triq ikun ġie reġistrat il-ksur tar-regolamenti tal-trasport ta' merkanzija perikoluza, liema ksur ipoġġi s-sigurtà f'riskju kbir.

2. L-għan ta' dawn il-verifiki għandhom jiżguraw li l-kondizzjonijiet ta' sigurtà għat-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq ikunu konformi mal-liġijiet relevanti.

Fejn ikun ġie reġistrat il-ksur ta' waħda jew aktar mir-regolamenti tat-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq, b'mod speċjali dawk imniżżla fl-Anness II, it-trasport konċernat għandu jinġieb f'konformità qabel mal-merkanzija tħalli l-impriża jew inkella dan ikun suġġett għal miżuri oħra li jkunu xierqa.

L-Artikolu 7

1. L-Istati Membri għandhom jgħinu lil xulxin biex jagħtu l-effett xieraq għal din id-Direttiva.

2. Ksur serju jew ripetut tar-regolamenti li jpoġġu f'riskju s-sigurtà tal-trasport ta' merkanzija perikoluza kkawżat minn vettura jew impriża li mhumiex residenti għandhom jiġu rappurtati lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru li fih il-vettura tkun reġistrata jew li fih l-impriża tkun stabbilita.

L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li fih ikun ġie reġistrat il-ksur serju jew ripetut tar-regolamenti jistgħu jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li fih il-vettura hija reġistrata jew li fih l-impriża hija stabbilita biex dawn jieħdu l-miżuri xierqa kontra min qed jikser il-liġi.

L-awtoritajiet kompetenti ta' l-aħħar għandhom javżaw lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li fih ikun ġie reġistrat il-ksur tar-regolamenti dwar il-miżuri li jkunu ttieħdu kontra min qed iġorr jew l-impriża.

L-Artikolu 8

Jekk it-tiftix li jkun sar fuq vettura reġistrata fi Stat Membru ieħor jagħtu wieħed x'jifhem li sar ksur serju jew ripetut tar-regolamenti, iżda li ma jistgħux ikunu magħrufa matul dik il-verifika minħabba in-nuqqas ta' informazzjoni neċessarja, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri konċernati għandhom jgħinu lil xulxin biex is-sitwazzjoni tiġi ċċarata. Fejn, għal dak il-għan, l-Istat Membru kompetenti jagħmel verifiki fl-impriża, l-Istati Membri l-oħra konċernati għandhom ikunu avżati dwar ir-riżultati.

L-Artikolu 9

1. Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni, għal kull sena kalendarja u mhux aktar tard minn tnax-il xahar wara t-tmiem ta' dik is-sena, rapport magħmul f'konformità mal-mudell ta' l-Anness III, meta din id-Direttiva tkun tibda tapplika, li jkun jinkludi fih id-dettalji li ġejjien:

- jekk possibbli, il-volum stabbilit jew stmat ta' merkanzija perikoluza li se jinġarru fit-triq (f'termini ta' tunnellati li se jinġarru jew ta' tunnellati/kilometri),

- in-numru ta' verifiki li jkunu saru,

- in-numru ta' vetturi verifikati skond il-post tar-reġistrazzjoni (vetturi reġistrati lokalment, fi Stati Membri oħra jew f'pajjiżi terzi),

- in-numru u t-tipi ta' ksur ta' regolamenti li jkunu ġew reġistrati,

- it-tip u n-numru ta' penalitajiet li jkunu ġew imposti.

2. Il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, għall-ewwel darba fl-1999 u wara għal ta' lanqas kull tliet snin, rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva mill-Istati Membri, fejn jiddikjaraw id-dettalji f'konformità mal-paragrafu 1 fuq.

L-Artikolu 10

1. L-Istati Membri għandhom iwettqu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regoli u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ruħhom ma' din id-Direttiva sal-1 ta' Jannar 1997. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.

Meta dawn id-dispożizzjonijiet ikunu ġew adotatti mill-Istati Membri, huma għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'dik ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir referenza bħal din għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar it-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi domestika li huma jadottaw fil-qasam ikkontrollat b'din id-Direttiva.

L-Artikolu 11

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 12

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fis- 6 ta' Ottubru 1995.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Borrell Fontelles

[1] ĠU C 26, tad-29.1.1994, p. 10 u ĠU C 238, tas-26.8.1994, p. 4.

[2] ĠU C 195, tat-18.7.1994, p. 18.

[3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Mejju 1994 (ĠU C 205, tal-25.7.1994, p. 55), il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 1994 (ĠU C 354, tat-13.12.1994, p. 1) u d-Deċioni tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Marzu 1995 (ĠU C 89, ta' l-10.4.1995, p. 29).

[4] ĠU L 390, tat-30.12.1989, p. 18. Regolament emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3356/91 (ĠU L 318, ta' l-20.11.1991, p. 1).

[5] ĠU L 395, tal-31.12.1992, p. 6.

[6] ĠU L 319, tat-12.12.1994, p. 7.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

LISTA TA' VERIFIKA

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

KSUR TA' REGOLAMENTI

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, dawn li ġejjien b'mod partikolari għandhom jitqiesu bħala ksur ta' regolamenti:

1. merkanzija mhux awtorizzata għat-trasport;

2. nuqqas ta' dikjarazzjoni minn min qed jagħmel il-konsenja dwar il-konformità tal-merkanzija u l-ippakkjar tagħhom mar-regolamenti tat-trasport;

3. vetturi li, meta jkunu eżaminati, juru sinjali ċari ta' tnixxija ta' sustanzi perikolużi minħabba n-nuqqas ta' ssiġġilar tajjeb tat-tankijiet jew ippakkjar;

4. vetturi li ma jkollhomx ċertifikat ta' l-approvazzjoni tat-tip jew ċertifikat li ma jkunx skond ir-regolamenti;

5. vetturi li ma jkollhomx panels oranġjo kif suppost jew panels oranġjo li ma jkunux skond ir-regolamenti;

6. vetturi li ma jkollhomx struzzjonijiet ta' sigurtà jew b'oħrajn mhux kif suppost;

7. vettura jew ippakkjar li ma jkunux kif suppost;

8. sewwieq mingħajr ċertifikat ta' taħriġ vokazzjonali għat-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq;

9. vetturi li ma jkollhomx ċilindri tat-tifi tan-nar;

10. vetturi jew ippakkjar mingħajr it-tikketta li turi l-preżenza ta' merkanzija perikoluza;

11. vetturi li ma jkollhomx dokumenti tat-trasport/dokumenti oħra relatati mat-trasport, jew b'dettalji dwar l-merkanzija perikoluza li jkun hemm fuq il-vettura li ma jkunux f'konformità mar-regolamenti;

12. vetturi li ma jkollhomx qbil bilaterali/multilaterali jew li ma jkunux f'konformità mal-qbil;

13. Il-mili żejjed tat-tank.

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Top