EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994D0824

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ diċembru 1994 dwar l-estensjoni tal-protezzjoni legali ta’ topografi ta’ prodotti tas-semikondutturi għal persuni minn Membru tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ

OJ L 349, 31.12.1994, p. 201–202 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Special edition in Finnish: Chapter 13 Volume 029 P. 231 - 232
Special edition in Swedish: Chapter 13 Volume 029 P. 231 - 232
Special edition in Czech: Chapter 17 Volume 001 P. 187 - 188
Special edition in Estonian: Chapter 17 Volume 001 P. 187 - 188
Special edition in Latvian: Chapter 17 Volume 001 P. 187 - 188
Special edition in Lithuanian: Chapter 17 Volume 001 P. 187 - 188
Special edition in Hungarian Chapter 17 Volume 001 P. 187 - 188
Special edition in Maltese: Chapter 17 Volume 001 P. 187 - 188
Special edition in Polish: Chapter 17 Volume 001 P. 187 - 188
Special edition in Slovak: Chapter 17 Volume 001 P. 187 - 188
Special edition in Slovene: Chapter 17 Volume 001 P. 187 - 188
Special edition in Bulgarian: Chapter 17 Volume 001 P. 187 - 188
Special edition in Romanian: Chapter 17 Volume 001 P. 187 - 188
Special edition in Croatian: Chapter 17 Volume 002 P. 18 - 19

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1994/824/oj

31994D0824



Official Journal L 349 , 31/12/1994 P. 0201 - 0202
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 29 P. 0231
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 29 P. 0231


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-22 ta’ diċembru 1994

dwar l-estensjoni tal-protezzjoni legali ta’ topografi ta’ prodotti tas-semikondutturi għal

persuni minn Membru tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ

(94/824/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 87/54/KEE tas-16 ta’ Diċembru 1986 dwar il-protezzjoni legali ta’ topografiji ta’ prodotti tas-semikondutturi [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 3(7) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi l-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (hawn aktar ’il quddiem, "Ftehim tal-WTO") kien iffirmat għan-nom tal-Komunità; billi l-Ftehim dwar Aspetti Relatati mal-Kummerċ ta’ Drittijiet ta’ Proprjetà Intellettwali (hawn aktar ’il quddiem, "il-Ftehim TRIP"), fih disposizzjonijet dettalljati dwar il-protezzjoni ta’ Drittijiet ta’ proprjetà intellettwali li l-għan tiegħu hu l-istituzzjoni ta’ dixxiplini internazzjonali f’dan il-qasam sabiex ikun promoss il-kummerċ internazzjonali u jipprevjeni distorsjonijiet fil-kummerċ u nuqqas ta’ ftehim minħabba nuqqas ta’ protezzjoni adekwata u effettiva ta’ proprjetà intellettwali;

Billi sabiex ikun assigurat li l-leġislazzjoni kollha rilevanti tal-Komunità tkun tikkonforma bis-sħiħ mal-Ftehim tat-TRIP, il-Komunità għandha tieħu ċerti miżuri dwar l-atti preżenti tal-Komunità dwar il-protezzjoni ta’ Drittijiet ta’ proprjetà intellettwali; billi dawn il-miżuri jinvolvu f’ċerti aspetti l-emendi jew modifiki ta’ atti tal-Komunità; billi dawn il-miżuri jinvolvu wkoll l-ikkumplimentar ta’ atti preżenti tal-Komunità;

Billi d-Direttiva 87/54/KEE tirreferi għall-protezzjoni legali ta’ topografiji ta’ prodotti tas-semikondutturi; billi l-Artikoli 35 sa 38 tal-Ftehim tat-TRIP stabbilew l-obbligazzjonijiet tal-Membri tal-WTO dwar il-protezzjoni ta’ layout-designs (topografiji) ta’ cirkwiti integrati; billi skond l-Artikolu 1(3) u l-Artikolu 3 tal-Ftehim tat-TRIP, il-Komunità għandha tassigura li persuni ta’ nazzjonalità tal-Membri kollha l-oħra tal-WTO jibbenefikaw minn dik il-protezzjoni u mill-applikazzjoni ta’ trattament nazzjonali; billi hu għalhekk meħtieġ li tkun estiża l-protezzjoni skond id-Direttiva 87/54/KEE lil persuni ta’ nazzjonalità tal-Membri tal-WTO, mingħajr xi ħtieġa ta’ reċiproċità; billi hu biżżejjed li tintuża l-proċedura tal-Artikolu Article 3 (7) tad-Direttiva għal dan il-għan,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jestendu l-protezzjoni legali għal topografiji ta’ prodotti tas-semikondutturi li hemm provdut għalihom fid-Direttiva 87/54/KEE kif ġej:

(a) persuni naturali li huma ta’ nazzjonalità ta’, jew ikunu domiċiljati fit-territorju ta’, Membru tal-Ftehim tal-WTO, għandhom ikunu trattati bħala persuni ta’ nazzjonalità ta’ xi Stat Membru;

(b) entitajiet legali jew persuni naturali li jkollhom stabbiliment reali u effettiv għall-kreazzjoni ta’ topgrafiji jew il-produzzjoni ta’ cirkuwiti integrati fit-territorju ta’ Membru tal-Ftehim tal-WTO għandhom ikunu trattati bħala entitajiet legali jew persuni naturali li jkollhom stabbiliment industrijali jew kummerċjali reali u effettiv fit-territorju ta’ Stat Membru.

Artikolu 2

1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1995.

2. Din għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 1996.

3. Deċiżjoni tal-Kunsill 90/510/KEE tad-9 ta’ Ottubru 1990 dwar l-estensjoni tal-protezzjoni legali ta’ topografiji ta’ prodotti tas-semikondutturi lil persuni minn ċerti pajjiżi u territorji [2] hi sostitwita sa mid-data ta’ l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni preżenti, safejn din tapplika għall-estensjoni tal-protezzjoni skond id-Direttiva 87/54/KEE għal pajjiżi jew territorji Membri tal-Ftehim tal-WTO.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-22 ta’ Diċembru 1994.

Għall-Kunsill

Il-President

H. Seehofer

[1] ĠU L 24, tas-27.1.1987, pġ. 36.

[2] ĠU L 258, tas-17.10.1990, pġ. 29. Deċiżjoni kif emendata permezz tad-Deċiżjoni 93/17/KEE (ĠU L 11, tad-19.1.1993, pġ. 22).

--------------------------------------------------

Top