EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994D0652

Deċiżjoni tal-kummissjoni ta’ l-20 ta’ Settembru 1994 li tistabilixxi l-inventarju u d-distribuzzjoni tal-kompiti li għandhom jittieħdu fi ħdan il-qafas tal-koperazzjoni mill-Istati Membri fl-analiżi xjentifika tal-materji li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ikel

OJ L 253, 29.9.1994, p. 29–31 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Special edition in Finnish: Chapter 15 Volume 013 P. 215 - 217
Special edition in Swedish: Chapter 15 Volume 013 P. 215 - 217
Special edition in Czech: Chapter 15 Volume 002 P. 383 - 385
Special edition in Estonian: Chapter 15 Volume 002 P. 383 - 385
Special edition in Latvian: Chapter 15 Volume 002 P. 383 - 385
Special edition in Lithuanian: Chapter 15 Volume 002 P. 383 - 385
Special edition in Hungarian Chapter 15 Volume 002 P. 383 - 385
Special edition in Maltese: Chapter 15 Volume 002 P. 383 - 385
Special edition in Polish: Chapter 15 Volume 002 P. 383 - 385
Special edition in Slovak: Chapter 15 Volume 002 P. 383 - 385
Special edition in Slovene: Chapter 15 Volume 002 P. 383 - 385
Special edition in Bulgarian: Chapter 15 Volume 003 P. 83 - 85
Special edition in Romanian: Chapter 15 Volume 003 P. 83 - 85
Special edition in Croatian: Chapter 15 Volume 022 P. 14 - 16

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 23/11/2002

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1994/652/oj

31994D0652



Official Journal L 253 , 29/09/1994 P. 0029 - 0031
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 13 P. 0215
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 13 P. 0215


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

ta’ l-20 ta’ Settembru 1994

li tistabilixxi l-inventarju u d-distribuzzjoni tal-kompiti li għandhom jittieħdu fi ħdan il-qafas tal-koperazzjoni mill-Istati Membri fl-analiżi xjentifika tal-materji li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ikel

(94/652/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat d-Direttiva tal-Kunsill 93/5/KEE tal-25 ta’ Frar 1993 dwar assistenza lill-Kummissjoni u koperazzjoni mill-Istati Membri fl-analiżi xjentifika ta’ materji li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ikel [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Billi d-Direttiva 93/5/KEE tipprovdi għal assistenza lill-Kummissjoni u koperazzjoni mill-Istati Membri fl-analiżi xjentifika ta’ materji li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ikel; filwaqt li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/458/KE [2] stabbilixxiet regoli dwar l-amministrazzjoni ta’ koperazzjoni fl-analiżi xjentifika ta’ materji li għandhom x’ jaqsmu ma’ l-ikel;

Filwaqt li l-Artikolu 3 tad-Direttiva 93/5/KEE jipprovdi għall-istabilizzazzjoni u l-aġġornar mill-inqas kull sitt xhur ta’ l-inventarju tal-kompiti li għandhom jitwettqu fi ħdan il-qafas tal-koperazzjoni xjentifika u l-prijoritajiet assoċjati tagħhom, u għad-distribuzzjoni ta’ dawn il-kompiti bejn l-Istati Membri;

Billi l-inventarju tal-kompiti għandu jiġi stabbilit u aġġornat skond il-bżonnijiet għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika fi ħdan il-Komunità u l-ħtiġijiet tal-leġislazzjoni Komunitarja fis-settur ta’ l-affarijiet ta’ l-ikel;

Filwaqt li l-kompiti għandhom jiġu distribwiti b’qies lejn l-esperjenza xjentifika u r-riżorsi disponibbli fi ħdan l-Istati Membri u b’mod partikolari, fi ħdan l-istituti li jkunu qed jipparteċipaw fil-koperazzjoni xjentifika;

Filwaqt li l-miżuri li jinsabu f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Ikel,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inventarju tal-kompiti li għandhom jittieħdu fi ħdan il-qafas tal-koperazzjoni mill-Istati Membri fl-analiżi xjentifika tal-materji li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ikel flimkien mad-distribuzzjoni ta’ dawn il-kompiti bejn l-Istati Membri hu mqiegħed fl-Anness ma’ din id-Deċizjoni.

Artikolu 2

Kull awtorità jew korp li ġie nominat mill-Istati Membri skond l-Artikolu 2 tad-Direttiva 93/5/KEE għandu mbagħad jinforma lill-Kummissjoni bl-ismijiet ta’ l-istitut jew l-istituti li jwettqu l-kompiti msemmija fl-Anness li ġew distribwiti lilha. Għandha mbagħad tinforma lill-Kummissjoni bi kwalunkwe tibdiliet.

Artikolu 3

Sa mhux iktar tard mill-1 ta’ Jannar 1995, u kull sitt xhur wara, kull awtorità jew korp li ġie nominat mill-Istati Membri skond l-Artikolu 2 tad-Direttiva 93/5/KEE għandu jgħaddi lill-Kummissjoni rapport ta’ progress dwar it-tlestija tal-kompiti li ġew distribwiti lilu.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-20 ta’ Settembru 1994.

Għall-Kummissjoni

Martin Bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 52, ta’ l-4.3.1993, pġ. 18.

[2] ĠU L 189, tat-23.7.1994, pġ. 84.

--------------------------------------------------

ANNESS

Inventarju tal-kompiti li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri fi ħdan il-qafas tal-koperazzjoni mill-Istati Membri fl-analiżi xjentifika tal-materji li għandhom x'jaqsmu ma' l-ikel

In-natura tas-suġġett u d-daqs tal-kompitu | L-Istati Membri li lilhom ġie ddistribwit il-kompitu | Il-limitu ta' żmien għat-tlestija |

1.Sustanzi li jagħtu t-togħma | | |

1.1.Sustanzi li jagħtu t-togħma definiti b'mod kimiku | Id-Danimarka (Il-Kordinatur) | fit-30 ta' Ġunju 1997. |

Għall-preparazzjoni ta' rapporti għall-evalwazzjoni tas-sigurtà ta' sustanzi li jagħtu t-togħma definiti b'mod kimiku. | Il-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Italja, l-Olanda, ir-Renju Unit | |

Għat-twaqqif u l-manteniment ta' arkivju fiżiku u elettroniku tad-data disponibbli tossikoloġika u ta' esposizzjoni għas-sustanzi konċernati. | | |

2.Il-Mikrobijoloġija | | |

2.1.Il-kriterji tal-Mikrobijoloġija | Franza (L-Kordinatriċi) | fit-30 ta' Settembru 1995. |

Ġabra ta' informazzjoni xjentifika u metodoloġika bil-għan ta' l-istima ta' riskji mikrobijoloġiċi għal xi affarijiet ta' l-ikel. | Il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, l-Irlanda, l-Italja, l-Olanda, il-Portugall, ir-Renju Unit | |

2.2Studji li għandhom x' jaqsmu mal-kontroll tat-temperatura | Ir-Renju Unit (Il-Koordinatur) | fit-30 ta' Ġunju 1995. |

L-istudju ta' l-ateġġament ta' mikro-organiżmi patoġeniċi matul iż-żmien u f'temperaturi varji għal varjetà ta' ikel li x'aktarx iħeġġeġ it-trobbija ta' dawn l-organiżmi | Id-Danimarka, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Irlanda, l-Olanda | |

3.Kontaminanti | | |

3.1.Mistoqsijiet ġenerali | L-Italja, ir-Renju Unit (Il-Kordinaturi globali) | fit-30 ta' Ġunju 1997. |

3.1.1.Mistoqsijiet urġenti mhux fl-iskeda | Il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Irlanda, il-Lussemburgu, l-Olanda, il-Portugall | |

Għall-kordinazzjoni tal-ġabra ta' data fl-Istati Membri meħtieġa għall-istima tar-riskju mill-Kumitat Xjentifiku għall-Ikel b'risposta għall-mistoqsijiet urġenti li mhumiex fl-iskeda li għandhom x'jaqsmu mal-kontaminazzjoni ta' l-ikel. | | |

3.2.Mistoqsijiet speċifiċi | | |

Għall-preparazzjoni ta' rapporti għall-evalwazzjoni tar-riskju SCF ta' kontaminanti speċifiċi b'referenza partikolari għall-espożizzjoni fid-dieta f'kull Stat Membru. | | |

3.2.1.Aflatossiċi | Ir-Renju Unit (Il-Kordinatur) Il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Irlanda, l-Italja, l-Olanda, il-Portugall | fil-31 ta' Diċembru 1995. |

3.2.2.Ochratoxin A | Id-Danimarka (Il-Kordinatriċi) Il-Belġju, il-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Irlanda, l-Italja, l-Olanda, ir-Renju Unit | fil-31 ta' Diċembru 1995. |

3.2.3.Nitrate | Spanja (Il-Kordinatriċi) Il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, Franza, il-Irlanda, l-Italja, l-Olanda, il-Portugall, ir-Renju Unit | fil-31 ta' Lulju 1995. |

3.2.4.Cadmium | L-Italja (Il-Kordinatriċi) Il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Irlanda, l-Olanda, ir-Renju Unit | fil-31 ta' Lulju 1995. |

4.Studju adatt | | |

4.1L-istudju u r-riċierka tal-konsum ta' l-ikel fl-UE | L-Irlanda (KO-ordinatriċi) | 31 ta'Lulju 1996 |

It-titjib fl-għarfien tal-konsum ta' l-ikel bil-ħsieb li titjieb il-kollaborazzjoni bejn l-Istati membri ugħadaqstant jit jieb il —livell ta' l-għajxiem ta' l-Ewropej. | Il-Belġju, id-Danimarka, Spanja, Franza, l-Italja, l-Olanda, ir-Renju unit | |

--------------------------------------------------

Top