EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993L0038

Id-Direttiva Tal-Kunsill 93/38/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1993 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwist pubbliku għal entitajiet li joperaw fis-setturi ta' l-ilma, ta' l-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjoni

OJ L 199, 9.8.1993, p. 84–138 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Special edition in Finnish: Chapter 06 Volume 004 P. 177 - 222
Special edition in Swedish: Chapter 06 Volume 004 P. 177 - 222
Special edition in Czech: Chapter 06 Volume 002 P. 194 - 249
Special edition in Estonian: Chapter 06 Volume 002 P. 194 - 249
Special edition in Latvian: Chapter 06 Volume 002 P. 194 - 249
Special edition in Lithuanian: Chapter 06 Volume 002 P. 194 - 249
Special edition in Hungarian Chapter 06 Volume 002 P. 194 - 249
Special edition in Maltese: Chapter 06 Volume 002 P. 194 - 249
Special edition in Polish: Chapter 06 Volume 002 P. 194 - 249
Special edition in Slovak: Chapter 06 Volume 002 P. 194 - 249
Special edition in Slovene: Chapter 06 Volume 002 P. 194 - 249

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 29/04/2004; Imħassar b' 32004L0017

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1993/38/oj

31993L0038



Official Journal L 199 , 09/08/1993 P. 0084 - 0138
Finnish special edition: Chapter 6 Volume 4 P. 0177
Swedish special edition: Chapter 6 Volume 4 P. 0177


Id-Direttiva tal-Kunsill 93/38/KEE

ta' l-14 ta' Ġunju 1993

li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwist pubbliku għal entitajiet li joperaw fis-setturi ta' l-ilma, ta' l-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjoni

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-aħħar sentenza ta' l-Artikoli 57(2), 66, 100a u 113 ta' dan it-Trattat,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni [1],

B'kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

(1) Billi hemm bżonn li jittieħdu l-miżuri maħsuba biex jiġi stabbilit progressivament suq intern matul il-perjodu sal-31 ta' Diċembru 1992; billi s-suq intern jikkonsisti f'żona mingħajr fruntieri interni fejn il-moviment liberu ta' oġġetti, persuni, servizzi u kapital huwa garantit;

(2) Billi r-restrizzjonijiet fuq il-moviment liberu u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi fir-rigward tal-kuntratti ta' provvista u ta' servizzi mogħtija fis-setturi ta' l-ilma, ta' l-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjoni huma pprojbiti bit-termini ta' l-Artikoli 30 u 59 tat-Trattat tal-KEE;

(3) Billi l-Artikolu 97 tat-Trattat Euratom jipprojbixxi kull restrizzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità fir-rigward ta' kumpaniji li huma taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru meta dawn jixtiequ jipparteċipaw fil-kostruzzjoni ta' stallazzjonijiet nukleari ta' natura xjentifika jew industrijali fil-Komunità jew jipprovdu s-servizz relevanti fil-Komunità;

(4) Billi dawn l-għanijiet jitolbu wkoll għall-koordinazzjoni tal-proċeduri ta' akkwist pubbliku applikati mill-entitajiet li joperaw f'dawn is-setturi;

(5) Billi l-White Paper fuq is-seħħ tas-suq intern fiha programm ta' azzjoni u timetable għall-ftuħ tas-swieq pubbliċi ta' akkwist pubbliku f'setturi li bħalissa huma esklużi mid-Direttiva tal-Kunsill 71/305/KEE tas-26 ta' Lulju 1971 li tikkonċerna l-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti ta' xogħlijiet pubbliċi [4], d-Direttiva tal-Kunsill 77/62/KEE tal-21 ta' Diċembru 1976 li tikkoordina l-proċedura għall-għoti ta' kuntratti pubbliċi ta' provvista [5];

(6) Billi l-White Paper dwar is-seħħ tas-suq intern fiha wkoll programm ta' azzjoni u timetable biex jinfetħu kuntratti ta' servizz;

(7) Billi, fost dawk is-setturi esklużi hemm dawk li jikkonċernaw il-provvista ta' l-ilma, ta' l-enerġija u tat-trasport u, f'dak li għandu x'jaqsam mad-Direttiva 77/62/KEE, is-settur tat-telekomunikazzjoni;

(8) Billi r-raġuni prinċipali għall-esklużjoni tagħhom kienet li l-entitajiet li jipprovdu dawn is-servizzi huma f'ċerti każijiet ikkontrollati b'liġi pubblika, f'każijiet oħrajn b'liġi privata;

(9) Billi l-bżonn li jiġi assigurat il-ftuħ veru tas-suq u l-bilanċ ġust fl-applikazzjoni tar-regoli ta' akkwist pubbliku f'dawn is-setturi jitlob li l-entitajiet li jridu jkunu koperti jiġu identifikati fuq bażi differenti milli b'referenza għall-istat legali tagħhom;

(10) Billi, fl-erba' setturi kkonċernati, il-problemi ta' akkwist pubbliku li jridu jiġu solvuti huma ta' natura simili, u li għaldaqstant jippermettu li jiġu indirizzati bi strument wieħed;

(11) Billi, fost ir-raġunijiet prinċipali għalfejn entitajiet li joperaw f'dawn is-setturi ma jixtrux fuq il-bażi ta' kompetizzjoni fil-Komunità, hija n-natura magħluqa tas-swieq fejn huma joperaw, minħabba l-eżistenza ta' drittijiet speċjali jew esklussivi mogħtija mill-awtoritajiet nazzjonali, li jikkonċernaw il-provvista lil, il-forniment jew l-operazzjoni ta', networks biex jiġu pprovduti s-servizzi kkonċernati, l-isfruttar ta' żona ġeografika speċifika għal għan partikolari, il-forniment jew l-operazzjoni ta' networks pubbliċi ta' telekomunikazzjoni jew il-forniment ta' servizzi pubbliċi ta' telekomunikazzjoni;

(12) Billi r-raġuni l-oħra prinċipali għan-nuqqas ta' kompetizzjoni fil-Komunità f'dawn is-setturi tirriżulta mid-diversi modi kif l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jinfluwenzaw l-imġiba ta' dawn l-entitajiet, li jinkludu l-parteċipazzjonijiet fil-kapital tagħhom u r-rappreżentazzjoni fil-korpi amministrattivi, ta' tmexxija jew ta' superviżjoni ta' l-entitajiet;

(13) Billi din id-Direttiva ma għandhiex tkun estiża għall-attivitajiet ta' dawk l-entitajiet li, jew jaqgħu barra s-setturi tas-servizzi ta' l-ilma, ta' l-enerġija u tat-trasport jew barra s-settur tat-telekomunikazzjoni, jew li jaqgħu fi ħdan dawn is-setturi iżda li huma minkejja dan esposti direttament għal forzi kompetittivi fi swieq li d-dħul fihom mhuwiex ristrett;

(14) Billi huwa xieraq li dawn l-entitajiet japplikaw proċeduri ta' akkwist pubbliku komuni fir-rigward ta' l-attivitajiet tagħhom li huma relatati ma' l-ilma; filwaqt li ċerti entitajiet ġew koperti s'issa bid-Direttivi 71/305/KEE u 77/62/KEE fir-rigward ta' l-attivitajiet tagħhom fil-qasam ta' proġetti ta' inġinerija idrawlika, l-irrigazzjoni, id-drenaġġ ta' l-art jew ir-rimi u t-trattament tad-drenaġġ;

(15) Billi, madankollu, ir-regoli ta' akkwist pubbliku ta' dan it-tip proposti għall-provvista ta' oġġetti mhumiex addattati għax-xiri ta' l-ilma, minħabba li hemm bżonn li l-ilma jinkiseb minn għejun li jinsabu ħdejn iż-żona fejn irid jintuża l-ilma.

(16) Billi, meta l-kundizzjonijiet speċifiċi jiġu ssodisfati, l-isfruttar ta' żona ġeografika, bil-għan li jkun hemm esplorazzjoni għal jew estrazzjoni taż-żejt, tal-gass, tal-faħam jew tal-karburanti oħra solidi, tista' tkun soġġetta għal arranġamenti alternattivi li għandhom jippermettu li jintlaħaq l-istess għan li jinfetħu kuntratti; billi l-Kummissjoni trid tiżgura li dawn il-kundizzjonijiet jiġu ssodisfati mill-Istati Membri li jimplimentaw dawn l-arranġamenti alternattivi;

(17) Billi l-Kummissjoni ħabbret li sejra tipproponi miżuri biex jitneħħew l-ostakli għal skambji minn fuq fruntieri ta' l-elettriku sa l-1992; billi r-regoli ta' akkwist pubbliku tat-tip proposti għall-provvista ta' oġġetti ma jippermettux li jiġu megħluba ostakli eżistenti fix-xiri ta' enerġija u karburanti fis-settur ta' l-enerġija; billi, bħala riżultat, mhuwiex addattat li fl-iskop ta' din id-Direttiva jiġi inkluż xiri bħal dan, għalkemm wieħed għandu jżomm f'moħħu li din l-eżenzjoni sejra terġa' tiġi eżaminata mill-Kunsill fuq il-bażi ta' rapport mill-Kummissjoni u ta' proposti tal-Kummissjoni;

(18) Billi r-Regolamenti (KEE) Nru 3975/87 [6] u (KEE) Nru 3976/87 [7], id-Direttiva 87/601/KEE [8] u d-Deċiżjoni 87/602/KEE [9] huma mfasslin biex tiġi introdotta aktar kompetizzjoni bejn entitajiet li joffru servizzi ta' transport bl-ajru lill-pubbliku u huwa għalhekk mhux xieraq, għal issa, li jiġu inklużi entitajiet bħal dawn fl-iskop ta' din id-Direttiva għalkemm is-sitwazzjoni għandha tiġi riveduta fuq skala akbar fid-dawl tal-progress li jkun sar fir-rigward tal-kompetizzjoni;

(19) Billi, minħabba l-pożizzjoni kompetittiva tal-bastimenti tal-Komunità, ma jkunx xieraq għall-biċċa l-kbira tal-kuntratti ta' dan is-settur, li jiġu suġġetti għal proċeduri dettaljati; billi s-sitwazzjoni tal-baħħara li joperaw laneċ li joħorġu fil-baħar għandhom jinżammu taħt eżaminazzjoni; billi ċerti servizzi ta' laneċ ta' qrib il-kosta u tax-xmajjar li huma mħaddma mill-awtoritajiet pubbliċi ma għandhomx jibqgħu jiġu esklużi mill-iskop tad-Direttivi 71/305/KEE u 77/62/KEE;

(20) Billi huwa xieraq li tiġi ffaċilitata l-komformità mad-dispożizzjonijiet relatati ma' attivitajiet li mhumiex koperti b'din id-Direttiva;

(21) Billi r-regoli dwar l-għoti ta' kuntratti ta' servizzi għandha tkun l-aktar qrib possibbli tar-regoli fuq il-kuntratti ta' xogħol u ta' provvista li hemm referenza għalihom f'din id-Direttiva;

(22) Billi għandhom jiġu evitati l-ostakli għall-moviment liberu ta' servizzi; billi, għaldaqstant, il-fornituri tas-servizzi jistgħu ikunu jew persuni fiżiċi jew legali; billi din id-Direttiva ma għandhiex, madankollu tippreġudika l-applikazzjoni, fuq livell nazzjonali, ta' regoli li jikkonċernaw il-kundizzjonijiet għat-tkomplija ta' attività jew professjoni sakemm dawn ikunu kompatibbli mal-liġi tal-Komunità;

(23) Billi l-qasam tas-servizzi huwa deskritt bl-aħjar mod, għall-għan ta' l-applikazzjoni tar-regoli proċedurali u għal finijiet ta' sorveljanza, billi s-servizzi jinqasmu f'kategoriji li jikkorrispondu ma' pożizzjonijiet partikolari ta' klassifikazzjoni komuni; billi l-Annessi XVIA u XVIB ta' din id-Direttiva jagħmlu referenza għan-nomenklatura CPC tan-Nazzjonijiet Uniti (Klassifikazzjoni Ċentrali tal-Prodott Central Product Classification); billi fil-futur din in-nomenklatura x'aktarx għandha tinbidel b'nomenklatura Komunitarja; billi għal din ir-raġuni, hemm bżonn li jkun hemm dispożizzjoni għall-possibbiltà li tiġi addattata r-referenza magħmula għan-nomenklatura CPC ta' l-Annessi XVIA u XVIB;

(24) Billi l-forniment ta' servizzi huwa kopert b'din id-Direttiva sakemm dan ikun ibbażat fuq kuntratti; billi l-forniment ta' servizzi għal raġunijiet oħra, bħal liġi, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi jew kuntratti ta' xogħol, mhuwiex kopert;

(25) Billi skond l-Artikolu 103f tat-Trattat tal-KEE, l-inkoraġġiment tar-riċerka u l-iżvilupp huwa mezz kif tissaħħaħ il-bażi xjentifika u t-teknoloġika ta' l-industrija Ewropea u l-ftuħ ta' kuntratti pubbliċi sejjer jikkontribwixxi għal dan il-għan; billi l-kontribuzzjonijiet għall-iffinanzjar ta' programmi ta' riċerka ma għandhomx ikunu soġġetti għal din id-Direttiva; billi l-kuntratti ta' servizz ta' riċerka u ta' żvilupp barra dawk li l-benefiċċji tagħhom jingħaddu esklussivament taħt l-awtorità kontraenti għall-użu tagħha fil-kondotta ta' l-affarijiet tagħha, bil-kundizzjoni li dak is-servizz ipprovdut ikun imħallas għal kollox mill-awtorità kontraenti, għaldaqstant mhumiex koperti b'din id-Direttiva;

(26) Billi l-kuntratti għall-ksib jew il-kiri ta' art, ta' bini eżistenti jew propjetà oħra immobbli għandhom karatteristiċi partikolari, li jagħmlu l-applikazzjoni tar-regoli ta' akkwist pubbliku mhux addattata;

(27) Billi s-servizzi ta' arbitraġġ u ta' konċiljazzjoni normalment ikunu pprovduti minn korpi jew individwi li kien hemm qbil fuqhom jew li ġew magħżula b'tali mod li ma jistgħux jiġu ggvernati minn regoli ta' akkwist pubbliku;

(28) Billi l-kuntratti ta' servizz koperti b'din id-Direttiva ma jinkludux kuntratti għall-ħruġ, ix-xiri, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' titoli jew strumenti oħra finanzjarji;

(29) Billi din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għall-kuntratti ta' akkwist pubbliku li huma ddikjarati bħala sigrieti jew li jistgħu jaffettwaw l-interessi bażiċi ta' sigurtà ta' l-Istat jew li huma konklużi skond regoli oħra stabbiliti bi ftehim eżistenti internazzjonali jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali;

(30) Billi l-kuntratti b'sors wieħed ta' forniment innominat jistgħu, f'ċerti kundizzjonijiet, ikunu kompletament jew parzjalment eżentati minn din id-Direttiva;

(31) Billi l-obbligi eżistenti internazzjonali tal-Komunità jew ta' l-Istati Membri ma jridux jiġu affettwati bir-regoli ta' din id-Direttiva;

(32) Billi huwa xieraq li jiġu esklużi ċerti kuntratti ta' servizz mogħtija lil intrapriża affiljata li għandha bħala attività prinċipali tagħha, fir-rigward ta' servizzi, il-forniment ta' servizzi bħal dawn lill-grupp li tagħmel parti minnu, minflok toffri s-servizzi tagħha fis-suq;

(33) Billi applikazzjoni sħiħa ta' din id-Direttiva trid tkun limitata, għal perjodu transitorju, għal kuntratti għal dawk is-servizzi fejn id-dispożizzjonijiet tagħha sejrin jippermettu li jitwettaq il-potenzjal sħiħ għall-kummerċ miżjud minn fuq il-fruntieri; billi l-kuntratti ta' servizzi oħra għandhom bżonn li jiġu monitorjati għal ċertu perjodu qabel tittieħed id-deċiżjoni fuq l-applikazzjoni sħiħa tad-Direttiva msemmija; billi l-mekkaniżmu għall-immonitorjar bħal dan għandu bżonn jiġi stabbilit b'din id-Direttiva u billi għandu fl-istess ħin jippermetti li dawk interessati jaqsmu l-informazzjoni relevanti;

(34) Billi r-regoli relevanti tal-Komunità dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' diplomi, ċertifikati jew evidenza oħra ta' kwalifiki formali japplikaw meta hemm bżonn ta' evidenza ta' kwalifika partikolari għall-parteċipazzjoni fi proċedura ta' għoti jew ta' konkors ta' disinn;

(35) Billi l-prodotti, ix-xogħlijiet jew is-servizzi jridu jiġu deskritti b'referenza għal speċifikazzjonijiet Ewropej; billi, sabiex jiġi żgurat li l-prodott, ix-xogħol jew is-servizz jissodisfa l-użu li għalih ikun intenzjonat mill-entità kontraenti, referenza bħal din tista tiġi kkumplimentata bi speċifikazzjonijiet li ma jbiddlux in-natura tas-soluzzjoni teknika jew is-soluzzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-ispeċifikazzjoni Ewropea;

(36) Billi l-prinċipji ta' ekwivalenza u ta' rikonoxximent reċiproku ta' standards nazzjonali, speċifikazzjonijiet tekniċi u metodi ta' fabbrikazzjoni huma applikabbli fil-qasam ta' l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva;

(37) Billi intrapriżi tal-Komunità għandhom jingħataw aċċess għall-għoti ta' diversi kuntratti f'pajjiżi terzi; billi l-Komunità għandha tipprova tirrimedja kull sitwazzjoni fejn wieħed isib li dan l-aċċess, fil-liġi jew fir-realtà, ikun ristrett u billi għandu jkun possibbli, f'ċerti kundizzjonijiet, li jittieħdu miżuri fir-rigward ta' l-aċċess għal kuntratti ta' servizzi koperti b'din id-Direttiva għal intrapriżi tal-pajjiż terz ikkonċernat jew għal sejħiet għal offertili joriġinaw minn dak il-pajjiż;

(38) Billi, meta l-entitajiet kontraenti jiddefinixxu bi ftehim komuni ma' dawk li jagħmlu l-offerta, id-dati sa meta jistgħu jiġu rċevuti is-sejħiet għal offerti, huma għandhom jikkonformaw mal-prinċipji ta' nuqqas ta' diskriminazzjoni u, billi, jekk ma jkunx hemmx ftehim bħal dan, hemm bżonn li jiġu preskritti dispożizzjonijiet xierqa;

(39) Billi jista' jkun utili li wieħed jipprovdi aktar trasparenza fil-kundizzjonijiet li jirrigwardaw il-protezzjoni u l-kundizzjonijiet ta' xogħol applikabbli fl-Istat Membru fejn iridu jsiru x-xogħlijiet;

(40) Billi jkun xieraq li d-dispożizzjonijiet nazzjonali għall-kundizzjonijiet ta' żvilupp reġjonali, li jridu jiġu kkunsidrati fl-għoti ta' kuntratti pubbliċi, jsiru konformi ma' l-għanijiet tal-Komunità u jkunu jaqblu mal-prinċipji tat-Trattat tal-KEE;

(41) Billi l-entitajiet kontraenti ma jridux ikunu jistgħu jirrifjutaw offerti baxxi b'mod anormali qabel ikunu talbu bil-miktub spjegazzjonijiet għall-elementi kostitwenti tas-sejħa għal offerti;

(42) Billi f'ċerti limiti, għandha tingħata preferenza għal offerta ta' oriġini Komunitarja fejn ikun hemm offerti ekwivalenti li joriġinaw minn pajjiż terz;

(43) Billi din id-Direttiva ma għandhiex tkun ta' preġudizzju għall-pożizzjoni tal-Komunità f'xi negozjati internazzjonali kurrenti jew futuri;

(44) Billi, ibbażata fuq ir-riżultati ta' negozjati internazzjonali bħal dawn, din id-Direttiva għandha tkun tista' tiġi estiża għal offerti li joriġinaw minn pajjiż terz, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill;

(45) Billi r-regoli li jridu jiġu applikati mill-entitajiet ikkonċernati għandhom jistabbilixxu struttura għall-prattika ta' kummerċ f'saħħtu u għandhom iħallu l-massimu tal-flessibbiltà;

(46) Billi, bħala kontraparti ta' din il-flessibbiltà u fl-interess ta' fiduċja reċiproka, għandu jiġi żgurat livell minimu ta' trasparenza u għandhom jiġu adottati metodi xierqa għall-monitoraġġ ta' l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva;

(47) Billi huwa neċessarju li jiġu addattati d-Direttivi 71/305/KEE u 77/62/KEE biex jiġu stabbiliti oqsma ta' applikazzjoni definiti sew; billi l-iskop tad-Direttiva 71/305/KEE ma għandux jitnaqqas, għajr f'dak li għandu x'jaqsam mal-kuntratti tas-setturi ta' l-ilma u tat-telekomunikazzjoni; billi l-iskop tad-Direttiva 77/62/KEE ma għandhux jitnaqqas, għajr għal ċerti kuntratti fis-settur ta' l-ilma; billi l-iskop tad-Direttivi 71/305/KEE u 77/62/KEE ma għandux, madankollu, jiġi estiż għal kuntratti mogħtija minn trasportaturi fuq l-art, l-ajru, l-baħar, viċin il-kosta jew f'passaġġi fuq l-ilma interni li, għalkemm ikunu qegħdin iwettqu attivitajiet ta' natura industrijali jew kummerċjali, jkunu ta' l-amministrazzjoni ta' l-Istat; billi, madankollu, ċerti kuntratti mogħtija minn trasportaturi fuq l-art, l-ajru, il-baħar, viċin il-kosta jew f'passaġġi fuq l-ilma interni li huma ta' l-amministrazzjoni ta' l-Istat u li huma mwettqa għal raġunijiet ta' servizz pubbliku għandhom ikunu koperti b'dawk id-Direttivi;

(48) Billi din id-Direttiva għandha terġa' tiġi eżaminata fid-dawl ta' l-esperjenza;

(49) Billi l-ftuħ ta' kuntratti fis-setturi koperti b'din id-Direttiva jista' jkollhom effett avvers fuq l-ekonomija tar-Renju ta' Spanja; billi l-ekonomiji tar-Repubblika Ellenika u tar-Repubblika tal-Portugall sejrin ikollhom iġarrbu saħansitra sforzi akbar; billi huwa xieraq li dawn l-Istati Membri jingħataw perjodi addizzjonali adattati biex jimplimentaw din id-Direttiva,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

TITOLU I

Dispożizzjonijiet ġenerali

L-Artikolu 1

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva:

1. "awtoritajiet pubbliċi" għandha tfisser l-Istat, l-awtoritajiet reġjonali jew lokali, il-korpi amministrati mil-liġi pubblika, l-assoċjazzjonijiet iffurmati minn waħda jew aktar minn waħda minn dawn l-awtoritajiet jew minn korpi amministrati mil-liġi pubblika.

Korp huwa kkunsidrat li huwa amministrat mil-liġi pubblika fejn:

- ikun stabbilit għall-għan speċifiku li jissodisfa l-bżonnijiet ta' l-interess ġenerali, li ma għandux natura industrijali jew kummerċjali,

- għandu personalità legali, u

- ikun iffinanzjat, għall-maġġorparti, mill-Istat, jew minn awtoritajiet reġjonali jew lokali, jew minn korpi oħra amministrati mil-liġi pubblika, jew li jkun soġġett għas-sorveljanza tat-tmexxija minn dawn il-korpi, jew li għandu bord amministrattiv, maniġerjali jew ta' sorveljanza, li aktar minn nofs il-membri tiegħu ikunu appuntati mill-Istat, minn awtoritajiet reġjonali jew lokali, jew minn korpi oħra amministrati mil-liġi pubblika;

2. "intrapriża pubblika" għandha tfisser kull intrapriża li fuqha l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jeżerċitaw direttament jew indirettament influwenza dominanti minħabba d-dritt tal-pussess tagħhom fuqha, il-parteċipazzjoni finanzjarja tagħhom fiha, jew ir-regoli li jamministrawha. Influwenza dominanti min-naħa ta' l-awtoritajiet pubbliċi għandha ssir meta dawn l-awtoritajiet, direttament jew indirettament fir-rigward ta' l-intrapriża:

- ikollhom il-maġġoranza tal-kapital sottoskritt ta' l-intrapriża, jew

- ikollhom il-kontroll tal-maġġoranza tal-voti marbuta ma' ishma maħruġa mill-intrapriża, jew

- jistgħu jappuntaw aktar minn nofs il-membri tal-korp amministrattiv, ta' tmexxija jew ta' sorveljanza ta' l-intrapriża;

3. "intrapriża affiljata" għandha tfisser kull intrapriża li r-rendikonti tal-flus annwali tagħha huma kkonsolidati ma' dawk ta' l-entità kontraenti skond il-kundizzjonijiet tas-seba Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta' Ġunju 1983, ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat tal-KEE fuq rendikonti ta' flus ikkonsolidati [10] jew, fil-każ ta' entitajiet li mhumiex suġġetti għal dik id-Direttiva, kull intrapriża li fuqha l-entità kontraenti tista' teżerċita, direttament jew indirettament, influwenza dominanti fit-tifsira tal-paragrafu 2, jew li tista' teżerċita influwenza dominanti fuq l-entità kontraenti jew li, bħall-entità kontraenti tkun soġġetta għall-influwenza dominanti ta' intrapriża oħra bħala riżultat ta' pussess, ta' parteċipazzjoni finanzjarja jew ta' regoli li jamministrawaha;

4. "kuntratti ta' provvista ta' xogħlijiet jew ta' servizz" għandhom ifissru kuntratti għall-interess finanzjarju konklużi bil-miktub bejn waħda mill-entitajiet kontraenti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 2, u fornitur, kuntrattur jew fornitur ta' servizz, li għandhom bħala l-intenzjoni tagħhom:

(a) fil-każ ta' kuntratti ta' provvista, ix-xiri, il-kiri jew ix-xiri bin-nifs, bl-għażla jew mingħajr l-għażla ta' xiri, ta' prodotti;

(b) fil-każ ta' kuntratti ta' xogħlijiet jew l-eżekuzzjoni, jew kemm l-eżekuzzjoni u t-tfassil jew ir-realizzazzjoni, bi kwalunkwe mezz, ta' l-attivitajiet ta' bini jew inġinerija ċivili li hemm referenza għalihom fl-Anness XI. Dawn il-kuntratti, jistgħu, barra minn hekk ikopru l-provvisti u s-servizzi neċessarji għall-eżekuzzjoni tagħhom;

(ċ) fil-każ ta' kuntratti ta' servizz, kull intenzjoni barra dawk li hemm referenza għalihom f'(a) u (b) u bl-esklużjoni ta':

(i) kuntratti għall-akkwist jew il-kiri, bi kwalunkwe mezz finanzjarju, ta' art, bini eżistenti, jew propjetà immobbli oħra jew li jikkonċernaw id-drittijiet fuqhom; madankollu il-kuntratti ta' servizzi finanzjarji konklużi ma', qabel jew wara l-kuntratt ta' l-akkwist jew il-kiri, fi kwalunkwe forma, għandhom ikunu soġġetti għal din id-Direttiva;

(ii) kuntratti fuq servizzi ta' telefonija tal-vuċi, telex, tar-radjutelefonija, ta' paging u tas-satellita;

(iii) kuntratti għal servizzi ta' arbitraġġ u konċiljazzjoni;

(iv) kuntratti għall-ħruġ, il-bejgħ, ix-xiri jew it-trasferiment ta' titoli jew strumenti finanzjarji oħra;

(v) kuntratti ta' impjiegi;

(vi) kuntratti ta' servizz ta' riċerka u żvilupp għajr dawk fejn il-benefiċċji jmorru esklussivament għall-entità kontraenti għall-użu tagħha fil-kondotta ta' l-affarijiet tagħha, bil-kundizzjoni li s-servizz ipprovdut ikun imħallas għal kollox mill-entità kontraenti.

Il-kuntratti li jinkludu l-forniment ta' servizzi u provvisti għandhom jitqiesu bħala kuntratti ta' provvista jekk il-valur totali tal-provvisti ikun akbar mill-valur tas-servizzi koperti mill-kuntratt;

5. "ftehim strutturali" għandu jfisser ftehim bejn waħda mill-entitajiet kontraenti definiti fl-Artikolu 2 u fornitur wieħed jew aktar, kuntratturi jew fornituri ta' servizzi li l-għan tiegħu ikun li jistabbilixxi t-termini, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam ma' prezzijiet, u fejn xieraq, il-kwantità maħsuba, li jikkontrollaw il-kuntratti li jridu jingħataw matul perjodu partikolari;

6. "dak li jagħmel l-offerta" għandha tfisser fornitur, kuntrattur jew fornitur ta' servizz li jissottometti offerta u "kandidat" għandha tfisser persuna li fittxet li tkun mistiedna biex tieħu sehem fi proċedura ristretta jew negozjata; il-fornituri ta' servizzi jistgħu jkunu jew persuni fiżiċi jew legali, li jinkludu entitajiet kontraenti fit-tifsira ta' l-Artikolu 2;

7. "proċeduri miftuħa, ristretti jew negozjati" għandha tfisser l-għoti ta' proċeduri applikati minn entitajiet kontraenti fejn:

(a) fil-każ ta' proċeduri miftuħa, il-fornituri, il-kuntratturi jew il-fornituri ta' servizzi kollha interessati jistgħu jissottomettu offerti;

(b) fil-każ ta' proċeduri ristretti, l-kandidati biss mistiedna mill-entità kontraenti jistgħu jissottomettu offerti;

(ċ) fil-każ ta' proċeduri negozjati, l-entità kontraenti tikkonsulta l-fornituri, il-kuntratturi jew il-fornituri ta' servizzi li tagħżel hi u tinnegozja t-termini tal-kuntratt ma' wieħed jew aktar minn wieħed minnhom;

8. "speċifikazzjonijiet tekniċi" għandha tfisser il-kundizzjonijiet tekniċi li jkun hemm b'mod partikolari fid-dokumenti tas-sejħa għal offerti, li jiddefinixxu l-karatteristiċi ta' numru ta' xogħlijiet, ta' materjal, ta' prodott, ta' provvista jew ta' servizz, u li jippermettu li l-biċċa xogħol, materjal, prodott, provvista jew servizz jiġi deskritti b'mod oġġettiv b'tali mod li jissodisfa l-użu li għalih ikun maħsub mill-entità kontraenti. Dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jistgħu jinkludu l-kwalità, l-eżekuzzjoni, is-sigurtà jew id-dimensjonijiet, kif ukoll il-kundizzjonijiet applikabbli għall-materjal, il-prodott, il-provvista jew is-servizz f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-assigurazzjoni tal-kwalità, it-terminoliġija, is-simboli, il-verifiki u l-metodi ta' verifika, l-imballaġġ, l-immarkar jew l-ittikkettjar. Fil-każ ta' kuntratti ta' xogħlijiet, jistgħu jinkludu wkoll ir-regoli tat-tfassil u l-istima, il-kundizzjonijiet tal-verifika, l-ispezzjoni u l-aċċettabiltà għax-xogħlijiet u t-tekniki jew il-metodi ta' kostruzzjoni u l-kundizzjonijiet tekniċi kollha l-oħra li l-entità kontraenti tista tippreskrivi taħt regolamenti ġenerali jew speċifiċi b'relazzjoni max-xogħlijiet lesti u mal-materjal jew mal-partijiet involuti;

9. "standard" għandha tfisser speċifikazzjoni teknika approvata minn korp standardizzat rikonoxxut għal applikazzjoni ripetuta jew kontinwa, li l-konformità magħha mhix, fil-prinċipju, obbligatorja.

10. "Standard Ewropew" għandha tfisser standard approvat mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) jew mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (Cenelec) bħala "Standard Ewropew (EN)" jew "Dokument ta' Armonizzazzjoni (HD)" skond ir-regoli komuni ta' dawk l-organizzazzjonijiet, jew mill-Istitut Ewropew ta' l-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI) skond ir-regoli tiegħu bħala "Standard Ewropew tat-Telekomunikazzjoni (ETS)";

11. "speċifikazzjoni teknika komuni" għandha tfisser speċifikazzjoni teknika miktuba skond proċedura rikonoxxuta mill-Istati Membri sabiex ikun hemm uniformità fl-applikazzjoni fl-Istati Membri kollha u tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej;

12. "approvazzjoni teknika Ewropea" għandha tfisser evalwazzjoni teknika favorevoli ta' kemm prodott partikolari ikun tajjeb sabiex jintuża għal għan partikolari, ibbażata fuq it-twettiq tal-kundizzjonijiet essenzjali għax-xogħlijiet tal-bini, permezz tal-karatteristiċi inerenti tal-prodott u l-kundizzjonijiet definiti ta' tħaddim u ta' użu, kif ipprovdut fid-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri relatati mal-prodotti ta' kostruzzjoni [11]. L-approvazzjoni teknika Ewropea għandha tinħareġ minn korp ta' approvazzjoni maħtur għal dan il-għan mill-Istat Membru.

13. "speċifikazzjoni Ewropea" għandha tfisser speċifikazzjoni teknika komuni, approvazzjoni teknika Ewropea jew standard nazzjonali li jimplimenta standard Ewropew;

14. "network pubbliku tat-telekomunikazzjoni" għandha tfisser l-infrastruttura pubblika ta' telekomunikazzjoni li tippermetti li jkun hemm sinjali trasmessi bejn punti definiti tat-tmiem tan-network, b'wajer, b microwave, b'mezz ottiku jew b'xi mezz elettromanjetiku ieħor;

"punt tat-tmiem tan-network" għandha tfisser il-konnessjonijiet fiżiċi kollha u l-ispeċifikazzjoni teknika ta' aċċess tagħhom li jagħmlu parti min-network tat-telekomunikazzjoni u li huma neċessarji għall-aċċess għal jew għal komunikazzjoni minn dak in-network pubbliku;

15. "ervizzi pubbliċi ta' telekomunikazzjoni" għandha tfisser is-servizzi ta' telekomunikazzjoni li l-Istati Membri jkunu taw il-provvista tagħhom b'mod speċifiku lil entità tat-telekomunikazzjoni waħda jew aktar;

"Servizzi tat-telekomunikazzjoni" għandha tfisser servizzi li l-provvista tagħhom tikkonsisti kompletament jew parzjalment fit-trasmissjoni u fit-tqegħid f'rotta ta' sinjali fuq in-network pubbliku ta' telekomunikazzjoni permezz ta' proċessi tat-telekomunikazzjoni, bl-eċċezzjoni tax-xandir bir-radju u t-televiżjoni;

16. "konkors ta' disinn" għandha tfisser il-proċeduri nazzjonali li jippermettu lill-entità kontraenti li tikseb, primarjament fl-oqsma ta' l-agrikoltura, l-inġinerija u l-ipproċessar tad-data, pjan jew disinn magħżul minn ġurija wara li dan ikun infetaħ għal kompetizzjoni bi jew mingħajr l-għoti ta' premjijiet.

L-Artikolu 2

1. Din id-Direttiva għandha tapplika għall-entitajiet kontraenti li:

(a) jkunu awtoritajiet pubbliċi jew intrapriżi pubbliċi u li jeżerċitaw wieħed mix-xogħlijiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2;

(b) meta ma jkunux awtoritajiet pubbliċi jew intrapriżi pubbliċi, ikollhom bħala waħda mill-attivitajiet tagħhom kwalunkwe waħda minn dawk li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2 jew xi assoċjazzjoni minnhom u li joperaw fuq il-bażi ta' drittijiet speċjali jew esklussivi maħruġa minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru.

2. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, xogħlijiet relevanti għandhom ikunu:

(a) il-provvista jew it-tħaddim ta' networks fissi maħsuba biex jipprovdu servizz lill-pubbliku b'konnessjoni mal-produzzjoni, it-trasport jew id-distribuzzjoni ta':

(i) l-ilma tax-xorb; jew

(ii) l-elettriku; jew

(iii) il-gass jew it-tisħin;

jew il-provvista ta' ilma tax-xorb, elettriku, gass jew tisħin lil networks bħal dawn;

(b) l-isfruttar ta' żona ġeografika bil-għan:

(i) ta' esplorazzjoni għal jew l-estrazzjoni ta' żejt, gass, faħam jew karburanti oħra solidi, jew

(ii) il-provvista ta' faċilitajiet ta' ajruporti, portijiet marittimi jew interni jew faċilitajiet terminali oħrajn lil trasportaturi bl-ajru, bil-baħar jew b'passaġġi fuq l-ilma interni;

(ċ) it-tħaddim ta' networks li jipprovdu servizz lill-pubbliku fil-qasam tat-trasport bil-ferrovija, sistemi li jaħdmu weħidhom, tramway, trolley bus, karrozzi tal-linja jew kejbil.

F'dak li għandu x'jaqsam ma' servizzi tat-trasport, għandu jiġi kkunsidrat li jeżisti network fejn is-servizz ikun ipprovdut f'kundizzjonijiet ta' tħaddim preskritti minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru, bħal kundizzjonijiet fuq ir-rotot li għandhom jiġu servuti, il-kapaċità li jkunu disponibbli jew il-frekwenza tas-servizz;

(d) il-forniment jew it-tħaddim ta' networks pubbliċi tat-telekomunikazzjoni jew il-forniment ta' servizz pubbliku wieħed jew aktar tat-telekomunikazzjoni.

3. Għall-għan li jiġi applikat il-paragrafu 1 (b), drittijiet speċjali jew esklussivi għandha tfisser drittijiet li ġejjin minn awtorizzazzjonijiet maħruġa minn awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru kkonċernat, b'liġi, regolament jew b'azzjoni amministrattiva, li għandhom bħala r-riżultat tagħhom ir-riserva għal entità waħda jew aktar ta' l-isfruttar ta' attività definita fil-paragrafu 2.

Entità kontraenti għandha tiġi kkunsidrata li tgawdi minn drittijiet speċjali jew esklussivi b'mod partikolari fejn:

(a) sabiex jinbnew in-networks jew il-faċilitajiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2, din tista' tieħu vantaġġ minn proċedura għall-esproprjazzjoni jew l-użu ta' propjetà jew tista' tpoġġi tagħmir tan-network, fuq, taħt jew minn fuq triq pubblika;

(b) fil-każ tal-paragrafu 2(a), l-entità tforni b'ilma tax-xorb, elettriku, gass jew tisħin, network li jkun huwa stess imħaddem minn entità li tgawdi drittijiet speċjali jew esklussivi maħruġa minn awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru kkonċernat.

4. Il-provvista ta' servizzi ta' trasport ta' karrozzi tal-linja lill-pubbliku ma għandhiex tiġi kkunsidrata bħala attività relevanti fit-tifsira tal-paragrafu 2 (ċ) fejn entitajiet oħra huma liberi li jipprovdu dawk is-servizzi, jew b'mod ġenerali jew f'żona ġeografika partikolari, taħt l-istess kundizzjoni bħall-entitajiet kontraenti.

5. Il-provvista ta' ilma tax-xorb, elettriku, gass jew tisħin lil networks li jipprovdu servizz lill-pubbliku minn entità kontraenti li ma tkunx awtorità pubblika ma għandhiex tiġi kkunsidrata bħala attività releventi fit-tifsira tal-paragrafu 2 (a) fejn:

(a) fil-każ ta' l-ilma tax-xorb jew l-elettriku:

- il-produzzjoni ta' l-ilma tax-xorb jew ta' l-elettriku mill-entità kkonċernata issir minħabba li l-konsum tiegħu huwa neċessarju għat-twettiq ta' attività barra dik li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 2, u

- l-forniment lin-network pubbliku jiddependi biss mill-konsum stess ta' l-entità u ma tkunx qabżet it-30 % tal-produzzjoni totali ta' l-ilma tax-xorb jew ta' l-enerġija ta' l-entità, b'kunsiderazzjoni tal-medja tat-tliet snin ta' qabel, li jinkludu s-sena kurrenti;

(b) fil-każ ta' gass jew tisħin:

- il-produzzjoni tal-gass jew tisħin mill-entità kkonċernata ma tistax tiġi evitata minħabba l-kontinwazzjoni ta' attività barra dik li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 2, u

- il-provvista lin-network pubbliku għandha l-għan biss li jkun hemm sfruttar ekonomiku ta' produzzjoni tali u li jammonta għal mhux aktar minn 20 % tal-bejgħ ta' l-entità b'kunsiderazzjoni tal-medja għat-tliet snin ta' qabel, li jinkludu s-sena kurrenti.

6. L-entitajiet kontraenti elenkati fl-Annessi I sa X għandhom jissodisfaw il-kriterji stabbiliti hawn fuq. Sabiex ikun żgurat li l-listi huma kemm jista' jkun eżawrjenti, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-emendi li jagħmlu fil-listi tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-Annessi I sa X skond il-proċedura fl-Artikolu 40.

L-Artikolu 3

1. L-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex tipprovdi li l-isfruttar ta' żoni ġeografiċi għall-għan ta' l-esplorazzjoni għal jew l-estrazzjoni ta' żejt, gass, faħam jew karburanti solidi oħra ma tiġix ikkunsidrata bħala attività definita fl-Artikolu 2(2)(b) (i) u li l-entitajiet ma jiġux ikkunsidrati li qegħdin joperaw taħt drittijiet speċjali jew esklussivi fit-tifsira ta' l-Artikolu 2(3)(b) sabiex ikomplu jagħmlu waħda jew aktar minn dawn l-attivitajiet, sakemm il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin huma ssodisfati fir-rigward tad-dispożizzjonijiet nazzjonali relevanti li jikkonċernaw attivitajiet bħal dawn:

(a) fil-mument meta tintalab awtorizzazzjoni biex żona ġeografika bħal din tiġi sfruttata, l-entitajiet l-oħra jkunu liberi li jfittxu awtorizzazzjoni għal dak il-għan fl-istess kundizzjonijiet bħall-awtoritajiet kontraenti;

(b) il-kapaċità teknika u finanzjarja ta' l-entitajiet biex jieħdu sehem f'attivitajiet partikolari għandha tiġi stabbilita qabel kull evalwazzjoni tal-merti ta' applikazzjonijiet kompetenti għall-awtorizzazzjoni;

(ċ) l-awtorizzazzjoni biex jieħdu sehem f'dawk l-attivitajiet għandha tingħata fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi li jikkonċernaw il-mod kif inhu maħsub li jsir l-isfruttar jew l-estrazzjoni, li għandhom jiġu stabbiliti u ppubblikati qabel it-talbiet u applikati b'mod mhux diskriminatorju;

(d) il-kundizzjonijiet u l-bżonnijiet kollha li jikkonċernaw it-twettiq u t-tmiem ta' l-attività, li jinkludu d-dispożizzjonijiet fuq obbligi ta' tħaddim, drittijiet (royalties), u parteċipazzjoni fil-kapital jew dħul ta' l-entitajiet għandhom jiġu stabbiliti u jkunu disponibbli qabel it-talbiet għall-awtorizzazzjoni, imbagħad għandhom jiġu applikati b'mod mhux diskriminatorju; kull bidla li tikkonċerna dawn il-kundizzjonijiet u bżonnijiet għandha tiġi applikata għall-entitajiet kollha kkonċernati, jew inkella jridu jsiru emendi b'mod mhux diskriminatorju; madankollu, ma hemmx bżonn li l-obbligi ta' tħaddim ikunu stabbiliti ħlief sa eżatt qabel ma tingħata l-awtorizzazzjoni; u

(e) l-entitajiet kontraenti ma għandhomx ikunu mitluba b'xi liġi, regolament, kundizzjoni amministrattiva, ftehim jew kundizzjoni, li jipprovdu informazzjoni fuq is-sorsi ta' akkwist pubbliku maħsuba jew attwali ta' awtorità kontraenti, għajr fuq talba ta' l-awtoritajiet nazzjonali b'ħarsa lejn l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 36 tat-Trattat tal-KEE.

2. L-Istati Membri li japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom jiżguraw, permezz tal-kundizzjonijiet ta' awtorizzazzjoni jew miżuri oħra addattati li kull entità:

(a) tosserva l-prinċipji ta' nuqqas ta' diskriminazzjoni u ta' akkwist kompetittiv fir-rigward ta' l-għoti ta' kuntratti ta' provvisti, xogħlijiet u servizz, b'mod partikolari fir-rigward ta' l-informazzjoni li l-entità tagħmel disponibbli għall-intrapriżi dwar l-intenzjonijiet ta' akkwisti tagħha;

(b) tikkomunika lill-Kummissjoni, skond il-kundizzjonjiet li jridu jiġu definiti minn din ta' l-aħħar skond l-Artikolu 40, l-informazzjoni li għandha x'taqsam ma' l-għoti ta' kuntratti.

3. Fir-rigward ta' konċessjonijiet jew awtorizzazzjonijiet individwali mogħtija qabel id-data li fiha l-Istati Membri japplikaw din id-Direttiva skond l-Artikolu 45, il-paragrafu 1 (a), (b) u (ċ) ma għandux japplika, sakemm f'dik id-data, entitajiet oħra jkunu liberi li jitolbu awtorizzazzjoni għall-isfruttar ta' żoni ġeografiċi għall-għan ta' l-esplorazzjoni għal jew l-estrazzjoni ta' żejt, gass, faħam jew karburanti solidi oħra, fuq bażi mhux diskriminatorja u fid-dawl ta' kriterji oġġettivi. Il-paragrafu 1 (d) ma għandux japplika f'dak li għandu x'jaqsam ma kundizzjonijiet jew bżonnijiet stabbiliti, applikati jew emendati qabel id-data hawn fuq imsemmija.

4. Stat Membru li jixtieq japplika l-paragrafu 1 għandu jinforma b'dan lill-Kummissjoni. Waqt li jagħmel dan, għandu jinforma lill-Kummissjoni b'kull liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva, ftehim jew kundizzjoni li għandha x'taqsam ma l-osservanza tal-kundizzjonijiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafi 1 u 2.

Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 40(5) sa (8). Għandha tippubblika d-deċiżjoni tagħha, fejn tagħti r-raġunijiet tagħha, fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Kull sena, għandha tgħaddi lill-Kunsill rapport dwar l-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu u tirrevedi l-applikazzjoni tagħha fil-qasam tar-rapport ipprovdut fl-Artikolu 44.

L-Artikolu 4

1. Meta jagħtu kuntratti ta' provvista, xogħlijiet jew servizz, jew meta jorganizzaw konkorsi ta' disinn, l-entitajiet kontraenti għandhom japplikaw il-proċeduri li jkunu addattati għad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

2. L-entitajiet kontraenti għandhom jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni bejn fornituri, kuntratturi jew fornituri ta' servizzi differenti.

3. Fil-kuntest ta' forniment ta' speċifikazzjonijiet tekniċi lill-fornituri, kuntratturi jew fornituri ta' servizz interessati, ta' kwalifika u selezzjoni ta' fornituri, kuntratturi jew fornituri ta' servizz u fl-għoti ta' kuntratti, l-entitajiet kontraenti jistgħu jimponu kundizzjonijiet bil-għan li jipproteġu n-natura konfidenzjali ta' l-informazzjoni li huma jagħmlu disponibbli.

4. Din id-Direttiva ma għandhiex tillimita d-dritt tal-fornituri, kuntratturi jew fornituri ta' servizzi li jitolbu mingħand entità kontraenti, b'konformità mal-liġi nazzjonali, biex din tirrispetta n-natura konfidenzjali ta' l-informazzjoni li huma jagħmlu disponibbli.

L-Artikolu 5

1. L-entitajiet kontraenti jistgħu jikkunsidraw ftehim strutturali bħala kuntratt fit-tifsira ta' l-Artikolu 1(4) u jagħtuh skond id-Direttiva.

2. Meta l-entitajiet kontraenti jkunu taw ftehim strutturali skond din id-Direttiva, huma jistgħu jużaw l-Artikolu 20(2)(i) meta jagħtu kuntratti bbażati fuq dak il-ftehim.

3. Meta ftehim strutturali ma jingħatax skond din id-Direttiva, l-entitajiet kontraenti ma jistgħux jużaw l-Artikolu 20(2)(i).

4. L-entitajiet kontraenti ma jistgħux jagħmlu użu ħażin ta' ftehim strutturali sabiex ifixklu, jillimitaw jew jgħawwġu l-kompetizzjoni.

L-Artikolu 6

1. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti jew konkorsi ta' disinn mogħtija jew organizzati mill-entitajiet kontraenti għal għanijiet oħra għajr it-tkomplija ta' l-attivitajiet tagħhom kif deskritt fl-Artikolu 2(2) jew għat-tkomplija ta' dawn l-attivitajiet f'pajjiż mhux membru, f'kundizzjonijiet li ma jinvolvux l-użu fiżiku ta' network jew żona ġeografika fi ħdan il-Komunità.

2. Madankollu, din id-Direttiva għandha tapplika għal kuntratti jew konkorsi ta' disinn mogħtija jew organizzati minn entitajiet li jeżerċitaw attività li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 2(2)(a) (i) u li:

(a) jkollhom x'jaqsmu ma' proġetti ta' inġinerija idrawlika, irrigazzjoni jew ta' drenaġġ ta' l-art, sakemm il-volum ta' ilma maħsub għall-provvista ta' ilma tax-xorb jirrappreżenta aktar minn 20 % tal-volum totali ta' ilma magħmul disponibbli minn dawn il-proġetti jew installazzjonijiet ta' irrigazzjoni jew drenaġġ, jew

(b) ikollhom x'jaqsmu mar-rimi jew it-trattament tad-drenaġġ.

3. L-entitajiet kontraenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni fuq talba tagħha b'xi attivitajiet li huma jikkunsidraw bħala esklużi mill-paragrafu 1. Il-Kummissjoni tista' tippubblika perjodikament, listi ta' kategoriji ta' attivitajiet li hi tikkunsidra li jkunu koperti b'din l-esklużjoni għall-informazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tirrispetta kull aspett kummerċjali sensittiv li l-entitajiet kontraenti jistgħu jiġbdu l-attenzjoni fuqu meta jgħaddu din l-informazzjoni.

L-Artikolu 7

1. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti mogħtija għall-finijiet ta' bejgħ mill-ġdid jew kiri lil partijiet terzi, sakemm l-awtorità kontraenti ma tgawdix minn xi dritt speċjali jew esklussiv biex tbigħ jew tikri s-suġġett ta' kuntratti bħal dawn u entitajiet oħra huma liberi li jbigħuh jew jikruh fl-istess kundizzjonijiet bħall-awtorità kontraenti.

2. L-entitajiet kontraenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni fuq talba tagħha bil-kategoriji kollha ta' prodotti jew attivitajiet li huma jikkunsidraw bħala esklużi mill-paragrafu 1. Il-Kummissjoni tista' tippubblika perjodikament listi ta' kategoriji ta' prodotti jew attivitajiet li hija tikkunsidra li jkunu koperti b'din l-esklużjoni għall-informazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Waqt li tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tirrispetta kull aspett kummerċjali sensittiv li l-entitajiet kontraenti jistgħu jiġbdu l-attenzjoni fuqu meta jgħaddu din l-informazzjoni.

L-Artikolu 8

1. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti li l-entitajiet kontraenti li jeżerċitaw attività deskritta fl-Artikolu 2(2)(d) jagħtu għal xiri maħsub esklussivament biex jippermettilhom li jipprovdu servizz wieħed jew aktar ta' telekomunikazzjoni meta entitajiet oħra huma liberi li joffru l-istess servizzi fl-istess żona ġeografika u f'kundizzjonijiet sostanzjalment l-istess.

2. L-entitajiet kontraenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni fuq talba tagħha b'xi servizzi li huma jikkunsidraw bħala esklużi mill-paragrafu 1. Il-Kummissjoni tista' tippubblika perjodikament listi ta' servizzi li hi tikkunsidra li jkunu koperti b'din l-esklużjoni għall-informazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Waqt li tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tirrispetta kull aspett kummerċjali sensittiv li l-entitajiet kontraenti jistgħu jiġbdu l-attenzjoni fuqu meta jgħaddu din l-informazzjoni.

L-Artikolu 9

1. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal:

(a) kuntratti li l-awtoritajiet kontraenti elenkati fl-Anness I jagħtu għax-xiri ta' ilma;

(b) kuntratti li l-entitajiet kontraenti elenkati fl-Annessi II sa V jagħtu għall-provvista ta' enerġija jew ta' karburanti għall-produzzjoni ta' enerġija.

2. Il-Kunsill għandu jerġa' jeżamina d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 meta jkollu quddiemu rapport mill-Kummissjoni flimkien mal-proposti adattati.

L-Artikolu 10

Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti meta dawn ikunu ddikjarati bħala sigrieti minn Stat Membri, meta l-eżekuzzjoni tagħhom trid tiġi akkumpanjata b'miżuri ta' sigurtà speċjali skond il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat jew meta l-protezzjoni ta' l-interessi bażiċi ta' sigurtà ta' dak l-Istat titlob dan.

L-Artikolu 11

Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti ta' servizzi mogħtija lil entità li tkun hija nnifisha awtorità kontraenti fit-tifsira ta' l-Artikolu 1(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE tat-18 ta' Ġunju 1992 li għandha x'taqsam mal-koordinament ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti ta' servizzi pubbliċi [12] fuq il-bażi ta' dritt esklussiv li hija tgawdi minnu skond liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva ppubblikata li hija kompatibbli mat-Trattat tal-KEE.

L-Artikolu 12

Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti amministrati minn regoli proċedurali differenti mogħtija:

1. skond ftehim internazzjonali konkluż b'konformità mat-Trattat bejn Stat Membru u pajjiz jew pajjiżi terzi u li jkopri konkorsi ta' provvista, xogħlijiet, servizzi jew disinji maħsubin għall-implimentazzjoni magħquda jew l-isfruttar ta' proġett mill-Istati firmatarji; kull ftehim għandu jiġi kkomunikat lill-Kummissjoni, li tista tikkonsulta mal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Kuntratti Pubbliċi stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 71/306/KEE [13] jew, fil-każ ta' ftehim li jirregola kuntratti mogħtija minn entitajiet li jeżerċitaw attività definita fl-Artikolu 2(2)(d), il-Kumitat Konsultattiv dwar l-Akkwist Pubbliku tat-Telekomunikazzjoni li hemm referenza għalih fl-Artikolu 39;

2. lil intrapriżi fi Stat Membru jew pajjiż terz skond ftehim internazzjonali li għandu x'jaqsam ma' l-istazzjonament ta' truppi;

3. skond il-proċedura partikolari ta' organizzazzjoni internazzjonali.

L-Artikolu 13

1. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti ta' servizz li:

(a) entità kontraenti tagħti lil intrapriża affiljata;

(b) mogħtija minn intrapriża bejn tnejn minn nies jew aktar, iffurmata minn numru ta' entitajiet kontraenti għall-għan li ssir attività relevanti fit-tifsira ta' l-Artikolu 2(2) għal waħda minn dawk l-entitajiet kontraenti jew għal intrapriża li tkun affiljata ma' waħda minn dawn l-entitajiet kontraenti,

sakemm ta' l-anqas 80 % tad-dħul medju ta' dik l-intrapriża fir-rigward ta' servizzi fil-Komunità għat-tliet snin preċedenti jkun ġej mill-forniment ta' servizzi bħal dawn lil intrapriżi li magħhom tkun affiljata.

Meta aktar minn intrapriża waħda affiljata ma' l-entità kontraenti tipprovdi l-istess servizz jew servizzi simili, jiġi kkunsidrat id-dħul totali li jkun ġej mill-provvista ta' servizzi minn dawn l-intrapriżi.

2. L-entitajiet kontraenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, fuq talba tagħha, l-informazzjoni li ġejja li għandha x'taqsam ma l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1:

- l-ismijiet ta' l-intrapriżi kkonċernati,

- in-natura u l-valur tal-kuntratti ta' servizz involuti,

- prova, li tista' titqies bħala neċessarja mill-Kummissjoni, sabiex turi li r-relazzjoni bejn l-intrapriża li rċiviet il-kuntratti u l-entità kontraenti hija f'konformità mal-kundizzjonijiet ta' dan l-Artikolu.

L-Artikolu 14

1. Din id-Direttiva għandha tapplika għal kuntratti li l-valur stmat tagħhom, mhux tal-VAT, li għaliha ma jkunx inqas minn:

(a) ECU 400000 fil-każ ta' kuntratti ta' provvista u servizz mogħtija minn entitajiet li jeżerċitaw attività definita fl-Artikolu 2(2)(a), (b) u (ċ);

(b) ECU 600000 fil-każ ta' kuntratti ta' provvista u servizz mogħtija minn entitajiet li jeżerċitaw attività definita fl-Artikolu 2(2)(d);

(ċ) ECU 5000000 fil-każ ta' kuntratti ta' xogħlijiet.

2. Biex jiġi kkalkulat l-ammont stmat ta' kuntratt ta' servizz, l-entità kontraenti għandha tinkludi r-rimunerazzjoni totali tal-fornitur ta' servizz, fejn jiġu kkunsidrati l-elementi speċifikati fil-paragrafi 3 sa 13.

3. Biex jiġi kkalkulat l-ammont stmat ta' kuntratti ta' servizzi finanzjarji, għandhom jiġu kkunsidrati l-ammonti li ġejjin:

- fir-rigward ta' servizzi ta' assigurazzjoni, il-premium li jrid jitħallas,

- fir-rigward ta' servizzi ta' banek u servizzi finanzjarji oħra, l-onorarji, il-kummissjonijiet, l-interessi u tipi oħra ta' rimunerazzjoni,

- fir-rigward ta' kuntratti li jinvolvu disinn, l-onorarju jew il-kummissjoni li trid titħallas.

4. Fil-każ ta' kuntratti ta' provvista ta' lokazzjoni , kera jew xiri bin-nifs, il-bażi għall-kalkolu tal-valur tal-kuntratt għandha tkun:

(a) fil-każ ta' kuntratti ta' perjodu fiss, fejn il-perjodu huwa ta' 12-il xahar jew inqas, il-valur totali stmat għat-tul tal-kuntratt, jew, fejn il-perjodu jaqbeż 12-il xahar, il-valur totali tal-kuntratt li jinkludi l-valur residwali stmat;

(b) fil-każ ta' kuntratti ta' perjodu indefinit jew f'każijiet fejn hemm dubju dwar kemm ser idumu l-kuntratti, il-pagamenti totali antiċipati li jridu jitħallsu fl-ewwel erba snin.

5. Fil-każ ta' kuntratti ta' servizz li ma jindikawx nefqa totali, il-bażi tal-kalkolu tal-valur stmat tal-kuntratt għandha tkun:

- għal kuntratti ta' perjodu fiss, fejn il-perjodu tagħhom huwa 48 xahar jew inqas, il-valur totali għat-tul kollu tagħhom,

- għal kuntratti mingħajr perjodu fiss jew perjodu li jaqbeż 48 xahar, il-valur ta' kull xahar immultiplikat bi 48.

6. Meta kuntratt ta' provvista jew ta' servizz propost jispeċifika b'mod ċar klawsoli ta' għażla, il-bażi sabiex jiġi kkalkulat il-valur stmat tal-kuntratt għandha tkun it-total l-aktar għoli possibbli tax-xiri, lokazzjoni, kera jew xiri bin-nifs permissibbli, li tinkludi l-klawsoli ta' għażla.

7. Fil-każ ta' akkwist pubbliku ta' provvisti jew servizzi fuq perjodu speċifiku permezz ta' serje ta' kuntratti li jridu jingħataw minn fornitur jew fornitur ta' servizz wieħed jew aktar jew ta' kuntratti li jridu jiġġeddu, il-valur tal-kuntratt għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta':

(a) il-valur totali ta' kuntratti b'karatteristiċi simili li kienu ngħataw matul is-sena jew it-12-il xahar finanzjarju preċedenti, aġġustati fejn hu possibbli għal bidliet antiċipati fil-kwantità jew il-valur fuq it-tnax-il xahar sussegwenti;

(b) il-valur totali ta' kuntratti li jridu jingħataw matul it-12-il xahar wara l-ewwel għotja jew matul il-perjodu kollu tal-kuntratt, meta dan hu itwal minn 12-il xahar.

8. Il-bażi biex jiġi kkalkulat il-valur stmat ta' kuntratt li jinkludi kemm il-provvisti u s-servizzi għandha tkun il-valur totali tal-provvisti u s-servizzi, mingħajr ma jiġu kkunsidrati l-valuri rispettivi tagħhom. Il-kalkolu għandu jinkludi l-valur ta' l-operazzjonijiet tas-sit u ta' l-installazzjoni.

9. Il-bażi biex jiġi kkalkulat il-valur ta' ftehim strutturali għandha tkun il-valur massimu stmat tal-kuntratti kollha maħsuba għall-perjodu kkonċernat.

10. Il-bażi biex jiġi kkalkulat il-valur ta' kuntratt ta' xogħlijiet għall-finijiet tal-paragrafu 1 għandha tkun il-valur totali tax-xogħol. "Xogħol" għandha tfisser ir-riżultat ta' attivitajiet ta' bini u inġinerija ċivili, meħuda bħala ħaġa waħda, li huma maħsuba biex waħidhom iwettqu funzjoni ekonomika u teknika.

B'mod partikolari, meta provvista, xogħol jew servizz huwa s-suġġett ta' ħafna lottijiet, il-valur ta' kull lott għandu jiġi kkunsidrat meta ssir l-istima tal-valur li hemm referenza għalih fil-paragrafu 1. Meta l-valur kollu tal-lottijiet huwa ugwali jew jaqbeż il-valur preskritt fil-paragrafu 1, dak il-paragrafu għandu japplika għal-lottijiet kollha. Madankollu, fil-każ ta' kuntratti ta' xogħlijiet, l-entitajiet kontraenti jistgħu jidderogaw mill-paragrafu 1 fir-rigward tal-lottijiet li l-valur nett stmat tal-VAT tagħhom hu inqas minn miljun ECU, sakemm il-valur kollu tal-lottijiet ma jaqbiżx l-20 % tal-valur totali tal-lottijiet.

11. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-entitajiet kontraenti għandhom jinkludu fil-valur stmat ta' kuntratt ta' xogħlijiet il-valur tal-provvisti jew servizzi kollha neċessarji għall-eżekuzzjoni tal-kuntratti li huma jagħmlu disponibbli għall-kuntrattur.

12. Il-valur tal-provvisti jew servizzi li mhumiex neċessarji għall-eżekuzzjoni ta' kuntratt ta' xogħlijiet partikolari ma jistax jiġi miżjud ma' dak tal-kuntratt ta' xogħlijiet bir-riżultat li tiġi evitata l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għall-akkwist pubbliku ta' dawk il-provvisti jew servizzi.

13. L-entitajiet kontraenti ma jistgħux jaħarbu minn din id-Direttiva billi jaqsmu l-kuntratti jew jużaw metodi speċjali kif jikkalkulaw il-valur tal-kuntratti.

IT-TITOLU II

Applikazzjoni ta' żewġ livelli

L-Artikolu 15

Il-kuntratti ta' provvista u ta' xogħlijiet u kuntratti li għandhom bħala għan is-servizzi elenkati fl-Anness XVI A għandhom jingħataw skond id-dispożizzjonijiet tat-Titoli III, IV u V.

L-Artikolu 16

Il-kuntratti li għandhom bħala għan is-servizzi elenkati fl-Anness XVI B għandhom jingħataw skond l-Artikoli 18 u 24.

L-Artikolu 17

Il-kuntratti li għandhom bħala l-għan tagħhom is-servizzi elenkati kemm fl-Anness XVI A u fl-Anness XVI B għandhom jingħataw skond id-dispożizzjonijiet tat-Titoli III, IV u V fejn il-valur tas-servizzi elenkati fl-Anness XVI A huwa akbar mill-valur tas-servizzi elenkati fl-Anness XVI B. Meta dan ma jkunx il-każ, dawn għandhom jingħataw skond l-Artikoli 18 u 24.

IT-TITOLU III

Speċifikazzjonijiet u standards tekniċi

L-Artikolu 18

1. L-entitajiet kontraenti għandhom jinkludu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi fid-dokumenti ġenerali jew fid-dokumenti tal-kuntratt relatati ma' kull kuntratt.

2. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiġu definiti b'referenza għal speċifikazzjonijiet Ewropej, meta dawn ikunu jeżistu.

3. Fin-nuqqas ta' speċifikazzjonijiet Ewropej, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiġu definiti kemm jista' jkun b'referenza għal standards oħra li qegħdin jintużaw fil-Komunità.

4. L-entitajiet kontraenti għandhom jiddefinixxu kundizzjonijiet oħra bħal dawn kif ikun hemm bżonn biex jiġu sodisfatti speċifikazzjonijiet Ewropej jew standards oħra. Waqt li jagħmlu dan, huma għandhom jippreferu speċifikazzjonijiet li jindikaw il-kundizzjonijiet ta' eżekuzzjoni aktar mill-karatteristiċi ta' disinn jew ta' deskrizzjoni, sakemm l-awtorità kontraenti ma jkollhiex raġunijiet oġġettivi sabiex tikkunsidra li speċifikazzjonijiet bħal dawn ma jkunux addattati għall-finijiet tal-kuntratt.

5. Ma għandhomx jintużaw speċifikazzjonijiet tekniċi li jsemmu oġġetti ta' ditta jew ta' sors speċifiku jew ta' proċess partikolari u li għandhom l-effett li jiffavorixxu jew li jeliminaw ċerti intrapriżi, sakemm dawn mhumiex indispensabbli għas-suġġett tal-kuntratt. B'mod partikolari, l-indikazzjoni ta' marki kummerċjali, liċenzji, tipi ta' oriġini jew ta' produzzjoni speċifika għandhom ikunu pprojbiti; madankollu, indikazzjoni bħal din akkumpanjata bix-xogħlijiet jew "ekwivalenti" għandha tkun awtorizzata fejn is-suġġett tal-kuntratt ma jistax ikun deskritt mod ieħor bi speċifikazzjonijiet li huma preċiżi biżżejjed u intelliġibbli biżżejjed għal kull min ikun ikkonċernat.

6. L-entitajiet kontraenti jistgħu jidderogaw mill-paragrafu 2 jekk:

(a) ikun teknikament impossibbli li jiġi stabbilit b'mod sodisfaċenti li prodott jikkonforma ma' speċifikazzjonijiet Ewropej;

(b) l-applikazzjoni tal-paragrafu 2 tippreġudika l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 86/361/KEE ta' l-24 ta' Lulju 1986 fuq l-istadju inizjali tar-rikonoxximent reċiproku ta' l-approvazzjoni tat-tip għal tagħmir terminali ta' telekomunikazzjoni [14], jew id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE tat-22 ta' Diċembru 1986 fuq l-istandardizzazzjoni fil-qasam ta' l-informazzjoni teknoloġika u t-telekomunikazzjonjiet [15];

(ċ) fil-kuntest ta' l-addattament ta' prattika eżistenti biex jiġu kkunsidrati speċifikazzjonijiet Ewropej, l-użu ta' dawk l-ispeċifikazzjonijiet jobbliga lill-entità kontraenti li tikseb provvisti li ma jkunux kompatibbli mat-tagħmir li tkun qiegħda diġà tuża jew li jinvolvu spiża sproporzjonata jew diffikultà teknika sproporzjonata. L-entitajiet kontraenti li jużaw din id-deroga għandhom jagħmlu dan biss bħala parti minn strateġija definita b'mod ċar u rreġistrata bil-għan li jkun hemm qlib għal speċifikazzjonijiet Ewropej;

(d) l-ispeċifikazzjoni Ewropea relevanti mhix addattata għall-applikazzjoni partikolari jew ma tikkunsidrax l-iżviluppi tekniċi li saru minn żmien l-adozzjoni tagħha. L-entitajiet kontraenti li jużaw din id-deroga għandhom jinfurmaw lill-organizzazzjoni ta' standardizzazzjoni addattata, jew kull korp ieħor li għandu l-qawwa li jirrevedi l-ispeċifikazzjoni Ewropea, bir-raġunijiet għalfejn huma jikkunsidraw li l-ispeċifikazzjoni Ewropea mhix addattata u għandhom jitolbu reviżjoni;

(e) il-proġett huwa ta' natura ġenwinament innovattiva li għalih l-użu ta' speċifikazzjonijiet Ewropej ma jkunx addattat.

7. L-avviżi ppubblikati skond l-Artikolu 21(1)(a) jew l-Artikolu 21(2)(a) għandhom jindikaw kull użu ta' derogi li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 6.

8. Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-regoli tekniċi obbligatorji sakemm dawn huma kompatibbli mal-liġi tal-Komunità.

L-Artikolu 19

1. L-entitajiet kontraenti għandhom jagħmlu disponibbli fuq talba tal-fornituri, tal-kuntratturi jew tal-fornituri ta' servizzi interessati li jiksbu kuntratt, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li normalment ikun hemm referenza għalihom fil-kuntratti ta' provvista, xogħlijiet jew servizzi tagħhom jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li huma għandhom l-intenzjoni li japplikaw għall-kuntratti koperti bl-avviżi perjodiċi ta' informazzjoni fit-tifsira ta' l-Artikolu 22.

2. Fejn dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ikunu bbażati fuq dokumenti disponibbli għal fornituri, kuntratturi jew fornituri ta' servizzi interessati, referenza għal dawn id-dokumenti għandha tkun biżżejjed.

IT-TITOLU IV

Proċeduri għall-għoti ta' kuntratti

L-Artikolu 20

1. L-entitajiet kontraenti jistgħu jagħżlu kwalunkwe proċedura deskritta fl-Artikolu 1(7), sakemm, soġġetti għall-paragrafu 2, jkunu għamlu sejħa għall-kompetizzjoni skond l-Artikolu 21.

2. L-entitajiet kontraenti jistgħu jużaw proċedura mingħajr ma qabel jagħmlu sejħa għall-kompetizzjoni fil-każijiet li ġejjin:

(a) fin-nuqqas ta' sejħiet għal offerti jew ta' sejħiet għal offerti addattati bħala reazzjoni għal proċedura b'sejħa minn qabel għall-kompetizzjoni, sakemm il-kundizzjonijiet oriġinali tal-kuntratt ma nbidlux sostanzjalment;

(b) meta l-kuntratt ikun purament għal skop ta' riċerka, ta' esperiment, ta' studju jew ta' żvilupp u mhux sabiex jiżgura profitt jew sabiex ikopri spejjeż ta' riċerka jew ta' żvilupp u sakemm l-għoti ta' kuntratt bħal dan ma jippreġudikax l-għoti kompetittiv ta' kuntratti sussegwenti li għandhom b'mod partikolari dawn l-għanijiet;

(ċ) meta, għal raġunijiet tekniċi jew artistiċi, jew għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu mal-protezzjoni ta' drittijiet esklussivi, il-kuntratt jista' jsir biss minn fornitur, kuntrattur jew fornitur ta' servizz partikolari;

(d) sakemm dan ikun strettament neċessarju meta għal raġunijiet ta' emerġenza estrema miġjuba minn avvenimenti li ma setgħux jiġu mbassra mill-entitajiet kontraenti, il-limiti ta' żmien preskritti minn proċeduri miftuħa jew ristretti ma jistgħux jiġu rrispettati;

(e) fil-każ ta' kuntratti ta' provvista għal kunsinni addizzjonali mill-fornitur oriġinali li huma intenzjonati jew bħala sostituzzjoni parzjali ta' provvisti jew installazzjonijiet normali jew bħala l-estensjoni tal-provvisti jew estensjonijiet eżistenti fejn bidla fil-fornitur tobbliga lill-awtorità kontraenti li takkwista materjal li għandu karatteristiċi tekniċi differenti li jirriżulta f'inkompatibilità jew diffikultajiet tekniċi sproporzjonati fit-tħaddim u l-manutenzjoni.

(f) għal xogħlijiet jew servizzi addizzjonali mhux inklużi fil-proġett mogħti inizjalment jew fil-kuntratt li ġie konkluż għall-bidu, imma li għal raġunijiet mhux imbassra, ġew bżonnjużi għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt, bil-kundizzjoni li l-għotja ssir lill-kuntrattur jew lill-fornitur ta' servizz li jkun qiegħed jattwa l-kuntratt oriġinali:

- meta dawn ix-xogħlijiet jew servizzi addizzjonali ma jistgħux jiġu teknikament jew ekonomikament separati mill-kuntratt prinċipali mingħajr ma jinħolqu inkonvenzjenzi kbar għall-entitajiet kontraenti,

- jew meta dawn ix-xogħlijiet jew servizzi addizzjonali, għalkemm jistgħu jiġu sseparati mill-eżekuzzjoni tal-kuntratt oriġinali, ikunu strettament neċessarji għall-fażijiet sussegwenti tal-kuntratt;

(g) fil-każ ta' kuntratti ta' xogħlijiet, għal xogħlijiet ġodda li jikkonsistu fir-repetizzjoni ta' xogħlijiet simili li ġew fdati f'idejn kuntrattur, lil min, l-istess entitajiet kontraenti ikunu taw kuntratt ieħor qabel, sakemm dan ix-xogħol ikun jikkonforma ma' proġett bażiku li għalih ikun ingħata l-ewwel kuntratt wara sejħa għall-kompetizzjoni. Hekk kif ikun hemm sejħa għal offerti għall-ewwel proġett, irid jingħata avviż li din il-proċedura tista' tiġi adottata u li n-nefqa totali stmata ta' xogħlijiet sussegwenti għandha tiġi kkunsidrata mill-entitajiet kontraenti meta dawn japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 14;

(h) għal provvisti kkwotati u mixtrija f'suq ta' merkanzija;

(i) għal kuntratti li jridu jingħataw fuq il-bażi ta' ftehim strutturali, sakemm il-kundizzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 5(2) tiġi ssodisfata;

(j) għal xiri rħis, fejn ikun possibbli li wieħed jakkwista provvisti billi jieħu vantaġġ minn opportunità partikolarment vantaġġuża disponibbli għal perjodu ta' żmien qasir bi prezz konsiderevolment aktar baxx mill-prezzijiet normali tas-suq;

(k) għax-xiri ta' oġġetti f'kundizzjonijiet partikolarment vantaġġużi jew minn fornitur li ser jagħlaq in-negozju tiegħu definittivament jew minn riċevituri jew likwidaturi ta' falliment, minn arranġament mal-kredituri jew minn proċedura simili skond il-liġijiet jew ir-regolamenti nazzjonali;

(l) meta l-kuntratt ta' servizz ikkonċernat ikun parti mit-tkomplija ta' konkors ta' disinn organizzat f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u jrid, skond ir-regoli relevanti, jingħata lir-rebbieħ jew lil wieħed mir-rebbieħa ta' dak il-konkors. Fl-aħħar każ, ir-rebbieħa kollha għandhom jiġu mistiedna li jipparteċipaw fin-negozjati.

L-Artikolu 21

1. Fil-każ ta' kuntratti ta' provvisti, xogħlijiet jew servizzi, is-sejħa għall-kompetizzjoni trid issir:

(a) permezz ta' avviż miktub skond l-Anness XII A, B jew Ċ; jew

(b) permezz ta' avviż indikattiv perjodiku miktub skond l-Anness XIV; jew

(ċ) permezz ta' avviż dwar l-eżistenza ta' sistema ta' kwalifika miktub skond l-Anness XIII.

2. Meta s-sejħa għall-kompetizzjoni ssir permezz ta' avviż indikattiv perjodiku:

(a) l-avviż irid jirreferi speċifikament għall-provvisti, xogħlijiet jew servizzi li sejrin ikunu s-suġġett tal-kuntratt li jrid jingħata;

(b) l-avviż irid jindika li l-kuntratt sejjer jingħata bi proċedura ristretta jew negozjata mingħajr pubblikazzjoni addizzjonali ta' avviż ta' sejħa għall-kompetizzjoni u jistieden intrapriżi interessati biex jesprimu l-interess tagħhom bil-miktub;

(ċ) l-entitajiet kontraenti għandhom sussegwentement jistiednu l-kandidati kollha biex jikkonfermaw l-interess tagħhom fuq il-bażi ta' informazzjoni dettaljata dwar il-kuntratt ikkonċernat qabel tibda l-għażla ta' min għamel offerta u ta' parteċipanti għan-negozjati.

2. Meta sejħa għall-kompetizzjoni ssir permezz ta' avviż dwar l-eżistenza ta' sistema ta' kwalifika, min dawk li jagħmlu offerti fi proċedura ristretta jew il-parteċipanti fi proċedura negozjata għandhom jintgħażlu mill-kandidati kkwalifikati skond din is-sistema.

4. Fil-każ ta' konkorsi ta' disinn, is-sejħa għall-kompetizzjoni għandha ssir permezz ta' avviż miktub skond l-Anness XVII.

5. L-avviżi li hemm referenza għalihom f'dan l-Artikolu għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 22

1. L-entitajiet kontraenti għandhom javżaw, ta' l-anqas darba fis-sena, permezz ta' avviż indikattiv perjodiku:

(a) fil-każ ta' kuntratti ta' provvista, it-total ta' kuntratti għal kull żona ta' prodotti li l-valur stmat tagħhom, meta wieħed jikkunsidra d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 14, huwa ugwali għal jew akbar minn ECU 750000, u li huma għandhom il-ħsieb li jagħtu fuq it-tnax-il xahar ta' wara;

(b) fil-każ ta' kuntratti ta' xogħlijiet, il-karatteristiċi essenzjali tal-kuntratti tax-xogħlijiet li l-entitajiet kontraenti għandhom l-intenzjoni li jagħtu, li l-valur stmat tagħhom ma jkunx inqas mil-limitu stabbilit fl-Artikolu 14(1).

(ċ) fil-każ ta' kuntratti ta' servizz, il-valur stmat totali tal-kuntratti ta' servizz f'kull waħda mill-kategoriji ta' servizzi elenkati fl-Anness XVI A li huma għandhom l-intenzjoni li jagħtu fuq it-tnax-il xahar ta' wara, fejn dan il-valur stmat totali, meta wieħed jikkunsidra d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 14, huwa ugwali għal jew akbar minn ECU 750000.

2. L-avviż għandu jinkiteb skond l-Anness XIV u jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

3. Meta l-avviż jiġi użat bħala mezz għal sejħa tal-kompetizzjoni skond l-Artikolu 21(1)(b), irid ikun ġie ppubblikat mhux aktar min 12-il xahar qabel id-data li fiha tintbagħat l-istedina li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 21(2)(ċ). Barra minn hekk, l-entità kontraenti għandha żżomm mal-limiti ta' żmien stabbiliti fl-Artikolu 26(2).

4. L-entitajiet kontraenti jistgħu, b'mod partikolari, jippubblikaw avviżi indikattivi perjodiċi relatati ma' proġetti maġġuri mingħajr ma jirrepetu informazzjoni li kienet diġà inkluża f'avviż indikattiv perjodiku, sakemm ikun iddikjarat b'mod ċar li dawn l-avviżi huma avviżi addizzjonali.

L-Artikolu 23

1. Dan l-Artikolu għandu japplika għall-konkorsi ta' disinn organizzati bħala parti minn proċedura li twassal għall-għoti ta' kuntratt ta' servizz li l-valur stmat nett mill-VAT tiegħu mhuwiex inqas mill-valur li hemm referenza għalih fl-Artikolu 14(1).

2. Dan l-Artikolu għandu japplika għall-konkorsi kollha ta' disinn fejn l-ammont totali ta' premjijiet tal-konkors u l-pagamenti lill-parteċipanti ma jkunx inqas minn ECU 400000 għall-konkorsi ta' disinn organizzati minn entitajiet li jeżerċitaw attività li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 2(2)(a), (b) u (ċ) u ECU 600000 għall-konkorsi ta' disinn organizzati minn entitajiet li jeżerċitaw attività li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 2(2)(d).

3. Ir-regoli ta' organizzazzjoni ta' konkors ta' disinn għandhom ikunu f'konformità mal-kundizzjonijiet ta' dan l-Artikolu u għandhom jiġu kkomunikati lil dawk interessati li jipparteċipaw fil-konkors.

4. Id-dħul ta' parteċipanti fil-konkorsi ta' disinn ma għandux ikun limitat:

- b'referenza għat-territorju jew parti mit-territorju ta' l-Istat Membru,

- fuq raġunijiet li, skond il-liġi ta' l-Istat Membru fejn ikun qiegħedd jiġi organizzat il-konkors, huma jkunu ġew mitluba li jkunu jew persuni fiżiċi jew legali.

5. Meta l-konkorsi ta' disinn ikunu ristretti għal numru limitat ta' parteċipanti, l-entitajiet kontraenti għandhom jistabbilixxu kriterji ċari ta' għażla u li ma jkunux diskriminatorji. F'kull każ, in-numru ta' kandidati mistiedna biex jipparteċipawirid ikun biżżejjed biex jiżgura kompetizzjoni ġenwina.

6. Il-ġurija għandha tkun magħmula esklussivament minn persuni naturali li jkunu indipendenti mill-parteċipanti tal-konkors. Meta f'konkors tkun mitluba kwalifika professjonali partikolari mill-parteċipanti, ta' l-anqas terz tal-membri tagħha jrid ikollhom l-istess kwalifika jew l-ekwivalenti tagħha.

Il-ġurija għandha tkun awtonoma fid-deċiżjonijiet jew l-opinjonijiet tagħha. Dawn għandhom jintlaħqu fuq il-bażi ta' proġetti sottomessi b'mod anonimu u fuq ir-raġunijiet tal-kriterji indikati fl-avviż ipprovdut fl-Anness XVII biss.

L-Artikolu 24

1. L-entitajiet kontraenti li jkunu taw kuntratt jew organizzaw konkors ta' disinn għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, fi żmien xahrejn mill-għoti tal-kuntratt u skond il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 40, ir-riżultati tal-proċedura ta' l-għotja permezz ta' avviż miktub skond l-Anness XV jew skond l-Anness XVIII.

2. L-informazzjoni pprovduta fit-Taqsima I ta' l-Anness XV jew fl-Anness XVIII għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha tirrispetta xi aspetti kummerċjali sensittivi li l-entità kontraenti tista' tiġbed l-attenzjoni fuqhom meta tgħaddi din l-informazzjoni fir-rigward tal-punti 6 u 9 ta' l-Anness XV.

3. L-entitajiet kontraenti li jagħtu l-kuntratti ta' servizz fil-kategorija Nru 8 ta' l-Anness XVI A li għalihom japplika l-Artikolu 20(2)(b) għandhom bżonn isemmu biss, f'dak li għandu x'jaqsam mal-punt 3 ta' l-Anness XI, it-titolu prinċipali tiegħu fit-tifsira tal-klassifikazzjoni ta' l-Anness XVI. L-entitajiet kontraenti li jagħtu kuntratti ta' servizz fil-kategorija Nru 8 ta' l-Anness XVI A li għalihom ma japplikax l-Artikolu 20(2)(b), jistgħu, fuq raġunijiet ta' segretezza kummerċjali, jillimitaw l-informazzjoni pprovduta fil-punt 3 ta' l-Anness XV. Madankollu, huma jridu jiżguraw li kull informazzjoni ppubblikata taħt dan il-punt ma tkunx inqas dettaljata minn dik li hemm fl-avviż tas-sejħa ta' kompetizzjoni ppubblikat skond l-Artikolu 20(1) jew, meta tintuża sistema ta' kwalifika, tkun mhux inqas dettaljata mill-kategorija li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 30(7). Fil-każ elenkat fl-Anness XVI B, l-entitajiet kontraenti għandhom jindikaw fl-avviż jekk huma jaqblux mal-pubblikazzjoni tiegħu.

4. L-informazzjoni pprovduta fit-Taqsima II ta' l-Anness XV ma tridx tiġi ppubblikata, għajr fil-forma totali tagħha, għal finijiet ta' statistika.

L-Artikolu 25

1. L-entitajiet kontraenti jridu jkunu jistgħu jipprovdu prova tad-data li fiha jkunu ntbagħtu l-avviżi li hemm referenza għalihom fl-Artikoli 20 sa 24.

2. L-avviżi għandhom jiġu ppubblikati fit-totalità tagħhom bil-lingwa uffiċjali tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u fid-data bank TED. Sommarju ta' l-elementi importanti ta' kull avviż għandu jiġi ppubblikat bil-lingwi uffiċjali tal-Komunità, fejn it-test oriġinali jkun l-uniku wieħed awtentiku.

3. L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej għandu jippubblika l-avviżi sa mhux aktar tard minn 12-il jum minn meta jintbagħtu. F'każijiet eċċezzjonali għandha tipprova tippubblka l-avviż li hemm referenza għalih fl-Artikolu 21(1) fi żmien ħamest ijiem b'rispons għal talba mill-entità kontraenti u sakemm l-avviż ikun intbagħat lill-Uffiċċju b'posta elettronika, telex jew telefax. Kull edizzjoni tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej li jkun fiha avviż wieħed jew aktar għandha tirriproduċi l-mudell ta' l-avviż jew avviżi li fuqhom ikunu bbażati l-avviż jew l-avviżi ppubblikati.

4. In-nefqa tal-pubblikazzjoni ta' l-avviżi fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej għandha tinġarr mill-Komunitajiet.

5. Il-kuntratti jew il-konkorsi ta' disinn fir-rigward ta' liema ikun ippubblikat avviż fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej skond l-Artikolu 21(1) jew (4), ma għandhomx jiġu ppubblikati b'xi mod ieħor qabel dak l-avviż ikun intbagħat lill-Uffiċċju ta' l-Uffiċjal tal-Pubblikazzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej. Pubblikazzjoni bħal din ma jridx ikun fiha informazzjoni għajr dik ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 26

1. Fi proċeduri miftuħin, il-limitu ta' żmien li fih jiġu rċevuti l-offerti, għandu jiġi ffissat mill-entitajiet kontraenti sa mhux inqas minn 52 ġurnata mid-data li fiha jintbagħat l-avviż. Dan il-limitu ta' żmien jista' jitqassar għal 36 ġurnata meta l-entitajiet kontraenti jkunu ppubblikaw avviż skond l-Artikolu 22(1).

2. Fi proċeduri ristretti u fi proċeduri negozjati fejn tkun saret sejħa għall-kompetizzjoni qabel, għandhom japplikaw l-arranġament li ġejjin:

(a) parteċipazzjoni, b'rispons għal avviż ippubblikat skond l-Artikolu 21(1)(a) jew b'rispons għal stedina minn entità kontraentiskond l-Artikolu 21(2)(ċ), għandu, bħala regola ġenerali, jkun ta' l-anqas ħames ġimgħat mid-data li fiha jintbagħat l-avviż jew l-istedina u fi kwalunkwe każ ma għandux ikun inqas mil-limitu ta' żmien għall-pubblikazzjoni stabbilit fl-Artikolu 25(3), u għaxart ijiem;

(b) il-limitu ta' żmien li fih jistgħu jiġu rċevuti l-offerti jista' jiġi ffissat bi ftehim reċiproku bejn l-entità kontraenti u l-kandidati magħżula, sakemm dawk kollha li jagħmlu l-offerti jingħataw l-istess żmien biex jippreparaw u jissottomettu l-offerti;

(ċ) meta ma jkunx possibbli li jintlaħaq ftehim fuq il-limitu ta' żmien li fih iridu jiġu rċevuti l-offerti, l-entità kontraenti għandha tiffissa limitu ta' żmien li, bħala regola ġenerali, jkun ta' l-anqas tliet ġimgħat u fi kwalunkwe każ ma għandux ikun inqas minn għaxart ijiem mid-data ta' l-istedina biex tintefa' l-offerta; iż-żmien permess għandu jkun twil biżżejjed biex jiġu kkunsidrati l-fatturi msemmija fl-Artikolu 23(3).

L-Artikolu 27

Fid-dokumenti tal-kuntratt, l-entità kontraenti tista' titlob lil dak li jagħmel l-offerta sabiex jindika fl-offertatiegħu kull qasam mill-kuntratt li huwa bi ħsiebu jissottokuntratta lil partijiet terzi.

Din l-indikazzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà prinċipali tal-kuntrattur.

L-Artikolu 28

1. Sakemm dawn ikunu mitluba fi żmien xieraq, id-dokumenti tal-kuntratt u d-dokumenti sekondarji jridu jintbagħtu lill-fornituri, kuntratturi jew fornituri ta' servizz, mill-awtoritajiet kontraenti, bħala regola ġenerali, fi żmien sitt ijiem minn meta dawn jirċievu l-applikazzjoni tagħhom.

2. Sakemm din tkun mitluba fi żmien xieraq, informazzjoni addizzjonali li jkollha x'taqsam mad-dokumenti tal-kuntratt trid tiġi pprovduta mill-entitajiet kontraenti sa mhux aktar tard minn sitt ijiem qabel l-aħħar data ffissata li fiha jistgħu jiġu rċevuti l-offerti.

3. Meta l-offerti jitolbu l-eżaminazzjoni ta' dokumentazzjoni voluminuża bħal speċifikazzjonijiet tekniċi twal, żjara fuq is-sit jew spezzjoni fuq il-post tad-dokumenti sekondarji tad-dokumenti tal-kuntratt, dan għandu jiġi kkunsidrat meta jiġu ffissati l-limiti ta' żmien addattati.

4. L-entitajiet kontraenti għandhom jistiednu lill-kandidati magħżula simultanjament u bil-miktub. L-ittra ta' stedina għandu jkollha magħha d-dokumenti tal-kuntratt u d-dokumenti sekondarji. Għandha tinkludi ta' l-anqas l-informazzjoni li ġejja:

(a) l-indirizz minn fejn jistgħu jintalbu dokumenti addizzjonali, id-data finali għal talbiet bħal dawn u l-ammont u l-metodu ta' pagament ta' kwalunkwe somma li trid titħallas għal dawn id-dokumenti;

(b) id-data finali li fiha jistgħu jiġu rċevuti l-offerti, l-indirizz li fih iridu jintbagħtu u l-lingwa jew lingwi li jridu jinkitbu fihom;

(ċ) referenza għal xi avviż ippubblikat ta' stedina għal offerti;

(d) indikazzjoni ta' xi dokumenti li jridu jiġu annessi;

(e) il-kriterji ta' l-għoti tal-kuntratt jekk dawn ma jkunux mogħtija fl-avviż;

(f) xi kundizzjoni speċjali oħra għall-parteċipazzjoni fil-kuntratt.

5. It-talbiet għall-parteċipazzjoni fil-kuntratti u l-istediniet biex tintefa' offerta iridu jsiru bil-mezzi ta' komunikazzjoni l-aktar veloċi. Meta t-talbiet għall-parteċipazzjoni jsiru b'telegramm, telex, bit-telefon jew xi mezz elettroniku, dawn iridu jiġu kkonfermati b'ittra mibgħuta qabel it-tmiem tal-limitu ta' żmien li hemm referenza għalih fl-Artikolu 26(1) jew il-limitu ta' żmien stabbilit mill-entitajiet kontraenti skond l-Artikolu 26(2).

L-Artikolu 29

1. L-entità kontraenti tista' tistqarr fid-dokumenti tal-kuntratt, jew tkun obbligata li tagħmel dan minn Stat Membru, l-awtorità jew l-awtoritajiet minn fejn dak li jagħmel l-offerta jista jikseb l-informazzjoni addattata dwar l-obbligi relatati mad-dispożizzjonijiet ta' protezzjoni ta' l-impjieg u l-kundizzjonijiet ta' xogħol li huma fis-seħħ fl-Istat Membru, reġjun jew lokalità fejn għandhom jiġu esegwiti jew għandhom isiru x-xogħlijiet jew is-servizzi u li għandhom japplikaw għax-xogħlijiet esegwiti jew is-servizzi magħmula fuq il-post matul l-eżekuzzjoni tal-kuntratt.

2. Entità kontraenti li tipprovdi l-informazzjoni li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1 għandha titlob lil dak li jagħmel l-offerta jew lil dawk li qegħdin jipparteċipaw fil-proċedura ta' kuntratt li jindikaw li huma kkunsidraw, waqt li kienu qed jiktbu l-offerta, l-obbligi relatati mad-dispożizzjonijiet ta' protezzjoni ta' l-impjieg u l-kundizzjonijiet ta' xogħol li huma fis-seħħ fil-post fejn ix-xogħol jew is-servizz għandu jiġi esegwit jew magħmul. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 34(5) li jikkonċerna l-eżaminazzjoni ta' offerti baxxi b'mod anormali.

IT-TITOLU V

Kwalifika, selezzjoni u għoti

L-Artikolu 30

1. L-entitajiet kontraenti li jkunu jridu, jistgħu jistabbilixxu u jħaddmu sistema ta' kwalifika ta' fornituri, kuntratturi jew fornituri ta' servizzi.

2. Is-sistema, li tista' tinvolvi stadji differenti ta' kwalifika, għandha taħdem fuq il-bażi ta' kriterji u regoli oġġettivi li jridu jiġu stabbiliti mill-entità kontraenti. L-entità kontraenti għandha tuża standards Ewropej bħala referenza fejn dawn ikunu addattati. Il-kriterji u r-regoli jistgħu jiġu addattati kif ikun hemm bżonn.

3. Il-kriterji u r-regoli għall-kwalifika għandhom ikunu disponibbli għall-fornituri, kuntratturi jew fornituri ta' servizz interessati, fuq talba ta' dawn. L-addattament ta' dawn il-kriterji u r-regoli għandu jkun ikkomunikat lill-fornituri, kuntratturi jew fornituri ta' servizz interessati. Meta entità kontraenti tikkunsidra li s-sistema ta' kwalifika ta' ċerti entitajiet jew korpi terzi tissodisfa l-kundizzjonijiet tagħha, għandha tikkomunika lill-fornituri, kuntratturi jew fornituri ta' servizzi interessati, l-ismijiet ta' dawn l-entitajiet jew korpi terzi.

4. L-entitajiet kontraenti għandhom jinfurmaw lill-applikanti bid-deċiżjoni tagħhom dwar il-kwalifika f'perjodu ta' żmien raġonevoli. Jekk id-deċiżjoni tieħu aktar minn sitt xhur mill-preżentazzjoni ta' applikazzjoni, l-entità kontraenti għandha tinforma lill-applikant, fi żmien xahrejn mill-applikazzjoni, bir-raġunijiet li jiġġustifikaw perjodu itwal u bid-data sa liema l-applikazzjoni tiegħu tiġi aċċettata jew irrifjutata.

5. Biex jieħdu d-deċiżjoni tagħhom dwar il-kwalifika jew dwar meta l-kriterji u r-regoli sejrin jiġu addattati, l-entitajiet kontraenti ma jistgħux:

- jimponu kundizzjonijiet ta' natura amministrattiva, teknika jew finanzjarja fuq xi fornituri, kuntratturi jew fornituri ta' servizzi li mhumiex imposti fuq oħrajn,

- jitolbu verifiki jew provi li jidduplikaw evidenza oġġettiva diġà disponibbli.

6. L-applikanti li l-kwalifika tagħhom tkun rifjutata għandhom jiġu nfurmati b'din id-deċiżjoni u bir-raġunijiet tar-rifjut. Ir-raġunijiet iridu jkunu bbażati fuq il-kriterji ta' kwalifika li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2.

7. Għandu jinżamm rekord bil-miktub ta' fornituri, kuntratturi jew fornituri ta' servizz ikkwalifikati u dan jista' jkun maqsum f'kategoriji skond it-tip ta' kuntratt li għalih tkun valida l-kwalifika.

8. L-entitajiet kontraenti jistgħu itemmu l-kwalifika ta' fornitur, kuntrattur jew fornitur ta' servizz biss għal raġunijiet ibbażati fuq il-kriterji li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2. L-intenzjoni li kwalifika tintemm, għandha tiġi nnotifikata bil-miktub lill-fornitur, kuntrattur jew fornitur ta' servizz minn qabel, flimkien mar-raġuni jew raġunijiet li jiġġustifikaw l-azzjoni proposta.

9. Is-sistema ta' kwalifika għandha tkun is-suġġett ta' avviż miktub skond l-Anness XIII u ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, li jindika l-iskop tas-sistema ta' kwalifika u d-disponibbilità tar-regoli li jikkonċernaw it-tħaddim tagħha. Meta s-sistema ddum aktar minn tliet snin, l-avviż għandu jiġi ppubblikat kull sena. Meta s-sistema ddum inqas, avviż inizjali għandu jkun biżżejjed.

L-Artikolu 31

1. L-entitajiet kontraenti li jagħżlu l-kandidati biex jitfgħu offerta fi proċeduri ristretti jew biex jipparteċipaw fi proċeduri negozjati għandhom jagħmlu dan skond kriterji u regoli oġġettivi li huma jippreskrivu u li huma għandhom jagħmlu disponibbli għal fornituri, kuntratturi jew fornituri ta' servizz interessati.

2. Il-kriterji użati jistgħu jinkludu l-kriterji għall-esklużjoni speċifikati fl-Artikolu 23 tad-Direttiva 71/305/KEE u fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 77/62/KEE.

3. Il-kriterji jistgħu jkunu bbażati fuq il-bżonn oġġettiv ta' entità kontraenti li tnaqqas in-numru ta' kandidati għal livell li jkun iġġustifikat bil-bżonn li jiġu bbilanċjati l-karatteristiċi partikolari tal-proċedura ta' l-għoti ta' kuntratt u r-riżorsi meħtieġa biex titlesta. Madankollu, n-numru ta' kandidati magħżula jrid jikkunsidra l-bżonn li jiżgura kompetizzjoni addattata.

L-Artikolu 32

Jekk l-entitajiet kontraenti jkollhom bżonn il-produzzjoni ta' ċertifikati miktuba minn korpi indipendenti biex jiċċertifikaw il-konformità tal-fornitur tas-servizz ma' ċerti standards ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità, huma għandhom jirreferu għas-sistema ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità bbażata fuq is-serje ta' standards Ewropej EN 29000 iċċertifikata minn korpi li jikkonformaw mas-serje ta' standards Ewropej EN 45000

L-entitajiet għandhom jirrikonoxxu ċ-ċertifikati ekwivalenti minn korpi stabbiliti fi Stati Membri oħra. Huma għandhom jaċċettaw ukoll evidenza oħra ta' miżuri ekwivalenti ta' assigurazzjoni tal-kwalità minn fornituri ta' servizz li ma għandhom l-ebda aċċess jew l-ebda possibbiltà li jiksbuhom fil-limiti ta' żmien relevanti.

L-Artikolu 33

1. Gruppi ta' fornituri, kuntratturi jew fornituri ta' servizz għandhom ikunu jistgħu jitfgħu offerti jew jinnegozjaw. Ma għandux ikun hemm bżonn tal-bidla ta' gruppi bħal dawn f'forma legali speċifika sabiex dawn jissottomettu offerta jew sabiex dawn jinnegozjaw, iżda l-grupp magħżul jista' jintalab li jinbidel f'forma legali speċifika ladarba jingħata l-kuntratt fejn bidla bħal din tkun neċessarja għall-eżekuzzjoni korretta tal-kuntratt.

2. Il-kandidati jew dawk li jagħmlu l-offerta li, skond il-liġi ta' l-Istat Membru fejn ikunu stabbiliti, ikunu intitolati li jwettqu l-attività ta' servizz relevanti, ma għandhomx jiġu rrifjutati fuq ir-raġuni biss li skond il-liġi ta' l-Istat Membru fejn jingħata l-kuntratt kien ikollhom ikunu jew persuna naturali jew persuna legali.

3. Madankollu, il-persuni legali jistgħu jintalbu jindikaw, fis-sejħa għal offerti jew fit-talba tal-parteċipazzjoni, l-ismijiet u l-kwalifiki professjonali relevanti tal-persunal li għandu jkun responsabbli mill-eżekuzzjoni tas-servizz.

L-Artikolu 34

1. Mingħajr preġudizzju għal-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali dwar ir-rimunerazzjoni ta' ċerti servizzi, il-kriterji li fuqhom l-entitajiet kontraenti għandhom jibbażaw l-għoti tal-kuntratti għandhom ikunu:

(a) l-offerta l-aktar vantaġġjuża ekonomikament, li tinvolvi diversi kriterji li jiddependu mill-kuntratt ikkonċernat, bħal: il-kunsinna jew id-data li fiha jitlesta, l-ispejjeż kurrenti, il-profitti, l-kwalità, l-estetika u l-karatteristiċi ta' tħaddim, il-mertu tekniku, is-servizz ta' wara l-bejgħ u l-assistenza teknika, l-impenn f'dak li għandu x'jaqsam ma' spare parts, is-sigurtà tal-provvisti u l-prezz; jew

(b) l-inqas prezz biss.

2. Fil-każ li hemm referenza għalih fil-paragrafu 1 (a), l-entitajiet kontraenti għandhom jiddikjaraw fid-dokumenti tal-kuntratt jew fl-istedina għal offerti l-kriterji kollha li huma għandhom il-ħsieb li japplikaw, fejn possibbli, f'ordni dixxendenti ta' importanza.

3. Fejn il-kriterju għall-għoti tal-kuntratt ikun dak ta' l-offertal-aktar vantaġġuża ekonomikament, l-entitajiet kontraenti jistgħu jikkunsidraw il-varjanti li jkunu sottomessi minn dak li jagħmel l-offerta u li jilħqu l-ispeċifikazzjonijiet minimi mitluba mill-entitajiet kontraenti. L-entitajiet kontraenti għandhom jiddikjaraw fid-dokumenti tal-kuntratt l-ispeċifikazzjonijiet minimi li għandhom jiġu rispettati mill-varjanti u l-kundizzjonijiet speċifiċi għall-preżentazzjoni tagħhom. Meta ma jkunux permessi varjanti, huma għandhom jiddikjaraw dan fid-dokumenti tal-kuntratt.

4. L-entitajiet kontraenti ma jistgħux jirrifjutaw il-preżentazzjoni ta' varjant fuq ir-raġuni biss li huwa ġie mfassal fuq il-bażi ta' speċifikazzjonijiet tekniċi definiti b'referenza għal speċifikazzjonjiet Ewropej jew għal speċifikazzjonijiet tekniċi nazzjonali rikonoxxuti bħala li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet essenzjali fit-tifsira tad-Direttiva 89/106/KEE.

5. Jekk, għal kuntratt partikolari, l-offerti jidhru li jkunu baxxi b'mod anormali f'relazzjoni mas-servizzi li jridu jiġu pprovduti, l-entità kontraenti għandha, qabel tirrifjuta dawk l-offerti, titlob bil-miktub dettalji ta' l-elementi kostitwenti ta' l-offerta li hija tikkunsidra bħala relevanti u għandha tivverifika dawk l-elementi kostitwenti billi tikkunsidra l-ispjegazzjonijiet li tirċievi. Hija tista' tistabbilixxi perjodu raġonevoli li fih tingħata risposta.

L-entità kontraenti tista' tikkunsidra spjegazzjonijiet li jkunu ġġustifikati fuq raġunijiet oġġettivi li jkollhom x'jaqsmu ma' l-ekonomija tal-metodu ta' konstruzzjoni jew produzzjoni, jew is-soluzzjonijiet tekniċi magħżula, jew il-kundizzjonijiet favorevoli b'mod eċċezzjonali disponibbli għal dak jagħmel offerta għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt, jew l-oriġinalità tal-prodott jew ix-xogħol propost minn dak li jagħmel l-offerta.

L-entitajiet kontraenti jistgħu jirrifjutaw offerti li jkunu baxxi b'mod anormali minħabba li jkun hemm l-għajnuna ta' l-Istat biss jekk huma jkunu kkonsultaw lil min għamel l-offerta u jekk min għamel l-offerta ma kienx f'pożizzjoni li juri li l-għajnuna kkonċernata ġiet innotifikata lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 93(3) tat-Trattat tal-KEE jew li tkun irċeviet l-approvazzjoni tal-Kummissjoni. L-entitajiet kontraenti li jirrifjutaw offerta f'ċirkostanzi bħal dawn għandhom jinfurmaw b'dan lill-Kummissjoni.

L-Artikolu 35

1. L-Artikolu 27(1) ma għandux japplika fejn Stat Membru jibbaża l-għotja ta' kuntratti fuq kriterji oħra, fi ħdan l-istruttura tar-regoli fis-seħħ fil-mument ta' l-adozzjoni ta' din id-Direttiva, bil-għan li jagħti preferenza lil ċerti persuni li jagħmlu offerta, sakemm ir-regoli invokati jkunu kompatibbli mat-Trattat.

2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, din id-Direttiva ma għandhiex tipprevieni, sal-31 ta' Diċembru 1992, l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali fis-seħħ dwar l-għoti ta' kuntratti ta' provvista jew xogħlijiet li għandhom bħala l-għan tagħhom it-tnaqqis ta' differenzi reġjonali u l-promozzjoni tal-ħolqien ta' impjiegi f'reġjunijiet żvantaġġati jew f'dawk li qed isofru minn nuqqas industrijali, sakemm id-dispożizzjonijiet ikkonċernati jkunu kompatibbli mal-Kuntratt tal-KEE u ma' l-obbligi internazzjonali tal-Komunità.

L-Artikolu 36

1. Dan l-Artikolu għandu japplika għal offerti li jinkludu prodotti li joriġinaw minn pajjiżi terzi li magħhom il-Komunità tkun għadha ma kkonkludietx ftehim multilaterali jew bilaterali li jiżgura aċċess komparabbli u effettiv għall-intrapriżi tal-Komunità fis-swieq ta' dawk il-pajjiżi terzi. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Komunità jew ta' l-Istati Membri tagħha fir-rigward ta' pajjiżi terzi.

2. Kull offerta li ssir għall-għoti ta' kuntratt ta' provvista tista' tiġi rrifjutata meta l-proporzjon tal-prodotti li joriġinaw minn pajjiżi terzi, kif stabbilit skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 802/68 tas-27 ta' Ġunju 1968 dwar id-definizzjoni komuni tal-kunċett ta' l-oriġini ta' prodotti [16], jaqbeż il-50 % tal-valur totali tal-prodotti li jikkostitwixxu l-offerta.

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, is-software użat fit-tagħmir ta' network tat-telekomunikazzjoni għandu jiġi kkunsidrat bħala prodott.

3. Soġġetti għall-paragrafu 4, meta żewġ offerti jew aktar ikunu ekwivalenti fid-dawl tal-kriterji ta' l-għoti definiti fl-Artikolu 34, għandha tingħata preferenza lill-offerti li ma jistgħux jiġu rrifjutati skond il-paragrafu 2. Il-prezzijiet ta' dawn l-offerti għandhom jiġu kkunsidrati bħala ekwivalenti għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, jekk id-differenza fil-prezz ma taqbiżx it-3 %.

4. Madankollu, offerta ma għandhiex tiġi ppreferuta minn oħra skond il-paragrafu 3 fejn il-fatt li jiġi aċċettat jobbliga lill-entità kontraenti li tikseb materjal li għandu karatteristiċi tekniċi differenti minn dawk tal-materjal eżistenti, li jirriżulta f'inkompatibilità jew f'diffikultajiet tekniċi fit-tħaddim u l-manteniment jew fi spejjeż sproporzjonati.

5. Għall-iskop ta' dan l-Artikolu, dawk il-pajjiżi terzi li għalihom ġie estiż il-benefiċċju tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva bid-Deċiżjoni tal-Kunsill skond il-paragrafu 1, ma għandhomx jiġu kkunsidrati għall-kalkolazzjoni tal-proporzjon, li hemm referenza għalih fil-paragrafu 2, ta' prodotti li joriġinaw minn pajjiżi terzi.

6. Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport annwali lill-Kunsill (għall-ewwel darba fit-tieni nofs ta' l-1991) fuq il-progress li jkun sar f'negozjati multilaterali jew bilaterali li għandhom x'jaqsmu ma' l-aċċess ta' intrapriżi tal-Komunità għas-swieq ta' pajjiżi terzi fl-oqsma koperti b'din id-Direttiva, fuq kwalunkwe riżultat li seta' nkiseb b'dawn in-negozjati u fuq l-implimentazzjoni tal-prattika tal-ftehim kollu li jkun ġie konkluż.

Il-Kunsill, billi jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' jemenda d-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu fid-dawl ta' dawn l-iżviluppi.

L-Artikolu 37

1. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'xi diffikultajiet ġenerali li huma ltaqgħu magħhom, fil-liġi jew fil-fatt, mill-intrapriżi tagħhom biex jiżguraw l-għoti ta' kuntratti ta' servizz f'pajjiżi terzi.

2. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kunsill qabel il-31 ta' Diċembru 1994 u perjodikament wara din id-data dwar il-ftuħ ta' kuntratti ta' servizz f'pajjiżi terzi u dwar il-progress fin-negozjati ma' dawn il-pajjiżi fuq dan is-suġġett, b'mod partikolari fi ħdan l-istruttura tal-GATT.

3. Meta l-Kummissjoni tistabbilixxi, fuq il-bażi jew tar-rapporti li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2 jew ta' informazzjoni oħra, li fir-rigward ta' l-għoti ta' kuntratti ta' servizz, pajjiż terz:

(a) ma jagħtix lill-intrapriżi tal-Komunità aċċess effettiv komparabbli ma' dak mogħti mill-Komunità lil intrapriżi minn dak il-pajjiż;

(b) ma jagħtix lill-intrapriżi tal-Komunità trattament nazzjonali jew l-istess opportunitajiet kompetittivi kif huma disponibbli għal intrapriżi nazzjonali; jew

(ċ) jagħti lill-intrapriżi ta' pajjiżi terzi oħra trattament aktar favorevoli minn dak ta' l-intrapriżi tal-Komunità,

għandha tipprova tkellem lill-pajjiż terz ikkonċernat biex tipprova tirrimedja s-sitwazzjoni.

4. Skond il-kundizzjonijiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni tista' fi kwalunkwe mument tipproponi li l-Kunsill jiddeċidi li jissospendi jew inaqqas l-għoti ta' kuntratti ta' servizz lil:

(a) intrapriżi rregolati bil-liġi tal-pajjiż terz imsemmi;

(b) intrapriżi affiljati ma' l-intrapriżi speċifikati f'(a) u li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fil-Komunità iżda li ma għandhomx kuntatt dirett u effettiv ma' l-ekonomija ta' Stat Membru;

(ċ) intrapriżi li jissottomettu offerti li għandhom bħala skop is-servizzi li joriġinaw mill-pajjiż terz ikkonċernat,

matul perjodu li jrid jiġi stabbilit fid-deċiżjoni. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata kemm jista' jkun malajr.

Il-Kummissjoni tista' tipproponi dawn il-miżuri fuq l-inizjattiva tagħha jew fuq talba ta' Stat Membru.

5. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Komunità f'relazzjoni ma' pajjiżi terzi.

IT-TITOLU VI

Dispożizzjonijiet finali

L-Artikolu 38

1. Il-valur f'muniti nazzjonali tal-limiti speċifikati fl-Artikolu 14 għandu, fil-prinċipju, jiġi rivedut kull sentejn b'effett mid-data pprovduta fid-Direttiva 77/62/KEE sa fejn huma kkonċernati l-limiti għall-kuntratti ta' provvista u ta' servizz u mid-data pprovduta fid-Direttiva 71/305/KEE sa fejn huma kkonċernati l-limiti għall-kuntratti ta' xogħlijiet. Il-kalkolu ta' dan il-valur għandu jkun ibbażat fuq il-valuri medji kwotidjani ta' dawk il-muniti espressi f'ecus fuq 24 xahar li jispiċċaw fl-aħħar jum ta' Awissu ta' qabel ir-reviżjoni b'effett mill-1 ta' Jannar. Il-valuri għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej fil-bidu ta' Novembru.

2. Il-metodu tal-kalkolu stabbilit fil-paragrafu 1 għandu jiġi eżaminat skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 77/62/KEE.

L-Artikolu 39

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita, f'dak li għandu x'jaqsam ma' akkwist pubbliku mill-entitajiet kontraenti li jeżerċitaw attività li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 2(2)(d), b'Kumitat ta' natura konsultattiva li għandu jkun il-Kumitat Konsultattiv fuq il-Akkwist Pubbliku tat-Telekomunikazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tkun magħmula minn rappreżentanti ta' Stati Membri u għandha tkun ippreseduta minn rappreżentant tal-Kummissjoni.

2. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta dan il-Kumitat fuq:

(a) l-emendi ta' l-Anness X;

(b) ir-reviżjoni tal-valuri tal-munita tal-limiti;

(ċ) ir-regoli li jikkonċernaw kuntratti mogħtija skond ftehim internazzjonali;

(d) ir-reviżjoni ta' l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva;

(e) il-proċeduri deskritti fl-Artikolu 40(2) li għandhom x'jaqsmu ma' avviżi u ma' rapporti ta' statistika.

L-Artikolu 40

1. L-Annessi I sa X għandhom jiġu riveduti skond il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 4 sa 8 bil-ħsieb li jiġi żgurat li huma jissodisfaw il-kriterji ta' l-Artikolu 2.

2. Il-kundizzjonijiet għall-preżentazzjoni, il-bgħit, ir-riċeviment, it-traduzzjoni, iż-żamma u d-distribuzzjoni ta' l-avviżi li hemm referenza għalihom fl-Artikoli 21, 22 u 24 u tar-rapporti statistiċi pprovduti fl-Artikolu 42 għandhom jiġu stabbiliti, bl-iskop ta' simplifikazzjoni, skond il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 4 sa 8.

3. In-nomenklatura kkwotata fl-Annessi XVI A u XVI B u r-referenzi fl-avviżi għal intestaturi partikolari tan-nomenklatura jistgħu jiġu emendati skond il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 4 sa 8.

4. L-Annessi u l-kundizzjonijiet riveduti li hemm referenza għalihom fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

5. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti Pubbliċi, u fil-każ tar-reviżjoni ta' l-Anness X, mill-Kumitat Konsultattiv fuq l-Akkwist Pubbliku tat-Telekomunikazzjoni pprovduta fl-Artikolu 39 ta' din id-Direttiva.

6. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz f'terminu ta' żmien li l-President jista' jistabilixxi skond l-urġenza tal-każ, jekk ikun hemm bżonn billi jittieħed vot.

7. L-opinjoni għandha tiġi rreġistrata fil-minuti; barra minn hekk, kull Stat Membru għandu jkollu d-dritt li jsaqsi li jkollu l-pożizzjoni tiegħu rreġistrata fil-minuti.

8. Il-Kummissjoni għandha tagħti l-akbar konsiderazzjoni lill-opinjoni maħruġa mill-Kumitat. Għandha tinforma lill-Kumitat bil-mod kif l-opinjoni tiegħu tkun ġiet ikkunsidrata.

L-Artikolu 41

1. L-entitajiet kontraenti għandhom iżommu informazzjoni addattata dwar kull kuntratt li għandha tkun biżżejjed biex tippermettilhom, f'data aktar tard, li jiġġustifikaw id-deċiżjonijiet meħuda fir-rigward ta':

(a) il-kwalifika u l-għażla tal-kuntratturi, fornituri jew fornituri ta' servizzi u l-għoti tal-kuntratti;

(b) l-użu ta' derogi mill-użu ta' speċifikazzjonijiet Ewropej, skond l-Artikolu 18(6);

(ċ) l-użu ta' proċeduri mingħajr sejħa minn qabel għall-kompetizzjoni skond l-Artikolu 21(2);

(d) meta ma jiġux applikati t-Titoli II, III u IV skond id-derogi pprovduti fit-Titolu I.

2. L-informazzjoni għandha tinżamm għal ta' l-inqas erba' snin mid-data ta' l-għoti tal-kuntratt sabiex l-awtorità kontraenti tkun tista', matul dan il-perjodu, tipprovdi l-informazzjoni neċessarja lill-Kummissjoni jekk din ta' l-aħħar titlob dan.

L-Artikolu 42

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw, skond l-arranġamenti li għandhom jiġu stabbiliti taħt il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 40(4) sa (8), li l-Kummissjoni tirċievi ta' kull sena rapport ta' statistika li jikkonċerna l-valur totali, maqsum għal kull Stat Membru u għal kull kategorija ta' attività li jagħmel referenza għaliha l-Anness I sa X, tal-kuntratti mogħtija taħt il-limiti definiti fl-Artikolu 14, li kienu jkunu koperti minn din id-Direttiva kieku ma kienux taħt dawn il-limiti.

2. L-arranġamenti għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 40 biex jiġi żgurat li:

(a) fl-interess tas-simplifikazzjoni amministrattiva, jiġu esklużi l-kuntratti ta' inqas valur, sakemm l-utilità ta' l-istatistika ma tiġix imfixkla;

(b) in-natura konfidenzjali ta' l-informazzjoni pprovduta tiġi rispettata.

L-Artikolu 43

L-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 77/62/KEE jinbidel hawnhekk b'li ġej:

"2. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal:

(a) kuntratti mogħtija fl-oqsma li hemm referenza għalihom fl-Artikoli 2, 7, 8 u 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/531/KEE tas-17 ta' Settembru 1990 dwar il-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi ta' l-ilma, ta' l-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjoni [17] jew li jissoddisfaw il-kundizzjonijiet ta' l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva msemmija;

(b) provvisti li huma ddikjarati sigrieti jew li l-kunsinna tagħhom trid tiġi akkumpanjata b'miżuri ta' sigurtà speċjali skond il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi mħaddma fl-Istat Membru kkonċernat jew meta l-protezzjoni ta' l-interessi bażiċi tas-sigurtà ta' dak l-Istat titlob dan [18]."

L-Artikolu 44

Mhux aktar tard minn erba' snin wara l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, l-Kummissjoni, billi taġixxi b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti Pubbliċi, għandha tirrevedi l-mod kif ġiet imħaddma din id-Direttiva u l-qasam ta' applikazzjoni tagħha u, jekk ikun hemm bżonn, tagħmel proposti oħra biex taddattaha, fid-dawl ta' żviluppi marbuta b'mod partikolari mal-progress li jkun sar fil-ftuħ ta' kuntratti u l-livell ta' kompetizzjoni. Fil-każ ta' entitajiet li jeżerċitaw attività definita fl-L-Artikolu 2(2) (d), il-Kummissjoni għandha taġixxi b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kumitat Konsultattiv fuq l-Akkwist Pubbliku tat-Telekomunikazzjoni.

L-Artikolu 45

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri neċessarji biex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u għandhom japplikawhom sa l-1 ta' Lulju 1994. Huma għandhom jinfurmaw b'dan lill-Kummissjoni minnufih.

2. Madankollu, ir-Renju ta' Spanja jista' jipprovdi li l-miżuri li hemm referenza għalihom fil- paragrafu 1 għandhom japplikaw biss mill-1 ta' Jannar 1997 u r-Repubblika Ellenika u r-Repubblika tal-Portugall jistgħu jipprovdu li l-miżuri li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw biss mill-1 ta' Jannar 1998

3. Id-Direttiva 90/531/KEE għandha tieqaf mis-seħħ mid-data li fiha din id-Direttiva tiġi applikata mill-Istati Membri u dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta' l-Istati Membri li jikkonċernaw tmiem-il perjodi stabbiliti preskritti fl-Artikolu 37 ta' dik id-Direttiva.

4. Ir-referenzi għad-Direttiva 90/531/KEE għandhom jiġu interpretati bħal li jagħmlu referenza għal din id-Direttiva.

L-Artikolu 46

Meta l-Istati Membri jadottaw id-dispożizzjonijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 45, huma għandhom jagħmlu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi biex issir referenza bħal din għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

L-Artikolu 47

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali, kemm jekk liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi, li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

L-Artikolu 48

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fl-14 ta' Ġunju 1993.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Trøjborg

[1] ĠU C 337, tal-31.12.1991, p. 1.

[2] ĠU C 176, tat-13.7.1992, p. 136, uĠU C 150 tal-31.5.1993.

[3] ĠU C 106, tas-27.4.1992, p. 6.

[4] ĠU L 185, tas-16.8.1971, p. 5. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 89/440/KEE (ĠU L 210, tal-21.7.1989, p. 1).

[5] ĠU L 13, tal-15.1.1977, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 88/295/KEE (ĠU L 127, ta' l-20.5.1988, p. 1).

[6] ĠU L 374, tal-31.12.1987, p. 1.

[7] ĠU L 374, tal-31.12.1987, p. 9.

[8] ĠU L 374, tal-31.12.1987, p. 12.

[9] ĠU L 374, tal-31.12.1987, p. 19.

[10] ĠU L 193, tat-18.7.1983, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 90/605/KEE (ĠU L 317, tas-16.11.1990, p. 60).

[11] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 12.

[12] ĠU L 209, tal-24.7.1992, p. 1.

[13] ĠU L 185, tas-16.8.1971, p. 15. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 77/63/KEE (ĠU L 13, tal-15.1.1977, p. 15.)

[14] ĠU L 217, tal-5.8.1986, p. 21.

[15] ĠU L 36, tas-7.2.1987, p. 31.

[16] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bid-Direttiva (KEE) Nru 3860/87 (ĠU L 363, tat-23.12.1987, p. 30.)

[17] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bid-Direttiva (KEE) Nru 3860/87 (ĠU L 363, tat-23.12.1987, p. 30).

[18] ĠU L 297, tad-29.10.1990, p. 1.

--------------------------------------------------

LISTA TA'L-ANNESSI

L-ANNESS I: | Il-produzzjoni, it-trasport jew id-distribuzzjoni ta' ilma tax-xorb … | 216 |

L-ANNESS II: | Il-produzzjoni, t-trasport jew id-distribuzzjoni ta' l-elettriku … | 219 |

L-ANNESS III: | It-trasport jew id-distribuzzjoni tal-gass jew tat-tisħin … | 221 |

L-ANNESS IV: | L-esplorazzjoni għal u l-estrazzjoni ta' żejt jew gass … | 223 |

L-ANNESS V: | L-esplorazzjoni għal u l-estrazzjoni ta' faħam u karburanti solidi oħra … | 225 |

L-ANNESS VI: | Entitajiet kontraenti fil-qasam tas-servizzi tal-ferroviji … | 227 |

L-ANNESS VII: | Entitajiet kontraenti fil-qasam tas-servizzi tal-ferroviji, tramms, trolleybuses u karrozzi tal-linja urbani … | 229 |

L-ANNESS VIII: | Entitajiet kontraenti fil-qasam tal-faċilitajiet ta' l-ajruporti … | 232 |

L-ANNESS IX: | Entitajiet kontraenti fil-qasam ta' portijiet marittimi jew interjuri jew ta' faċilitajiet terminali oħra … | 234 |

L-ANNESS X: | It-tħaddim ta' networks ta' telekomunikazzjoni u l-provvista ta' servizzi tat-telekomunikazzjoni … | 236 |

L-ANNESS XI: | Lista ta' attivitajiet professjonali kif stabbilit fil-klassifikazzjoni industrijali ġenerali ta' l-attivitajiet ekonomiċi tal-Komunitajiet Ewropej … | 238 |

L-ANNESS XII: | A.Proċeduri miftuħin … | 239 |

B.Proċeduri ristretti … | 241 |

Ċ.Proċeduri negozjati … | 242 |

L-ANNESS XIII: | Avviż dwar l-eżistenza ta' sistema ta' kwalifika … | 243 |

L-ANNESS XIV: | Avviż perjodiku ta' informazzjoni: | |

A.Għal kuntratti ta' provvista … | 244 |

B.Għal kuntratti ta' xogħlijiet … | 244 |

Ċ.Għal kuntratti ta' servizz … | 244 |

L-ANNESS XV: | Avviż dwar kuntratti mogħtija … | 245 |

I.Infomazzjoni għall-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej … | 245 |

II.Informazzjoni mhux maħsuba għall-pubblikazzjoni … | 245 |

L-ANNESS XVI A: | Servizzi fit-tifsira ta' l-Artikolu 15 … | 246 |

L-ANNESS XVI B: | Servizzi fit-tifsira ta' l-Artikolu 16 … | 247 |

L-ANNESS XVII: | Avviżi ta' konkors ta' disinn … | 248 |

L-ANNESS XVIII: | Rizultati tal-konkors ta' disinn … | 248 |

--------------------------------------------------

Top