EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993L0030

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/30/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1993 dwar l-apparati li jagħtu twissija li tinstema' għal vetturi b' żewġ jew tliet roti

OJ L 188, 29.7.1993, p. 11–18 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Special edition in Finnish: Chapter 07 Volume 004 P. 217 - 224
Special edition in Swedish: Chapter 07 Volume 004 P. 217 - 224
Special edition in Czech: Chapter 07 Volume 002 P. 59 - 66
Special edition in Estonian: Chapter 07 Volume 002 P. 59 - 66
Special edition in Latvian: Chapter 07 Volume 002 P. 59 - 66
Special edition in Lithuanian: Chapter 07 Volume 002 P. 59 - 66
Special edition in Hungarian Chapter 07 Volume 002 P. 59 - 66
Special edition in Maltese: Chapter 07 Volume 002 P. 59 - 66
Special edition in Polish: Chapter 07 Volume 002 P. 59 - 66
Special edition in Slovak: Chapter 07 Volume 002 P. 59 - 66
Special edition in Slovene: Chapter 07 Volume 002 P. 59 - 66
Special edition in Bulgarian: Chapter 07 Volume 002 P. 223 - 232
Special edition in Romanian: Chapter 07 Volume 002 P. 223 - 232
Special edition in Croatian: Chapter 07 Volume 002 P. 36 - 43

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2015; Imħassar b' 32013R0168

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1993/30/oj

31993L0030



Official Journal L 188 , 29/07/1993 P. 0011 - 0018
Finnish special edition: Chapter 7 Volume 4 P. 0217
Swedish special edition: Chapter 7 Volume 4 P. 0217


Id-Direttiva tal-Kunsill 93/30/KEE

ta' l-14 ta' Ġunju 1993

dwar l-apparati li jagħtu twissija li tinstema' għal vetturi b' żewġ jew tliet roti

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100a tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 92/61/KEE tat-30 ta' Ġunju 1992 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi b' żewġ jew tliet roti [1],

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [2],

B'kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew [3],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [4],

Billi s-suq intern jinkludi żona mingħajr fruntieri interni li fiha l-moviment ħieles ta' oġġetti, persuni, servizzi u kapital huma assigurati; billi l-miżuri meħtieġa għal dak l-iskop għandhom ikunu mħaddma;

Billi, f'dak li jirrigwardja l-apparati ta' twissija li tinstema', f'kull Stat Membru vetturi b'żewġ jew tliet roti għandhom juru ċerti karatteristiċi tekniċi stabbiliti minn dispożizzjonijiet obbligatorji li jkunu differenti minn Stat Membru għall-ieħor; billi bħala riżultat ta' dawn id-differenzi, dispożizzjonijiet simili jikkostitwixxu barriera għall-kummerċ ġewwa l-Komunità;

Billi dawn l-ostakoli għall-operat tas-suq intern jistgħu jitneħħew jekk l-istess ħtiġiet ikunu adottati mill-Istati Membri kollha minflok ir-regoli nazzjonali tagħom;

Billi huwa meħtieġ li jitfasslu ħtiġijiet armonizzati dwar apparati ta' twissija li tinstema' għal vetturi b'żewġ jew tliet roti biex jagħmluha possibbli li l-proċeduri ta' l-approvazzjoni tat-tip u l-approvazzjoni tal-komponent tat-tip stabbiliti bid-Direttiva 92/61/KEE jkunu applikata għal kull tip ta' vettura simili;

Billi, meta tkun meqjusa l-iskala u l-impatt ta' l-azzjoni proposta fis-settur f'dan il-każ, il-miżuri tal-Komunità koperti minn din id-Direttiva huma meħtieġa, fil-fatt essenzjali, biex jinkiseb il-għan maħsub, li huwa li tkun stabbilita vettura tat-tip approvat tal-Komunità; billi dak l-għan ma jistax jintlaħaq b'mod xieraq mill-Istati Membri b'mod individwali;

Billi sabiex ikun iffaċilitat l-aċċess għas-swieq ta' pajjiżi li mhumiex fil-Komunità jidher li hu meħtieġ li tkun stabbilita ekwivalenza bejn il-ħtiġiet ta' din id-Direttiva u dawk tar-Regolament Nru 28 tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Din id-Direttiva tapplika għal apparati li jagħtu twissija li tinstema' għat-tipi kollha ta' vetturi ta' l-Artikolu 1 tad-Direttiva 92/61/KEE.

L-Artikolu 2

Il-proċeduri għall-għoti ta' l-approvazzjoni tal-komponenti tat-tip fir-rigward ta' apparati li jagħtu twissija li tinstema' għal tip ta' vettura b' żewġ jew tliet roti, l-approvazzjoni ta' l-approvazzjoni tat-tip ta' l-apparat li jagħti twissija li tinstema' fil-forma ta' komponent u l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-moviment ħieles ta' vetturi simili u t-tqiegħid fis-suq bla xkiel ta' l-apparati li jagħtu twissija li tinstema' għandhom ikunu stabbiliti fil-Kapitoli II u III tad-Direttiva 92/61/KEE.

L-Artikolu 3

Bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 11 tad-Direttiva 92/61/KEE, l-ekwivalenza bejn il-ħtiġiet stabbiliti f'din id-Direttiva u dawk stabbiliti bir-Regolamenti UN/ECE Nru 28 (E/ECE/TRANS/505 - Rev. 1/Add. 27) hija hawnhekk rikonoxxuta.

L-awtoritajiet ta' l-Istati Membri li jagħtu l-approvazzjoni tal-komponent tat-tip għandhom jaċċettaw l-approvazzjonijiet mogħtija bi qbil mal-ħtiġiet tar-Regolament Nru 28 imsemmi hawn fuq kif ukoll il-marki ta' l-approvazzjoni tal-komponent tat-tip bħala alternattiva għall-approvazzjonijiet korrispondenti mogħtija bi qbil mal-ħtiġiet ta' din id-Direttiva.

L-Artikolu 4

Din id-Direttiva tista' tkun emendata bi qbil ma' l-Artikolu 13 tad-Direttiva 70/156/KEE [5] sabiex:

- tikkonsidra l-emendi li jista' jkun hemm għar-Regolament EKE li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 3,

- tadatta l-Anness għall-progress tekniku.

L-Artikolu 5

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippublikaw id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mill-14 ta' Diċembru 1994. Huma għandhom minnufih jinformaw lill-Kummissjoni dwar dan:

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom referenza bħal din fl-okkazzjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir din ir-referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

Mid-data msemmija fl-ewwel subparagrafu l-Istati Membri ma jistgħux, għal raġunijiet marbuta ma' l-apparati li jagħtu twissija li tinstema', jimpedixxu d-dħul inizjali fis-sevizz ta' vetturi li huma konformi ma' din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li hemm referenza dwarhom fl-ewwel subparagrafu mill-14 ta' Ġunju 1995.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lejn il-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jadottaw biex ikunu koperti b'din id-Direttiva.

L-Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fl-14 ta' Ġunju 1993.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Trøjborg

[1] ĠU L 225, ta' l-10.8.1992, p. 72.

[2] ĠU C 293, tad-9.11.1992, p. 15.

[3] ĠU C 337, tal- 21.12.1992, p. 103, u ĠU C 150, tal-31.5.1993.

[4] ĠU C 73, tal-15.3.1993, p. 22.

[5] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 92/53/KEE (ĠU L 225, ta' l-10.8.1992, p. 1).

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

ĦTIĠIET LI JAPPLIKAW GĦALL-APPROVAZZJONI TA' KOMPONENT TAT-TIP TA' L-APPARATI LI JAGĦTU TWISSIJA LI TINSTEMA'

1. DEFINIZZJONIJIET

Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva:

1.1. "apparat ta' twissija li tinstema'" tfisser apparat li jibgħat sinjal akustiku li x-xogħol tiegħu huwa maħsub li jagħti twissija tal-preżenza ta' jew manuvrar minn vettura f'sitwazzjoni perikoluża tat-traffiku fit-triq;

1.1.1. apparat li jikkonsisti f'numru ta' orifiċi li joħorġu ħsejjes li jiġu pprovokati minn sors ta' potenza singola għandu jkun ikkunsidrat li jkun apparat li jagħti twissija li tinstema';

1.1.2. apparat ta' twissija li tinstema' li jikkonsisti f'diversi komponenti li kull wieħed joħroġ sinjal akustiku u li joperaw fl-istess ħin bħala riżultat ta' attwazzjoni permezz ta' kontroll wieħed għandu jittieħed li jkun apparat singlu ta' twissija li tinstema';

1.2. "tip ta' apparat ta' twissija li tinstema'" tfisser apparati ta' twissija li tinstema' mhux essenzjalment differenti minn xulxin, b'mod partikolari dwar l-aspetti li ġejjin:

1.2.1. marka tad-ditta jew ta' l-isem;

1.2.2. prinċipju ta' l-operazzjoni;

1.2.3. tip tal-forniment tal-potenza (kurrent dirett, kurrent alternattiv, arja kkumpressata);

1.2.4. il-forma ta' barra tal-qafas;

1.2.5. l-għamla u d-dimensjonijiet tad-dijaframm(i);

1.2.6. għamla jew tip ta' orifiċji li joħorġu l- ħoss

1.2.7. frekwenzi ta' ħoss nominali;

1.2.8. forniment ta' voltaġġ nominali;

1.2.9. fil-każ ta' apparati ta' twissija fornut direttament minn sorsi esterni ta' l-arja kkompressata; il-pressa normali operanti.

2. ĦTIĠIET

2.1. Apparati ta' twissija li tinstema' għandhom jitfgħu ħoss kontinwu, uniformi u li l-ispektrum tal-ħoss tagħhom m'għandux ivarja b'mod li wieħed jinduna bih waqt li jkunu qegħdin jaħdmu. Fil-każ ta' apparati ta' twissija fornuti b'kurrent alternanti din il-ħtieġa tapplika biss fi f'ġeneratur ta' veloċità kostanti, dik il-veloċità tkun f'medda kif speċifikat fi 3.3.2.

2.2. Apparati ta' twissija għandu jkollhom karatteristiċi ta' ħoss (distribuzzjoni spettrali ta' l-enerġija tal-ħoss, livell ta' pressjoni tal-ħoss) u karatteristiċi mekkaniċi hekk li, fl-ordni msemmija, huma jgħaddu mit-testijiet speċifikati fis-sezzjonijiet 3 u 4.

3. KEJL TAL-LIVELL TA' ĦOSS

3.1. Apparati ta' twissija li tinstema' għandhom preferibilment ikunu ttestjati f'ambjent li ma jidwix.. B'mod alternattiv jistgħu jkunu ttestjati f'kamra semi-anechoic jew fi spazju barra fil-beraħ. F'dan il-każ, għandhom jittieħdu prekawzjonijiet biex ikunu evitati riflessi mill-art fiż-żona tal-kejl, per eżempju billi jkun ipprovdut numru ta' paraventri assorbenti. Irid ikun iċċekkjat li d-disturbanza sferikali ma tkunx aktar minn dB 1 ġewwa l-emisfera li jkollha raġġ ta' mill-anqas ta' 5 m sa l-ogħla frekwenza li għandha titkejjel, din tkun l-aktar fid-direzzjoni tal-kejl u fil-għoli ta' l-apparat u l-mikrofonu. Il-ħsejjes ambjentali għandhom ikunu ta' mill-anqas 10 dB aktar baxxi mill-livelli ta' pressjoni tal-ħoss li għandu jitkejjel.

L-apparat li għandu jiġi ttestjat u l-mikrofonu għandhom ikunu fl-istess għoli. Dak l-għoli għandu jkun bejn 1,15 u 1,25 m. Il-linja tas-sensività massima tal-mikrofonu għandha tikkonċidi mad-direzzjoni li fiha l-livell tal-ħoss ta' l-apparat tat-twissija huwa fl-ogħla livell tiegħu.

Il-mikrofonu għandu jitqiegħed f'pożizzjoni b'tali mod li d-diaframma tiegħu tkun f'distanza ta' 2 ± 0,01 m mill-pjan tal-ħruġ tal-ħoss magħmul bl-apparat. Dik l-istess distanza mill-apparati li għandhom diversi ħruġ għandha tkun stabbilita b'relazzjoni mal-pjan tal-ħruġ li jkun l-eqreb lejn il-mikrofonu.

3.2. Il-kejl tal-livell tal-pressjoni tal-ħoss għandu jinvolvi l-użu ta' arloġġ tal-kejl ta' preċiżjoni ta' livell ta' ħoss ta' l-ewwel klassi li jilħaq il-ħtiġiet tal-pubblikazzjoni IEC Nru 651, l-ewwel edizzjoni (1979).

Il-kejl kollu għandu jsir bl-użu ta' time constant"mgħaġġel". Il-kurva tal-weighting (A) għandha tintuża biex jitkejlu l-livelli tal-pressjoni ta' ħoss globali.

It-transform Fourier tas-sinjal tal-ħoss għandu jintuża fil-kejl ta' l-ispektrum tal-ħoss li joħroġ. Alternattivament, filtri tat-tielet ottavi li jilħqu l-ħtiġiet stabbiliti fil-pubblikazzjoni IEC Nru 225, l-ewwel edizzjoni (1966) jistgħu jintużaw.

F'dak il-każ il-livell tal-pressjoni tal-ħoss fil-medda ta' frekwenza ċentrali ta' ottava 2500 Hz jkun stabbilit billi jiżdied il-quadratic means tal-pressjonijiet tal-ħoss fil-meded tat-tielet ottava ta' frekwenzi ċentrali ta' 2000, 2500 u 3150 Hz. Fil-każijiet kollha il-metodu Fourier transform biss jista' jkun ikkunsidrat li hu l-metodu ta' referenza.

3.3. L-apparat ta' twissija li tinstema' għandu jkun fornut b'wieħed minn dawn il-voltaġġi li ġejjin, kif xieraq.

3.3.1. fil-każ ta' apparati ta' twissija li tinstema' li jirċievu test ta' kurrent dirett ta' voltaġġ ta' 6, 5, 13 jew 26 volts, imkejla fin-naħa ta' l-output tas-sors ta' l-eletttiku u li jikkorrispondi għal voltaġġ nominali ta' 6, 12, jew 24 volt rispettivament;

3.3.2. meta l-apparati ta' twissija li tinstema' jirċievu kurrent dirett dan għandu jkun fornut minn ġeneratur ta' l-elettriku tat-tip normalment użati ma' dan it-tip ta' apparat. Il-karatteristiċi akustiċi ta' dak it-tip ta' apparat ta' twissija għandhom ikunu rrikordjati f'veloċitàjiet ta' alternator li jikkorrispondu għal 50, 75 u 100 % tal-veloċità massima mogħtija mill-manufattur ta' l-alternator għal operazzjoni kontinwa. L-alternator m'għandu ikun suġġett għall-ebda load oħra elettrika matul it-test. It-test ta' durabilità deskritt fit-taqsima 4 għandu jsir f'veloċità mogħtija mill-manufattur ta' l-apparat u magħżul mis-sensiela imsemmija hawn fuq.

3.4. Jekk kurrent rettifikat ikun użat għat-test ta' l-apparat ta' twissija li tinstema' li jirċievi kurrent dirett, il-komponent unsoothed tal-voltaġġ fit-terminali tiegħu, imkejjel minn punt għoli għal ieħor matul l-operazzjoni ta' l-apparati tat-twissija, m'għandux jeċċedi 0,1 volts.

3.5. Ir-reżistenza tal-kunduttur elettriku lejn l-apparati ta' twissija li tinstema' li jirċievu kurrent dirett, inkluża r-reżistenza tat-terminali u l-kuntatti, għandhom ikunu qrib kemm jista' jkun għal:

- 0,05 Ohms għal voltaġġ nominali ta' 6 V,

- 0,10 Ohms għal voltaġġ nominali ta' 12 V,

- 0,20 Ohms għal voltaġġ nominali ta' 24 V,

3.6. L-apparat ta' twissija li tinstema' għandu jkun immontat fis-sod, bl-użu tal-parti jew partijiet maħsuba għal dak l-iskop mill-manufattur fuq bażi, li l-massa tagħha hija ta' l-anqas 10 darbiet akbar minn dik ta' l-apparat ta' twissija li għandu jiġi ttestjat u ta' l-anqas 30 kg. Aktar minn hekk, il-bażi irid ikun irranġat b'tali mod li r-riflessi mill-ġnub tiegħu u l-vibrazzjonijiet ma jkollhom l-ebda effett sinjifikanti fuq ir-riżultati tal-kejl.

3.7. Permezz tal-kondizzjonijiet stabbiliti hawn fuq, il-livell ta' ħoss A-weighted m'għandux jeċċedi il-valuri li ġejjin:

(a) 115 dB(A) għal apparati ta' twissija li tinstema' maħsuba l-aktar għal muturi żgħar bil-pedali, muturi u triċikli li jtellgħu potenza ta' mhux aktar minn 7 kW;

(b) 118 dB(A) għal apparati ta' twissija li tinstema' maħsuba l-aktar għal muturi u triċikli li jtellgħu potenza ta' aktar minn 7 kW;

3.7.1. Aktar minn hekk, il-livell tal-pressjoni tal-ħoss fil-medda ta' frekwenza ta' 1800-3550 Hz għandha tkun ogħla minn dik ta' kull komponent ta' frekwenza 'l fuq minn 3550 Hz, u fi kwalunkwe każ tkun ta' mill-anqas:

(a) 90 dB(A) fil-każ ta' apparati ta' twissija li tintema' intiżi l-aktar għal muturi żgħar bil-pedali;

(b) 95 dB(A) għal apparati ta' twissija li tinstema' maħsuba l-aktar għal muturi u triċikli li jtellgħu potenza ta' mhux aktar minn 7 kW;

(ċ) 105 dB(A) għal apparati ta' twissija li tinstema' maħsuba l-aktar għal muturi u triċikli li jtellgħu potenza ta' aktar minn 7 KW.

3.7.2. Apparati ta' twissija li tinstema' li juru l-karatteristiċi deskritti fi 3.7.1(ċ) jistgħu jintużaw fuq vetturi deskritti fi 3.7.1(a) u (b) waqt li apparati ta' twissija li tinstema' li juru l-karatteristiċi tal-ħoss deskritti fi 3.7.1(b) jistgħu jintużaw fuq muturi żgħar bil-pedali.

3.8. Il-karatteristiċi mogħtija hawn fuq għandhom jidhru wkoll fuq kull apparat ta' twissija li tinstema' li jkun ġie suġġett għat-test ta' durabilità pprovdut fit-taqsima4. Il-varjazzjoni fil-voltaġġ għandha tkun jew bejn 115 u 95 % tal-valur rated għal apparati ta' twissija li tinstema' li jirċievu kurrent dirett jew bejn 50 u 100 % ta' l-veloċità massimu ta' l-alternator mogħtija mill-manufattur ta' l-alternator għall-operazzjoni kontinwa fil-każ ta' apparati ta' twissija li tinstema' li jirċievu kurrent alternant.

3.9. Il-ħin li jgħaddi bejn attwazzjoni u l-mument meta l-ħoss jilħaq il-valur minimu meħtieġ mit-taqsima 3.7 m'għandux jeċċedi 0,2 sekondi mkejla f'temperatura tal-madwar ta' 20 ± 5 °C. Din il-ħtieġa tapplika, b'mod partikolari, għall-apparati ta' twissija pnewmatiċi jew elettro-pnewmatiċi.

3.10. Permezz tal-kondizzjonijiet tal-forniment ta' potenza mogħtija mill-manufattur tagħhom, l-apparati ta' twissija pnewmatiċi jew elettro-pnewmatiċi għandhom jagħtu l-istess performance akustika bħal dik meħtieġa għal l-apparati elettriċi ta' twissija li tinstema'.

3.11. Il-valuri minimi kkwotati hawn fuq għandhom ikunu miksuba għal kull wieħed mill-komponenti individwali ta' kull apparat b'ħafna toni li kull parti tal-komponenti tiegħu tista' titfa' ħoss indipendentement. Il-livell ta' ħoss massimu globali għandu jkun miksub bil-partijiet komponenti kollha joperaw fl-istess ħin.

4. TEST TA' DURABILITÀ

4.1. L-apparat ta' twissija li tinstema' għandu jkun fornut bil-voltaġġ nominali fir-reżistenza tal-conductor speċifikat fis-sezzjonijiet 3.3 sa 3.5 u jkun imħaddem:

- 10000 darba fil-każ ta' apparati ta' twissija maħsuba l-aktar għal motorini bil-pedali, muturi u triċikli li jtellgħu potenza li ma teċċedix 7 kW,

- 50000 darba fil-każ ta' apparati ta' twissija maħsuba l-aktar għal muturi u triċikli li jtellgħu potenza ta' aktar minn 7 kW rispettivament,

b'rata ta' sekonda mixgħul segwita b'erba' sekondi mitfi. Matul it-test l-apparat ta' twissija li tinstema' m'għandux ikun espost għal kurrent sforzat li jkollu veloċità ta' bejn wieħed u ieħor 10m/sek.

4.2. Jekk it-test isir ġo kamra insulata dik il-kamra għandha tkun ta' volum biżżejjed biex tassigura li tinxtorob is-sħana li toħroġ mill-apparat ta' twissija matul it-test ta' durabilità.

4.3. It-temperatura tal-madwar ġewwa l-kamra tat-test għandha tkun ta' bejn + 15 u + 30 °C.

4.4. Jekk, wara nofs in-numru ta' l-operazzjonijiet meħtieġa, il-karatteristiċi tal-livell tal-ħoss jkunu nbidlu meta mqabbla ma' qabel it-test, l-apparat ta' twissija li tinstema' jista' jerġa' jiġi ssettjat. Meta n-numru totali ta' l-operazzjonijiet ikunu saru, l-apparat ta' twissija li tinstema' għandu jagħmel b'suċċess it-test deskritt fit-taqsima 3, fejn meħtieġ wara li jkun issettjat aktar.

4.5. L-apparati elettro-pnewmatiċi ta' twissija li tinstema' jistgħu jkunu illubrikata biż-żejt irrikkomandat mill-manufattur kull 10000 operazzjoni.

5. MARKA TA' L-APPROVAZZJONI TAL-KOMPONENT TAT-TIP

5.1. L-apparati ta' twissija li tinstema' kollha li huma konformi mat-tip li jkun tat-tip tal-komponent approvat għandu jkollhom marka tal-komponent tat-tip approvat li tilħaq il-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness V tad-Direttiva tal-Kunsill 92/61/KEE

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

ĦTIĠIET LI JAPPLIKAW GĦALL-IMMUNTAR TA' L-APPARAT TA' TWISSIJA LI JINSTEMA' GĦAL VETTURI B' ŻEWĠ JEW TLETT ROTI

1. DEFINIZZJONIJIET

Għall-iskopijiett ta' dan id-Direttiva:

1.1. "tip ta' vettura" jfisser vetturi li essenzjalment mhemmx differenzi bejniethom, meta xi differenzi bħal dawn jistgħu jirrigwardaw:

1.1.1. in-numru u t- tip(i) ta' l-apparati ta' twissija li tinstema' immontati mal-vettura;

1.1.2. l-adapters ta' l-apparat ta' twissija fuq il-vettura;

1.1.3. il-pożizzjoni ta' l-apparati ta' twissija fuq il-vettura;

1.1.4. is-sodezza tal-partijiet strutturali li magħhom l-apparat(i) ta' twissija li tinstema' huwa (huma) imwaħħal (imwaħħla);

1.1.5. il-għamla u l-materjali użati fil-bodywork li jifforma l-quddiemi tal-vettura li x'aktarx jaffettwaw il-livell ta' ħsejjes emessi mill-apparat(i) ta' twissija u li jbiddlu dawk il-ħsejjes.

2. ĦTIĠIET

2.1. Il-vetturi kollha għandhom ikollhom imwaħħal apparat ta' twissija li tinstema' li jkun ġie approvat skond il-komponent tat-tip bi qbil ma' din id-Direttiva jew bi qbil mad-Direttiva tal-Kunsill 70/388/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrigwardaw l-apparati ta' twissija li tinstema' għal vetturi [1]; b'dankollu, motorini bil-pedali li għandhom magna ta' mhux aktar minn 0,5 kW, li l-veloċità massima ddisinjat tagħhom ma teċċedix 25 km/s, jista' jkollhom iffittjati jew apparat ta' twissija li tinstema' approvat jew apparat mekkaniku ta' twissija mhux approvat. Fil-każ ta' l-aħħar, il-manufattur irid jiddikjara li l-apparat mekkaniku tali ikun konformi mal-ħtiġiet bħal dak tat-tip ta' apparat fl-Istat Membru li fih il-motorin ta' mġieba baxxa ikun sejjer jinbiegħ.

2.2. it-test tal-voltaġġ għandu jkun kif stabbilit fit-taqsima 3.3 fl-Anness I.

2.3. Il-livelli ta' pressjoni tal-ħoss għandhom ikunu mkejla permezz tal-kondizzjonijiet stabbiliti fit-taqsima 3.2 fl-Anness I.

2.4. Il-livell ta' pressjoni ta' ħoss A-weighted li joħroġ mill-apparat(i) ffittjat(i) mal-vettura għandu jkun imkejjel 7m 'l quddiem mill-vettura, li trid tkun ġiet imqiegħda fi spazju fil-miftuħ, bl-art lixxa kemm jista' jkun u, fil-każ ta' l-apparati b'kurrent dirett, il-magna tal-vettura tkun mitfija.

2.5. Il-mikrofonu għall-apparat tal-kejl għandu jkun imqiegħed bejn wieħed u ieħor fil-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura.

2.6. Il-livell tal-pressjoni tal-ħoss ambjentali u l-ħoss iġġenerat mir-riħ irid ikun mill-anqas 10 dB(A) aktar mill-livell tal-ħoss li jrid jitkejjel.

2.7. Il-livell tal-pressjoni ta' ħoss massimu għandu jkun imfittex f'segment li jkun bejn 0,5 u 1,5m il-fuq mill-livell ta' l-art.

2.8. Meta mkejjel permezz tal-kondizzjonijiet speċifikati fit-taqsima 2.2 sa 2.7 il-valur massimu tal-livell tal-ħoss (taqsima 2.7) tat-twissija li tinstema' li tkun qed tiġi ittestjata għandu jkun ta' mill-anqas:

(a) 75 dB(A) u l-aktar 112 dB(A) għal motorini bil-pedali;

(b) 80 dB(A) u l-aktar 112 dB(A) għal muturi u triċikli li jtellgħu potenza ta' mhux aktar minn 7 kW;

(ċ) 93 dB(A) u l-aktar 112 dB(A) għal muturi u triċikli li jtellgħu potenza ta' aktar minn 7 kW;

[1] ĠU L 176, ta'l-10.8.1970, p. 12. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid Direttiva 87/354/KEE (ĠU L 192, tal-11.7.1987, p. 43).

--------------------------------------------------

Top