EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993D0361

Id-Deċiżjoni tal-kunsill tas-17 ta' Mejju ta' l-1993 dwar l-adeżjoni tal-Komunità għall-Protokoll tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra ta' l-1979 dwar tniġġis ta' l-arja tat-transkonfini fuq medda twila li tikkonċerna l-kontroll ta' emissjonijiet ta' ossidi tan-nitroġenu jew il-flussi tat-transkonfini tagħhom

OJ L 149, 21.6.1993, p. 14–15 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Special edition in Finnish: Chapter 11 Volume 022 P. 50 - 51
Special edition in Swedish: Chapter 11 Volume 022 P. 50 - 51
Special edition in Czech: Chapter 11 Volume 019 P. 3 - 4
Special edition in Estonian: Chapter 11 Volume 019 P. 3 - 4
Special edition in Latvian: Chapter 11 Volume 019 P. 3 - 4
Special edition in Lithuanian: Chapter 11 Volume 019 P. 3 - 4
Special edition in Hungarian Chapter 11 Volume 019 P. 3 - 4
Special edition in Maltese: Chapter 11 Volume 019 P. 3 - 4
Special edition in Polish: Chapter 11 Volume 019 P. 3 - 4
Special edition in Slovak: Chapter 11 Volume 019 P. 3 - 4
Special edition in Slovene: Chapter 11 Volume 019 P. 3 - 4
Special edition in Bulgarian: Chapter 11 Volume 007 P. 242 - 243
Special edition in Romanian: Chapter 11 Volume 007 P. 242 - 243
Special edition in Croatian: Information about publishing Official Journal Special Edition not found, P. 4 - 5

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1993/361/oj

Related international agreement

31993D0361



Official Journal L 149 , 21/06/1993 P. 0014 - 0015
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 22 P. 0050
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 22 P. 0050


Id-Deċiżjoni tal-kunsill

tas-17 ta' Mejju ta' l-1993

dwar l-adeżjoni tal-Komunità għall-Protokoll tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra ta' l-1979 dwar tniġġis ta' l-arja tat-transkonfini fuq medda twila li tikkonċerna l-kontroll ta' emissjonijiet ta' ossidi tan-nitroġenu jew il-flussi tat-transkonfini tagħhom

(93/361/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 130s tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi l-Artikolu 130(5) tat-Trattat jipprovdi għal koperazzjoni attiva mill-Komunità u l-Istati Membri f'miżuri internazzjonali sabiex jipproteġġu l-ambjent; billi, minħabba n-natura tat-tniġġis ta' l-arja tat-transkonfini, huwa fl-interess tal-Komunità li jipparteċipa f'miżuri internazzjonali maħsuba li jnaqqsu t-tniġġis;

Billi l-Komunità hija parti kontraenti għall-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Essonomika għall-Ewropa tal-Ġnus Magħquda dwar tniġġis ta' l-arja tat-transkonfini fuq medda twila (Konvenzjoni ta' Ġinevra ta' l-1979) [4] u għal wieħed mill-protokolli dwar il-finanzjar tal-EMEP (Programm ta' koperazzjoni għall-kontroll u evalwazzjoni tat-trasmissjoni fuq medda twila ta' tniġġis ta' l-arja fl-Ewropa).

Billi l-Artikolu 130 r [5] tat-Trattat jipprovdi li miżuri mill-Komunità' għandhom ikunu bbażati fuq il-priniċpji li azzjoni preventiva għandha tittieħed u li perikolu ambjentali għandu bħala priorita` tkun ikkoreġġuta f'dak il-post stess; billi dawn il-priniċpji ġew inkorporati, għal dak li jirrigwarda it-tniġġis ta' l-arja, permezz ta' bosta atti legali tal-Komunità dwar it-tnaqqis ta' emissjonijiet ta' ossidi tan-nitroġenu minn sorsi prinċipli (vetturi u pjanti ta' ħruq kbar);

Billi l-prinċipju li jkun ikkorreġġut fil-post stess huwa wieħed mill-għanijiet tal-Protokoll NOx għall-Konvenzjoni, li jistabbilixxi b'mod partikolari għan ġenerali ta' stabbilizzar ta' l-emissjonijiet totali ta' ossidi tan-nitroġenu u jipprovdi għall-applikazzjoni ta' emissjonijiet normali u addozzjoni ta' miżuri kontra t-tniġġis, waqt li jirriserva d-dritt li jissikka, jekk hemm obbligazzjonijiet neċessarji għal negozjar sussegwenti;

Billi l-użu ta' l-aħjar tekonoloġija disponibbli li ma tirrikjedix spejjeż eċċessivi kif stabbiliti fl-obbligazzjonijiet fundamentali tal-Protokoll, ġew stabbiliti fil-liġi tal-Komunità' fl-1984 dwar il-ġlieda ta' tniġġis ta' l-arja ta' oriġini industrijali; billi dan l-istess prinċipju sar, mill-1989, il-filosofija bażika għat-tnaqqis ta' emissjonijiet minn vetturi;

Billi, in vista tad-danni kkważati mill-ambjent u fid-dawl tan-natura tat-transkonfini ta' tniġġis ta' l-arja fuq medda twila minħabba enmissjonijiet ta' ossidi tan-nitroġenu, għandu jkun hemm azzjoni konġunta fil-livell internazzjonali; billi l-Komunità għandha taqbel mall-Protokoll dwar it-tnaqqis ta' emissjonijiet ta' ossidi tan-nitroġenu jew il-flussi tat-transkonfini tagħhom;

Billi l-istabbilizzar ta' l-emissjonijiet totali ta' l-ossidi tan-nitroġenu huwa l-ewwel pass importanti; billi hemm il-bżonn li jitnaqqas b'mod sinjifikanti l-livell ta' emissjonijiet kurrenti kemm ta' l-ossidi tan-nitroġenu u tat-tniġġis nitroġenut fil-Komunità' waħda.

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Komunità Ekonomika Ewropea hawnhekk taqbel mall-Protokoll tal-Konvenzjoni ta' l-1979 dwar tniġġis ta' l-arja ta' transkonfini fuq medda twila li tikkonċerna l-kontroll ta' emissjonijiet ta' ossidi ta' nitroġinu jew il-flussi tagħhom fit-transkonfini.

It-test tal-Protokoll imsemmi huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jiddepożita l-istrument ta' dħul tiegħu in konformita' ma' l-Artikolu 14 tal-Protokoll.

Magħmul fi Brussel, 17 ta' Mejju ta' l-1993.

F'isem il-Kunsill

Il-President

J. Hilden

[1] ĠU C 230, p. 4.9.1991, p. 61

[2] ĠU Nru. C 150, tal-15.6.1992, p. 226

[3] ĠU Nru. C 40, tas-17.2.1992, p. 11

[4] ĠU L 171, tas-27.6.1981, p. 11

[5] ĠU L 181, ta' l-4.7.1986, p. 1

--------------------------------------------------

Top