EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31991R3925

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3925/91 tad-19 ta' Diċembru 1991 dwar l-eliminazzjoni ta' kontrolli u formalitajiet applikabbli għall-bagalji ta' l-istiva u tal-kabina ta' persuni li jkunu qed jivvjaġġaw bl-ajru ġewwa l-Komunità u l-bagalji ta' persuni li jkunu qed jivvjaġġaw bil-baħar ġewwa l-Komunità

OJ L 374, 31.12.1991, p. 4–6 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Special edition in Finnish: Chapter 07 Volume 004 P. 64 - 66
Special edition in Swedish: Chapter 07 Volume 004 P. 64 - 66
Special edition in Czech: Chapter 02 Volume 004 P. 254 - 256
Special edition in Estonian: Chapter 02 Volume 004 P. 254 - 256
Special edition in Latvian: Chapter 02 Volume 004 P. 254 - 256
Special edition in Lithuanian: Chapter 02 Volume 004 P. 254 - 256
Special edition in Hungarian Chapter 02 Volume 004 P. 254 - 256
Special edition in Maltese: Chapter 02 Volume 004 P. 254 - 256
Special edition in Polish: Chapter 02 Volume 004 P. 254 - 256
Special edition in Slovak: Chapter 02 Volume 004 P. 254 - 256
Special edition in Slovene: Chapter 02 Volume 004 P. 254 - 256
Special edition in Bulgarian: Chapter 02 Volume 005 P. 5 - 7
Special edition in Romanian: Chapter 02 Volume 005 P. 5 - 7

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2016; Imħassar b' 32008R0450 Ara 32013R0952

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1991/3925/oj

31991R3925



Official Journal L 374 , 31/12/1991 P. 0004 - 0006
Finnish special edition: Chapter 7 Volume 4 P. 0064
Swedish special edition: Chapter 7 Volume 4 P. 0064


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3925/91

tad-19 ta' Diċembru 1991

dwar l-eliminazzjoni ta' kontrolli u formalitajiet applikabbli għall-bagalji ta' l-istiva u tal-kabina ta' persuni li jkunu qed jivvjaġġaw bl-ajru ġewwa l-Komunità u l-bagalji ta' persuni li jkunu qed jivvjaġġaw bil-baħar ġewwa l-Komunità

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

B'kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi l-Artikolu 8a tat-Trattat jipprovdi li s-suq intern għandu jkollu arja mingħajr fruntieri interni li fiha ċ-ċirkolazzjoni libera, b'mod partikolari, ta' merkanzija tkun assigurata; billi f'dan il-kuntest portijiet u ajruporti kull wieħed minnhom, fl-istess ħin, jista' jikkostitwixxi fruntiera esterna u fruntiera interna; billi it-tħaddim tal-prinċipju ta' libertà ta' moviment għandu minkejja kollox jirriżulta fl-eliminazzjoni ta' kontrolli fuq il-bagalji ta' l-istiva u tal-kabina ta' persuni li jkunu qed itiru ġewwa l-Komunità u l-bagalji ta' persuni li jkunu qed jivvjaġġaw bil-baħar ġewwa l-Komunità;

Billi vjaġġ bl-ajru jista' jinvolvi diversi vjaġġi suċċessivi li wħud minnhom jistgħu ikunu ġewwa t-territorju tal-Komunità u oħrajn barra; billi t-trattament ta' xi vjaġġi għandu jikkunsidra l-prattikabbilitajiet ta' l-organizzazzjoni ta' kontrolli u ta' kompetizzjoni internazzjonali; billi għandhom isiru dispożizzjonijiet speċifiċi biex ikopru dawk il-każijiet speċjali;

Billi trasport marittimu jista' jinvolvi tipi differenti ta' vjaġġ; billi dispożizzjonijiet speċifiċi għandhom isiru biex ikopru ċerti każijiet speċjali ta' trasport marittimu;

Billi dawk id-dispożizzjonijiet speċifiċi għandhom jitħaddmu mingħajr preġudizzju għal sigurtà u verifiki ta' sigurtà,

Billi l-Istati Membri għandhom, iżda, ikunu liberi li jieħdu miżuri speċifiċi kompatibbli mal-liġi tal-Komunità għall-fini li jagħmlu kontrolli speċjali, fost l-oħrajn, sabiex jipprevienu attivitajiet kriminali marbuta b'mod partikolari mat-terroriżmu, d-drogi u t-traffikar fix-xogħolijiet ta' l-arti,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

1. Bla ħsara għall-Artikoli 3, 4 u 5, l-ebda kontrolli jew formalitajiet m'għandhom isiru għar-rigward ta':

- il-bagalji ta' l-istiva u tal-kabina ta' persuni li jkunu qed itiru ġewwa l-Komunità,

- il-bagalji ta' persuni li jkunu qed jivvjaġġaw bil-baħar ġewwa l-Komunità.

2. Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr ħsara għal:

- is-sikurezza u l-verifiki tas-sigurtà magħmula fuq bagalji mill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri, awtoritajiet ta' port jew ajruport jew impriżi tat-trasport,

- verifiki marbuta ma' projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet magħmula mill-Istati Membri, sakemm dawn ikunu kompatibbli mat-tliet Trattati li jwaqqfu l-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 2

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:

1. "ajruport tal-Komunità" ifisser kull ajurport li jinsab f'territorju doganali tal-Komunità;

2. "ajruport internazzjonali tal-Komunità" ifisser kull ajruport tal-Komunità li, wara li jkun hekk ġie awtorizzat mill-awtoritajiet kompetenti, ikun approvat għal traffiku bl-ajru ma' pajjiżi mhux membri;

3. "tijira ġewwa l-Komunità" tfisser il-moviment ta' inġenju ta' l-ajru bejn żewġ ajruporti tal-Komunità, mingħajr stopovers, u li ma jibdiex minn jew jintemm f'ajruport mhux tal-Komunità;

4. "port tal-Komunità" ifisser kull port tal-baħar li jinsab fit-territorju doganali tal-Komunità;

5. "vjaġġ bil-baħar ġewwa l-Komunità" ifisser il-moviment bejn żewġ portijiet tal-Komunità mingħajr waqfiet intermedjarji, ta' vapur li jivvjaġġa regolarment bejn żewġ jew aktar portijiet speċifiċi tal-Komunità;

6. "biċċiet tal-baħar għall-gost" ifisser dgħajjes privati maħsuba għal vjaġġi li l-itinerarju tagħhom jiddependi fuq ix-xewqat ta' l-utent;

7. "inġenju ta' l-ajru tat-turisti jew kummerċjali" ifisser inġenju ta' l-ajru privat maħsub għal vjaġġi li l-itinerarju tagħhom jiddependi fuq ix-xewqat ta' l-utent.

L-Artikolu 3

Kull kontroll u formalità applikabbli:

1. għall-bagalji ta' l-istiva u tal-kabina ta' persuni li jivvjaġġaw fuq inġenju ta' l-ajru li jkun ġej minn ajruport mhux tal-Komunità u li, wara stopover f'ajruport tal-Komunità, jibqa' sejjer lejn ajurport ieħor tal-Komunità, għandhom isiru f'dan l-aħħar ajruport sakemm dan ikun ajurport internazzjonali tal-Komunità;

2. għall-bagalji ta' l-istiva u tal-kabina ta' persuni li jivvjaġġaw fuq inġenju ta' l-ajru li jieqaf f'ajruport tal-Komunità qabel ikompli sejjer lejn ajurport ieħor mhux tal-Komunità, għandhom isiru fl-ajruport tat-tluq sakemm dan ikun ajruport internazzjonali tal-Komunità;

3. għall-bagalji ta' persuni li jużaw servizz marittimu pprovdut mill-istess vapur u li jkollu vjaġġi suċċessivi li jitilqu minn, jieqfu għal ftit fi jew jintemmu f'port mhux tal-Komunità għandom isiru fil-port li fih il-bagalji msemmija jkunu tgħabbew jew tniżżlu skond il-każ.

L-Artikolu 4

Kull kontroll u kull formalità applikabbli għall-bagalji ta' persuni abbord:

1. biċċiet tal-baħar għall-gost, għandhom isiru f'xi port tal-Komunità, ikun x'ikun l-oriġini jew destinazzjoni ta' dawn il-biċċiet;

2. inġenji ta' l-ajru tat-turisti jew kummerċjali, għandom isiru:

- fl-ewwel ajruport ta' wasla li jkun ajruport internazzjonali tal-Komunità, għal titjiriet li jkunu ġejjin minn ajruport mhux tal-Komunità fejn l-inġenju ta' l-ajru, wara stopover, jibqa' sejjer lejn ajruport ieħor tal-Komunità,

- fl-aħħar ajruport internazzjonali tal-Komunità, għal titjiriet li jkunu ġejjin minn ajruport tal-Komunità fejn l-inġenju ta' l-ajru, wara stopover, ikompli sejjer lejn ajruport mhux tal-Komunità.

L-Artikolu 5

Minbarra f'każijiet speċjali li jiġu ddeterminati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 8, kull kontroll u kull formalità applikabbli għal:

1. bagalji ta' l-istiva li jaslu f'ajruport tal-Komunità abbord inġenju ta' l-ajru li jkun ġej minn ajruport mhux tal-Komunità u trasferiti, f'dak l-ajruport tal-Komunità, lejn inġenju ta' l-ajru ieħor li jkun sejjer, fuq vjaġġ ġewwa l-Komunità, sakemm dan l-aħħar ajurport ikun ajruport internazzjonali tal-Komunità;

2. bagalji ta' l-istiva mgħobbija f'ajruport tal-Komunità fuq inġenju ta' l-ajru li jkun sejjer fuq vjaġġ ġewwa l-Komunità għal trasferiment, f'ajruport ieħor tal-Komunità lejn inġenju ta' l-ajru li d-destinazzjoni tiegħu tkun ajruport mhux tal-Komunità, għandhom isiru fl-ajruport ta' tluq tal-vjaġġ ta' ġewwa l-Komunità, sakemm dak l-ajruport ikun ajurport internazzjonali tal-Komunità;

3. bagaliji li jaslu f'ajruport tal-Komunità abbord titjira skedata jew charter minn ajruport mhux tal-Komunità u trasferiti, f'dak l-ajruport tal-Komunità, lejn inġenju ta' l-ajru tat-turisti jew kummerċjali li jkun sejjer fuq titjira ġewwa l-Komunità għandhom isiru fl-ajruport tal-wasla tat-titjira skedata jew charter;

4. bagalji mgħobbija f'ajruport tal-Komunità fuq inġenju ta' l-ajru tat-turisti jew kummerċjali li jkun sejjer fuq titjira ġewwa l-Komunità għal trasferiment, lejn ajruport ieħor tal-Komunità, lejn titjira skedata jew charter li d-destinazzjoni tagħha tkun ajruport mhux tal-Komunità, għandhom isiru fl-ajruport ta' tluq tat-titjira skedata jew charter.

L-Artikolu 6

1. Kumitat dwar Moviment bl-Ajru jew Bagalji ta' Passiġġieri bil-Baħar (hawn aktar 'il quddiem magħrufa bħala l-"Kumitat") hu b'dan imwaqqaf, magħmul minn rappreżentanti ta' l-Istati Membri u presedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni.

2. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura hu stess.

L-Artikolu 7

Il-Kumitat ikollu l-poter li jeżamina kull kwistjoni li għandha x'taqsam mat-tħaddim ta' dan ir-Regolament, li tiġi riferita lilu mill-president tiegħu jew fuq inizjattiva personali jew fuq talba ta' rappreżentant ta' Stat Membru.

L-Artikolu 8

1. Id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jiġi mħaddem dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2 u 3.

2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li jkunu ser jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fuq l-abbozz, f'limitu ta' ħin li jista' jiġi stabbilit mill-president skond l-urġenza tal-każ. L-opinjoni għandha tingħata permezz tal-maġġoranza kif stabbilit fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat.

3. (a) Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri maħsuba jekk dawn ikunu skond l-opinjoni tal-Kumitat.

(b) Jekk il-miżuri maħsuba ma jkunux konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat, jew jekk ma tingħata l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tissottometti lill-Kunsill proposta dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi permezz ta' maġġoranza kwalifikata.

(ċ) Jekk, wara li jgħaddi perjodu ta' tliet xhur mid-data li fiha ssir ir-riferenza lill-Kunsill, il-Kunsill ma jkunx aġixxa, il-miżuri proposti għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni.

L-Artikolu 9

1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan għandu japplika mill-1 Jannar 1993.

2. Qabel l-1 ta' Ottubru 1992, il-Kunsill għandu jirrevedi dan ir-Regolament fuq il-bażi ta' rapport fuq il-progress miksub mill-Kummissjoni fuq l-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-kisbiet tas-suq intern li jkunu meħtieġa għat-tħaddim tajjeb ta' dan ir-Regolament, u b'mod partikolari dawk li jirreferu għat-tneħħija tal-limiti fuq il-gratifikazzjonijiet tal-passiġġieri fit-traffiku ġewwa l-Komunità. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat bi proposti, jekk ikun hemm, li fuqhom il-Kunsill għandu jiddeċiedi permezz ta' maġġoranza kwalifikata.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl'intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fid-19 ta' Diċembru 1991.

Għall-Kunsill

Il-President

P. Dankert

[1] ĠU C 212, tal-25.8.1990, p. 8.

[2] ĠU C 106, tat-22.4.1991, p. 80; u ĠU C 326, tas-16.12.1991.

[3] ĠU C 60, tat-8.3.1991, p. 12.

--------------------------------------------------

Top