EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31990R2698

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2698/90 tas-17 ta' settembru 1990 li jemenda Regolament (KEE) nru 3906/89 sabiex jestendi l-għajnuna ekonomika biex jinkludi pajjiżi oħra ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant

OJ L 257, 21.9.1990, p. 1–2 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Special edition in Finnish: Chapter 11 Volume 016 P. 83 - 84
Special edition in Swedish: Chapter 11 Volume 016 P. 83 - 84
Special edition in Czech: Chapter 11 Volume 017 P. 156 - 157
Special edition in Estonian: Chapter 11 Volume 017 P. 156 - 157
Special edition in Latvian: Chapter 11 Volume 017 P. 156 - 157
Special edition in Lithuanian: Chapter 11 Volume 017 P. 156 - 157
Special edition in Hungarian Chapter 11 Volume 017 P. 156 - 157
Special edition in Maltese: Chapter 11 Volume 017 P. 156 - 157
Special edition in Polish: Chapter 11 Volume 017 P. 156 - 157
Special edition in Slovak: Chapter 11 Volume 017 P. 156 - 157
Special edition in Slovene: Chapter 11 Volume 017 P. 156 - 157

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006; Impliċitament imħassar minn 32006R1085

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1990/2698/oj

31990R2698



Official Journal L 257 , 21/09/1990 P. 0001 - 0002
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 16 P. 0083
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 16 P. 0083


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2698/90

tas-17 ta' settembru 1990

li jemenda Regolament (KEE) nru 3906/89 sabiex jestendi l-għajnuna ekonomika biex jinkludi pajjiżi oħra ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 235 tiegħu;

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi l-Komunità u l-Istati Membri tagħha iddeċidew li jieħdu azzjoni magħquda ma ċerti pajjiżi li mhumiex membri fil-forma ta' miżuri maħsuba biex jassistu l-proċess ta' riforma ekonomika u soċjali li qed isseħħ fl-Ungerija u il-Polonja; billi r-Regolament (KEE) Nru 3906/89 [3] joħloq il-kundizzjonijiet sabiex tingħata din l-għajnuna ekonomika lil dawn il-pajjiżi li mhumiex membri;

Billi l-Grupp ta' 24 pajjiż u l-Komunità iddeċidew fil-laqgħa ministerjali ta' l-4 ta' Lulju 1990 li s-sitwazzjoni f'ċerti pajjiżi oħra ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant tiġġustifika estensjoni ta' l-għajnuna ekonomika ghar-ristrutturar ta' dawn il-pajjiżi;

Billi jehtieġ li jsiru dispożizzjonijiet annwali fl-estimi ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej għal finanzjament Komunitarju xieraq,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

REGOLAMENT (KEE) Nru 3906/89 huwa emendat kif ġej:

1. It-Titolu huwa mibdul b'dan li ġej:

"Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3906/89 tat-18 ta' Diċembru 1989 dwar għajnuna ekonomika lil ċerti pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant."

2. L-Artikolu 1 huwa mibdul b'dan li ġej:

"L-Artikolu 1

Il-Komunità għandha żżomm disponibbli għajnuna ekonomika lil pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant elenkati fl-Anness skond il-kriterji ta' dan ir-Regolament."

3. L-Artikolu 2 huwa mħassar.

4. Fl-Artikolu 3(1):

- "fil-Polonja u l-Ungerija u" fl-Ungerija u l-Polonja "huma sostitwiti bi" fil-pajjiżi msemmija fl-Artikolu 1 "u" tal-pajjiżi msemmija fl-Artikolu 1 "rispettivament,"

- is-subparagrafu li ġej huwa miżjud:

"Din l-għajnuna tista tintuża wkoll biex tiġi pprovduta assistenza umanitarja".

5. Fl-Artikolu 7(1) u fl-Artikolu 9(1), "tal-Polonja u l-Ungerija" u "fil-Polonja u l-Ungerija" huma sostitwiti bi "tal-pajjiżi msemmija fl-Artikolu 1" u "fil-pajjiżi msemmija fl-Artikolu 1" rispettivament.

6. l-Anness li ġej huwa miżjud:

"

L-ANNESS

IL-BULGARIJA

IĊ-ĊEKOSLOVAKKJA

IR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA TAL-ĠERMANJA

L-UNGERIJA

IL-POLONJA

IR-RUMANIJA

Il-JUGOSLAVJA.

"

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata li ssegwi l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament se jkun jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-17 ta' Settembru 1990.

Għall-Kunsill

Il-President

G. De Michelis

[1] ĠU C 191, tal-31.7.1990, p. 17.

[2] ĠU C 231, tas-17.9.1990.

[3] ĠU L 375, tat-23.12.1989, p. 11.

--------------------------------------------------

Top