EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31989D0531

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ Settembru 1989 li tinnomina laboratorju ta’ referenza għall-identifikazzjoni tal-virus tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer u tistabbilixxi l-funzjonijiet ta’ dak il-laboratorju

OJ L 279, 28.9.1989, p. 32–33 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Special edition in Finnish: Chapter 03 Volume 030 P. 144 - 145
Special edition in Swedish: Chapter 03 Volume 030 P. 144 - 145
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 009 P. 176 - 177
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 009 P. 176 - 177
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 009 P. 176 - 177
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 009 P. 176 - 177
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 009 P. 176 - 177
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 009 P. 176 - 177
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 009 P. 176 - 177
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 009 P. 176 - 177
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 009 P. 176 - 177

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2004; Imħassar b' 32003L0085

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1989/531/oj

31989D0531



Official Journal L 279 , 28/09/1989 P. 0032 - 0033
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 30 P. 0144
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 30 P. 0144


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tal-25 ta’ Settembru 1989

li tinnomina laboratorju ta’ referenza għall-identifikazzjoni tal-virus tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer u tistabbilixxi l-funzjonijiet ta’ dak il-laboratorju

(89/531/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 85/511/KEE tat-18 ta’ Novemnru 1985 li ddaħħal miżuri għall-kontroll tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer [1], u partikolarment Artikolu 11 miġjub fih,

Waqt li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi l-miżuri provduti f’Artikolu 11 tad-Direttiva 85/511/KEE jeħtieġu n-nomina ta’ laboratorju ta’ referenza għall-identifikazzjoni tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer; billi huwa meħtieġ ukoll li jiġu stabbiliti l-funzjonijiet u d-doveri ta’ laboratorju bħal dan flimkien mar-regoli dettaljati li bihom għandha tinkiseb il-kordinazzjoni ta’ standards u metodi ta’ dijanjosi tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer f’kull Stat Membru;

Billi l-laboratorju ta’ referenza se jibni, jaħżen u jissupplixxi fejn meħtieġ lill-laboratorji nazzjonali, aġenti dijanjostiċi sabiex dijanjosi fil-laboratorji nazzjonali msemmija titwettaq f’manjiera uniformi; billi l-laboratorju ta’ referenza jrid jorganizza provi komparattivi, iwettaq taħriġ ta’ kontinwazzjoni ta’ esperti, u jiżviluppa l-fatti magħrufa (data) u s-sistema ta’ tagħrif għall-użu tal-Kummissjoni u l-Istati Membri;

Billi l-laboratorju ta’ referenza jrid jopera taħt il-kondizzjonijiet ta’ sigurtà kontra l-mard stretti; billi l-laboratorju se jifformula linji ta’ gwida għas-sigurtà msemmija fil-laboratorji nazzjonali rispettivi;

Billi rigward il-laboratorju ta’ referenza kuntratt se jitfassal li jipprovdi għal appoġġ finanzjarju xieraq mill-estimi ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għaqda bejn il-laboratorji nazzjonali fil-qasam tad-dijanjosi tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer u l-implimentazzjoni tal-funzjonijiet ta’ referenza għall-identifikazzjoni tal-virus tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer għandha titwettaq minn "The Institute for Animal Health, Pirbright Laboratory, England, minn issa ’l quddiem riferit bħala l-‘laboratorju ta’ referenza".

Artikolu 2

Il-funzjonijiet u d-dmirijiet tal-laboratorju ta’ referenza nominati fl-Artikolu 1 għandhom ikunu:

1. biex tiġi żgurata l-għaqda bejn il-laboratorji ta’ l-Istati Membri rigward l-istandards u l-metodi ta’ dijanjosi tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer, u dijanjosi differenzjali, fejn meħtieġ, f’kull Stat Membru speċifikament permezz:

(a) li jirċievu kampjuni tal-qasam minn Stati Membri u ċertu pajjiżi terzi bil-ħsieb li tiġi stabbilita l-identità tagħhom;

(b) jiġi mgħarraf it-tip u l-karatterizzazzjoni sħiħa tar-razza tal-virus tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer mill-kampjuni riferiti f’punt (a) u komunikazzjoni tar-riżultati ta’ investigazzjonijiet bħal dawn lill-Kummissjoni u l-Istat Membru konċernat mingħajr dewmien;

(ċ) il-bini u ż-żamma ta’ ġabra aġġornata tar-razez tal-virus tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer;

(d) il-bini u ż-żamma ta’ ġabra aġġornata ta’ serumijiet speċifiċi konta r-razez tal-virus tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer;

2. biex jappoġġjaw il-funzjonijiet ta’ laboratorji nazzjonali, u partikolarment billi:

(a) jaħżnu u jipprovdu lill-laboratorji nazzjonali linji ċellolari għall-użu fid-dijanjosi flimkien ma’ serumijiet tal-virus u/jew antiġeni inattivati u aġenti ta’ referenza oħra;

(b) jorganizzaw u joperaw provi komparattivi perjodiċi fuq id-dijanjosi tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fil-livell tal-Komunità u t-trasmissjoni perkjodika tar-riżultati ta’ provi bħal dawn lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri;

3. jipprovdu tagħrif u jwettqu aktar provi, partikolarment billi:

(a) jiġbru l-fatti magħrufa (data) u tagħrif fuq il-metodi ta’ dijanjosi u dijanjosi differenzjali użati u jiddistribwixxu tagħrif bħal dan lill-Kummissjoni u l-Istati Membri;

(b) jagħmlu u jimplimentaw l-arranġamenti meħtieġa għal aktar tħarriġ ta’ esperti f’dijanjosi tal-laboratorji bil-ħsieb li jiġu armonizzati metodi ta’ teknika dijanjostiċi;

(ċ) jorganizzaw laqgħa annwali fejn rappreżentattivi tal-laboratorji nazzjonali jistgħu jirrevedu l-metodi ta’ teknika dijanjositiċi u l-progress ta’ koordinazzjoni.

Artikolu 3

1. Il-laboratorju ta’ referenza għandha topera skond il-kondizzjonijet magħrufa ta’ sigurtà stretta kontra l-marda kif indikat fl-"Istandards minimi għal laboratorji li jaħdmu mal-virus tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer in vitro u in vivo’ – Kummissjoni Ewropea għall-kontroll tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer – 26 taqsmin, Ruma, April 1985."

2. Il-laboratorju ta’ referenza għandha tifformula u tirrakkomanda l-miżuri ta’ sigurtà kontra l-marda li jridu jittieħdu mill-laboratorji nazzjonali f’materji ta’ dijanjosi tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer, skond l-istandards minimi riferiti f’ paragrafu 1.

Artikolu 4

Approprjazzjoniiet biex ikopru l-ispiża miġrura f’konnessjoni ma’ l-attivitajiet dikjarati f’Artikoli 2 u 3 għandhom jiġu inklużi fl-estimi ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (taqsima "Kummissjoni").

Artikolu 5

Kuntratt għandu jitfassal bejn il-Kummissjoni u dawk responsabbli għall-laboratorju ta’ referenza biex jiżgura li jitwettqu l-attivitajiet riferiti f’Artikoli 2 u 3.

Artikolu 6

L-attivitajiet riferiti f’Artikoli 2 u 3 għandhom jiġu ristretti għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tal-firma tal-kuntratt riferit f’Artikolu 5.

Qabel id-data ta’ skadenza ta’ dak il-perjodu, il-Kunsill, huwa u jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jiddeċiedi jekk l-attivitajiet msemmija għandhomx jitkomplew jew jekk din id-Deċiżjoni għandhiex tiġi emendata.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fil-25 ta’ Settembru 1989.

Għall-Kunsill

Il-President

H. Nallet

[1] ĠU L 315, tas-26.11.1985, p. 11.

--------------------------------------------------

Top