EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31989D0502

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Lulju 1989 li tippreskrivi l-kriterji li jirregolaw id-dħul fil-kotba tal-merħliet għal majjali ta’ razza pura għat-tnissil

OJ L 247, 23.8.1989, p. 21–21 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Special edition in Finnish: Chapter 03 Volume 030 P. 94 - 95
Special edition in Swedish: Chapter 03 Volume 030 P. 94 - 95
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 009 P. 141 - 141
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 009 P. 141 - 141
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 009 P. 141 - 141
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 009 P. 141 - 141
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 009 P. 141 - 141
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 009 P. 141 - 141
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 009 P. 141 - 141
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 009 P. 141 - 141
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 009 P. 141 - 141
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 007 P. 132 - 132
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 007 P. 132 - 132
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 055 P. 11 - 11

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 03/07/2020; Imħassar b' 32020R0602

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1989/502/oj

31989D0502



Official Journal L 247 , 23/08/1989 P. 0021 - 0021
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 30 P. 0094
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 30 P. 0094


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-18 ta’ Lulju 1989

li tippreskrivi l-kriterji li jirregolaw id-dħul fil-kotba tal-merħliet għal majjali ta’ razza pura għat-tnissil

(89/502/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 88/661/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1988 dwar l-istandards żootekniċi applikabbli għal annimali għat-tnissil ta’ l-ispeċi tal-majjali [1], u b’mod partikolari t-tielet inċiż ta’ Artikolu 6(1) tagħha,

Billi fl-Istati Membri kollha jinżammu jew ikunu stabbiliti kotba tal-merħliet minn assoċjazzjonijiet ta’ min irabbi, organizzazzjonijiet għat-tnissil u servizzi uffiċjali;

Billi huwa meħtieġ li jkunu preskritti l-kriterji għad-dħul ta’ majjali ta’ razza pura għat-tnissil f’kotba tal-merħliet;

Billi kondizzjonijiet preċiżi dwar nisel u identifikazzjoni għandhom ikunu sodisfatti qabel id-dħul fil-kotba tal-merħliet;

Billi għandu jkun hemm il-possibilità għad-diviżjoni tal-ktieb tal-merħliet f’sezzjonijiet differenti biex ċerti tipi ta’ annimali ma jkunux esklużi;

Billi l-miżuri li tipprovdi għalihom din id-Deċiżnoji huna skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar Żooteknika,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Biex jikkwalifika għal dħul fis-sezzjoni prinċipali tal-ktieb tan-nisel tiegħu majjal ta’ razza pura għat-tnissil għandu:

- ikun dixxendenti minn ġenituri u nanniet imdaħħla fil-ktieb tal-merħliet ta’ l-istess nisel,

- ikun identifikat wara t-twelid skond ir-regoli ta’ dak il-ktieb,

- ikollu razza stabbilità skond ir-regoli ta’ dak il-ktieb.

Artikolu 2

Is-sezzjoni prinċipali tal-ktieb tal-merħliet tista’ tkun diviża f’diversi sezzjonijiet skond il-karatteristiċi ta’ l-annimali. Majjali ta’ razza pura għat-tnissil li jissodisfaw il-kriterji preskritti f’Artikolu 1 biss jistgħu jiddaħħlu f’waħda minn dawk is-sezzjonijiet.

Artikolu 3

1. Assoċjazzjoni ta’ min irabbi jew organizzazzjoni għat-tnissil li żżomm ktieb tal-merħliet tista’ tiddeċiedi li majjala, li ma tissodisfax il-kriterji preskritti f’Artikolu 1, tista’ tiddaħħal f’sezzjoni supplimentari ta’ dak il-ktieb tal-merħliet. Il-majjala għandha tissodisfa r-rikjesti li ġejjin:

- tkun identifikata skond ir-regoli tal-ktieb tal-merħliet,

- tkun meqjusa li tikkonforma ma’ l-istandard tat-tnissil,

- għandu jkollha karatteristiċi minimi kif stabbiliti fir-regoli tal-ktieb tal-merħliet.

2. Ir-rikjesti msemmija fit-tieni u t-tielet inċiżi tal-paragrafu 1 jistgħu jkunu differenzjati skond jekk il-majjala tappartjenix lin-nisel għalkemm m’għandhiex oriġini magħrufa jew jekk inkisbitx minn programm ta’ taħlit approvat minn assoċjazzjoni ta’ min irabbi jew organizzazzjoni għat-tnissil.

Artikolu 4

Majjala li ommha u nannitha materna iddaħħlu fis-sezzjoni supplimentari tal-ktieb tal-merħliet kif jipprovdi Artikolu 3(1) u li missierha u żewġ nanniet (irġiel) iddaħħlu fis-sezzjoni prinċipali tal-ktieb skond il-kriterji stabbiliti f’Artikolu 1 għandha titqies bħala mara ta’ razza pura u tiddaħħal fis-sezzjoni prinċipali tal-ktieb, kif jipprovdi Artikolu 1.

Artikolu 5

Fejn ktieb fih sezzjonijiet diversi, majjal ta’ razza pura għat-tnissil minn Stat Membru ieħor u li għandu karatteristiċi speċifiċi li jiddistingwuh mill-populazzjoni ta’ l-istess nisel fl-Istat Membru destinatarju, għandu jiddaħħal fis-sezzjoni tal-ktieb li tissodisfa dawk il-karatteritiċi.

Artikolu 6

Din id-Deċiżonji hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussels, fit-18 ta’ Lulju 1989.

Għall-Kummissjoni

Ray Mac Sharry

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 382, tal-31.12.1988, p. 36.

--------------------------------------------------

Top