EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31986R1764

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1764/86 tas-27 ta’ Mejju 1986 dwar rekwiżiti ta’ kwalità minimi għal prodotti li għandhom bażi ta’ tadam eliġibbli għal għajnuna ta’ produzzjoni

OJ L 153, 7.6.1986, p. 1–17 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Special edition in Finnish: Chapter 03 Volume 021 P. 74 - 90
Special edition in Swedish: Chapter 03 Volume 021 P. 74 - 90
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 007 P. 37 - 53
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 007 P. 37 - 53
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 007 P. 37 - 53
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 007 P. 37 - 53
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 007 P. 37 - 53
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 007 P. 37 - 53
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 007 P. 37 - 53
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 007 P. 37 - 53
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 007 P. 37 - 53
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 005 P. 159 - 175
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 005 P. 159 - 175
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 026 P. 26 - 42

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 12/03/2014: This act has been changed. Current consolidated version: 01/05/2004

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1986/1764/oj

31986R1764



Official Journal L 153 , 07/06/1986 P. 0001 - 0017
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 21 P. 0074
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 21 P. 0074


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1764/86

tas-27 ta’ Mejju 1986

dwar rekwiżiti ta’ kwalità minimi għal prodotti li għandhom bażi ta’ tadam eliġibbli għal għajnuna ta’ produzzjoni

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 426/86 ta’ l-24 Frar 1986 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fi prodotti pproċessati minn frott u ħaxix [1], u b’ mod partikolari l-Artikolu 6(4) tiegħu,

Billi l-Artikolu 2(1) tar- Regolament (KEE) Nru 426/86 jipprovdi għal sistema ta’ għajnuna ta’ produzzjoni għal ċerti prodotti; billi l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament jistabbilixxi li għajnuna għandha titħallas biss għal prodotti li jilħqu livelli ta’ kwalità minimi li għandhom ikunu stabbiliti;

Billi l-mira ta’ rekwiżiti ta’ kwalità hija tali li tiġi evitata l-produzzjoni ta’ prodotti li għalihom ma teżistix domanda jew prodotti li jistgħu joħolqu distorsjoni tas-suq; billi r-rekwiżiti għandhom ikunu bbażati fuq proċeduri fabbrikanti imparzjali tradizzjonali;

Billi bil-għan li tiġi implimentata is-sistema ta’ għajnuna ta’ produzzjoni dan ir Regolament għandu jkun applikat flimkien mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1599/84 tal-5 ta’ Ġunju 1984 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni ta’ għajnuna ta’ produzzjoni għal prodotti proċessati minn frott u ħaxix [2], kif l-aħħar amendat bir-Regolament (KEE) Nru 1155/86 [3], u b’mod partikolari fir-rigward ta’ eżami tal-prodotti proċessati;

Billi r-rekwiżiti ta’ kwalità mniżżlin f’dan ir-Regolament huma miżuri biex tiġi implimentata s-sistema ta’ għajnuna ta’ produzzjoni; billi rekwiżiti ta’kwalità għall-bejgħ fis-suq tal-prodotti għadhom m’humiex imwaqqfin mill-Komunità; billi rekwiżiti nazzjonali għal dak il-għan jistgħu jkomplu jiġu applikati mill-Istati Membri, basta jkunu kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-moviment ħieles ta’ oġġetti;

Billi l-Kumitat ta’ Ġestjoni għal Prodotti Pproċessati minn Frott u Ħaxix ma bagħatx opinjoni fit-terminu ta’ żmien imniżżel mill-President tiegħu,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti ta’ kwalita’ minimi li prodotti li għandhom bażi ta’ tadam, kif iddefinit fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1599/84, għandhom jilħqu biex jibbenefikaw mill-għajnuna ta’ produzzjoni li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KEE) Nru 426/86.

L-Artikolu 2

Għall-fabbrikant tal-prodotti li saret rifernza għalihom fl-Artikolu 1 tadam frisk, aħmar, f’saħħtu, misjur, sħiħ u nadif biss (frott ta’ Lycopersicum esculentum P. Mill), xieraq għall-ipproċessar, għandu jkun użat u, fejn hu applikabbli, biss il-varjetajiet li sar provvediment għalihom fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1599/84.

It-TITOLU I Rekwiżiti għal tadam imqaxxar

L-Artikolu 3

Għall-għanijiet ta’ dan it-Titolu ‘tadam imqaxxar’ ifisser:

- tadam iffriżat imqaxxar sħiħ u mhux sħiħ, u

- tadam ippriservat imqaxxar sħiħ u mhux sħiħ

kif iddefinit fl-Artikolu 1(2)(h), (ij), (k), u (1) tar-Regolament (KEE) Nru 1599/84.

L-Artikolu 4

1. Dawn l-ingredjenti li ġejjin biss jistgħu jiġu miżjuda ma’ tadam imqaxxar:

- ilma,

- meraq tad-tadam,

- konċentrat tat-tadam,

- (a) melħ komuni (sodju kloridu),

- ħwawar naturali, ħxejjex aromatiċi u l-estratti tagħhom, u aromi naturali.

Bħala adittivi fil-manifattura ta’ tadam imqaxxar biss aċidu ċitriku (E 330) u kalċju kloridu (509) jistgħu jiġu użati.

2. Il-kwantita’ ta’ melħ komuni miżjud m’għandhiex teċċedi 3 % tal-piż nett u meta l-kalċju kloridu jiġi miżjud, il-kontenut totali ta’ kalċju-jonju m’għandux jeċċedi 0,045 % fi stil sħiħ u 0,080 % fi stil mhux sħiħ. Meta tiġi stabbilita il-kwantità ta’ melħ komuni miżjud, il-kontenut naturali ta’ kloridi għandu jkun ikkunsidrat bħala ugwali għal 2 % tal-kontenut ta’ piż xott.

3. Meraq tat-tadam u konċentrat tat-tadam miżjuda għandhom jilħqu r-rekwiżiti minimi kif imniżżlin f’Titolu II.

L-Artikolu 5

1. Tadam imqaxxar għandu jkun ħieles minn togħmiet u rwejjaħ barranija għall-prodott u l-kulur tiegħu għandu jkun karatteristiku għall-varjetà użata u għal tadam imqaxxar ipproċessat kif għandu jkun.

2. Tadam imqaxxar għandu jkun prattikament ħieles mill-qoxra. Tadam sħiħ għandu ukoll ikun prattikament ħieles minn partijiet immakkjati.

3. Il-kont ta’ moffa ta’ tadam imqaxxar (it-tadam u l-likwidu li jiksih) m’għandux jeċċedi 50 % oqsma pożittivi u l-livell tal-PH m’għandux jeċċedi l-4,5.

L-Artikolu 6

1. Il-prodotti għandhom ikunu kunsidrati bħala li huma skond l-Artikolu 5(2) meta t-tolleranzi li ġejjin għal difetti ma jinqabżux:

- makkji: 35 ċm2 erja aggregata;

- qoxra:

- stil sħiħ: 300 ċm2 arja aggregata,

- mħux sħiħ: 1250 ċm2 erja aggregata.

It-tolleranzi ffissati huma kull 10 kg piż nett.

2. Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1:

(a) ‘makkji’ tfisser partijiet li fihom ħsarat fil-wiċċ ikunu nifdu u bħala riżultat ta’ dan jikkuntrastaw bil-qawwa fil-kulur jew fit-tessut mal-laħma u għandhom normalment ikunu mneħħija waqt l-ipproċessar;

(b) ‘qoxra’ tfisser kemm qoxra mwaħħla mal-laħma tat-tadam u u qoxra misjuba maqlugħa fil-kontenitur li jkun jinsab fih.

L-Artikolu 7

1. Fir-rigward ta’ tadam imqaxxar ippriservat it-tadam u l-likwidu li jgħattih f’ kontenitur m’għandhomx jokkupaw inqas minn 90 % tal-volum ta’ l-ilma tal-kontenitur.

2. Il-piż nett imsaffi ta’ tadam imqaxxar ippriservat għandu bħala medja ikun għallinqas ugwali għal 56 % tal-volum ta’ l-ilma, espress fi grammi, li jkun jinsab fih.

3. Meta tadam imqaxxar ipriservat ikun ippakkjat fi ħġieġ li jkun jinsab fih il-volum ta’ l-ilma għandu jkun imnaqqas b’20 ml qabel il-perċentwali li saret riferenza għalihom fil-paragrafi 1 u 2 ikunu kalkolati.

It-TITOLU II Rekwiżiti għal meraq tat-tadam u konċentrat tat-tadam konċentrat

L-Artikolu 8

Għall-iskopijiet ta’ dan it-Titolu, ‘meraq tat-tadam’ u ‘konċentrat tat-tadam’ ifisser il-prodotti definiti fl-Artikolu 1(2)(n) u (o) tar-Regolament (KEE) Nru 1599/84.

L-Artikolu 9

1. L-ingredjenti li ġejjin biss jistgħu jiġu miżjuda mal-meraq tat-tadam u l-ikkonċentrat tat-tadam:

- (d) melħ komuni (sodju kloridu),

- (e) ħwawar naturali, ħxejjex aromatiċi u l-estratti tagħħom, u aromi naturali.

2. Bħala addittiv fil-manifattura ta’ meraq tat-tadam u konċentrat tat-tadam aċidu ċitriku (E 330) jista’ jkun użat. Barra minhekk, fil-manifattura ta’:

- meraq tat-tadam b’kontenut ta’ piż xott ta’ inqas minn 7 %, aċidu askorbiku (E 300) jista’ jkun użat. Madankollu, il-kontenut ta’ aċidu askorbiku m’għandux jeċċedi 0,03 % bħala piż tal-prodott lest,

- konċentrat tat-tadam taħt forma ta’ trab, dijossidu tas-silikon (551) jista’ jkun użat. Madankollu, il-kontenut ta’ dijossidu tas-silikon m’għandux jeċċedi 1 % bħala piż tal-prodott lest.

3. Il-kwantità ta’ melħ komuni miżjuda m’għandhiex teċċedi:

(a) 15 % bħala piż ta’ kontenut ta’ piż xott għall-konċentrat tat-tadam li jkollu kontenut ta’ piż li jeċċedi 20 %; u

(b) 3 % bħala piż tal-piż nett għal konċentrati oħra tat-tadam u għal meraq tat-tadam.

Meta tkun qed tiġi stabbilita l-kwantità ta’ melħ komuni miżjud, il-kontenut naturali ta’ kloridi għandu jkun ikkunsidrat bħala ugwali għal 2 % tal-kontenut ta’ piż xott.

L-Artikolu 10

1. Meraq tat-tadam u konċentrat tat-tadam għandu jkollhom:

(a) kulur aħmar karatteristiku; u

(b) ħawra oġġettiva, karatteristika ta’ prodott ipproċessat kif għandu jkun.

Il-prodotti għandhom ikunu ħielsa minn kull togħma barranija, b’ mod partikolari it-togħma ta’ prodott maħruq jew karamellizzat.

2. Meraq tat-tadam u konċentrat tat-tadam għandhom ikunu:

(a) ħielsa minn materjal ta’ pjanti estranju li jidher, inklużi qoxra, żeriegħa u partijiet ħarxa oħra ta’ tadam;

(b) prattikament ħielsa minn impuritajiet minerali.

3. Ir-rekwiżiti li sar provvediment għalihom fil-paragrafu 2 huma kunsidrati bħala mħarsa meta:

(a) kwalunkwe materjali ta’ impjant estarnji jistgħu jitwaqqfu biss b’eżami intensiv mad-daqqa ta’għajn; u

(b) il-kontenut ta’ impuritajiet minerali ma jeċċedix 0,1 % tal-kontenut ta’ piż xott, imnaqqas bi kwalunkwe melħ komuni miżjud u, fir-rigward ta’ konċentrat tat-tadam taħt forma ta’ trab, kwalunkwe dijossidu tas-silikon miżjud.

4. Meraq tat-tadam u konċentrat tat-tadam għandu jkollhom:

(a) tessitura mqassma indaqs u konsistenza li tindika prattiċi ta’ ipproċessar kif għandhom ikunu;

(b) kontenut ta’ zokkor espress bħala zokkor invertit ta’ mill-inqas 42 % bħala piż tal-kontenut ta’ piż xott imnaqqas bi kwalunkwe melħ komuni miżjud;

(ċ) aċidità sħiħa titratabbli, espressa bħala aċidu ċitriku monoidratat kristallizzat, li ma teċċedix 10 fil-mija bħala piż tal-kontenut ta’ piż xott imnaqqas bi kwalunkwe melħ komuni miżjud;

(d) aċidità volatili, espressa bħala aċidu aċetiku li ma teċċedix 0,4 % bħala piż ta’ kontenut ta’ piż xott, imnaqqas bi kwalundwe melħ komuni miżjud;

(e) lieva ta’ pH li ma teċċedix 4,5.

5. Il-kont ta’ moffa ta’ meraq tat-tadam u konċentrat tat-tadam għandu, meta mħallat ma’ l-ilma biex jilħaq 8 % ta’ kontenut ta’ piż xott, ma jeċċedix 70 % ta’ oqsma posittivi. Għal meraq tat-tadam b’kontenut ta’ piż xott ta’ inqas minn 8 %, il-perċentaġġ ta’ oqsma posittivi għandu jkun imnaqqas proporzjonalment għall-kontenut ta’ piż xott.

It-TITOLU III Rekwiżiti għal fjokku tat-tadam

L-Artikolu 11

Għall-iskopijiet ta’ dan it-Titolu ‘fjokki tat-tadam’ ifisser il-prodott definit fl-Artikolu 1(2) (m) tar-Regolament (KE) Nru 1599/84.

L-Artikolu 12

1. Fjokki tat-tadam għandu jkollhom:

(a) kulur aħmar karatteristiku; u

(b) ħawra oġġettiva, karatteristika ta’ prodott ipproċessat kif għandu jkun; u

(ċ) ikunu ħielsa minn togħmiet jew irwejjaħ barranija għall-prodott.

2. Il-kontenut ta’ piż xott ta’ fjokki tat-tadam għandu jkun għallinqas 93 %.

3. Il-kontenut ta’ impuritajiet veġetali u minerali flimkien m’għandux jeċċedi 1 % bħal piż tal-prodott. Għal dan l-iskop, ‘impuritajiet veġetali’ ifisser materjal ta’ pjanti viżibbli mad-daqqa ta’għajn li m’huwiex parti mit-tadama nfisha jew li kien imwaħħal mat-tadama friska imma li kellu jkun imneħħi matul l-ipproċessar, b’mod partikolari weraq tat-tadam, steli, intietef fil-qalba tal-pjanta.

4. Bħala addittiv fil-manifattura ta’ fjokki tat-tadam biss dijossidu tas-silikon (551) jista’ jkun użat. Madankollu, il-kontenut ta’ dijossidu tas-silikon m’għandux jeċċedi 1 % bħala piż.

5. Il-kont ta’ moffa ta’ fjokki tat-tadam għandu, meta omoġenizzat fl-ilma biex jilħaq 8 % kontenut ta’ piż xott, ma jeċċedix 70 % oqsma pożittivi.

It-TITOLU IV Rekwiżiti għall-kontenut li jkun fih u verifika

L-Artikolu 13

1. Kontenituri b’tadam imqaxxar ippriservat, sħiħ jew mhux sħiħ, u meraq tat-tadam għandhom ikunu mmarkati b’referenza li tidentifika d-data u s-sena ta’ produzzjoni u l-manifattur. F’każijiet fejn meraq tat-tadam ipproċessat f’ dati differenti jkun maħżun flimkien qabel l-ippakkjar, il-markatura għandha tippermetti identifikazzjoni tad-dati kollha tal-produzzjoni.

2. Id-dispożizzjonijiet ta’ paragrafu 1 għadhom ukoll japplikaw għal prodotti oħra li għandhom bażi tat-tadam meta prodotti tali fil-waqt ta’ l-ipproċessar huma ppakkjati fil-kontenituri li jkunu jinsabu fihom u li fihom huma maħsuba li jħallu l-bażi tal-manifattur. F’każi li prodotti tali jkunu maħżuna f’tankijiet jew kontenituri simili li jkunu jinsabu fihom għall-ippakkjar sussegwenti jew riproċessar, id-data jew dati ta’ produzzjoni għandhom ikunu indikati fuq il-kontenitur li jkunu jinsabu fih. Meta prodotti tali jkunu ppakkjati fl-aħħar kontenitur li jkunu jinsabu fih, dawn il-kontenituri għandhom ikollhom fuqhom referenza li tippermetti identifikazzjoni tad-data jew dati tal-produzzjoni u l-manifattur.

3. Il-markatura li saret referenza għaliha f’dan l-Artikolu tista’ tkun f’forma ta’ kodiċi u għandha tkun approvata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri darba sseħħ il-produzzjoni. Dawn l-awtoritajiet jistgħu jadottaw dispożizzjonijiet addizzjonali dwar l-immarkar innifsu.

L-Artikolu 14

Il-manifattur għandu kuljum u f’intervalli regolari matul il-perjodu ta’ l-ipproċessar jivverifika li l-prodotti joqogħdu għar-regolamenti għal eliġibilità minn għajnuna. Ir-riżultat tal verifiki għandu jkun irrekordjat.<

L-Artikolu 15

1. Il-metodi ta’ analiżi biex jiġu stabbiliti:

(a) kontenut ta’ piż xott;

(b) solidi naturali li jinħallu;

(ċ) kontenut ta’ melħ;

(d) kontenut ta’ zokkor;

(e) aċidità totali;

(f) aċidità volubbli;

(g) kontenut ta’ impuritajiet minerali;

(h) lieva pH;

(i) kontenut ta’ kalċju onju; u

(j) kontenut ta’ dijossidu tas-silikon

huma mniżżlin fl-Anness.

2. Kont ta’ moffa għandu jkun stabbilit skond l-AOAC (Assoċjazzjoni ta’ Kimiki Analitiċi Uffiċjali) metodu (kont ta’ moffa Howard).

3. Il-metodi li saret referenza għalihom f’paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu użati biex tiġi determinata definittivament l-eliġibilità għal għajnuna għall-produzzjoni. Metodi oħra jistgħu jkunu użati għal analiżi ta’ rutina.

L-Artikolu 16

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 Lulju 1986.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, is-27 Mejju 1986.

Għall-Kummissjoni

Frans Andriessen

Viċi-President

[1] ĠU L 49, tas-27.2.1986, p. 1.

[2] ĠU L 152, tat-8.6.1984, p. 16.

[3] ĠU L 105, tat-22.4.1986, p. 24.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

KONTENUT TA’ PIŻ XOTT

1. Prinċipju

Il-kontenut ta’ piż xott ifisser il-kontenut totali ta’ solidi naturali (NTS).

Il-kontenut totali ta’ solidi naturali, kemm dawk li jinħallu u li ma jinħallux, jiġi stabbilit bi gravimetrija wara li l-prodott jiġi mnixxef f’70°Ċ ġo vakwum.

2. Apparat

2.1 Forn vakwum ta’ kwalità oġġettiva li għandu distribuzzjoni uniformi ta’ sħana (70°Ċ - 1°Ċ) u li fih vakwum jista’ jinżamm għal bosta sigħat wara li l-pompa tkun waqfet.

2.2 Pompa vakwum ta’ laboratorju kapaċi li żżomm pressjoni li tħaddem forn ta’ inqas minn 25 mm Hg jekk ikun meħtieġ.

2.3 Stallazzjoni li tnixxef l-arja. Purifikatur tal-gass li jkun jinsab fih aċidu sulforiku għandu jkun ikkonnettjat ma’ l-apertura tad-dħul ta’ l-arja tal-forn.

2.4 Banju ta’ l-ilma.

2.5 Dixxijiet bil-qiegħ ċatt b’għotjien li ma tgħaddix arju minnhom, preferibbilment 6 ċm fid-dijametru.

2.6 Miżien analitiku korrett sa 0,1 mg.

2.7 Dessikatur li jkollu fih indikatur ta’ silica gel.

2.8 Kieselguhr imlaħlaħ bl-aċidu.

2.9 Forn b’arja ċirkolatorja li jitħaddem f’110°Ċ.

3. Proċedura

3.1 Poġġi madwar 15 mg ta’ kieselguhr għall kull ċm2 f’kull dixx (madwar 0,4 g f’kull dixx ta’ 6 ċm dijametru).

3.2 Ixxotta d-dixxijiet, bl-għotjien imneħħija, ġo forn b’arja ċirkolatorja li jitħaddem f’110°Ċ għal mill-inqas 30 minuta.

3.3 Erġa’ qiegħed l-għotjien tad-dixxijiet, kessaħ ġo dessikatur u iżen.

3.4 Neħħi l-għotjien tad-dixxijiet u malajr poġġi kwantità xierqa ta’ kampjun imħallat tajjeb fix-dixxijiet. Erġa’ qiegħed l-għotjien u iżen malajr kemm jista’ jkun. Il-piż tal-kampjun għandu jkun bejn 9 u 20 mg ta’ solidi totali kull ċm2 ta’ l-arja tal-wiċċ fil-qiegħ tal-kapsula.

3.5 Neħħi l-għatu, ħawwad il-kampjun u l-kieselguhr flimkien tuża virga tal-ħġieġ u żid ilma ddistillat sakemm taħlita viskuża omoġenja tkun mifruxa uniformalment fuq il-qiegħ ta’ kull dixx. Aħsel il-virga tal-ħġieġ bl-ilma ddistillat.

3.6 Ġib il-kampjun għal nixfa apparenti (kontenut ta’ umdita’ residwali inqas minn 50 % ta’ kontenut ta’ piż xott) billi tuża wieħed minn dawn il-metodi:

3.6.1 Poġġi d-dixxijiet fuq banju ta’ l-ilma li jkun jinsab fih ilma jagħli sakemm ir-residwu jagħqad, isir ta’ kulur roża skur u jibda jilħaq nixfa apparenti.

3.6.2 Poġġi d-dixxijiet ġo forn b’ċirkolazzjoni ta’ arja forzata li jitħaddem f’70°Ċ. Il-forn għandu jkollu ċirkolazzjoni ta’ arja rapida suffiċjenti ġo fih u bdil suffiċjenti ma’ l-arja ta’ barra biex tinkiseb evakwazzjoni rapida ta’ umidità.Eżamina d-dixxijiet f’intervalli ta’ 30 minuta jew inqas u neħħihom malli jilħqu nixfa apparenti.

3.6.3 Poġġi d-dixxijiet ġo forn li jnixxef b’vakwum f’70°Ċ, bil-vit regolatur mhux miftuħ għal kollox sabiex l-arja tkun tista’ tiċċirkola malajr mill-forn bi pressa ta’ mhux inqas minn 310 mm Hg. Eżamina d-dixxijiet f’intervalli ta’ 30 minuta u neħħihom malli jilħqu nixfa apparenti.

3.7 Poġġi l-kampjun mhux imnixxef għal kollox ġo forn li jnixxef b’vakwum, bid-dixxijiet imqegħdin direttament fuq l-ixkaffa.

Ħalli arja xotta tidħol fil-forn, tgħaddi mill-purifikatur H2S04 b’rata ta’ żewġ sa erba’ bżieżaq kull sekonda.

Nixxef il-kampjun għal erba’ sigħat f’70°Ċ u bi pressa li ma teċċedix 50 mm Hg.

It-temperatura tal-forn tista’ tkun baxxa sa 65°Ċ meta t-tnixxif jibda, iżda għandha titla’ sa bejn 69 u 71°Ċ fl-ewwel siegħa.

3.8 Neħħi d-dixxijiet mill-forn, malajr erġa’ poġġi l-għotjien u kessaħ ġo dessikatur.

3.9 Iżen il-kapsuli malli jkunu kesħu għal temperatura ambjentali (wara xi 20 minuta).

4. Espressjoni ta’ riżultati

Perċentwali ta’ solidi totali naturali

% NTS =

x 100

5. Solidi totali naturali

Il-kontenut ta’ solidu totali naturali jkun stabbilit wara li l-kontenut ta’ kloridu jkun stabbilit u melħ miżjud ikun tnaqqas. Il-kontenut ta’ melħ naturali pre-eżistenti huwa iffissat arbitrarjament bħala 2 % tal-kontenut solidu totali.

SOLIDI SOLUBBLI TOTALI NATURALI

1. Definizzjoni

Solidi solubbli totali naturali (NTSS) jiġu stabbiliti bil-metodu refraktometriku: il-konċentrazzjoni sukruża ta’ soluzzjoni akwea jkollha l-istess indiċi refrattiv bħall-prodott analizzat, taħt kundizzjonijiet speċifiċi ta’ preparazzjoni u temperatura. Il-konċentrazzjoni hija espressa f’perċentwal bil-massa.

2. Prinċipju

Refraktometru huwa użat biex jitkejjel l-indiċi refrattiv ta’ soluzzjoni bi prova f’20°Ċ u dan l-indiċi refrattiv ikun imbagħad ikkonvertit, bl-użu ta’ tabelli, fil-kontenut solidu solubbli naturali (espress bħala sukroż).Alternattivament, il-kontenut ta’ solidi solubbli naturali jista’ jinqara direttament fuq ir-refraktometru.

3. Apparat

Tagħmir standard tal-laboratorju, inklużi:

3.1 Refraktometru, li jkollu skala gradwata li turi l-indiċi refrattiv u korrett sa 0,0005. Ir-refraktometru għandu jkun issettjat li juri indiċi refrattiv ta’ 1,3330 għal ilma distillat f’20°Ċ. Għandu jkun ukoll issettjat, għal priżmi jew soluzzjoni standard, biex juri indiċi refrattiv ta’ 1,3920,

alternattivament

3.2 Refraktometru, li jkollu skala gradwata li turi l-perċentwali bil-massa ta’ sukroż u korett sa 0,1 %. Ir-refraktometru għandu jkun issettjat li juri solidu solubbli (espress bħala sukroż) li juri indiċi refrattiv ta’ 0 għal ilma ddistillat f’20°Ċ. Għandu jkun ukoll issetjat, għal priżmi jew soluzzjoni standard, biex juri kontenut ta’ solidu solubbli (espress bħala sukroż) ta’ 36 %.

3.3 Sistema ta’ ċirkolazzjoni ta’ l-ilma, li tippermetti l-priżmi tar-refrakotmetru li jinżammu f’temperatura konstanti (li tvarja b’mhux aktar minn 0,5°Ċ) ta’ madwar 20°Ċ, li hija t-temperatura ta’ referenza (ara 5.1).

3.4 Buqar ta’ kapaċità xierqa.

4. Proċedura

4.1 Preparazzjoni għas-soluzzjoni bi prova [1]

Il-kampjun tal-laboratorju għandu jkun imħallat tajjeb. Agħfas parti mill-kampjun minn garża li ma tassorbix (jew materjal simili) mitwija f’erbgħa. Warrab l-ewwel ftit qtar tal-likwidu u uża l-bqija għall-analiżi.

4.2 Analiżi

Aġġusta s-sistema ta’ ċirkolazzjoni ta’ l-ilma (3.3) li titħaddem fit-temperatura meħtieġa (bejn 15 u 25°Ċ) u ssettjaha li taħdem hekk li l-priżmi tar-refraktometru (3.1 jew 3.2) jilħqu l-istess temperatura, li għandha tinżamm kostanti sa f’0,5°Ċ matul l-analiżi.

Ġib is-soluzzjoni bi prova (4.1) għal temperatura simili għal dik li għandha tintuża fl-analiżi. Qiegħed kwantità zgħira mis-soluzzjoni bi prova (żewġ jew tliet qatriet biżżejjed) fuq il-priżma fissa tar-refraktometru (3.1 jew 3.2) u immedjament aġġusta l-priżma li titħarrek. Id-dehra għall-għajn għandha tkun imdawla kif għandu jkun.Lampa tal-fwar tas-sodju tista’ tintuża biex jinkisbu riżultati aktar preċiżi (b’ mod partikolari jekk il-prodotti huma kkuluriti jew skuri).

Ċaqlaq il-linja li taqsam bejn l-inħawi mdawla jew skuri tad-dehra għall-għajn hekk li tikkonċidi ma’ l-interezzjoni bejn is-sinjali rqaq imsallba fuq l-iskala u aqra l-valur ta’ l-indiċi refrattiv dwar il-perċentwali bil-massa ta’ sukroż skond it-tip ta’ apparat użat (3.1 jew 3.2).

4.3 Numru ta’ determinazzjoni

Żewġ determinazzjonijiet għandhom jitwettqu fuq kull kampjun.

5. Espressjoni ta’ riżultati

5.1 Korrezzjonijiet

Jekk l-analiżi tkun saret f’temperatura oltre l-20°Ċ ± 0,5°Ċ, il-korrezzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu magħmula:

(a) billi l-iskala turi l-indiċi refrattiv (3.1) uża l-formula li ġejja:

n

= n

= 0,00013 (t - 20)

billi din hi t-temperatura użata għall-analiżi, fi gradi Celsius;

(b) billi l-iskala turi l-perċentwali bil-massa ta’ sukroż (3.2), ir-riżultat għandu jkun ikkoreġut billi tintuża Tabella 1.

5.2 Proċedura biex jiġi kalkolat il-kontenut ta’ solidi solubbli

Il-kontenut ta’ solidi solubbli, espress bħala perċentwali bil-massa, huwa kalkolat kif ġej:

5.2.1 Refraktometru li għandu skala gradwata li turi indiċi refrattivi

Aqra minn Tabella 2 il-perċentwali bil-massa ta’ sukroż li tikkorrispondi għall-valur miksub minn 4.2, ikkoreġut, jekk hemm bżonn, b’5.1 (a).Il-kontenut ta’ solidi solubbli huwa ugwali għan-numru hekk misjub.Ir-riżultat għandu jittieħed li hu l-medja aritmetikali taż-żewġ determinazzjonijiet basta l-kundizzjonijiet għal ripetibbilità (ara 5.3) jkunu sodisfatti. Esprimi r-riżultat sa post deċimali wieħed.

5.2.2 Refraktometru li għandu skala gradwata li turi perċentwali bil-massa ta’ sukroż

Il-kontenut ta’ solidi solubbli espress bħala perċentwali bil-massa ta’ sukroż huwa ugwali għan-numru misjub f’4.2, ikkoreġut, jekk hemm bżonn, b’5.1 (b). Ir-riżultat għandu jittieħed li hu l-medja aritmetikali taż-żewġ determinazzjonijiet basta l-kundizzjonijiet għal ripetibbilità (ara 5.3) jkunu sodisfatti. Esprimi r-riżultat sa punt deċimali wieħed.

5.3 Ripetibbiltà

Id-differenza bejn ir-riżultati ta’ żewġ determinazzjonijiet imwettqin f’ suċċessjoni rapida mill-istess analista m’għandhiex teċċedi 0,2 g ta’ solidu solubbli kull 100 g ta’ prodott.

6. Solidi solubbli naturali

Il-kontenut ta’ solidu solubbli totali jiġi stabbilit wara li l-kontenut ta’ kloridu jkun ġie stabbilit u melħ miżjud ikun ġie mnaqqas. Għal kull 1 % ta’ kloridu, 1,13 grad Brix jew 0,0157 indiċi refrattiv għandu jitnaqqas (għal 20°Ċ). Dawn il-korrezzjonijiet jieħdu akkont tal-kontenut ta’ melħ naturali pre-eżistenti, li huwa ffissat arbitrarjament bħala 2 % tal-kontenut solidu totali.

TABELLA 1

Korrezzjoni ta' qari li għandha ssir meta jkun użat refraktometru li għandu skala li turi l-kontenut ta' sukroż, għal temperaturi oltre l-20°Ċ ± 0,5°Ċ

Temperatura oĊ | Kontenut ta' solidu solubbli muri fuq l-iskala f'% (mm) |

5 | 10 | 15 | 20 | 30 | 40 | 50 |

Korrezzjonijiet li għandhom ikunu mnaqqsa

15 | 0,25 | 0,27 | 0,31 | 0,31 | 0,34 | 0,35 | 0,36 |

16 | 0,21 | 0,23 | 0,27 | 0,27 | 0,29 | 0,31 | 0,31 |

17 | 0,16 | 0,18 | 0,20 | 0,20 | 0,22 | 0,23 | 0,23 |

18 | 0,11 | 0,12 | 0,14 | 0,15 | 0,16 | 0,16 | 0,15 |

19 | 0,06 | 0,07 | 0,08 | 0,08 | 0,08 | 0,09 | 0,09 |

Korrezzjonijiet li għandhom ikunu Miżjuda

21 | 0,06 | 0,07 | 0,07 | 0,07 | 0,07 | 0,07 | 0,07 |

22 | 0,12 | 0,14 | 0,14 | 0,14 | 0,14 | 0,14 | 0,14 |

23 | 0,18 | 0,20 | 0,20 | 0,21 | 0,21 | 0,21 | 0,21 |

24 | 0,24 | 0,26 | 0,26 | 0,27 | 0,28 | 0,28 | 0,28 |

25 | 0,30 | 0,32 | 0,32 | 0,34 | 0,36 | 0,36 | 0,36 |

TABELLA 2

Perċentwali bil-massa ta' solidi solubbli (espressi bħala sukroż) b'relazzjoni ma' l-indiċi refrattivi

Indiċi refrattivi | Solidi solubbli (espressi bħala sukroż) |

n20D | %(m/m) |

1,3330 | 0 |

1,3344 | 1 |

1,3359 | 2 |

1,3373 | 3 |

1,3388 | 4 |

1,3404 | 5 |

1,3418 | 6 |

1,3433 | 7 |

1,3448 | 8 |

1,3463 | 9 |

1,3478 | 10 |

1,3494 | 50 |

11 | 1,350 9 |

12 | 1,352 5 |

13 | 1,354 1 |

14 | 1,355 7 |

15 | 1,357 3 |

16 | 1,358 9 |

17 | 1,360 5 |

18 | 1,362,2 |

19 | 1,363 8 |

20 | 1,365 5 |

21 | 1,367 2 |

22 | 1,368 9 |

23 | 1,370 6 |

24 | 1,372 3 |

25 | 1,374 0 |

26 | 1,375, 8 |

27 | 1,377 5 |

28 | 1,379 3 |

29 | 1,381 1 |

30 | 1,382 9 |

31 | 1,384 7 |

32 | 1,386 5 |

33 | 1,388 3 |

34 | 1,390 2 |

35 | 1,392 0 |

36 | 1,393 9 |

37 | 1,395 8 |

38 | 1,397 8 |

39 | 1,399 7 |

40 | 1,401 6 |

41 | 1,403 6 |

42 | 1,405 6 |

43 | 1,407 6 |

44 | 1,409 6 |

45 | 1,411 7 |

46 | 1,413 7 |

47 | 1,415 8 |

48 | 1,417 9 |

49 | 1,420 1 |

KONTENUT TA’ MELĦ

1. Prinċipju

Test kampjun tal-prodott huwa mħallat. Eċċess ta’ soluzzjoni ta’ nitrat tal-fidda ikun imbagħad miżjud. L-eċċess imbagħad ikun standarizzat b’soluzzjoni titrata ta’ tijokjanat tal-potassju fil-presenza ta’ alumi ta’ ammonja ferrika.

2. Preparazzjoni tal-kampjun

2.1 Iżen

g

tal-prodott, tqis li R hu l-kontenut ta’ solidi solubbli totali.

2.2 Ittrasferixxi l-prodott fi flixkun volumetriku ta’ 200 ml, uża ilma distillat li jkun ġie reċentement mgħolli u mkessaħ.

Laħlaħ ir-reċipjent ta’ l-użin b’ilma distillat u trasferixxi l-ilma tat-tlaħliħ għall-flixkun volumetriku. Żid sal-marka b’ilma distillat.

2.3 Ħabbat tajjeb u saffi s-soluzzjoni billi tuża filtru impjegat.

2.4 Ittrasferixxi 20 ml tal-filtrat għal flixkun koniku ta’ 250 ml ħallat ma’ 40 sa 50 ml ta’ l-ilma distillat

3. Il-metodu Charpentier-Volhard

3.1 Reaġenti

3.1.1 Soluzzjoni standard ta’ nitrat tal-fidda 0,1 N.

3.1.2 Aċidu nitriku pur d = 1,4.

3.1.3 Soluzzjoni saturata ta’ sulfat ta’ l-ammonju ferriku (NH4Fe (SO4) 212H2O).

3.1.4 Soluzzjoni standard ta’ tijokjanat tal-potassju 0,1 N.

3.2 Apparat

3.2.1 Bilanċ analitiku

3.2.2 Flixkun koniku ta’ 200-ml

3.2.3 Pipetta gradwata ta’ 10-ml klassi ‘A’

3.2.4 Pipetta gradwata ta’ 20-ml klassi ‘A’

3.2.5 Tubu ta’ 25-ml, klassi "A" skond ir-rakkomandazzjoni fl-abbozz ta’ l-ISO.

3.3 Proċedura

Żid madwar 2 ml ta’ reaġent Nru 2 u 10 ml (imkejlin b’pipetta gradwata) ta’ soluzzjoni Nru 1.

Għalli għal ħames minuti, imbagħad kessaħ.

Ittrita billi tuża soluzzjoni Nru 4 sakemm il-likwidu jsir ta’ kulur roża skur persistenti, wara li żżid ftit qatriet ta’ soluzzjoni Nru 3. Determinazzjoni inizjali issir billi tuża ilma ddistillat (abjad).

3.4 Espressjoni ta’ riżultati

Id-differenza bejn il-volumi użati ta’ soluzzjonijiet Nru 1 u Nru 4 tirrappreżenta l-volum tas-soluzzjoni ta’ nitrat tal-fidda użata biex tippreċipita l-kloridi preżenti fil-kampjun bi prova, tnaqqis magħmul għall-abjad. 1 ml ta’ soluzzjoni ta’ nitrat tal-fidda 0,1 N tikkorrispondi għal 0,00585 g ta’ sodju kloridu. Esprimi r-riżultati fi grammi ta’ sodju kloridu għal 100 g tal-prodott.

Innota li l-kontenut ta’ melħ naturali pre-eżistenti huwa fissat arbitrarjament bħala 2 % tal-kontenut ta’ solidu totali.

Kontenut ta' kloridu naturali

=

NTS CI

,

billi:

NTS = kontenut ta’ piż xott,

ClT = kloridi totali.

Kloridi miżjuda = ClT – Clnat.

KONTENUT TA’ ZOKKRIJIET

1. Prinċipju

Normalment bejn 40 u 60 % tal-kontenut ta’ piż xott fid-derivattivi tat-tadam jikkonsisti f’zokkrijiet reduċenti, l-aktar glukos u fruktos fi proprozjonijiet bejn wieħed u ieħor ugwali. Il-kontenut sukruż naturali tat-tadam huwa negliġibbli. Il-kontenut ta’ zokkor naturali huwa stabbilit bil-metodu Lane u Eynon mingħajr inverzjoni. Il-metodu Lane u Eynon juża s-soluzzjoni ta’ Fehling.

2. Reaġenti

2.1 Soluzzjoni ta’ sulfat tar-ramm aħmar

Dewweb fl-ilma distillat 34,639g ta’ CuS04SH2O, ħallat għal 500 ml u saffi minn ħjut jew karta filtrata.

2.2 Soluzzjoni alkalina ta’ tartar ta’ sodju potassiku

Dewweb 173 g ta’ tartar ta’ sodju potassiku 4H20 (melħ Rochelle) ma’ 50 g a’ NaOH fl-ilma u ħallat għal 500 ml. Ħalli joqgħod għal jumejn imbagħad saffi mill-asbestos.

2.3 Soluzzjoni saturata ta’ aċeta taċ-ċomb.

2.4 Soluzzjoni Carrez

I. Soluzzjoni akwea ta’ ċjanuroferro potassiku 15 %.

II. Soluzzjoni akwea ta’ aċeta taż-żingu 30 %.

2.5 Soluzzjoni akwea ta’ 1 % metilin ikħal.

2.6 Soluzzjoni saturata ta’ Na2SO4 (sulfat tas-sodju) jew ossalat tas-sodju.

2.7 Soluzzjoni ta’ 1 % fenolftalejn fl-alkoħol.

2.8 Soluzzjoni ta’ NaOH 0,1 N (4 g NaOH f’ 1000 ml ilma).

3. Apparat

3.1 Bilanċ analitiku.

3.2 Karta filtrata għal tisfija rapida.

3.3 Tubu ta’ 25 ml.

3.4 Flixkun koniku Erlenmeyer.

3.5 Pitpetta ta’ 10 ml.

3.6 Flixkun volumetriku ta’ 200 ml tip Kohlrausch.

4. Proċedura

4.1 Għad-determinazzjoni ta’ zokkrijiet f’derivattivi tat-tadam li tuża l-metodu Lane u Eynon, il-kwantità tal-kampjun analizzat għandha tkun tali li, wara kjarifikazzjoni u taħlil, is-soluzzjoni ta’ zokkor analizzata għandu jkollha fiha kwantità ta’ zokkor tali li 10 ml tas-soluzzjoni Fehling tkun kompletament imnaqqsa b’25 sa 50 ml ta’ soluzzjoni ta’ zokkor.Is-soluzzjoni ta’ zokkor għandha għalhekk tkun hekk li jkun jinsab fiha bejn 105 u 205 mg ta’ zokkor invertit għal kull 100 ml ta’ soluzzjoni, kif muri fit-Tabella.

Matul id-determinazzjoni, is-soluzzjoni ta’ zokkor imkejla tkun imħallta hekk li 32 ml huma meħtieġa biex inaqqsu 10 ml tas-soluzzjoni Fehling: din il-konċentrazzjoni taqa’ fin-nofs tal-medda mogħtija fit-Tabella. Is-soluzzjoni ta’ zokkor b’hekk ikun jinsab fiha bejn wieħed u ieħor 160 mg ta’ zokkor invertit għal kull 100 ml ta’ soluzzjoni.

4.2 Iżen kwantità ta’ derivattiv tat-tadam li jikkorrispondi għal bejn wieħed u ieħor

g,

billi R hija l-kontenut NTSS (solidi solubbli totali naturali).

4.3 Ittrasferixxi l-kampjun bi prova għal ġo flixkun ta’ 200 ml bil-qiegħ tond. Laħlaħ il-kampjun bi prova b’dak li jkun jinsab fih u ttrasferixxi l-ilma tat-tlaħliħ għal ġo flixkun: imbagħad żid sal-marka billi tuża ilma ddistillat.

4.4 Neħħi 100 ml minn din is-soluzzjoni billi tuża pipetta u ttrasferixxi għal ġo flixkun volumetriku ta’ 250 ml.

4.5 Tuża l-pipetta, żid 4 sa 5 ml ta’ soluzzjoni ta’ aċetat taċ-ċomb saturat; kompli billi żżid din is-soluzzjoni bil-galbu, żewġ qatriet kull darba, sakemm il-likwidu jkun ċar.

4.6 Kjarifikazzjoni għandha, madankollu, preferibilment, tkun miksuba billi żżid 5 ml ta’ soluzzjoni Carrez I u 5 ml soluzzjoni Carrez II.

4.7 Wara l-kjarifikazzjoni, ħalli l-likwidu joqgħod għal 15-il minuta.Imbagħad żid kwantità tas-soluzzjoni saturata ta’ sulfat tas-sodju jew ossalat tas-sodju sabiex tneħħi kull aċetat taċ-ċomb żejjed. Jekk ikun hemm aċetat taċ-ċomb żejjed, iż-żieda ta’ sulfat tas-sodju jew soluzzjoni ossalata tipproduċi preċipitat abjad.

4.8 Ħalli joqgħod għal 15-il minuta, imbagħad żid għall-marka ta’ 250 ml b’ilma ddistillat.Ħabbat tajjeb, imbagħad saffi billi tuża filtru tal-karti mitwi. Ittrasferixxi ftit mill-iffiltrat ċar għal ġo tubu ta’ 100 ml: din is-soluzzjoni hija issa lesta għall-analiżi.

4.9 Żewġ determinazzjonijiet ta’ kontenut ta’ zokkor għandhom jiġu mwettqa:

(a) Determinazzjoni ta’ prova

Ittrasferixxi 10 ml ta’ taħlita ta’ partijiet ugwali tas-soluzzjonijiet Fehling għal ġo flixkun Erlenmeyer ta’ 200 ml sa 250 ml imqiegħed fuq xibka tal-wajer (Kwantitajiet ugwali tas-soluzzjonijiet Fehling A u B għandhom ikunu mħallta flimkien għal ftit minuti qabel id-determinazzjoni. Billi tuża t-tubu, żid madwar 25 ml tas-soluzzjoni taz-zokkor. Għalli għal 15-il sekonda.

Żid aktar kwantitajiet tas-soluzzjoni kull 10 sekondi, sakemm il-kulur ikħal isir pallidu.

Żid qatra jew tnejn ta’ metilin ikħal indikatur u kompli żid is-soluzzjoni ta’ zokkor sakemm l-indikatur jibdel il-kulur kompletament.

Il-likwidu jagħli jsir kannella ħamrani.

(b) Determinazzjoni ta’ l-aħħar

Poġġi 10 ml ta’ taħlita ta’ partijiet ugwali tas-soluzzjonijiet Fehling ġo flixkun Erlenmeyer ta’ 200-ml sa 250-ml, imbagħad żid direttament il-kwantità ta’ soluzzjoni taz-zokkor li kienet ġiet użata matul il-prova ta’ tirazzjoni 0,5 ml inqas. Ħalli t-taħlita tagħli u ħalliha ttektek għal eżattament żewġ minuti. Żid qatra jew tnejn ta’ metilin ikħal, imbagħad żid il-bqija tas-soluzzjoni taz-zokkor, żewġ jew tliet qatriet kull darba, f’intervalli ta’ 10 sekondi għal madwar minuta, sakemm il-kulur ikħal ta’ l-indikatur isir kannella ħamrani.

Ħalli A tkun il-kwantità ta’ soluzzjoni taz-zokkor użata, espressa f’ 0,1 ml.

Billi dan huwa metodu empiriku, l-istruzzjonijiet kollha mogħtija hawn fuq għandhom jiġu segwiti metikolożament.

5. Espressjoni ta’ riżultati

It-Tabella li ġejja għandha tkun użata biex tikkalkola, min-numru ta’ ml ta’ soluzzjoni taz-zokkor użati, il-kontenut ta’ zokkor invertit tas-soluzzjoni taz-zokkor u tal-kwantità ta derivattiv tat-tadam li tkun tinsab fil-kampjun prova. Il-formula għall-kalkolazzjoni hija kif ġej

Zokkrijiet totali fi g kull 100 g ta' prodott =

,

billi C (kolonna 3 tat-Tabella) tikkorrispondi għall-volum A ta’ zokkor użat (kolonna 1 tat-Tabella).

Jekk il-kontenut ta’ zokkor invertit (espress bħala perċentaġġ bil-piż ta’ derivattiv tat-tadam) ikun diviż bil-kontenut ta’ solidi solubbli totali naturali (NTSS), ir-riżultat huwa l-kontenut ta’ zokkor invertiti kull 100 g ta’ solidi solubbli.

TABELLA

mg ta' zokkor invertit kull 10 ml ta' soluzzjoni Fehling

A ml ta' zokkor użat | B fatturi ta' zokkor invertit | Ċ mg ta' zokkor invertit f'soluzzjoni ta' 100 ml |

25,0 | 51,2 | 204,8 |

2 | 203,4 |

4 | 201,9 |

6 | 200,4 |

8 | 198,9 |

26,0 | 51,3 | 197,4 |

2 | 196,0 |

4 | 194,6 |

6 | 193,2 |

8 | 191,8 |

27,0 | 51,4 | 190,4 |

2 | 189,1 |

4 | 187,7 |

6 | 186,4 |

8 | 185,0 |

28,0 | 51,4 | 183,7 |

2 | 182,5 |

4 | 181,2 |

6 | 180,0 |

8 | 178,7 |

29,0 | 51,5 | 177,5 |

2 | 176,3 |

4 | 175,2 |

6 | 174,0 |

8 | 172,9 |

30,0 | 51,5 | 171,7 |

2 | 170,6 |

4 | 169,5 |

6 | 168,5 |

8 | 167,4 |

31,0 | 51,6 | 166,3 |

2 | 165,3 |

4 | 164,3 |

6 | 163,2 |

8 | 162,2 |

32,0 | 51,6 | 161,2 |

2 | 160,3 |

4 | 159,4 |

6 | 158,4 |

8 | 157,5 |

33,0 | 51,7 | 156,6 |

2 | 155,7 |

4 | 154,8 |

6 | 154,0 |

8 | 153,1 |

34,0 | 51,7 | 152,2 |

2 | 151,3 |

4 | 150,5 |

6 | 149,6 |

8 | 148,8 |

35,0 | 51,8 | 147,9 |

2 | 147,1 |

4 | 146,3 |

6 | 145,5 |

8 | 144,7 |

36,0 | 51,8 | 143,9 |

2 | 143,2 |

4 | 142,4 |

6 | 141,7 |

8 | 140,9 |

37,0 | 51,9 | 140,2 |

2 | 139,5 |

4 | 138,8 |

6 | 138,0 |

8 | 137,3 |

38,0 | 51,9 | 136,6 |

2 | 135,9 |

4 | 135,3 |

6 | 134,6 |

8 | 134,0 |

39,0 | 52,0 | 133,3 |

2 | 132,7 |

4 | 132,0 |

6 | 131,4 |

8 | 130,7 |

40,0 | 52,0 | 130,1 |

2 | 129,5 |

4 | 128,9 |

6 | 128,3 |

8 | 127,7 |

41,0 | 52,1 | 127,1 |

2 | 126,5 |

4 | 125,9 |

6 | 125,4 |

8 | 124,8 |

42,0 | 52,1 | 124,2 |

2 | 123,6 |

4 | 123,1 |

6 | 122,5 |

8 | 122,0 |

43,0 | 52,2 | 121,4 |

2 | 120,9 |

4 | 120,3 |

6 | 119,8 |

8 | 119,2 |

44,0 | 52,2 | 118,7 |

2 | 118,2 |

4 | 117,7 |

6 | 117,1 |

8 | 116,6 |

45,0 | 52,3 | 116,1 |

2 | 115,6 |

4 | 115,1 |

6 | 114,7 |

8 | 114,2 |

46,0 | 52,3 | 113,7 |

2 | 113,2 |

4 | 112,8 |

6 | 112,3 |

8 | 111,9 |

47,0 | 52,4 | 111,4 |

2 | 111,0 |

4 | 110,5 |

6 | 110,5 |

8 | 109,6 |

48,0 | 52,4 | 109,2 |

2 | 108,8 |

4 | 108,4 |

6 | 107,9 |

8 | 147,5 |

49,0 | 52,5 | 107,1 |

2 | 106,7 |

4 | 106,3 |

6 | 105,9 |

8 | 105,5 |

50,0 | 52,5 | 105,1 |

2 |

4 |

6 |

8 |

AĊIDITA’ TITRATABBLI TOTALI

1. Prinċipju

Il-kontenut ta’ aċidi naturali totali tal-prodott huwa mkejjel b’titrazzjoni b’soluzzjoni ta’ sodju idrossiku u użu ta’ potentjometrija.

2. Reaġenti

2.1 Soluzzjoni ta’ sodju idrossiku titrata 0,1 N, ħielsa minn karbonju dijossidu.

2.2 Soluzzjoni intermedji b’valuri pH magħrufa ta’ madwar 8,0.

2.3 Soluzzjoni ta’ 1 % fenolftalejn fl-alkoħol.

3. Apparat

Apparat standard tal-laboratorju, li jinkludi:

- potenzjometru b’elettrodu tal-ħġieġ,

- aġitatur mekkaniku jew elettrokanjetiku,

- bilanċ analitiku,

- buqar ta’ 50 ml,

- pipetta gradwata ta’ 200 ml,

- pipetta gradwata ta’ 50 ml,

- tubu ta’ 25 ml - Klassi "A" skond ir-rakkomandazzjoni ta’ l-abbozz ta’ l-ISO.

4. Proċedura

Iżen ġo buqar ta’ 50-ml kwantità ta’ prodott li tikkorrispondi għal

g,

± 0,01 g billi R tirrappreżenta l-kontenut ta’ NTSS (solidi solubbli totali naturali).

Ittrasferixxi l-kampjun għal ġo flixkun volumetriku ta’ 200-ml. Żid għal 200 ml b’ilma ddistillat mgħolli. Ħabbat tajjeb. Saffi. Neħħi 50 ml ta’ filtrat u trasferixxi għal ġo buqar baxx u biż-żaqq (kapaċità minima 400-ml). Żid bejn 150 u 200 ml ta’ ilma ddistillat mgħolli.

Billi tuża soluzzjonijiet intermedji b’valuri pH ta’ madwar 8,0, iċċekkja li l-potenzjometru qiegħed jaħdem sewwa. Billi tuża t-tubu, żid is-soluzzjoni ta’ sodju idrossiku (2.1) b’ħeffa mhux ħażin, waqt li tħabbat, sakemm il-valur pH ikun madwar 6,0. Żid aktar mis-soluzzjoni bil-mod sakemm il-pH jilħaq 7,0. Imbagħad żid aktar mis-soluzzjoni qatra qatra, tinnota wara kull żieda l-volum tas-soluzzjoni ta’ sodju idrossiku (2.1) u l-valur pH sakemm pH ta’ 8,1 ± 0,2 jintlaħaq. Iddeduċi, b’interpretazzjoni, il-volum eżatt ta’ soluzzjoni ta’ sodju idrossiku li tikkorrispondi għal valur pH ta’ 8,1.

Mill-inqas żewġ determinazzjonijiet għandhom jiġu mwettqa fuq l-istess kampjun ippreparat.

5. Espressjoni ta’ riżultati

L-aċidità titratabbli hija espressa bħala aċidu monoidratat bħala perċentwali ta’ kontenut ta’ użin xott. 1 ml ta’ soluzzjoni ta’ sodju idrossiku (2.1) tikkorrispondi għal 0,007 g ta’ aċidu idtrattat.

AĊIDITA’ VOLATILI

1. Prinċipju

Aċidi volatili huma mneħħija f’kurrenti ta’ fwar ta’ ilma u titrattati fid-distillat fil-preżenza ta’ fenolftalejn jew billi tuża miter ta’ pH.

2. Reaġenti

2.1 Soluzzjoni titratata ta’ sodju idrossiku N/50 (0,02) imħejji frisk minn soluzzjoni N/10.

2.2 Soluzzjoni ta’ 0,05 % fenolftalejn fl-alkoħol.

2.3 Aċidu tartariku kristallizzat.

2.4 Soluzzjoni titratata ta’ aċidu idrokloriku 0,1 N.

3. Apparat

3.1 Apparat speċjali biex tneħħi aċidi f’kurrent ta’ fwar ta’ ilma.

3.2 Miżien analitiku.

3.3 Tubu ta’ 10-ml gradwat f’għoxrinijiet ta’ millilitru.

3.4 Flixkun koniku ta’ 200-ml.

4. Proċedura

Imla l-flixkun ta’ l-apparat b’bejn wieħed u ieħor 1,05 litri ta’ ilma distillat mgħolli frisk. Żid ftit biċċiet ta’ ġebla pumika. Iżen akkuratament, sa f’0,01 g, kwantità ta’ prodott li tikkorrispondi għal

g,

billi R tirrappreżenta l-kontenut ta’ NTSS (solidi solubbli totali naturali). Wara taħlita kif meħtieġa, ferra’ fit-tubu ta’ ġewwa ta’ l-apparat. Żid madwar 100 mg ta’ reaġant 2.3.Ikkonnettja l-flixkun mal-kondensatur. Iddistilla 150 ml f’madwar 30 minuta, tiġbor id-distillat ġo flixkun koniku ta’ 200 ml, bil-ponta tal-kondensatur imgħaddsa fi kwantità żgħira ta’ ilma ddistillat mgħolli frisk. Waqqaf il-proċedura.Ferra’ ftit qatriet ta’ fenolftalejn (2.2) fil-flixkun u ittrata l-aċidità billi tuża is-soluzzjoni ta’ sodju idrossoku N/50 (2.1) sakemm l-indikatur isir kulur roża skur persistenti. Ladarba s-soluzzjoni ta’ sodju idrossiku N/50 hija instabbli, iċċekkja t-titru qabel l-użu b’soluzzjoni N/10 ta’ aċidu idrokloriku (2.4). It-titrazzjoni tista’ ukoll tkun magħmula billi tuża miter tal-pH.

5. Espressjoni ta’ riżultati

Aċidità volatili hija espressa bħala perċentwali ta’ aċidu aċetiku ta’ kontenut ta’ piż xott. M1 wieħed ta’ soluzzjoni ta’ sodju idrossiku N/50 (2.1) tikkorrispondi għal 0,0012 ta’ aċidu aċetiku.

IMPURITAJIET MINERALI

1. Prinċipju

Impuritajiet tqal, ġeneralment minn ħamrija (p.e. ramel) imma possibilment ukoll biċċiet ta’ metall jew minerali ta’ densità għolja, huma sspeparati a bażi tad-densità tagħhom. Materja organika hija meqruda bil-ħruq f’500 sa 600°Ċ. Ir-residwu li jirriżulta jkun miżun.

2. Apparat

Tagħmir standard ta’ laboratorju, li jinkludi:

2.1 Buqar, li jesa 250 ml sa 1000 ml.

2.2 Dixxijiet magħmulha mis-silika, il-porċellana jew mill-platinu.

2.3 Filtri mingħajr irmied.

2.4 Lembut separanti għamla ta’ lanġasa, li jesa 2 litri b’vit ta’ dijametru wiesa’ (ara l-istampa).

2.5 Forn spartimentat issettjat għal 500 sa 600°Ċ.

2.6 Nixxief.

2.7 Miżien analitiku.

3. Proċedura

Iżen ġo buqar kwantità tal-prodott li tikkorrispondi għal

g,

± 0,01 g billi R tirrappreżenta l-kontenut ta’ NTSS (solidi solubbli totali naturali). Żid bejn 100 u 150 ml ilma.Ħawwad tajjeb.Ferra’ fil-lembut separanti ta’ 2-litri, li għandu jkun parzjalment mimli bl-ilma, u settja t-tubu aġġustabbli hekk li t-tarf ta’isfel tiegħu jkun għallinqas nofsu ‘l isfel fil-bozza. Ħalli l-ilma jiġri fil-lembut bir-rata li tikkawża biżżejjed turbulenza biex tissepara s-sustanzi minerali mill-polpa. Neħħi l-polpa f’sospenzjoni mingħajr ma tneħħ r-ramel; għal dan l-iskop it-tubu aġġustabbli għandu jkun imniżżel lejn il-qiegħ tal-lembut separanti.

Kompli ħaddem sakemm biss l-impuritajiet minerali jibqgħu fil-qiegħ tal-lembut. Innota li r-residwu jista’ xi drabi ukoll ikun fih skart organiku tqil bħal żerriegħa tat-tadam. Poġġi l-lembut separanti fuq lembut li jkollu filtru bla rmied u saffi r-residwu kollu mill-filtru billi tiftaħ il-vit tal-lembut separanti u tifflaxxja ‘l barra kif meħtieġ bl-ilma.Laħlaħ il-filtru b’ilma ddistillat, imbagħad poġġi l-karta filtranti u r-residwu ġod-dixx inċineranti. Nixxef id-dixx, residwu u filtru, imbagħad xawwat fuq fjamma baxxa u fl-aħħarnett aħraq fil-forn spartimentat f’500 sa 600°Ċ għal 30 minuta.

Ħalli jiksaħ fin-nixxief u iżen akkuratament sa f’0,0002 g.

Mill-inqas żewġ determinazzjonijiet għandhom jiġu mwettqa fuq il-kampjun. Il-perċentwali bil-massa ta’ impuritajiet minerali huwa mogħti b’

(

M

- M

) x

billi:

Mo hija l-massa tad-dixx fi grammi,

M1 hija l-massa tad-dixx u rmied fi grammi,

E tirrappreżenta l-kontenut ta’ piż xott tal-kampjun.

Disinn ta’ apparat użat għal separazzjoni kontinwa ta’ impuritajiet minerali insolubbli fl-ilma

+++++ TIFF +++++

pH

1. Prinċipju

Il-pH ta’ derivattivi tat-tadam huwa stabbilit elettrometrikament billi tuża miter tal-pH.

2. Apparat

2.1 Miter tal-pH.

2.2 Elettrodi ta’ referenza u pH jew elettrodu kumbinat.

2.3 Soluzzjoni intermedji pH = 4,0 u pH = 7,0.

3. Proċedura

3.1 Ikkalibra l-miter tal-pH billi tuża s-soluzzjonijiet intermedji.

3.2 Kejjel it-temperatura tal-prodott billi tuża termometru u ssettja l-istrument għal dik it-temperatura.

3.3 Daħħal l-elettrodu jew elettrodu kumbinat fil-prodott tat-tadam mhux imħallat.

4. Espressjoni ta’ riżultati

Il-pH huwa muri direttament mill-apparat.

KONTENUT TA’ KALĊJU-JONJU

1. Prinċipju

Il-kontenut ta’ kalċju huwa stabbilit bi spettrofotometrija ta’ assorbiment atomiku fuq kampjun ippreparat minn qabel.

Biex tipprevjeni jonizzazzjoni parzjali ta’ l-elementi fil-fjamma, żid lantanum għall-analiżi ta’ kwantità tal-kalċju.

2. 2.Reaġenti

2.1 Aċidu nitriku extra-pur 65 %.

2.2 Soluzzjoni ta’ referenza li jkun jinsab fiha 1 mg/ml kalċju.

2.3 5 % soluzzjoni lantanum.

Ħoll 134 g kloridu lantanum (LaCl3; 7H2O) f’ilma distillat doppjament u ġib volum sa 1000 ml.

2.4 Aċidu sulforiku konċentrat extra-pur (D = 1,84).

3. Apparat

3.1 Spettrofotometru ta’ assorbiment atomiku.

3.2 Dixxijiet tal-platinu, dijametru 10 ċm, għoli 3 ċm, qiegħ ċatt.

3.3 Forn spartimentat u hot plate.

3.4 Lampa infra-red.

3.5 Tagħmir tal-ħġieġ iddekontaminat (ħieles mill-kalċju).

4. Proċedura

4.1 Rimarki introduttorji

Attenzjoni speċjali għandha tittieħed biex tiżgura l-indafa tar-reċipjenti użati. Tagħmir tal-ħġieġ għandu jitlaħlaħ minn qabel b’ilma ddistillat doppjament.

Is-soluzzjonijiet kollha u t-taħlitiet kollha għandhom ikunu preparati b’ilma distillat doppjament.

Għal taħlit, kampjun għandu jkun mill-inqas 1 ml.

F’kull serje ta’ miżuramenti l-valuri ta’ kalibrazzjoni għandhom jitwaqqfu b’soluzzjonijiet xierqa.

Għal determinazzjoni ta’ kwantità b’assorbenza ta’ spettrometrija, aġġusta bil-galbu l-apparat għall-aħjar linjaodna.

Jekk l-istadji varji tal-proċedura li għandha tiġi segwita huma mwettqin f’labortorji differenti (p.e. laboratorju ta’ preparazzjoni u laboratorju ta’ miżurament), huwa vitali li l-istess grupp ta’ ilma distillat doppjament ikun użat biex iħallat is-soluzzjonijiet għal analiżi u soluzzjonijet standard.

4.2 Mineralizzazzjoni tal-kampjun

4.2.1 Diġestjoni fl-istadju niedi

Iżen 1 sa 2 g tal-kampjun omoġeinizzat, skond il-kwantità meqjusa ta’ kalċju, ġo flixkun Kjeldhal.

Fil-każ ta’ prodotti likwidi, iżen 10 g u kkonċentra ‘l isfel għal volum imnaqqas (2 sa 3 ml).

Żid 10 ml aċidu nitriku kkonċentrat (2.1) u 2,5 ml aċidu sulforiku (2.4).

Ibda saħħan bil-mod ħafna sakemm jidhru fwar bojod.

F’dak il-waqt is-soluzzjoni għandha tkun ċara u bla kulur.

Jekk dan ma jkunx hekk, bil-galbu żid ftit qatriet ta’ aċidu nitriku (2.1) u kompli saħħan sakemm jidher fwar abjad.

Darba d-destruzzjoni tkun kompluta, ferra’ s-soluzzjoni li għandha tkun ridotta għal 2 sa 3 ml ġo flixkun volumetriku ta’ 25 ml u żid għall-volum b’ilma ddistillat doppjament.

Kampjuni ppreparati b’din il-manjiera huma analizzati u mqabblin b’soluzzjonijiet aċidi sulforiċi (2.4).

4.2.2 Tirmid xott

Iżen 5 sa 10 g tal-kampjun, skond il-kwantità mistħajla ta’ kalċju, ġo dixx tal-platinu (3.2).

Nixxef ġo forn spartimentat jew fuq hot plate jew taħt lampa infra-red, fuq nar bati, bil-mod, biex tevita li titlef materja bit-togħlija. Poġġi r-residwu fil-forn spartimentat imsaħħan minn qabel għal 400°Ċ u ahraq għal mill-inqas sitt sigħat.

Jekk il-kadmiju jkun preżenti, ftit qatriet ta’ aċidu fosforiku jew sulforiku għandhom ikunu miżjuda.

Jekk l-irmied ma jkunx komlpetament abjad, dan għandu jkun imxarrab bi ftit qatriet ta’ aċidu nitriku, il-prodott għandu jkun imnixxef kompletament taħt il-lampa infra-red sakemm ma jkunx hemm aktar fwar bojod, u t-tattament fil-forn spartimentat għandu jkun ripetut għal mill-inqas erba’ sigħat.

Ħallat l-irmied ma’ 1 ml aċidu nitriku, ittrasferixxi għall-flixkun volumetriku ta’ 50 ml u żid sal-marka bl-ilma.

4.3 Determinazzjoni diretta

Kwantitajiet jistgħu jkunu mkejla direttament mingħajr ma timmeineralizza l-kampjun fil-każ ta’ prodotti likwidi (meraq jew ikkonċentrat imħallat).

Stabbilixxi l-kwantità tal-kalċju fil-preżenza ta’ 0,5 % lantanum billi tħallat is-soluzzjoni oriġinali (2.3).

4.4 Determinazzjoni

Ħallat is-soluzzjonijiet tal-kampjun hekk li l-konċentrazzjoni tal-kalċju li għandu jkun analizzat taqa’ fil-medda ta’ konċentrazzjoni tal-kurva ta’ kalibrazzjoni.

Kalċju: λ= | 422,7 mm Fjamma: arja/aċitilena Koeffiċjenti korrettiv għal sfond ta' ħoss |

4.5 Preparazzjoni ta’ kurva ta’ kalibrazzjoni

Ħu erba’ fliexken volumetriċI ta’ 10-ml u ferra’ 1 ml aċidu nitriku kkonċentrat u 1 ml 5 % soluzzjoni ta’ lantanum (2.3) f’kull wieħed.

Ferra’ 0, 1, 3 u 5 ml rispettivament ta’ soluzzjoni kalċjum ta’ 10-ppm fil-fliexken u żid sal-marka b’ilma ddistillat doppjament.

Stabbilixxi l-assorbiment ta’ kull soluzzjoni u ippjana l-kurva ta’ kalibrazzjoni wara li tnaqqas il-valur vojt mill-istandards.

5. Kalkolazzjonijiet

Il-kontenut ta’ kalċju huwa kkalkolat mill-valuri ta’ kalibrazzjoni korrispondenti stabbilit matul kull serje ta’ miżuramenti, tieħu fatturi ta’ dilwizzjoni akkont.

6. Preċiżjoni tal-Metodu

Ripetibbilità (r):

Kalċju: r = 1,1 + 0,029 xi mg/1.

Riproduzzjonibbilità (R):

Kalċju: R = 2,2 + 0,116 xi mg/1.

xi = konċentrazzjoni mkejla.

KONTENUT TA’ SILIKON OSSIDU

1. Proċedura

Iżen 10 g trab tat-tadam jew fjokki sa f’ 0,01 g ġo buqar ta’ 300-ml. Żid 200 ml ilma. Ħallat tajjeb. Ħalli joqogħod għal 10 minuti. Bil-galbu ferra’ ‘l barra dak li jitla’ fil-wiċċ. Irrepeti li tkun għamilt għat-tieni darba. Iġbor ir-residwu solidu fuq filtru ultra-fast mingħajr irmied. Ixwi ġo dixx ta’ l-inċinerazzjoni tal-porċellana. Jekk meħtieġ, ħallat bi ftit ilma ddistillat u rritorna fil-forn sakemm l-irmied ikun abjad.

Saħħan bil-mod ħafna u iġbor il-fdalijiet solidi fuq filter ippjegat mingħajr irmied, nixxef u ixwi ġo dewwieb miżjun (m0). Jekk ikun meħtieġ ħallat bħal qabel bi ftit ilma distillat u ixwi għal darb’oħra jekk l-irmied ma jkunx abjad. Iżen id-dewwieb (m).

2. Kalkolazzjonijiet

(m - m0) x 10 = persentaġġ ta’ ossidu tas-silikon fit-trab.

[1] Jekk il-prodotti huma magħquda jew ikkonċentrati bil-bosta, jista’ ma jkunx possibbli li tikseb il-qtar ta’ likwidu meħtieġ għal analiżi refraktometrika. Taħt dawn iċ-ċirkostanzi l-analiżi m’għandhiex issir. Taħt l-ebda ċirkostanza m’għandu l-kampjun ikun imħallat bl-ilma.

--------------------------------------------------

Top