EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31986L0609

Id-Direttiva Tal-Kunsill ta' l-24 ta' Novembru 1986 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar il-protezzjoni ta' l-annimali użati għall-għanijiet sperimentali u għanijiet oħra xjentifiċi

OJ L 358, 18.12.1986, p. 1–28 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Special edition in Finnish: Chapter 15 Volume 007 P. 157 - 184
Special edition in Swedish: Chapter 15 Volume 007 P. 157 - 184
Special edition in Czech: Chapter 15 Volume 001 P. 292 - 320
Special edition in Estonian: Chapter 15 Volume 001 P. 292 - 320
Special edition in Latvian: Chapter 15 Volume 001 P. 292 - 320
Special edition in Lithuanian: Chapter 15 Volume 001 P. 292 - 320
Special edition in Hungarian Chapter 15 Volume 001 P. 292 - 320
Special edition in Maltese: Chapter 15 Volume 001 P. 292 - 320
Special edition in Polish: Chapter 15 Volume 001 P. 292 - 320
Special edition in Slovak: Chapter 15 Volume 001 P. 292 - 320
Special edition in Slovene: Chapter 15 Volume 001 P. 292 - 320
Special edition in Bulgarian: Chapter 15 Volume 001 P. 218 - 246
Special edition in Romanian: Chapter 15 Volume 001 P. 218 - 246
Special edition in Croatian: Chapter 15 Volume 026 P. 14 - 41

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 09/05/2013; Imħassar b' 32010L0063

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1986/609/oj

31986L0609

Id-Direttiva Tal-Kunsill ta' l-24 ta' Novembru 1986 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar il-protezzjoni ta' l-annimali użati għall-għanijiet sperimentali u għanijiet oħra xjentifiċi

Official Journal L 358 , 18/12/1986 P. 0001 - 0028
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 7 P. 0157
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 7 P. 0157
CS.ES Chapter 15 Volume 01 P. 292 - 320
ET.ES Chapter 15 Volume 01 P. 292 - 320
HU.ES Chapter 15 Volume 01 P. 292 - 320
LT.ES Chapter 15 Volume 01 P. 292 - 320
LV.ES Chapter 15 Volume 01 P. 292 - 320
MT.ES Chapter 15 Volume 01 P. 292 - 320
PL.ES Chapter 15 Volume 01 P. 292 - 320
SK.ES Chapter 15 Volume 01 P. 292 - 320
SL.ES Chapter 15 Volume 01 P. 292 - 320


Id-Direttiva tal-Kunsill

ta' l-24 ta' Novembru 1986

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar il-protezzjoni ta' l-annimali użati għall-għanijiet sperimentali u għanijiet oħra xjentifiċi

(86/609/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra il-proposta tal-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [3],

Filwaqt illi teżisti bejn il-liġijiet nazzjonali fis-seħħ fil-preżent għall-protezzjoni ta' l-annimali użati għal ċerti għanijiet sperimentali disparità illi tista' taffettwa l-funzjoni tas-suq komuni;

Filwaqt, sabiex tiġi eliminata din id-disparità, il-liġijiet ta' l-Istati Membri għandhom jiġu armonizzati; filwaqt illi din l-armonizzazzjoni għandha tassigura illi n-numru t'annimali użati għal għanijiet sperimentali jew għanijiet oħra huwa mnaqqas għall-minimu, illi dawn l-annimali huma mħarsa b'mod adegwat, illi ebda uġiegħ, sofferenza, distress jew deni li jdum żmien twil ma jkunu magħmula jekk mhux neċessarji u jassiguraw illi, fejn mhumiex evitabbli dawn jibqgħu miżmuma għall-minimu;

Filwaqt li, b'mod partikolari, id-duplikazzjoni mhux neċessarja ta' esperimenti għandha tiġi evitata,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-għan ta' din id-Direttiva huwa li tassigura illi fejn annimali użati għall-għanijiet sperimentali jew għanijiet oħra xjentifiċi d-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-liġi, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi fl-Istati Membri għall-protezzjoni huma approssimati sabiex jiġi evitat illi jiġi affettwat l-istabbiliment u l-funzjoni tas-suq komuni, b'mod partikolari bi tfixkil tal-kompetizzjoni jew bil-barrieri tan-negozju.

Artikolu 2

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva d-definizzjonijiet illi ġejjin għandhom japplikaw:

(a) "annimal" sakemm ikkwalifikata mod ieħor, tfisser kwalunkwe vertebru illi mhuwiex uman illi huwa ħaj, inkluż f' forom larvali illi jgħix liberu u/jew forom larvali riproduttivi, però teskludi l-fetu jew forom embrijoniċi;

(b) "annimali sperimentali" tfisser annimali użati jew li se jkunu użati fl-esperimenti;

(ċ) "annimali mrobbija" tfisser annimali mrobbija speċifikatament għall-użu fl-esperimenti f'faċilitajiet approvati minn, jew reġistrati ma', l-awtorità;

(d) "esperiment" tfisser kwalunkwe użu ta' annimal għal għanijiet sperimentali jew għanijiet oħra xjentifiċi illi jistgħu jikkaġunawlu uġiegħ, sofferenza, distress jew deni illi jdum żmien twil, inkluż kwalunkwe azzjoni maħsuba, jew illi tista', tirriżulta fit-twelid ta' l-annimal fi kwalunkwe kondizzjoni bħal din, però teskludi l-metodi li jikkaġunaw l-inqas uġigħ aċċettat fil-prattika moderna (jiġifieri metodi "umani") ta' qtil jew ittimbrar ta' annimal; esperiment jibda meta annimal huwa ppreparat l-ewwel għall-użu u jispiċċa meta m'hemmx bżonn isiru aktar osservazzjonijiet għal dak l-esperimenti; l-eliminazzjoni ta' uġigħ u sofferenza, distressjew deni illi jdum għal żmien twil bl-użu suċċessiv ta' anestesija jew analġesija jew metodi oħra ma jpoġġix l-użu ta' l-annimal barra mill-iskop ta' din id-definizzjoni. Prattiċi veterinarji li mhumiex sperimentali, agrikoli jew kliniċi huma esklużi;

(e) "awtorità" tfisser l-awtorità jew awtoritajiet maħsuba minn kull Stat Membru bħala responsabbli għas-superviżjoni ta' l-esperimenti fis-sens ta' din id-Direttiva;

(f) "persuna kompetenti" tfisser kwalunkwe persuna illi hija kkunsidrata minn Stat Membru bħala kompetenti sabiex tagħmel il-funzjoni relevanti deskritta f'din id-Direttiva;

(g) "stabbiliment" tfisser kwalunkwe installazzjoni, bini, grupp ta' bini jew postijiet oħra u tista' tinkludi post li mhuwiex kollu kemm hu magħluq jew kopert u faċilitajiet mobbli;

(h) "stabbiliment ta' tkattir" tfisser kwalunkwe stabbiliment fejn l-annimali huma mrobbija bil-ħsieb illi jintużaw għall-esperimentazzjoni;

(i) "stabbiliment ta' provvisti" tfisser stabbiliment, barra minn stabbiliment ta' tkattir, mil-liema l-annimali huma pprovduti bil-ħsieb illi jintużaw fl-esperimenti;

(j) "stabbiliment ta' l-utent" tfisser kwalunkwe stabbiliment fejn l-annimali huma użati għall-esperimenti;

(k) "anastesizzati b'mod tajjeb" tfisser deprivati mis-sensazzjoni b'metodi ta' anestisija (kemm jekk lokalment jew ġenerali) effettivi daqs dawk użati fi prassi veterinarja tajba;

(l) "mod uman ta' qtil" tfisser il-qtil ta' annimal b'sofferenza fiżika u mentali minima, jiddependi fuq l-ispeċi.

Artikolu 3

Din id-Direttiva tapplika għall-użu ta' annimali f'esperimenti illi jsiru għal wieħed minn dawn l-għanijiet:

(a) l-iżvilupp, il-manifattura, kwalità, effettività u testijiet mhux perikolużi ta' drogi, għalf u sustanzi jew prodotti oħra:

(i) għall-evitar, prevenzjoni, dianjosi u trattament ta' mard, saħħa illi mhix tajba jew anormalità jew l-effetti tagħhom fuq il-bniedem, l-annimali jew il-pjanti;

(ii) għall-istima, għarfien, regolament jew modifikazzjoni tal-kondizzjonijiet psikoloġiċi fil-bniedem, l-annimali jew il-pjanti;

(b) il-protezzjoni ta' l-ambjent naturali fl-interessi tas-saħħa jew ta' dak illi huwa tajjeb għall-bniedem jew l-annimal.

Artikolu 4

Kull Stat Membru għandu jassigura illi l-esperimenti fejn jintużaw l-annimali li huma fir-riskju ta' estinzjoni taħt l-Appendiċi I tal-Konvenzjoni dwar in-Negozju Internazzjonali ta' Speċi ta' Fawna u Flora fir-Riskju ta' Estinzjoni u l-Anness Ċ. I. tar-Regolament (KEE) Numru 3626/82 [4] huma pprojbiti jekk ma jkunux konformi mar-Regolament ta' hawn fuq u l-oġġetti ta' l-esperiment huma:

- riċerka maħsuba sabiex tippreżerva l-ispeċi in kwistjoni, jew

- għanijiet essenzjali biomediċi fejn l-ispeċi in kwistjoni tipprova eċċezzjonalment illi hija l-unika waħda addattata għal dawk l-għanijiet.

Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom jassiguraw illi, dak illi għandu x'jaqsam mal-kura ġenerali u akkomodazzjoni ta' l-annimali:

(a) l-annimali kollha ta' esperimentazzjoni għandhom jiġu pprovduti b'post fejn joqogħdu, ambjent, u ta' l-inqas bi ftit libertà ta' moviment, ikel, ilma u kura illi huma xierqa għal saħħithom u għall-istat tajjeb tagħhom;

(b) kwalunkwe restrizzjoni fuq kemm annimal sperimentali jista' jissodisfa l-bżonnijiet psikoloġiċi u etoloġiċi tiegħu għandhom jiġu limitati għall-minimu assolut;

(ċ) il-kondizzjonijiet ta' l-ambjent fejn l-annimali sperimentali huma mrobbija, miżmuma jew użati għandhom jiġu ċċekjati kuljum;

(d) l-istat tajjeb u l-istat ta' saħħa ta' l-annimali sperimentali għandhom jiġu osservati minn persuna kompetenti sabiex jiġu prevenuti uġigħ jew sofferenza li hija evitabbli, distress jew deni illi jdum żmien twil;

(e) arranġamenti jsiru sabiex jassiguraw illi kwalunkwe difett jew sofferenza hija eliminata malajr kemm jista' jkun.

Għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' paragrafi (a) u (b), l-Istati Membri għandhom jagħtu każ tal-linji ta' gwida magħmula f'L-Anness II.

Artikolu 6

1. Kull Stat Membru għandu jqabbad awtorità jew awtoritajiet responsabbli għall-verifikazzjoni illi d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva huma mħarsa b'mod tajjeb.

2. Fil-qafas ta' l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri neċessarji sabiex l-awtorità mqabbda msemmija fil-paragrafu 1 hawn fuq jista' jkollha l-parir ta' esperti kompetenti għall-affarijiet in kwistjoni.

Artikolu 7

1. Esperimenti għandhom isiru biss minn persuni awtorizzati kompetenti, jew taħt ir-responsabbiltà diretta ta' tali persuna, jew jekk il-proġett sperimentali jew proġett ieħor xjentifiku kkonċernat huwa awtorizzat skond id-dispożizzjonijiet ta' leġislazzjoni nazzjonali.

2. Speriment m'għandux jiġi magħmul jekk metodu xjentifiku ieħor sodisfaċenti li permezz tiegħu tista' tikseb ir-riżultat meħtieġ, li ma jirrikjedix l-użu ta' annimal, huwa raġonevolment u faċilment disponibbli.

3. Meta speriment għandu jsir, l-għażla ta' l-ispeċi għandha tiġi kkunsidrata bil-għaqal u, fejn neċessarju, spjegat lill-awtorità. F'għażla bejn sperimenti, dawk illi jużaw in-numru minimu ta' annimali, illi jinvolvu annimali bl-inqas grad ta' sensittività newrofiżika, illi jikkaġunaw l-inqas uġigħ, sofferenza, distress jew deni illi jdum għal żmien twil u illi l-aktar jistgħu jipprovdu riżultati sodisfaċenti għandhom jiġu magħżula.

Sperimenti fuq annimali meħuda minn żoni naturali ma jistgħux isiru kemm-il darba l-esperimenti fuq annimali oħra ma jkunux biżżejjed.

4. L-esperimenti għandhom ikunu intiżi sabiex jevitaw distress u uġigħ jew sofferenza lill-annimali illi mhix neċessarja. Għandhom ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 8. Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 9 għandhom jiġu meħuda fil-każijiet kollha.

Artikolu 8

1. L-esperimenti kollha għandhom isiru taħt anestesija ġenerali jew lokali.

2. Paragrafu 1 hawn fuq ma japplikax meta:

(a) anestesija hija meqjusa bħala aktar trawmatika għall-annimal mill-esperiment innifsu;

(b) anestesija hija inkompatibbli ma' l-oġġett ta' l-esperiment. F'dawn il-każijiet leġislazzjoni xierqa u/jew miżuri amministrattivi għandhom jittieħdu sabiex jassiguraw illi l-ebda esperiment bħal dan ma huwa magħmul jekk mhux neċessarju.

Anestesija għandha tiġi użata fil-każ ta' feriti serji illi jikkaġunaw uġigħ qawwi.

3. Jekk anestesija mhijiex possibbli, analġesiċi jew metodi oħra xierqa għandhom jiġu użati sabiex jassiguraw kemm jista' jkun illi uġigħ, sofferenza, distress jew deni huma limitati u fi kwalunkwe eventwalità l-annimal mhuwiex soġġett għal uġigħ qawwi, distress jew sofferenza.

4. Kemm-il darba azzjoni bħal din hija kompatibbli ma' l-oġġett ta' l-esperiment, annimal anestetizzat, illi jsofri uġigħ konsiderevoli meta l-anestesija ma jibqax ikollha effett, għandu jiġi trattat fi żmien xieraq permezz ta' mezzi illi jnaqqsu l-uġigħ jew, jekk dan mhuwiex possibbli, għandu jiġi maqtul immedjatament b'metodu uman.

Artikolu 9

1. Fl-aħħar ta' kull esperiment, għandu jiġi deċiż jekk l-annimal għandux jibqa' miżmum ħaj jew jekk għandux jiġi maqtul permezz ta' metodu uman, soġġett għall-kondizzjoni illi m'għandux jibqa' miżmum ħaj jekk, anke jekk reġa' lura għal saħħtu normali fir-rigwardi l-oħra kollha, x'aktarx se jibqa' f'uġigħ jew distress illi jdum għal żmien twil.

2. Id-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu meħuda mill-persuna kompetenti, preferibbilment veterinarju.

3. Fejn, fl-aħħar ta' esperiment:

(a) annimal għandu jinżamm ħaj, għandu jirċievi l-kura xierqa għall-istat ta' saħħtu, jiġi mpoġġi taħt superviżjoni ta' veterinarju jew persuna oħra kompetenti u għandu jibqa' miżmum taħt kondizzjonijiet konformi mal-ħtiġiet ta' l-Artikolu 5. Il-kondizzjonijiet imniżżla f'subparagrafu jistgħu, però, ma jiġux imħarrsa fejn, fl-opinjoni ta' veterinarju, l-annimal ikun se jsoffri aktar bħala konsegwenza ta' din l-eżenzjoni;

(b) annimal li m'għandux jibqa' miżmum ħaj jew li ma jistax jibbenefika mid-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 5 dwar l-istat tajjeb tiegħu, għandu jiġi maqtul b'metodu uman mill-aktar fis possibbli.

Artikolu 10

L-Istati Membri għandhom jassiguraw illi kwalunkwe użu ieħor ta' annimali fl-esperimenti għandu jkun kompatibbli mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

B'mod partikolari, annimal m'għandux jintuża aktar minn darba f'esperimenti illi jinvolvu uġigħ qawwi, distress jew xi sofferenza ekwivalenti.

Artikolu 11

Minkejja d-dispożizzjonijiet l-oħra ta' din id-Direttiva, fejn hu neċessarju għall-għanijiet leġittimi ta' l-esperiment, l-awtorità tista' tħalli lill-annimal ikkonċernat jinħeles, sakemm hija sodisfatta illi l-ħarsien massimu possibbli ġie meħud sabiex jiġi salvagwardat il-benesseri ta' l-annimal, sakemm l-istat ta' saħħa jħalli dan isir u m'hemmx biżgħa ta' perikolu għas-saħħa pubblika u l-ambjent.

Artikolu 12

1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċeduri fejn l-esperimenti nnifishom jew id-dettalji ta' persuni illi jagħmlu dawn l-esperimenti għandhom jiġu notifikati bil-quddiem lill-awtorità.

2. Fejn hu ppjanat illi annimal jiġi soġġett għal esperiment illi fih huwa se, jew jista', jgħaddi minn uġigħ qawwi illi x'aktarx se jkun imtawwal, dak l-esperiment għandu jkun speċifikament iddikjarat u ġġustifikat lil, jew awtorizzat speċifikament mill-awtorità. L-awtorità għandha tieħu l-azzjoni xierqa ġudizzjali jew amministrattiva jekk mhijiex sodisfatta illi l-esperiment huwa ta' importanza suffiċjenti sabiex jilħaq il-bżonnijiet essenzjali tal-bniedem jew l-annimal.

Artikolu 13

1. Fuq il-bażi ta' rikjesti għall-awtorizzazzjoni u notifikazzjonijiet irċevuti, u fuq bażi ta' rapporti magħmula, l-awtorità f'kull Stat Membru għandha tiġbor, u kemm jista' jkun għandha perjodikament tagħmel pubblikament disponibbli, l-informazzjoni statistika dwar l-użu ta' annimali f'esperimenti fir-rigward ta':

(a) in-numru u t-tipi ta' annimali użati f'esperimenti;

(b) in-numru ta' annimali, f'kategoriji magħżula, użati fl-esperimenti msemmija fl-Artikolu 3;

(ċ) in-numru ta' annimali, f'kategoriji magħżula, użati f'esperimenti meħtieġa għal-leġislazzjoni.

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi neċessarja sabiex jassigura illi l-kunfidenzjalità ta' informazzjoni kummerċjali sensittiva komunikata għall-għanijiet ta' din id-Direttiva hija protetta.

Artikolu 14

Persuni illi jagħmlu esperimenti jew illi jieħdu sehem fihom u persuni illi jieħdu ħsieb lill-annimali użati għall-esperimenti inklużi obbligi ta' natura superviżorja, għandhom ikollhom edukazzjoni u taħriġ xieraq.

B'mod partikolari, persuni illi jagħmlu jew illi jissorveljaw il-kondotta ta' esperimenti għandhom jirċievu istruzzjoni f'dixxipplina xjentifika relevanti għax-xogħol sperimentali illi qed isir u għandhom ikunu kapaċi illi jittrattaw ma' u jieħdu ħsieb annimali laboratorji; huma għandhom ukoll jissodisfaw lill-awtorità illi huma kisbu l-livell ta' taħriġ suffiċjenti sabiex jagħmlu xogħolhom.

Artikolu 15

L-istabblimenti ta' tkattir u provvisti għandhom ikunu approvati minn jew reġistrati ma', l-awtorità u jkunu konformi mal-ħtiġiet ta' l-Artikoli 5 u 14 sakemm eżenzjoni hija mogħtija taħt l-Artikolu 19(4) jew l-Artikolu 21. Stabbiliment ta' provvisti għandu jottjeni annimali biss minn stabbilimenti ta' tkattir jew ta' provvisti sakemm l-annimal ma kienx legalment importat u mhuwiex annimal selvaġġ jew maħrub. Eżenzjoni ġenerali jew speċjali minn din l-aħħar dispożizzjoni tista' tingħata lil stabbiliment ta' provvisti taħt arranġamenti stabbiliti mill-awtorità.

Artikolu 16

L-approvazzjoni jew ir-reġistrazzjoni pprovduta fl-Artikolu 15 għandha tispeċifika lill-persuna kompetenti responsabbli għall-istabbiliment illi għandu x-xogħol illi jamministra, jew jagħmel l-arranġamenti għall-amministrazzjoni tal-ħarsien xieraq ta' annimali mrobbija jew miżmuma fl-istabbiliment u illi jassigura qbil mal-ħtiġiet f'L-Artikoli 5 u 14.

Artikolu 17

1. L-istabbilimenti ta' tkattir u provvisti għandhom jirrekordjaw in-numru u l-ispeċi ta' annimali mibjugħa jew ipprovduti, id-dati meta huma mibjugħa jew ipprovduti, l-isem u l-indirizz tar-reċipjent u n-numru u l-ispeċi ta' annimali li jmutu meta jkunu fl-istabbiliment ta' tkattir jew provvisti in kwistjoni.

2. Kull awtorità għandha tippreskrivi r-records illi għandhom jiġu miżmuma u illi huma għad-dispożizzjoni tagħha mill-persuna responsabbli għall-istabbilimenti msemmija fil-paragrafu 1; dawn ir-records għandhom jiġu miżmuma għal minimu ta' tliet snin mid-data ta' l-aħħar dħul u għandhom ikunu soġġetti għal spezzjonijiet perjodiċi minn uffiċjali ta' l-awtorità.

Artikolu 18

1. Kull kelb, qattus, jew primat illi mhuwiex uman fi kwalunkwe stabbiliment ta' tkattir, provvisti jew ta' l-utent għandu, qabel ma jiġi mifrud, jiġi pprovdut b'marka ta' identifikazzjoni individwali bil-mod ta' l-inqas uġigħ possibbli ħlief fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 3.

2. Fejn kelb, qattus jew primat mhux uman li mhux immarkat huwa meħud fi stabbiliment għall-ewwel darba wara illi ġie mifrud għandu jiġi mmarkat mill-aktar fis possibbli.

3. Fejn kelb, qattus jew primat mhux uman ieħor huwa trasferit minn stabbiliment kif imsemmi fil-paragrafu 1 fi stabbiliment ieħor qabel ma huwa mneħħi, u mhuwiex prattiku illi jiġi mmarkat minn qabel, rekord dokumentat komplut, illi jispeċifika b'mod partikolari lil ommu, għandu jiġi miżmum mill-istabbiliment illi jirċievih sakemm ikun jista' jiġi mmarkat.

4. Partikularitajiet ta' identità u oriġini ta' kull kelb, qattus jew primat illi mhuwiex uman għandhom jiddaħħlu fir-rekors ta' kull stabbiliment.

Artikolu 19

1. Stabbilimenti ta' l-utent għandhom jiġu rreġistrati ma', jew approvati minn, l-awtorità. Arranġamenti għandhom isiru sabiex l-istabbilimenti ta' l-utenti jkollhom installazzjonijiet u tagħmir addattati għall-ispeċi ta' annimali użati u l-esperimenti illi jsiru hemmhekk; id-disinn tagħhom, kostruzzjoni u metodu ta' funzjoni għandhom ikunu tali sabiex jassiguraw illi l-esperimenti jsiru bl-aktar mod effettiv possibbli, bl-oġġett illi jiġu ottenuti riżultati konsistenti bin-numru minimu ta' annimali u l-minimu grad ta' uġigħ, sofferenza, distress u deni illi jdum żmien twil.

2. F'kull stabbiliment ta' l-utenti:

(a) il-persuna jew persuni illi huma amministrattivament responsabbli għall-kura ta' l-annimali u l-funzjoni tat-tagħmir għandhom jiġu identifikati;

(b) impjegati illi huma mħarrġa biżżejjed għandhom jiġu pprovduti;

(ċ) arranġamenti adegwati għandhom isiru sabiex jiġu pprovduti pariri u trattamenti veterinarji;

(d) veterinarju jew persuna kompetenti oħra għandha tiġi mogħtija dmirijiet ta' parir fir-rigward ta' l-istat tajjeb ta' l-annimali.

3. Esperimenti jistgħu, fejn huma awtorizzati mill-awtorità, isiru barra mill-istabbilimenti ta' l-utenti.

4. Fi stabbilimenti ta' l-utenti, annimali mill-istabbilimenti ta' tkattir jew provvisti biss għandhom jiġu użati sakemm ma ġietx ottenuta eżenzjoni ġenerali jew speċjali taħt arranġamenti determinati mill-awtorità. Annimali mrobbija għandhom jiġu użati kull meta jkun possibbli. Annimali maħruba ta' speċi domestika m'għandhomx jiġu użati fl-esperimenti. Eżenzjoni ġenerali magħmula taħt il-kondizzjonijiet ta' dan il-paragrafu ma tistax tiġi estiża għall-klieb u qtates maħruba.

5. Stabbilimenti ta' l-utenti għandhom iżommu records ta' l-annimali kollha użati u jipproduċuhom kull meta huma mitluba illi jagħmlu dan mill-awtorità. B'mod partikolari, dawn ir-records għandhom juru n-numru u l-ispeċi ta' l-annimali kollha illi huma akkwistati, mingħand min ġew akkwistati u d-data tal-wasla tagħhom. Dawn ir-records għandhom jibqgħu miżmuma għall-minimu ta' tliet snin u għandhom jiġu mibgħuta lill-awtorità illi tistaqsi għalihom. Stabbilimenti ta' l-utenti għandhom ikunu soġġetti għal ispezzjonijiet perjodiċi minn rappreżentanti ta' l-awtorità

Artikolu 20

Meta stabbilimenti ta' l-utenti jrabbu l-annimali għall-użu fl-esperimenti fuq il-proprjetà privata tagħhom, reġistrazzjoni jew approvazzjoni waħda biss hija meħtieġa għall-għanijiet ta' l-Artikolu 15 u 19. Madanakollu, l-istabbilimenti għandhom jimxu skond id-dispożizzjonijiet relevanti ta' din id-Direttiva rigward stabbilimenti ta' tkattir u ta' l-utenti.

Artikolu 21

Annimali ta' l-ispeċi msemmija f'L-Anness I illi għandhom jiġu użati fl-esperimenti għandhom ikunu annimali mrobbija sakemm ma tkunx ġiet ottenuta eżenzjoni ġenerali jew speċjali taħt arranġamenti mill-awtorità.

Artikolu 22

1. Sabiex tiġi evitata duplikazzjoni ta' esperimenti illi mhix neċessarja għall-għanijiet illi tissodisfa leġislazzjoni nazzjonali jew tal-Komunità dwar is-saħħa u s-sigurtà, l-Istati Membri għandhom sa fejn hu possibbli jirrikonoxxu l-validità ta' data miksuba minn esperimenti illi jsiru fit-territorju ta' Stat Membru sakemm ma jkunux neċessarji aktar testijiet sabiex jiġu protetti s-saħħa u s-sigurtà pubblika.

2. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom, fejn hu prattiku u mingħajr preġudizzju għall-ħtiġiet ta' Direttivi tal-Komunità eżistenti, jagħtu informazzjoni lill-Kummissjoni dwar il-leġislazzjoni tagħhom u l-prassi amministrattiva tagħhom fir-rigward ta' esperimenti fuq l-annimali, inklużi l-ħtiġiet illi għandhom jiġu sodisfatti qabel jiġu rriklamati l-prodotti; huma għandhom jipprovdu ukoll informazzjoni ta' fatti dwar esperimenti illi jsiru fit-territorju tagħhom u dwar awtorizzazzjonijiet jew partikolaritajiet amministrattivi illi għandhom x'jaqsmu ma' dawn l-esperimenti.

3. Il-Kummissjoni għandha twaqqaf kumitat konsultattiv permanenti fejn l-Istati Membri jkunu rappreżentati, illi jassisti lill-Kummissjoni fl-organizzazzjoni ta' skambju ta' informazzjoni xierqa, fil-waqt illi jirrispetta l-ħtiġiet ta' kunfidenzjalità, u li tassisti ukoll lill-Kummissjoni fil-kwistjonijiet l-oħra illi jqumu mill-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Artikolu 23

1. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinkuraġġixxu r-riċerka fl-iżvilupp u l-validità ta' tekniċi alternattivi illi jkunu jistgħu jipprovdu l-istess livell ta' informazzjoni kif ottenuta minn esperimenti fejn jiġu użati annimali però illi jinvolvu anqas annimali jew illi jinvolvu proċeduri illi jikkaġunaw inqas uġigħ, u għandhom jieħdu dawk il-passi illi huma jikkunsidraw xierqa sabiex jinkuraġġixxu r-riċerka f'dan il-qasam. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jissorveljaw ix-xejriet fil-metodi sperimentali.

2. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta qabel l-aħħar ta' l-1987 dwar il-possibbiltà illi jiġu mibdula t-testijiet u l-linji ta' gwida mniżżla fil-leġislazzjoni eżistenti tal-Komunità fil-waqt illi jittieħed kont ta' l-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 24

Din id-Direttiva m'għandhiex tirristrinġi d-dritt ta' l-Istati Membri milli japplikaw jew jadottaw miżuri aktar stretti għall-protezzjoni ta' annimali użati fl-esperimenti jew għall-kontroll u restrizzjoni ta' użu ta' l-annimali għall-esperimenti. B'mod partikolari, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu awtorizzazzjoni minn qabel għall-esperimentazzjoni jew programmi ta' xogħol skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(1).

Artikolu 25

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jimxu skond din id-Direttiva sa l-24 ta' Novembru 1989. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan mill-ewwel.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet ta' liġi nazzjonali illi huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 26

F' intervalli regolari illi ma jeċċedux tliet snin, u għall-ewwel darba ħames snin wara n-notifikazzjoni ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda f'dan il-qasam u jipprovdu sommarju adegwat ta' l-informazzjoni miġbura taħt id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 13. Il-Kummissjoni għandha tipprepara rapport għall-Kunsill u l-Parlament Ewropew.

Artikolu 27

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-24 ta' Novembru 1986.

Għall-Kunsill

Il-President

W. Waldegrave

[1] ĠU C 351, tal-31.12.1985, p. 16.

[2] ĠU C 255, tat-13.10.1986, p. 250.

[3] ĠU C 207, tat-18.8.1986, p. 3.

[4] ĠU L 384, tal-31.12.1982, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

LISTA TA' ANNIMALI SPERIMENTALI KOPERTI MID-DISPOŻIZZJONIJIET TA' L-ARTIKOLU 21

— Ġurdien | Mus musculus |

— Far | Rattus norvegicus |

— Fenek ta' l-Indi | Cavia Porcellus |

— Ħemster Safrani | Mesocricetus auratus |

— Fenek | Orictolagus Cuniculus |

— Primati illi mhumiex umani | |

— Kelb | Canis familiaris |

— Qattus | Felis catus |

— Summien | Coturnix coturnix |

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

LINJI TA’ GWIDA GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-KURA TA’ L-ANNIMALI

(L-Artikolu 5 tad-Direttiva)

INTRODUZZJONI

1. Il-Kunsill tal-Komunità Ekonomika Ewropea ddeċieda illi l-għan tad-Direttiva huwa illi jarmonizza l-liġijiet ta’ l-Istati Membri għall-protezzjoni ta’ annimali użati għal għanijiet sperimentali u xjentifiċi sabiex tiġi eliminata disparità illi fil-preżent tista’ taffettwa l-funzjoni tas-suq komuni. Armonizzazzjoni għandha tassigura illi annimali bħal dawn huma kurati b’mod xieraq sabiex, ebda uġigħ, sofferenza, distress jew deni illi jdum għal żmien twil ma jiġi kkaġunat jekk mhux neċessarju u fejn mhuwiex evitabbli dan ta’ l-aħħar għandu jinżamm għall-minimu.

2. Huwa veru illi ċerti sperimenti jsiru taħt kondizzjonijiet ta’ l-għalqa fuq annimali illi jgħixu liberi, illi jsostnu lilhom infushom, u annimali selvaġġi, però esperimenti bħal dawn huma relattivament ftit fin-numru. Il-maġġoranza ta’ annimali użati fl-esperimenti għandhom, għal raġunijiet prattiċi jinżammu taħt xi ċertu kontroll fiżiku f’faċilitajiet illi jvarjaw minn maqjel barra sa gaġeġ għall-annimali żgħar ġewwa dar laboratorju ta’ l-annimali. Din hija sitwazzjoni fejn hemm kunflitti ta’ interessi kbar. Fuq in-naħa l-waħda, l-annimal il-bżonnijiet ta’ liema fir-rigward ta’ moviment, relazzjonijiet soċjali u manifestazzjonijiet oħra tal-ħajja huma ristretti, fuq in-naħa l-oħra, dak illi jagħmel l-esperimenti u l-assistenti tiegħu illi jitolbu kontrol komplut ta’ l-annimal u l-ambjent tiegħu. F’din il-konfrontazzjoni ta’ interessi l-annimal jista xi drabi jiġu mogħti kunsiderazzjonijiet sekondarji.

3. Għalhekk, id-Direttiva tistabbilixxi fl-Artikolu 5 illi:

"safejn il-kura ġenerali u l-akkomodazzjoni ta’ l-annimali hija kkonċernata:

(a) L-annimali kollha ta’ sperimentazzjoni għandhom jiġu pprovduti b’post fejn joqogħdu, ambjent, mill-inqas ftit libertà ta’ moviment, ikel, ilma u kura illi huma xierqa għas-saħħa u l-istat tajjeb tagħhom;

(b) Kwalunkwe restrizzjoni fuq kemm annimal ta’ sperimentazzjoni jista’ jissodisfa l-bżonnijiet psikoloġiċi u etoloġiċi tiegħu għandha tiġi limitata għall-minimu assolut."

4. Dan l-Anness jistabbilixxi ċerti linji ta’ gwida bbażati fuq tagħrif u prassi preżenti għall-akkomodazzjoni u l-kura ta’ l-annimali. Huwa jispjega u jissupplimenta l-prinċipji bażiċi adottati fl-Artikolu 5. L-oġġett huwa allura sabiex jgħin lill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u individwi sabiex jilħqu l-għanijiet tagħhom ta’ din id-Direttiva f’dan il-qasam.

5. Kura hija kelma illi, meta użata in konnessjoni ma’ annimali maħsuba għal jew li qed jiġu attwalment użati fl-esperimenti tkopri l-aspetti kollha tar-relazzjoni bejn l-annimali u l-bniedem. Is-sustanza tagħha hija s-somma ta’ riżorsi materjali u riżorsi illi mhumiex materjali immobilizzati mill-bniedem sabiex jottjeni u jmantni annimal fl-istat fiżiku u mentali fejn isofri l-inqas u jaġġixxi l-aħjar fl-esperimenti. Tibda mill-mument illi l-annimal huwa destinat illi jiġi użat fl-esperimenti u tkompli sa ma huwa maqtul b’metodu uman jew inkella mneħħi mill-istabbiliment skond l-Artikolu 9 tad-Direttiva wara l-għeluq ta’ l-esperiment.

6. Dan l-Anness għandu l-ħsieb illi jagħti pariri dwar id-disinn ta’ kwartieri xierqa għall-annimali. Hemm, però diversi metodi ta’ trobbija u taż-żamma ta’ annimali fil-laboratorji illi jvarjaw primarjament fil-grad ta’ kontrol ta’ l-ambjent mikrobijoloġiku. Irid jibqa’ miżmum fil-moħħ illi l-impjegati kkonċernati jridu xi darba jiġġudikaw mill-karattru u l-kondizzjonijiet ta’ l-annimali meta l-istandards ta’ spazju rakkomandati jistgħu ma jkunux biżżejjed, bħal ma’ annimali illi huma speċjalment aggressivi. Filwaqt illi jiġu applikati l-linji ta’ gwida deskritti fl-Anness il-ħtiġiet ta’ kull waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet għandha tiġi meħuda in konsiderazzjoni. Barra minnhekk huwa neċessarju illi l-istat ta’ dawn il-linji ta’ gwida jkun magħmul ċar. Differenti mid-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva nnifisha, dawn mhumiex mandatarji; dawn huma rakkomandazzjonijiet li għandhom jiġu użati b’diskrezzjoni, maħsuba bħala gwidi għall-prassi u l-istandards illi dawk kollha kkonċernati għandhom kuxjentement jippruvaw jottjenu. Hija għal din ir-raġuni illi l-kelma "għandu" kellha tiġi użata fit-test kollu anke fejn il-kelma "irid" forsi kienet tidher kelma aktar xierqa. Per eżempju, jidher waħdu illi ikel u ilma jridu jiġu pprovduti (ara 3.7.2 u 3.8).

7. Fl-aħħar għal raġunijiet prattiċi u finanzjarji, tagħmir eżistenti tal-kwartieri ta’ l-annimali m’għandux jiġi mibdul qabel ma jiġi użat kompletament, jew inkella ġie inutli. Filwaqt illi qed tkun mistennija l-bidla tat-tagħmir sabiex ikun konformi mal-linji ta’ gwida preżenti, dawn għandhom kemm jista’ jkun jiġu osservati billi jiġu rranġati n-numru ta’ annimali li jitpoġġew f’gaġeġ u pinen eżistenti.

DEFINIZZJONIJIET

F’dan l-Anness, flimkien mad-definizzjoni illi tinsab fl-Artikolu 2 tad-Direttiva:

a) "kmamar ta’ ħżin" tfisser kamra fejn l-annimali huma normalment miżmuma, għat-trobbija u ħżin jew waqt li jkunu qed isiru l-esperimenti;

b) "gaġġa" tfisser kontenitur imwaħħal b’mod permanenti jew mobbli illi huwa magħluq b’ħitan solidi u, mill-inqas fuq naħa waħda, bi gradilji jew wajer imxebblek jew, fejn xieraq, xbieki u ġo liema annimal wieħed jew aktar huma miżmuma jew trasportati; jiddependi fuq id-densità ta’ kemm hemm maħżunin u l-qies tal-kontenitur, il-moviment ħieles ta’ l-annimali huwa relattivament ristrett;

c) "pinna" tfisser żona magħluqa, per eżempju, b’ħitan, gradilji jew wajer imxebblek fejn annimal wieħed jew aktar huma miżmum; jiddependi fuq il-qies ta’ l-għeluq u d-densità tal-ħżin il-moviment ħieles ta’ l-annimali huwa normalment anqas ristrett milli ġewwa gaġġa;

d) "ġirja" tfisser żona magħluqa, per eżempju, permezz ta’ ċnut, ħitan, gradilji jew wajer imxebblek u sikwit jinsabu barra minn binjiet stabbiliti b’mod permanenti fejn l-annimali miżmuma f’gaġeġ jew pinen jistgħu jiċċaqalqu liberi waqt ċerti perjodi ta’ ħinijiet skond il-bżonnijiet etoloġiċi u psikoloġiċi tagħhom, bħalma huwa l-eżerċizzju;

e) "stalla" tfisser għeluq żgħir bi tliet naħat, normalment ċestun ta’ l-ikel u separazzjonijiet laterali, fejn annimal wieħed jew tnejn jistgħu jiġu marbuta.

1. IL-FAĊILITAJIET FIŻIĊI

1.1. Funzjoni u disinn ġenerali

1.1.1. Kwalunkwe faċilità għandha tkun mibnija b’tali mod illi jiġi pprovdut ambjent xieraq għall-ispeċi illi jkun qed jinżammu. Għandha ukoll tiġi ddisinjata b’tali mod illi tipprevjeni l-aċċess lill-persuni illi mhumiex awtorizzati.

Faċilitajiet illi jiffurmaw parti minn kumpless akbar ta’ bini għandu ukoll jiġi protett b’miżuri u arranġamenti tajba ta’ bini illi jillimitaw in-numru ta’ dħul u jipprevjeni traffiku illi mhuwiex awtorizzat.

1.1.2. Huwa rakkomandat illi jkun hemm programm ta’ manteniment għall-faċilitajiet sabiex jiġi prevenut kwalunke difett fit-tagħmir.

1.2. Kmamar ta’ Ħżin

1.2.1. Il-miżuri kollha neċessarji għandhom jiġu meħuda sabiex tassigura tindif regolari u effiċjenti tal-kmamar u l-manteniment ta’ standard iġeniku sodisfaċenti. Is-soqfa u l-ħitan għandhom ikunu reżistenti għall-ħsara permezz ta’ wiċċ lixx, li ma jgħaddix minnu u li jinħasel faċilment. Attenzjoni speċjali għandha tingħata għat-twaħħil ta’ bibien, kanali, pajpijiet u cables. Bibien u twieqi, jekk hemm, għandhom isiru jew jiġu protetti sabiex annimali li mhumiex mixtieqa jibqgħu barra. Fejn hu xieraq tieqa ta’ spezzjoni tista’ tiġi mwaħħla fil-bieb. L-artijiet għandhom ikunu lixxi, li ma jgħaddix likwidu minnhom, u l-wiċċ tagħhom m’għandux ikun jiżloq u għandu jkun jinħasel faċilment u jrid ikun jiflaħ it-toqol taċ-ċestuni u tagħmir ieħor tqil mingħajr ma ssirlu ħsara. Drejnijiet, jekk ikun hemm, għandhom ikunu mgħottija b’mod adegwat u mwaħħla permezz ta’ barriera illi tipprevjeni lill-annimali milli jkollhom aċċess.

1.2.2. Kmamar fejn l-annimali għandhom jitħallew jiġru liberi għandhom ikollhom ħitan u artijiet b’wiċċ partikolarment reżistenti sabiex jirreżistu għax-xedd u l-kedd kbir ikkaġunat mill-annimali u l-proċess ta’ tindif. Il-materjali m’għandux ikun ta’ detriment għas-saħħa ta’ l-annimali u jrid ikun tali illi l-annimali ma jweġġgħux miegħu. Drejns huma mixtieqa f’dawn il-kmamar. Protezzjoni addizzjonali għandha tingħata lit-tagħmir jew twaħħil sabiex dawn ma jiġux imkissra mill-annimali jew iweġġgħu lill-annimali stess. Fejn żoni ta’ eżerċizzju fuq barra huma pprovduti għandhom jittieħdu miżuri meta xierqa sabiex jiġi prevenut l-aċċess għall-pubbliku u l-annimali.

1.2.3. Kmamar maħsubin sabiex jinżammu annimali tar-razzett (baqar, nagħaġ, mogħoż, ħnieżer, żwiemel, tiġieġ, eċċ.) għandhom mill-inqas ikunu konformi ma’ l-istandards stabbiliti fil-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni ta’ l-Annimali miżmuma għall-għanijiet ta’ Biedja u minn awtoritajiet veterinarji u awtoritajiet oħra.

1.2.4. Il-maġġoranza ta’ kmamar tal-ħżin huma ddisinjati sabiex iżommu fihom annimali gerriema. Spiss kmamar bħal dawn jistgħu jkunu użati sabiex iżommu speċi akbar. Għandha tittieħed kura sabiex speċi li mhumiex kompatibbli ma jitpoġġewx flimkien.

1.2.5. Il-kmamar ta’ ħżin għandu jkollhom il-faċilitajiet sabiex ikun jista’ jsir fihom esperimenti u manipulazzjonijiet żgħar, fejn xieraq.

1.3 Laboratorji u kmamar sperimentali għall-għanijiet ġenerali u speċjali

1.3.1. Fl-istabbilimenti ta’ tkattir u provvisti faċilitajiet xierqa sabiex isiru l-kunsinji ta’ l-annimali lesti għat-tqassim għandhom ikunu għad-dispożizzjoni.

1.3.2. L-istabbilimenti kollha għandhom ikollhom għad-dispożizzjoni bħala faċilitajiet minimi laboratorji sabiex isiru testijiet dianjostiċi sempliċi, eżamijiet post-mortem, u/jew il-kollezzjoni ta’ kampjuni illi għandhom ikunu soġġetti għall-investigazzjonijiet laboratorji aktar estensivi x’imkien ieħor.

1.3.3. Għandhom isiru dispożizzjoni għar-riċeviment ta’ annimali b’tali mod illi annimali illi jkun għadhom qed jaslu ma joħolqux riskju għal dawk l-annimali illi jkunu diġà preżenti fil-faċilità, per eżempju bil-kwarantina. Kmamar esperimentali għall-għanijiet ġeneriċi u speċjali għandhom ikunu għad-dispożizzjoni f’sitwazzjonijiet fejn mhuwiex mixtieq illi jsiru esperimenti jew osservazzjonijiet fil-kmamar tal-ħżin.

1.3.4. Għandu jkun hemm akkomodazzjoni xierqa sabiex tħalli lill-annimali illi jkunu morda jew mweġġa’ sabiex jitqiegħdu separatament.

1.3.5. Fejn xieraq, għandu jkun hemm dispożizzjoni għall-kamra jew aktar kmamar ta’ operazzjonijiet mgħammra b’mod xieraq sabiex isiru esperimenti kirurġiċi taħt kondizzjonijiet asettiċi. Għandu jkun hemm faċilitajiet għal rekuperu ta’ wara l-operazzjoni fejn dan huwa mitlub.

1.4. Kmamar ta’ Servizz

1.4.1. Kmamar ta’ ħżin ta’ l-ikel għandhom ikunu friski, niexfa, u tali illi ma jħallux annimali u insetti jidħlu u dawk għall-irqad għandhom ikunu niexfa, u ma jħallux annimali u insetti jidħlu. Materjali oħra illi jistgħu jkunu kontaminati jew li jistgħu jippreżentaw xi periklu, għandhom ikunu maħżuna separatament.

1.4.2. Kmamar ta’ ħżin għall-gaġeġ, strumenti jew tagħmir ieħor għandhom ikunu għad-dispożizzjoni.

1.4.3. Il-kmamar tat-tindif u tal-ħasil għandhom ikunu kbar biżżejjed sabiex jakkomodaw l-installazzjoni neċessarji sabiex it-tagħmir użat jiġi dekontaminat u mnaddaf. Il-proċess ta’ tindif għandu jkun irranġat sabiex jiġi separat l-influss ta’ tagħmir nadif u maħmuġ sabiex tiġi prevenuta l-kontaminazzjoni ta’ tagħmir illi jkun għadu qed jittnaddaf. Il-ħitan u l-artijiet għandhom ikunu miksija b’materjal tal-wiċċ illi jkun reżistenti b’mod xieraq u s-sistema ta’ ventilazzjoni għandha jkollha kapaċità biżżejjed sabiex tiġbed is-sħana u l-umdità żejda.

1.4.4. Għandha ssir dispożizzjoni għall-ħżin nadif u r-rimi ta’ iġsma mejta ta’ l-annimali u l-ħmieġ tagħhom. Jekk il-ħruq fuq il-post mhuwiex possibbli jew mixtieq, għandhom isiru arranġamenti xierqa għar-rimi ta’ materjal bħal dan fil-waqt illi jiġi meħud kont ta’ regolamenti u leġislazzjoni sekondarja. Prekawzjonijiet speċjali għandhom jittieħdu għal skart tossiku u radjoattiv.

1.4.5. Id-disinn u l-kostruzzjoni ta’ żoni ta’ ċirkolazzjoni għandhom jikkorrispondu ma’ l-istandard tal-kmamar tal-ħżin. Il-kurituri għandhom ikunu wiesgħa biżżejjed għaċ-ċirkolazzjoni ta’ tagħmir mobbli.

2. L-AMBJENT FI KMAMAR TAL-ĦŻIN U L-KONTROL TIEGĦU

2.1. Ventilazzjoni

2.1.1. Il-kmamar tal-ħżin għandu jkollhom sistema ta’ ventilazzjoni xierqa illi għandha tissodisfa l-ħtiġiet ta’ l-ispeċi illi jinsabu ġo fihom. L-għan tal-ventilazzjoni illi tipprovdi arja friska u żżomm il-livell baxx ta’ l-irwejjaħ, gassijiet illi jagħmlu ħsara, trab, aġenti infettużi ta’ kwalunkwe tip. Tipprovdi wkoll għat-tneħħija ta’ sħana u umdità żejda.

2.1.2. L-arja fil-kmamar għandha tiġġedded f’intervalli frekwenti. Rata ta’ ventilazzjoni ta’ 15-20 bidla ta’ l-arja fis-siegħa normalment hija biżżejjed. Madankollu, f’ċerti ċirkostanzi, fejn id-densità tal-ħżin hija baxxa, 8-10 bidliet ta’ l-arja fis-siegħa jistgħu jkunu biżżejjed jew ventilazzjoni mekkanika tista’ ma tkun bżonjuża xejn. Ċirkostanzi oħra jistgħu jeħtieġu rata għola ta’ bidla ta’ l-arja. Riċirkolazzjoni ta’ arja illi mhijiex trattata għandha tkun evitata. Madankollu, għandu jiġi emfasizzat illi anke l-aktar sistema effiċjenti ma tistax tikkompensa għal rutini ta’ tindif ħżiena jew negliġenti.

2.1.3. Is-sistema ta’ ventilazzjoni għandha tkun iddisinjata b’tali mod illi tevita kurrenti ta’ arja ħażina.

2.1.4. Tipjip fi kmamar fejn ikun hemm l-annimali għandu jkun projbit.

2.2. Temperatura

2.2.1. Tabella li turi kemm huwa rakkomandat illi għandha tkun it-temperatura. Għandu jkun emfasizzat ukoll illi l-figuri japplikaw biss għall-annimali adulti normali. Ħafna drabi annimali tat-twelid u annimali żgħar ikollhom bżonn livell ta’ temperatura aktar għolja. It-temperatura tal-post għandha tkun regolata skond il-bidliet possibbli fir-regolament termali ta’ l-annimali li jistgħu jkunu minħabba kondizzjonijiet speċjali psikoloġiċi jew minħabba l-effetti ta’ l-esperiment.

2.2.2. Taħt il-kondizzjonijiet klimatiċi li hemm fl-Ewropa jista’ jkun neċessarju illi tiġi pprovduta sistema ta’ ventilazzjoni illi jkollha l-kapaċità kemm li ssaħħan kif ukoll li tkessaħ l-arja pprovduta.

2.2.3. Fl-istabbilimenti ta’ l-utenti kontrol preċiż ta’ temperatura fil-kmamar ta’ ħżin hija meħtieġa, minħabba li t-temperatura ta’ l-ambjent hija fattur fiżiku illi għandha effett profond fuq il-metaboliżmu ta’ l-annimali.

2.3. Umdità

Varjazzjonijiet estremi fl-umdità relattiva (UR) għandha effett fuq is-saħħa u l-istat tajjeb ta’ l-annimali. Huwa għalhekk rakkomandat illi l-livell ta’ UR fil-kmamar ta’ ħżin għandha tkun xierqa għall-ispeċi kkonċernati u għandha tkun ordinarjament miżmuma f’55 % + 10 %. Valuri anqas minn 40 % u aktar minn 70 % UR għall-perjodi mtawla għandhom ikunu evitati.

2.4. Dawl

Fi kmamar mingħajr twieqi, huwa neċessarju illi jiġi pprovdut dawl ikkontrollat kemm biex jissodisfaw il-ħtiġiet bijoloġiċi ta’ l-annimali u kemm biex jiġi pprovdut xogħol sodisfaċenti. Huwa neċessarju ukoll illi jkun hemm kontroll ta’ l-intensità u taċ-ċiklu tad-dawl u d-dlam. Meta jiġu miżmuma annimali ta’ l-albino, wieħed għandu jieħu kont tas-sensitività tagħhom għad-dawl (ara ukoll 2.6).

2.5. Storbju

L-istorbju jista’ jkun fattur importanti fil-kwartieri ta’ l-annimali. Kmamar ta’ żamma u kmamar ta’ l-esperimenti għandhom ikunu insulati kontra sorsi ta’ storbju qawwi fil-frekwenzi li jinstemgħu u fil-frekwenzi aktar għola sabiex jiġu evitati disturbi fl-imġieba u fil-fisjoloġija ta’ l-annimali. Ħsejjes f’salt jistgħu jwasslu għall-bidliet konsiderevoli fil-funzjonijiet ta’ l-organi imma, ladarba huma sikwit inevitabbli, huwa ta’ min jipprovdi l-kmamar ta’ ħżin u ta’ l-esperimenti b’ħoss kontinwu ta’ intensità moderata bħall-mużika baxxa.

2.6. Sistemi ta’ allarm

Faċilità illi fiha numru kbir ta’ annimali hija vulnerabbli. Huwa għalhekk rakkomandat illi l-faċilità tkun protetta b’installazzjoni ta’ apparat illi jagħraf in-nar u d-dħul ta’ persuni li mhumiex awtorizzati. Difetti tekniċi jew il-ksur tas-sistema ta’ ventilazzjoni huma difetti oħra illi jistgħu jikkaġunaw distress u anke l-mewt ta’ l-annimali, minħabba illi jistgħu jifggħu u minħabba sħana żejda jew, f’każijiet inqas serji, ikollhom effetti tant negattivi mill-esperiment illi jkun falliment u jkollu jiġi repetut. Apparat xieraq ta’ superviżjoni għandhom ikunu installati in konnessjoni mal-pjanti li ssaħħan u dik ta’ ventilazzjoni sabiex tippermetti lill-impjegati sabiex jissorveljaw l-operat tiegħu in ġenerali. Jekk hemm bżonn, għandu jiġi pprovdut ġeneratur tad-dawl sabiex jiġu mantenuti sistemi illi jissapportjaw il-ħajja ta’ l-annimali u dawl fil-każ illi tiġi miżmuma u tinqata’ l-provvista ta’ l-elettriku. Istruzzjonijiet ċari dwar proċeduri ta’ emerġenza għandhom jiġu murija b’mod prominenti. Allarmi għat-tankijiet tal-ħut għandhom jiġu rakkomandati fil-każ ta’ falliment tal-provvista ta’ l-ilma. Kura għandha tiġi meħuda sabiex tassigura illi l-operazzjoni tas-sistemi ta’ allarm joħolqu mill-inqas tfixkil possibbli lill-annimali.

3. KURA

3.1. Saħħa

3.1.1. Il-persuna illi hija inkarigata mill-istabbiliment għandha tassigura spezzjoni regolari ta’ l-annimali u superviżjoni ta’ l-akkomodazzjoni u kura minn veterinarju jew persuna oħra kompetenti.

3.1.2. Skond l-istima ta’ periklu ta’ l-annimali, attenzjoni xierqa għandha tiġi mogħtija lis-saħħa u l-iġjene ta’ l-impjegati.

3.2. Qbid

Annimali selvaġġi u li mhumiex mansi għandhom ikunu maqbuda b’metodi umani u minn persuni ta’ esperjenza illi għandhom tagħrif sħiħ dwar abitudnijiet u l-abitati ta’ l-annimali illi jinqabdu. Jekk anestetiku jew droga oħra għandha tiġi użata fl-operazzjoni ta’ qbid, għandha tkun amministrata minn veterinarju jew persuna oħra kompetenti. Kwalunkwe annimal illi huwa mweġġa’ b’mod serju għandu jingħata trattament veterinarju mill-aktar fis possibbli. Jekk l-annimal, fl-opinjoni tal-veterinarju, jista’ jibqa’ jgħix biss bis-sofferenza u l-uġigħ għandu jiġi maqtul mill-ewwel b’metodu uman. Fl-assenza ta’ veterinarju, kwalunkwe annimal illi jista jkun mweġġa’ b’mod serju għandu jiġi maqtul mill-ewwel b’metodu uman.

3.3. Kondizzjonijiet ta’ ppakkjar u trasport

Kull trasport, huwa bla dubju, esperjenza stressanti għall-annimali, illi għandu jiġu mnaqqas mill-aktar possibbli. L-annimali għandhom ikunu b’saħħithom għat-trasportazzjoni u huwa d-dmir ta’ minn jibgħat illi jassigura illi huma hekk. Annimali illi huma morda jew inkella mhumiex f’kondizzjoni tajba m’għandhomx ikunu soġġetti għal trasport li mhumiex neċessarju għar-raġunijiet terapewtiċi jew diagnostiċi. Kura speċjali għandha tiġi mogħtija lill-annimali femminili illi huma fi stadju avvanzat ta’ tqala. Annimali femminili illi x’aktarx iweldu waqt it-trasport jew illi għamlu dan fit-tmienja u erbgħin siegħa ta’ qabel, u t-tfal tagħhom, għandhom jiġu esklużi mit-trasportazzjoni. Kull prekawzjoni għandha tiġi meħuda minn dak illi jibgħat u dak illi jġorr fl-ippakkjar, fl-istivar u t-tranżitu sabiex tiġi evitata kwalunkwe sofferenza minħabba ventilazzjoni inadegwata, espożizzjoni għal temperaturi estremi, nuqqas ta’ ikel u ilma, dewmien twil, eċċ. Dak illi jirċievi għandu jkun infurmat b’mod xieraq bid-dettalji tat-trasport u l-partikularitajiet dokumentarji sabiex jassiguraw it-tqandil ta’ malajr u r-riċeviment fil-post tal-wasla. Jiġi mfakkar illi, safejn għandu x’jaqsam it-trasport internazzjonali ta’ l-annimali, Direttivi 77/489/KEE u 81/389/KEE; osservazzjoni stretta ta’ liġijiet nazzjonali u r-regolamenti kif ukoll r-regolmenti għall-annimali ħajjin ta’ l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport ta’ l-Ajru u l-Assoċjazzjoni ta’ Trasport bl-Ajru ta’ l-Annimali hija ukoll rakkomandata.

3.4. Riċeviment u spakjar

Il-kunsinji ta’ l-annimali għandhom jiġu rċevuti u spakjati mingħajr dewmien evitabbli. Wara l-ispezzjoni l-annimali għandhom jiġu trasferiti f’gaġeġ nodfa u għandhom jiġu mogħtija ikel u xorb kif xieraq. Annimali li huma morda jew inkella illi mhumiex f’kondizzjoni tajba għandhom jiġu miżmuma taħt osservazzjoni mill-qrib u mifruda minn annimali oħra. Huma għandhom jiġu eżaminati minn veterinarju jew minn persuna kompetenti mill-aktar fis possibbli u fejn neċessarju għandhom jiġu trattati. Annimali li m’għandhomx possibbiltà illi jfiequ għandhom jiġu maqtula b’metodu uman. Fl-aħħar, l-annimali kollha irċevuti għandhom ikunu reġistrati u mmarkati skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 17, 18, 19(5) tad-Direttiva. Il-kaxxi tat-trasport għandhom jiġu meqruda immedjatament jekk dikontaminazzjoni xierqa mhijiex possibbli.

3.5. Kwarantina, iżolament u darra għall-klima

3.5.1. L-għanijiet tal-kwarantina huma:

(a) illi tipproteġi lill-annimali l-oħra fl-istabbiliment;

(b) illi tipproteġi lill-bniedem minn infezzjoni żunotika

(ċ) illi tipprovdi prattika xjentifika tajba;

Kemm-il darba l-istat ta’ saħħa ta’ l-annimali miġjuba fl-istabbiliment mhuwiex sodisfaċenti, huwa rakkomandat illi dawn jgħaddu minn perjodu ta’ kwarantina. F’ċerti każijiet, dik ta’ idrofobja, per eżempju, dan il-perjodu jista’ jkun stabbilit fir-regolamenti nazzjonali ta’ l-Istati Membri. F’oħrajn, huwa jvarja u għandu jkun determinat minn persuna kompetenti, skond iċ-ċirkostanzi, normalment il-veterinarju appuntat mill-istabbiliment (ara ukoll Tabella 2).

L-annimali jistgħu jkunu użati fl-esperimenti waqt il-perjodu ta’ kwarantina sakemm ikunu ġew imdorrija għall-ambjent ġdid tagħhom u ma jippreżentawx riskju sinifikanti lill-annimali l-oħra jew lill-bniedem.

3.5.2. Huwa rakkomandat illi faċilitajiet fejn jiġu iżolati l-annimali għandhom jitqiegħdu fil-ġenb u għandhom ikollhom sinjali ta’ jew suspetti ta’ mard u liema jista’ jirrappreżenta periklu għall-bniedem jew l-annimali l-oħra.

3.5.3. Anke meta l-annimali jidhru illi huma b’saħħithom huwa tajjeb għalihom illi jgħaddu minn perjodu ta’ darra tal-klima qabel ma jintużaw għall-esperimenti. Iż-żmien meħtieġ jiddependi fuq diversi fatturi, bħalma huwa l-istress li ġew soġġetti għalih l-annimali li min-naħa tiegħu huwa ukoll soġġett għal diversi fatturi bħalma huma d-dewmien ta’ trasportazzjoni u ż-żmien ta’ l-annimal. Dan iż-żmien għandu jiġi deċiż minn persuna kompetenti.

3.6. Iggaġġar

3.6.1. Huwa possibbli illi ssir distinzjoni bejn żewġ sistemi wiesgħa taż-żamma ta’ l-annimali.

L-ewwelnett, hemm sistema li teżisti fl-istabbilimenti ta’ tkattir, provvista u ta’ l-utent fil-qasam bio-mediku diżinjata sabiex toffri akkomodazzjoni lill-annimali gerriema, fniek, karnivori, għasafar u primati li mhumiex umani, xi drabi rumnants,ħnieżer u żwiemel ukoll. Linji ta’ gwida suġġeriti għal-gaġeġ, pinen, ġiri u stalel addattati għal-faċilitajiet huma preżentati fit-Tabelli 3 sa 13. Gwida supplimentarja dwar il-qies minimu tal-gaġġa tinstab fil-Figuri 1 sa 7. Barra minn hekk, gwida illi tikkorrispondi ma’ dawn sabiex tiġi kkalkolata d-densità tal-ħżin fil-gaġeġ hija ppreżentata fil-Figuri 8 sa 12.

It-tieninett, hemm sistema li tinstab sikwit fi stabbilimenti fejn isiru esperimenti fuq annimali tar-razzett jew annimali simili kbar biss. Il-faċilitajiet f’dawn l-istabbilimenti m’għandhomx ikunu inqas minn dawk meħtieġa minn standards veterinarji kurrenti.

3.6.2. Gaġeġ u pinen m’għandhomx isiru minn materjal illi jkun ta’ ħsara għas-saħħa ta’ l-annimali, u d-disinn tagħhom għandu jkun tali illi l-annimali ma jweġġgħux lilhom infushom u, sakemm ma jkunux jistgħu jintremew, huma għandhom ikunu magħmula minn materjal addattat għall-metodi ta’ tindif u dikontaminazzjoni. B’mod partikolari, għandha tiġi mogħtija attenzjoni għad-disinn tal-gaġġa u ta’ l-artijiet tal-pinen illi għandhom ivarjaw skond l-ispeċi u ż-żmien ta’ l-annimali u għandhom ikunu ddisinjati b’mod illi jiffaċilita t-tneħħija tal-ħmieġ.

3.6.3. Il-pinen għandhom ikunu ddisinjati għall-istat tajjeb ta’ l-ispeċi. Għandhom jippermettu s-sodisfazzjon ta’ ċerti bżonnijiet etoloġiċi (per eżempju l-bżonn illi jixxabtu, jinħbew jew isibu xelter temporanju) u għandhom ikunu ddisinjati għal tindif effiċjenti u jħallu n-nuqqas ta’ kuntatt ma’ l-annimali l-oħra.

3.7. Għalf

3.7.1. Fl-għażla, produzzjoni u preparazzjoni ta’ l-għalf, għandhom jittieħdu prekawzjonijiet sabiex tiġi evitata dikontaminazzjoni kimika, fiżika jew mikrobioloġika. L-għalf għandu jkun ippakkjat b’mod marsus, magħluq fil-boroż, ittimbrat bid-data tal-produzzjoni meta xieraq. L-ippakkjar, it-trasport, u l-magazzinaġġ għandhom ikunu tali sabiex tiġi evitata l-kontaminazzjoni, deterjorazzjoni jew distruzzjoni. Kmamar ta’ ħżin għandhom ikunu friski, mudlama, niexfa u ma jħallux id-dħul ta’ annimali illi jagħmlu ħsara lill-annimali l-oħra jew insetti. Għalf illi jispiċċa malajr bħal ħaxix, frott, laħam, ħut, eċċ. għandu jinżamm fi kmamar kesħin, refriġeraturi u friżi.

L-imħażen kollha tal-ġwież, il-ħawtijiet jew utensili oħra użati għall-għalf għandhom jiġu mnaddfa regolarment u jekk neċessarju sterilizzati. Jekk għalf imxarrab huwa użat jew jekk l-għalf huwa faċilment kontaminat bl-ilma, awrina, eċċ., tindif ta’ kuljum huwa neċessarju.

3.7.2. Il-proċess ta’ tqassim ta’ l-għalf jista’ jvarja skond l-ispeċi però għandu jkun tali illi jissodisfa l-bżonnijiet psikoloġiċi ta’ l-annimal. Għandu jkun stabbilit illi kull annimal ikollu aċċess għall-għalf.

3.8. Ilma

3.8.1. Ilma tax-xorb li mhux ikkontaminat għandu dejjem ikun għad-dispożizzjoni ta’ l-annimali kollha. Waqt it-trasport, huwa aċċettabbli illi jiġi pprovdut l-ilma bħala parti minn dieta moxxa. L-ilma però huwa vettura ta’ mikro-organiżmi u l-provvista għandha għalhekk tkun irranġjata b’tali mod illi l-periklu involut jiġi minimizzat. Żewġ metodi huma l-aktar użati b’mod komuni, il-fliexken u s-sistemi awtomatiċi.

3.8.2. Il-fliexken huma spiss użati ma’ annimali żgħar bħal annimali gerriema u fniek. Meta fliexken huma użati, dawn għandhom ikunu magħmula minn materjal illi jidher minnu sabiex il-kontenut tagħhom ikun jista’ jiġi sorveljat. Id-disinn għandu jkun b’ħalq kbir sabiex ikun jista’ jiġi mnaddaf b’mod faċli u effiċjenti u, jekk materjal ta’ plastik huwa użat, m’għandux ikun jgħaddi l-ilma minnu. Tappijiet, stoppers u pajpijiet għandhom ikunu jistgħu jiġu sterilizzati u faċli illi tnaddafhom. Il-fliexken kollha u l-aċċessorji għandhom jinġiebu biċċiet, jitnaddfu u jiġu sterilizzati f’perjodi xierqa u regolari. Huwa preferibbli illi l-fliexken għandhom jiġu mibdula ma’ oħrajn illi huma nodfa, sterilizzati milli jerġgħu jiġu mimlija fil-kmamar tal-ħżin.

3.8.3. Sistemi awtomatiċi tax-xorb għandhom ikunu ċċekjati b’mod regolari, għandhom jiġu mogħtija servizz u msawba bi pressa ta’ l-ilma sabiex jiġu evitati inċidenti u l-firxa ta’ infezzjonijiet. Jekk gaġeġ b’qiegħan solidi huma użati, għandha tingħata l-kura meħtieġa sabiex jiġi evitat l-għarar. Testijiet bakterjoloġiċi regolari huma ukoll neċessarji sabiex tiġi sorveljata l-kwalità ta’ l-ilma.

3.8.4. Ilma rċevut mis-sistemi pubbliċi ta’ l-ilma jkun fih xi mikro-organiżmi illi normalment huma kkunsidrata li ma jagħmlux ħsara sakemm wieħed qed jittratta ma’ annimali illi huma mikrobioloġikament definiti. F’dawn il-każijiet, l-ilma għandu jkun trattat. Ilma pprovdut minn sistemi pubbliċi ta’ l-ilma normalment ikun klorinat sabiex inaqqas it-tkattir ta’ mikro-organiżmi. Dan il-klorin mhuwiex dejjem biżżejjed sabiex iżomm it-tkattir ta’ ċerti patoġeni, bħal per eżempju Pseudomanas. Bħala miżura addizzjonali, il-livell ta’ klorin fl-ilma jista’ jiġi miżjud jew jista jiġi miżjud l-aċtu fl-ilma sabiex jiġi ottenut l-effett mixtieq.

3.8.5. Fil-ħut, amfibji u rettili, it-tolleranza għall-aċidità, klorin u diversi kimiċi oħra tvarja ħafna minn speċi għal speċi. Għalhekk għandha ssir dispożizzjoni sabiex il-provvista ta’ l-ilma tiġi adottata għall-akwarji u tankijiet għall-ħtiġiet u l-limit ta’ tolleranza ta’ l-ispeċi individwali.

3.9. Irqad

Il-post ta’ l-irqad għandu jkun niexef, jixrob, mhux bit-trab, mhux tossiku u mingħajr aġenti infettivi jew annimali oħra, jew kwalunkwe forma ta’ kontaminazzjoni. Kura speċjali għandha tingħata sabiex ma tintużax iċ-ċana jew materjal ta’ irqad illi jiġi minn injam illi ġie trattat bil-kimiċi. Ċerti by-products industrijali jew skart, bħal karti mqatta’, jista jintuża.

3.10. Eżerċizzju u tqandil

3.10.1. Huwa rakkomandat illi tittieħed kull opportunità possibbli sabiex l-annimali jitħallew jagħmlu eżerċizzju.

3.10.2. L-aġir ta’ l-annimal waqt esperiment jiddependi ħafna fuq il-kunfidenza tiegħu fil-bniedem, xi ħaġa illi trid tiġi żviluppata. L-annimal selvaġġ probabbilment qatt ma jista’ jkun tajjeb għall-esperimenti. Huwa differenti minn annimali illi huma domestiċi mwielda u mrobbija f’kuntatt mal-bniedem. Il-kunfidenza, la darba stabbilita, għandha tiġi preżervata. Huwa għalhekk rakkomandat illi għandu jkun hemm kuntatt frekwenti sabiex l-annimali jkunu familjari mal-preżenza umana u ma’ l-attività umana. Fejn xieraq, għandu jitħalla żmien għad-diskors, tqandil u għat-tindif. Il-ħaddiema għandhom jissimpatizzaw ma’ l-annimali, għandhom ikunu ġentili u sodi meta jkunu ma’ l-annimali.

3.11. Tindif

3.11.1. L-istandard ta’ faċilità jiddependi ħafna fuq l-iġjene. Għandhom jiġu mogħtija istruzzjonijiet ċari dwar it-tibdil ta’ l-affarijiet ta’ l-irqad fil-gaġeġ u l-pinen.

3.11.2. Għandhom jiġu stabbiliti rutini xierqa għat-tindif, ħasil, dikontaminazzjoni, u fejn neċessarju, sterilizzazzjoni tal-gaġeġ u aċċessorji, fliexken u tagħmir ieħor. Għandu jiġi miżmum standard għoli ħafna ta’ tindif u ordni fil-kmamar ta’ żamma, ħasil u ħżin.

3.11.3. Għandu jkun hemm tindif regolari u, fejn xieraq, tiġdid ta’ materjal illi jifforma l-wiċċ ta’ l-art tal-pinen ta’ barra, gaġeġ u ġiri sabiex jiġi evitat illi dawn isiru sors ta’ infezzjoni u infestazzjoni ta’ parassiti.

3.12. Qtil uman ta’ l-annimali

3.12.1. Kwalunkwe metodu ta’ qtil ta’ l-annimali li huwa uman jeħtieġ sengħa illi tista’ tintlaħaq biss permezz ta’ taħriġ.

3.12.2. Annimal illi huwa nkonxju fil-fond jista’ jitneħħielu d-demm però drogi illi jipparalizzaw il-muskoli qabel ma jiġi nkonxju, dawk li għandhom effetti curariform u elettrokuzzjoni mingħajr passaġġ ta’ kurrent minn ġol-moħħ, m’għandhomx jiġu użati qabel l-anestesija.

M’għandhiex titħalla t-tneħħija tal-ġisem mejjet qabel ma jkun hemm rigor mortis.

TABELLA 1

Linji ta’ Gwida għat-Temperatura tal-Kamra

(annimali miżmuma fil-gaġeg, pinen jew ġiri ta’ ġewwa)

Speċi jew gruppi ta’ speċi | L-aħjar varjazzjoni fi oC |

Primati tad-Dinja l-Ġdida li mhumiex umani | 20-28 |

Ġurdien | 20-24 |

Far | 20-24 |

Ħemster Sirjan | 20-24 |

Gerbil | 20-24 |

Fenek ta’ l-Indi | 20-24 |

Primati tad-Dinja l-Qadima li mhumiex umani | 20-24 |

Summien | 20-24 |

Fenek | 15-21 |

Qattus | 15-21 |

Kelb | 15-21 |

Ferret | 15-21 |

Tiġieġ | 15-21 |

Ħamiem | 15-21 |

Qażquż | 10-24 |

Mogħoż | 10-24 |

Nagħaġ | 10-24 |

Baqar | 10-24 |

Żiemel | 10-24 |

Nota:

Meta jkunu qed jiġu miżmuma annimali żgħar jew bla xagħar, għandu mnejn ikunu meħtieġa temperaturi tal-kamra għola minn dawn indikati

TABELLA 2

Linji ta’ Gwida għal-perjodi ta’ kwarantina lokali

Nota introduttiva:

Għall-annimali importati, il-perjodi kollha ta’ kwarantina għandhom ikunu soġġetti għar-regolamenti nazzjonali ta’ l-Istati Membri. Fir-rigward tal perjodi ta’ kwarantina lokali, il-perjodu għandu jiġi determinat minn persuna kompetenti skond iċ-cirkostanzi, normalment minn veterinarju mqabbad mill-istabbiliment.

Speċi | Ġranet |

Ġurdien | 5-15 |

Far | 5-15 |

Gerbil | 5-15 |

Fenek ta’ l-Indi | 5-15 |

Ħemster Sirjan | 5-15 |

Fenek | 20-30 |

Qattus | 20-30 |

Kelb | 20-30 |

Primati li mhumiex umani | 40-60 |

TABELLA 3

Linji ta’ gwida għat-tpoġġija fil-gaġeġ ta’ annimali gerriema u fniek

(fil-ħażna u waqt l-esperimenti)

Speċi | Il-qies minimu ta’ l-art tal-gaġġa cm2 | L-għoli minimu tal-gaġġa cm |

| |

Ġurdien | 180 | 12 |

Far | 350 | 14 |

Ħemster Sirjan | 180 | 12 |

Fenek ta’ l-Indi | 600 | 18 |

Fenek | 1kg | 1400 | 30 |

2kg | 2000 | 30 |

3kg | 2500 | 35 |

4kg | 3000 | 40 |

5kg | 3600 | 40 |

Nota:

"L-għoli tal-gaġġa" ifisser id-distanza vertikali bejn l-art tal-gaġġa u l-parti ta’ fuq orizzontali ta’ l-għatu jew il-gaġġa.

Meta jkunu qed jiġu maħsuba l-esperimenti, għandha tittieħed konsiderazzjoni tal-kobor potenzjali ta’ l-annimali sabiex jiġi assigurat spazju adegwat skond din it-tabella fil-fażijiet kollha ta’ l-esperimenti.

Ara ukoll il-Figuri 1 sa 5 u 8 sa 12.

TABELLA 4

Linji ta’ gwida sabiex annimali gerriema żgħar jitpoġġew fil-gaġeġ

Speċi | Il-qies minimu ta’ l-art tal-gaġġa ta’ l-omm u ż-żgħar cm2 | L-għoli minimu tal-gaġġa c cm |

Ġurdien | 200 | 12 |

Far | 800 | 14 |

Ħemster Sirjan | 650 | 12 |

Fenek ta’ l-Indi | 1200 | 18 |

Fenek ta’ l-Indi fil-Ħarem | 1000 għal kull adult | 18 |

Nota:

Għad-definizzjoni ta’ "għoli tal-gaġġa" ara nota ta’ Tabella 3.

TABELLA 5

Linji ta’ gwida għat-trobbija tal-fniek

Użin tal-fenka kg | Il-qies minimu ta’ l-art tal-gaġġa għall-fenka u ż-żrameċ m2 | L-għoli minimu tal-gaġġa cm | Il-qies minimu ta’ l-art tal-kaxxa tal-bejta m2 |

1 | 0,30 | 30 | 0,10 |

2 | 0,35 | 30 | 0,10 |

3 | 0,40 | 35 | 0,12 |

4 | 0,45 | 40 | 0,12 |

5 | 0,50 | 40 | 0,14 |

Nota:

Għad-definizzjoni ta’ "għoli tal-gaġġa" ara nota tat-Tabella 3.

Il-qies minimu ta’ l-art tal-gaġġa tal-fenka u ż-żrameċ jinkludi l-qies ta’ l-art tal-kaxxa tal-bejta.

Ara ukoll Figura 6.

TABELLA 6

Linji ta’ gwida għaż-żamma tal-qtates

(waqt l-esperimenti u t-trobbija)

Użin tal-qattus kg | Il-qies minimu ta’ l-art tal-gaġġa għal kull qattus m2 | L-għoli minimu tal-gaġġa cm | Il-qies minimu ta’ l-art tal-gaġġa tal-qattusa u l-frieħ m2 | Il-qies minimu ta’ l-art tal-pinna tal-qattusa u l-frieħ m2 |

0,5-1 | 0,2 | 50 | — | — |

1-3 | 0,3 | 50 | 0,58 | 2 |

3-4 | 0,4 | 50 | 0,58 | 2 |

4-5 | 0,6 | 50 | 0,58 | 2 |

Nota:

Iż-żamma ta’ qtates fil-gaġeġ għandha tkun strettament limitata. Il-qtates miżmuma b’dan il-mod għandhom jitħallew joħorġu għall-eżerċizzju mill-inqas darba fil-ġurnata, fejn dan ma jtellifx l-esperimenti. Il-pinen tal-qtates għandhom ikunu mgħammra bi trejs għall-ħmieġ, xkafef biżżejjed għall-mistrieħ u oġġetti addattati għat-tixbit u qbid bid-dwiefer.

"Għoli tal-gaġġa" tfisser il-distanza vertikali bejn l-għola punt fl-art u l-punt l-aktar baxx fuq in-naħa ta’ fuq tal-gaġġa.

Għall-għan illi jiġi kkalkolat il-qies minimu ta’ l-art tal-gaġġa, il-parti ta’ l-ixkafef għandha tiġi inkluża. Il-qies minimu ta’ l-art tal-gaġġa għall-qattusa u l-frieħ tinkludi l-parti ta’ 0,18m2 tal-kaxxa tal-frieħ.

Ara ukoll Figura 7.

TABELLA 7

Linji ta’ gwida għaż-żamma tal-klieb fil-gaġeġ

(waqt l-esperimenti)

Għoli tal-kelb sal-punta ta’ l-ispalla cm | Il-qies minimu tal-gaġġa għal kull kelb m2 | L-għoli minimu tal-gaġġa cm |

30 | 0,75 | 60 |

40 | 1,00 | 80 |

70 | 1,75 | 140 |

Nota:

Il-klieb m’għandhomx jinżammu fil-gaġeġ għal żmien itwal milli neċessarju għal għan ta’ l-esperiment. Il-klieb li jinżammu fil-gaġeġ għandhom jitħallew joħorġu għall-eżerċizzju mill-inqas darba fil-ġurnata sakemm dan ma jfixkilx l-għan ta’ l-esperiment. Għandu jiġi stabbilit limitu ta’ żmien illi iktar minnu kelb m’għandux jinżamm ġo gaġġa mingħajr eżerċizzju. Iż-żoni ta’ eżerċizzju għandhom ikunu kbar biżżejjed sabiex iħallu l-moviment ħieles lill-kelb. L-art tal-gaġeġ tal-klieb m’għandhiex tkun tal-gradilji sakemm din mhijiex meħtieġa mill-esperimenti.

Fid-dawl tad-differenzi kbar fl-għoli u interdipendenza limitata ta’ l-għoli u t-toqol tad-diversi tipi ta’ klieb, l-għoli tal-gaġġa għandu jkun ibbażat fuq l-għoli tal-ġisem sa l-ispalla ta’ l-annimal individwali. Bħala regola ġenerali l-għoli minimu tal-gaġġa għandu jkun id-doppju ta’ l-għoli sa l-ispalla.

Għad-definizzjoni ta’ "għoli tal-gaġġa", ara nota tat-Tabella 6.

TABELLA 8

Linji ta’ gwida għaż-żamma tal-klieb fil-pinen

(fil-ħżin u waqt l-esperimenti u t-trobbija)

Użin tal-kelb kg | Il-qies minimu ta’ l-art tal-pinen għal kull kelb m2 | Il-qies minimu taż-żona ta’ eżerċizzju għal kull kelb |

sa 3-iklieb m2 | iktar minn 3-iklieb m2 |

< 6 | 0,5 | 0,5 (1,0) | 0,5 (1,0) |

6-10 | 0,7 | 1,4 (2,1) | 1,2 (1,9) |

10-20 | 1,2 | 1,6 (2,8) | 1,4 (2,6) |

20-30 | 1,7 | 1,9 (3,6) | 1,6 (3,3) |

>30 | 2,0 | 2,0 (4,0) | 1,8 (3,8) |

TABELLA 9

Linji ta’ gwida għaż-żamma ta’ primati mhux umani fil-gaġeġ

(fil-ħżin u waqt l-esperimenti u t-trobbija)

Nota Introduttorja:

Minħabba l-varjazzjoni wiesgħa ta’ qisien u karatteristiċi tal-primati, u speċjalment importanti illi jiġu mqabbla l-forma u l-manilji interni kif ukoll id-dimensjonijiet tal-gaġeġ tagħhom għall-bżonnijiet partikolari tagħhom. Il-volum totali tal-gaġġa huwa importanti għall-primati daqs il-qies ta’ l-art. Bħala prinċipju ġenerali, l-għoli ta’ gaġġa, mill-inqas għax-xadini u simjani oħra, għandu jkun l-akbar dimensjoni tagħha. Il-gaġeġ għandhom ikunu għoljin biżżejjed sabiex l-annimali jkunu jistgħu joqogħdu bil-wieqfa eretti. L-għoli minimu tal-gaġġa tal-brachiators għandu jkun tali sabiex iħallihom jitbandlu f’estensjoni kompluta mis-saqaf mingħajr ma saqajhom imissu l-art tal-gaġġa. Fejn xieraq, perċi għandhom jiġu mwaħħla sabiex iħallu lill-primati jużaw il-parti ta’ fuq tal-gaġġa.

Primati kompatibbli jistgħu jinżammu tnejn tnejn f’gaġġa. Fejn ma jistgħux jinżammu f’pari, il-gaġeġ tagħhom għandhom jitpoġġew b’tali mod illi jkunu jistgħu jaraw lil xulxin, però għandu jkun possibbli illi dan jiġi prevenut meta hu meħtieġ.

Soġġett għal dawn l-osservazzjonijiet, it-tabella illi jmiss fiha linji ta’ gwida ġenerali għaż-żamma fil-gaġeġ ta’ gruppi ta’ speċi l-aktar użati (familji super Ceboidea u Cerocopithecoidea).

Użin tal-primat kg | Il-qies minimu ta’ l-art tal-gaġġa għal annimal wieħed jew tnejn m2 | L-għoli minimu tal-gaġġa cm |

< 1 | 0,25 | 60 |

1- 3 | 0,35 | 75 |

3- 5 | 0,50 | 80 |

5- 7 | 0,70 | 85 |

7- 9 | 0,90 | 90 |

9-15 | 1,10 | 125 |

15-25 | 1,50 | 125 |

Nota:

Għad-definizzjoni ta’ "għoli tal-gaġġa" ara nota tat-Tabella 6.

TABELLA 10

Linji ta’ gwida għaż-żamma tal-ħnieżer fil-gaġeġ

(fil-ħżin u waqt l-esperimenti)

Użin tal-ħanżir kg | Il-qies minimu ta’ l-art tal-gaġġa għal kull ħanżir m2 | L-għoli minimu tal-gaġġa cm |

5-15 | 0,35 | 50 |

15-25 | 0,55 | 60 |

25-40 | 0,80 | 80 |

Nota:

It-tabella tapplika ukoll għall-frieħ tal-ħnieżer. Il-ħnieżer m’għandhomx jinżammu f’gaġeġ kemm-il darba dan mhux assolutament neċessarju għall-għan ta’ l-esperiment u mbagħad għall-perjodu minimu ta’ żmien biss.

Għad-definizzjoni ta’ "għoli tal-gaġġa" ara nota tat-Tabella 6.

TABELLA 11

Linji ta’ gwida għall-akkomodazzjoni ta’ annimali tar-razzett fil-pinen

(fil-ħżin u waqt l-esperimenti fl-istabbilimenti ta’ l-utenti)

Speċi u l-Użin kg | Il-qies minimu ta’ l-art tal-pinna m2 | It-tul minimu tal-pinna m | L-għoli minimu tal-partizzjoni m | Il-qies minimu ta’ l-art tal-pinna għall-gruppi m2/annimal | It-tul minimu taċ-ċestun ta’ l-ikel m |

| |

Ħnieżer | 10 - 30 | 2 | 1,6 | 0,8 | 0,2 | 0,20 |

30 - 50 | 2 | 1,8 | 1,0 | 0,3 | 0,25 |

50 -100 | 3 | 2,1 | 1,2 | 0,8 | 0,30 |

100 -150 | 5 | 2,5 | 1,4 | 1,2 | 0,35 |

>150 | 5 | 2,5 | 1,4 | 2,5 | 0,40 |

Nagħaġ | < 70 | 1,4 | 1,8 | 1,2 | 0,7 | 0,35 |

Mogħoż | < 70 | 1,6 | 1,8 | 2,0 | 0,8 | 0,35 |

Baqar | < 60 | 2,0 | 1,1 | 1,0 | 0,8 | 0,30 |

60 - 100 | 2,2 | 1,8 | 1,0 | 1,0 | 0,30 |

100 - 150 | 2,4 | 1,8 | 1,0 | 1,2 | 0,35 |

150 - 200 | 2,5 | 2,0 | 1,2 | 1,4 | 0,40 |

200 - 400 | 2,6 | 2,2 | 1,4 | 1,6 | 0,55 |

>400 | 2,8 | 2,2 | 1,4 | 1,8 | 0,65 |

Żwiemel adulti | 13,5 | 4,5 | 1,8 | — | — |

TABELLA 12

Linji ta’ gwida għall-akkomodazzjoni ta’ annimali tar-razzett fl-istalel

(fil-ħżin u waqt l-esperimenti fi stabbilimenti ta’ l-utenti)

Speċi u l-Użin kg | Il-qies minimu ta’ l-istalla m2 | It-tul minimu ta’ l-istalla m | L-għoli minimu tal-partizzjoni ta’ l-istalla m |

| |

Ħnieżer | 100 - 150 | 1,2 | 2,0 | 0,9 |

>150 | 2,5 | 2,5 | 1,4 |

Nagħaġ | < 70 | 0,7 | 1,0 | 0,9 |

Mogħoż | < 70 | 0,8 | 1,0 | 0,9 |

Baqar | 60 - 100 | 0.6 | 1,0 | 0,9 |

100 - 150 | 0,9 | 1,4 | 0,9 |

150 - 200 | 1,2 | 1,6 | 1,4 |

200 - 350 | 1,8 | 1,8 | 1,4 |

350 - 500 | 2,1 | 1,9 | 1,4 |

>500 | 2,6 | 2,2 | 1,4 |

Żwiemel adulti | 4,0 | 2,5 | 1,6 |

Nota:

L-istalel għandhom ikunu wiesgħa biżżejjed sabiex l-annimal ikun jista’ jimtedd komdu.

TABELLA 13

Linji ta’ gwida għaż-żamma ta’ l-għasafar fil-gaġeġ

(fil-ħżin u waqt l-esperimenti fl-istabbilimenti ta’ l-utenti)

Speċi u l-Użin g | Il-qies minimu għall-għasfur wieħed cm2 | Il-qies minimu għal 2 għasafar cm2/għasfur | Il-qies minimu għal 3 għasafar jew aktar cm2/għasfur | L-għoli minimu tal-gaġġa cm | It-tul minimu tal-ħawt ta’ l-ikel cm |

| |

Tiġieġ | 100 - 300 | 250 | 200 | 150 | 25 | 3 |

300 - 600 | 500 | 400 | 300 | 35 | 7 |

600 -1 200 | 1000 | 600 | 450 | 45 | 10 |

1200 -1800 | 1200 | 700 | 550 | 45 | 12 |

1800 - 400 | 1400 | 850 | 650 | 45 | 12 |

(Adulti rġiel) | | | | | | |

>2400 | 1800 | 1200 | 1000 | 60 | 15 |

Summien | 120-140 | 350 | 250 | 200 | 15 | 4 |

Nota:

"Qies" (area) tfisser il-prodott tat-tul tal-gaġġa u tal-wisa’ tal-gaġġa mkejla minn ġewwa u orizzontali. Mhux il-prodott tat-tul ta’ l-art u tal-wisa’ ta’ l-art.

Għad-definizzjoni ta’ "għoli tal-gaġġa" ara nota tat-Tabella 6.

Il-qies tax-xibka f’artijiet tal-gradilji m’għandhiex tkun akbar minn 10x10mm għall-flieles iż-żgħar, u 25x25mm għall-għattuqa tal-ftuħ u adulti. Il-ħxuna tal-wajer għandha tkun mill-inqas 2mm. Il-waqfa tat-telgħa m’għandhiex tkun aktar minn 14 %(8o). Il-ħawtijiet ta’ l-ilma għandhom ikunu ta’ l-istess tul bħall-ħawtijiet ta’ l-ikel. Jekk l-irjus tal-flixkun jew it-tazzi huma pprovduti, kull għasfur għandu ikollu aċċess għal tnejn. Il-gaġeġ għandhom ikunu mwaħħla bil-pereċ u għasafar f’gaġeġ waħidhom għandhom jitħallew jaraw lil xulxin.

FIGURA 1

Ġrieden

(fil-ħżin u waqt l-esperimenti)

Il-qies minimu ta’ l-art tal-gaġġa

Mogħti l-użin tal-ġurdien, il-linji kollha mpinġija, EU-EU, jagħti l-qies minimu illi għandu jiġi allokat

+++++ TIFF +++++

FIGURA 2

Farijiet

(fil-ħżin u waqt l-esperimenti)

Il-qies minimu ta’ l-art tal-gaġġa

Mogħti l-użin tal-far, il-linji kollha mpinġija, EU-EU, jagħti l-qies minimu illi għandu jiġi allokat

+++++ TIFF +++++

FIGURA 3

Ħemsters Sirjani

(fil-ħżin u waqt l-esperimenti)

Qies minimu ta’ l-art tal-gaġġa

Mogħti l-użin tal-ħemster Sirjan, il-linji kollha mpinġija, EU-EU, jagħti l-qies minimu illi għandu jiġi allokat

+++++ TIFF +++++

FIGURA 4

Fniek ta’ l-Indi

(fil-ħżin u waqt l-esperimenti)

Qies minimu ta’ l-art tal-gaġġa

Mogħti l-użin tal-fniek ta’ l-Indi, il-linji kollha mpinġija, EU-EU, jagħti l-qies minimu illi għandu jiġi allokat

+++++ TIFF +++++

FIGURA 5

Fniek

(fil-ħżin u waqt l-esperimenti)

Qies minimu ta’ l-art tal-gaġġa

Mogħti l-użin tal-fniek, il-linji kollha mpinġija, EU-EU, jagħti l-qies minimu illi għandu jiġi allokat

+++++ TIFF +++++

FIGURA 6

Fniek

(fit-trobbija)

Qies minimu ta’ l-art tal-gaġġa għall-fenka u żrameġ illi għadhom ma tneħħewx

Mogħti l-użin tal-fniek, il-linji kollha mpinġija, EU-EU, jagħti l-qies minimu illi għandu jiġi allokat

+++++ TIFF +++++

FIGURA 7

Qtates

(fil-ħżin u waqt l-esperimenti)

Qies minimu ta’ l-art tal-gaġġa għall-fenka u żrameġ illi għadhom ma tneħħewx

Mogħti l-użin tal-fniek, il-linji kollha mpinġija, EU-EU, jagħti l-qies minimu illi għandu jiġi allokat

+++++ TIFF +++++

FIGURA 8

Gwida dwar ir-relazzjoni bejn in-numru ta’ ġrieden f’kull gaġġa u l-qies ta’ l-art tal-gaġġa

(fil-ħżin u waqt l-esperimenti)

Il-linji jirrappreżentaw l-użin medju u jikkorrispondu mal-linja EU-Eu fil-Figura 1

+++++ TIFF +++++

FIGURA 9

Gwida għar-relazzjoni bejn numru ta’ far f’kull kaxxa u l-qies ta’ l-art tal-gaġġa

(fil-ħżin u waqt l-esperimenti)

Il-linji jirrappreżentaw l-użin medju u jikkorrispondu mal-linja EU-EU fil-Figura 2.

+++++ TIFF +++++

FIGURA 10

Gwida għar-relazzjoni bejn in-numru ta’ ħemsters f’kull kaxxa u l-qies ta’ l-art tal-gaġġa

(fil-ħżin u waqt l-esperimenti)

Il-linji jirrappreżentaw l-użin medju u jikkorrispondu mal-linja EU-EU fil-Figura 3.

+++++ TIFF +++++

FIGURA 11

Gwida għar-relazzjoni bejn in-numru ta’ fniek ta’ l-Indi f’kull kaxxa u l-qies ta’ l-art tal-gaġġa

(fil-ħżin u waqt l-esperimenti)

Il-linji jirrappreżentaw l-użin medju u jikkorrispondu mal-linja EU-EU fil-Figura 4.

+++++ TIFF +++++

FIGURA 12

Gwida għar-relazzjoni bejn in-numru ta’ fniek f’kull kaxxa u l-qies ta’ l-art tal-gaġġa

(fil-ħżin u waqt l-esperimenti)

Il-linji jirrappreżentaw l-użin medju u jikkorrispondu mal-linja EU-EU fil-Figura 5.

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Top