EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31974L0060

Id-Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 1973 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-muntaġġi interni tal-vetturi bil-mutur (partijiet interni tal-kompartiment tal-passiġġier minbarra l-mirja li minnhom tista’ tara fuq wara, it-tqassim tal-kontrolli, is-saqaf jew is-saqaf li jiżżerżaq, is-serħan tad-dahar u n-naħa ta’ wara tas-sedili)

OJ L 38, 11.2.1974, p. 2–21 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)
Greek special edition: Chapter 13 Volume 002 P. 168 - 187
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 003 P. 142 - 161
Portuguese special edition: Chapter 13 Volume 003 P. 142 - 161
Special edition in Finnish: Chapter 13 Volume 003 P. 187 - 205
Special edition in Swedish: Chapter 13 Volume 003 P. 187 - 205
Special edition in Czech: Chapter 13 Volume 002 P. 29 - 48
Special edition in Estonian: Chapter 13 Volume 002 P. 29 - 48
Special edition in Latvian: Chapter 13 Volume 002 P. 29 - 48
Special edition in Lithuanian: Chapter 13 Volume 002 P. 29 - 48
Special edition in Hungarian Chapter 13 Volume 002 P. 29 - 48
Special edition in Maltese: Chapter 13 Volume 002 P. 29 - 48
Special edition in Polish: Chapter 13 Volume 002 P. 29 - 48
Special edition in Slovak: Chapter 13 Volume 002 P. 29 - 48
Special edition in Slovene: Chapter 13 Volume 002 P. 29 - 48
Special edition in Bulgarian: Chapter 13 Volume 002 P. 3 - 22
Special edition in Romanian: Chapter 13 Volume 002 P. 3 - 22
Special edition in Croatian: Chapter 13 Volume 001 P. 9 - 24

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2014; Imħassar b' 32009R0661

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1974/60/oj

31974L0060

Id-Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 1973 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-muntaġġi interni tal-vetturi bil-mutur (partijiet interni tal-kompartiment tal-passiġġier minbarra l-mirja li minnhom tista’ tara fuq wara, it-tqassim tal-kontrolli, is-saqaf jew is-saqaf li jiżżerżaq, is-serħan tad-dahar u n-naħa ta’ wara tas-sedili)

Official Journal L 038 , 11/02/1974 P. 0002 - 0021
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 3 P. 0187
Greek special edition: Chapter 13 Volume 2 P. 0168
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 3 P. 0187
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 3 P. 0142
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 3 P. 0142
CS.ES Chapter 13 Volume 002 P. 29 - 48
ET.ES Chapter 13 Volume 002 P. 29 - 48
HU.ES Chapter 13 Volume 002 P. 29 - 48
LT.ES Chapter 13 Volume 002 P. 29 - 48
LV.ES Chapter 13 Volume 002 P. 29 - 48
MT.ES Chapter 13 Volume 002 P. 29 - 48
PL.ES Chapter 13 Volume 002 P. 29 - 48
SK.ES Chapter 13 Volume 002 P. 29 - 48
SL.ES Chapter 13 Volume 002 P. 29 - 48


Id-Direttiva tal-Kunsill

tas-17 ta’ Diċembru 1973

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-muntaġġi interni tal-vetturi bil-mutur (partijiet interni tal-kompartiment tal-passiġġier minbarra l-mirja li minnhom tista’ tara fuq wara, it-tqassim tal-kontrolli, is-saqaf jew is-saqaf li jiżżerżaq, is-serħan tad-dahar u n-naħa ta’ wara tas-sedili)

(74/60/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 100 tiegħu;

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni;

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2];

Billi l-ħtiġiet tekniċi li vetturi bil-mutur għandhom jissodisfaw skond il-liġijiet nazzjonali jirrigwardjaw, inter alia, l-muntaġġi nterni għall-protezzjoni ta’ l-okkupanti;

Billi dawn il-ħtiġiet ivarjaw minn Stat Membru għal ieħor; billi għaldaqstant huwa meħtieġ li l-Istati Membri kollha jadottaw l-istess ħtiġiet jew flimkien ma’ jew minflok ir-regoli eżistenti tagħhom, sabiex, partikolarment, jippermettu li l-proċedura għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE li kienet is-suġġett tad-Direttiva tal-Kunsill tas-6 ta’ Frar 1970 [3] dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, tkun applikata fir-rigward ta’ kull tip ta’ vettura;

Billi l-ħtiġiet komuni tal-mirja interni li minnhom tara fuq wara kienu stabbiliti bid-Direttiva tal-Kunsill ta’ l-1 ta’ Marzu 1971 [4] u l-ħtiġiet għandhom ikunu mħejjija wkoll għall-muntaġġi nterni tal-kompartiment tal-passiġġier, it-tqassim tal-kontrolli, s-saqaf u fejn jistrieħ id-dahar u l-parti ta’ wara tas-sedili; billi sussegwentement ħtiġiet oħra għandhom ikunu adottati li jikkonċernaw il-muntaġġi nterni u li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ankoraġġi għaċ-ċinturini tas-sigurtà u s-sedili, it-trażżin tar-ras, il-protezzjoni tas-sewwieq mill-unità tal-isteering u t-tqassim tal-kontrolli;

Billi ħtiġiet armonizzati għandhom inaqqsu r-riskju jew is-severità ta’ ġrieħi li tagħhom is-sewwieqa ta’ vetturi bil-mutur jistgħu jkunu vittmi u b’hekk jaċċertaw sigurtà fit-triq għall-Komunità kollha;

Billi, fir-rigward ta’ ħtiġiet tekniċi, huwa xieraq li jkunu utilizzati dawk adottati mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti fir-Regolament tagħha Nru 21 (‘Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-vetturi fir-rigward tal-muntaġġi nterni’) li hu anness mal-Ftehim ta’ l-20 ta’ Marzu 1958 li jirrigwarda l-adozzjoni ta’ kondizzjonijiet uniformi ta’ l-approvazzjoni u r-rikonoxximent reċiproku ta’ approvazzjoni tat-tagħmir u l-partijiet ta’ vetturi bil-mutur,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA

Artikolu 1

Għall-iskopijiet tad-Direttiva, "vettura" tfisser kull vettura bil-magna fil-kategorija M1 (definita fl-Anness I tad-Direttiva tas-6 ta’ Frar 1970) iddisinjata għall-użu fit-triq, li jkollha mill-anqas erba’ roti u veloċità massima ddisinjata li teċċedi l-25 km fis-siegħa.

Artikolu 2

L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta li jagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ vettura għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ muntaġġi interni tal-vettura bħal ma huma:

- il-partijiet interni tal-kompartiment tal-passiġġier minbarra l-mera jew mirja interni li minnhom tara fuq wara,

- it-tqassim tal-kontrolli,

- is-saqaf jew is-saqaf li jiżżerżaq,

- il-parti fejn jistrieħ id-dahar u l-parti ta’ wara tas-sedili,

jekk dawn jissodisfaw il-ħtiġiet stabbiliti fl-Annessi.

Artikolu 3

L-ebda Stat Membru ma jista’ jiirrifjuta li jirreġistra jew jipprojbixxi l-bejgħ, id-dħul fis-servizz jew l-użu ta’ xi vettura għal raġunijiet li jirrigwardaw:

- partijiet interni tal-kompartiment tal-passiġġier minbarra l-mera jew il-mirja interni li minnhom tara fuq wara

- it-tqassim tal-kontrolli,

- is-saqaf jew is-saqaf li jiżżerżaq,

- il-parti fejn jistrieħ id-dahar u l-parti ta’ wara tas-sedili,

jekk dawn il-punti jissodisfaw il-ħtiġiet stabbiliti fl-Annessi.

Artikolu 4

L-Istat Membru li jkun ta’ l-approvazzjoni tat-tip għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jassigura li jkun infurmat b’kull modifika ta’ xi parti jew karatteristika imsemmija fl-Anness I, 2.2. L-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat għandhom jistabbilixxu jekk għandhomx isiru testijiet ġodda fuq il-vettura modifikata u jitħejja rapport ġdid. Meta testijiet bħal dawn jiżvelaw nuqqas ta’ konformità mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva, il-modifika m’għandhiex tkun approvata.

Artikolu 5

Modifiki li huma meħtieġa sabiex jaddattaw id-dispożizzjonijiet ta’ l-Annessi sabiex jittieħed kont tal-progress tekniku għandhom ikunu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

Artikolu 6

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva fi żmien tmintax-il xahar min-notifika tagħha u għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b’dan.

2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw illi t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva jkun ikkomunikat lill-Kummissjoni.

Artikolu 7

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-17 ta’ Diċembru 1973.

Għall-Kunsill

Il-President

I. Nørgaard

[1] ĠU Ċ 112, 27.10.1972, p. 14.

[2] ĠU Ċ 123, 27.11.1972, p. 32.

[3] ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1.

[4] ĠU L 68, 22.3.1971, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS I [1]

DEFINIZZJONIJIET, APPLIKAZZJONIJIET GĦALL-APPROVAZZJONI TAL-KEE U SPEĊIFIKAZZJONIJIET

(1.) 2. DEFINIZZJONIJIET

Għall-iskop ta’ din id-Direttiva

(2.1.) 2.2. ‘Tip ta’ vettura’ fir-rigward ta’ l-appart intern tal-kompartiment tal-passiġġier (apparti mill-mera/mirja li li minnha/hom tara fuq wara: l-arranġamenti tal-kontrolli, s-saqaf jew is-saqaf li jiżżerżaq, fejn jistrieħ id-dahar u l-parti ta’ wara tas-sedili) ifissru vetturi bil-mutur li ma jvarjawx f’aspetti essenzjali bħal:

2.2.1. il-linji tal-materjali kostitwenti tal-karozzerija tal-kompartiment tal-passiġġier,

2.2.2. it-tqassim tal-kontrolli;

2.3. ‘żona ta’ referenza’ tfisser iż-żona ta’ l-impatt tar-ras kif definita fl-Anness II apparti milli:

2.3.1. iż-żona definita bl-isporġenza orizzontali ‘l quddiem ta’ ċirku li jdawwar il-limiti esterni tal-kontroll tal-isteering, miżjud permezz ta’ faxxa periferali ta’ 127 mm wisa’; din iż-żona hija definita minn taħt permezz ta’ l-impjant tanġenzjali u orizzontali għat-tarf t’isfel tal-kontroll ta’ l-isteering meta dan ta’ l-aħħar ikun fil-pożizzjoni biex isuq dritt il quddiem,

2.3.2. il-parti tal-wiċċ tal-panel ta’ l-istrumenti li hemm bejn it-tarf taż-żona speċifikata fil-punt 2.3.1 t’hawn fuq u l-ħajt tal-ġenb intern l-aktar viċin tal-vettura; dan il-wiċċ huwa definit permezz ta’ l-impjant tanġenzjali u orizzontali sat-tarf t’isfel tal-kontroll tal-isteering; u

2.3.3. il-pilastri tal-ġenb tal-windscreen,

2.4. ‘il-livell tal-panel ta’ l-istrumenti’ għandu jfisser il-linja definita permezz tal-punti ta’ kuntatt ta’ tanġenti vertikali mal-panel ta’ l-istrumenti,

2.5. ‘saqaf’ għandu jfisser il-parti ta’ fuq tal-vettura li testendi mit-tarf ta’ fuq tal-windscreen sat-tarf ta’ fuq tat-tieqa ta’ wara, mdawwra mill-ġnub permezz ta’ l-istruttura ta’ fuq tal-ħitan tal-ġnub,

2.6. ‘il-linja taċ-ċinturin’ għandha tfisser il-linja kostitwita mill-profil viżibbli ta’ taħt it-twieqi tal-ġnub tal-vettura,

2.7. ‘vettura konvertibbli’ għandha tfisser vettura li tista’, f’ċerti każi, ma jkollhiex element strutturali riġidu ‘l fuq mill-linja taċ-ċinturin apparti mill-pilastri tal-windscreen jew tar-roll-bar(s),

2.8. ‘vettura bis-saqaf jiżżerżaq’ għandha tfisser vettura li s-saqaf tagħha jew parti minnu biss jista’ jkun milwi lura jew jitneħħa, filwaqt li jħalli l-elementi strutturali eżistenti tal-vettura ‘l fuq mil-linja tal-qgħadd.

3. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE

3.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura għandha tkun ippreżentata mill-fabbrikant tal-vettura jew mir-rappreżentant tiegħu.

3.2. Għandha tkun akkompanjata mid-dokumenti msemmija hawn taħt bi tliet kopji u bid-dettalji li ġejjin:

- deskrizzjoni dettaljata tat-tip tal-vettura fir-rigward tal-punti imsemmija fil-punt 2.2 t’hawn fuq;

- ritratt jew dehra mkabbra tal-kompartiment tal-passiġġier; u

- in-numri u/jew is-simboli li jidentifikaw it-tip ta’ vettura għandhom ikunu speċifikati.

3.3. Dan li ġej għandu jingħata lis-servizz tekniku responsabbli għat-twettieq tat-testijiet:

3.3.1. fid-diskrezzjoni tal-manifattur, jew vettura rappreżentattiva tal-vettura tat-tip għall-approvazzjoni jew il-parti(jiet) tal-vettura meqjusa bħala essenzjali għall-ivverifikar u testijiet preskritti b’din id-Direttiva; u

3.3.2. fuq talba tas-servizz tekniku msemmi qabel, ċerti komponenti u ċerti kampjuni tal-materjali użati.

(4.) 5. SPEĊIFIKAZZJONIJIET

5.1. Il-partijiet interni ta’ quddiem tal-kompartiment tal-passiġġier ‘l fuq mill-livell tal-panel ta’ l-istrumenti quddiem is-sedil ta’ quddiem tal-punti H, li jeskludu l-bibien tal-ġnub

5.1.1. Iż-żona ta’ referenza definita fil-punt 2.3 t’hawn fuq m’għandhiex ikollha xi trufijiet raffi perikolużi jew li jaqtgħu li x’aktarx iżidu r-riskju tal-ġrieħi serji lill-okkupanti. Dawk il-partijiet msemmija fil-punti 5.1.2 sa 5.1.6 għandhom ikunu meqjusa bħala sodisfaċenti jekk ikunu konformi mal-ħtiġiet tagħhom.

5.1.2. Il-partijiet tal-vettura fiż-żona ta’ referenza bl-eċċezzjoni ta’ dawk li m’humiex parti mill-panel ta’ l-istrumenti u li huma mqiegħda f’anqas minn 10 ċm mill-uċuħ ileqqu għandhom ikunu tat-tip li jiddissipaw l-enerġija kif preskritt fl-Anness III. Dawk il-partijiet fiż-żona ta’ referenza li jissodisfaw iż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin għandhom ukoll ikunu esklużi mill-konsiderazzjoni:

- jekk, waqt test skond il-ħtiġiet ta’ l-Anness III, il-pendlu jagħmel kuntatt ma partijiet ‘il barra miż-żona ta’ referenza; u

- jekk il-partijiet li għandhom ikunu ttestjati jitqiegħdu f’anqas minn 10 ċm il-bogħod mill-partijiet li jkun sar kuntatt magħhom ‘l barra miż-żona ta’ referenza, din id-distanza titkejjel fuq il-wiċċ taż-żona ta’ referenza;

kull muntaġġ ta’ support tal-metall m’għandux ikollu truf ħierġa ‘l barra.

5.1.3. It-tarf t’isfel tal-panel ta’ l-istrumenti, kemm-il darba jilħaq il-ħtiġiet tal-punt 5.1.2 t’hawn fuq, għandu jiddawwar għal raġġ ta’ kurvatura ta’ mhux inqas minn 19 mm.

5.1.4. Swiċċijiet, pumi tal-ġbid, etc, magħmula minn materjal riġidu, li, mkejjel skond il-metodu deskritt fl-Anness V minn 3.2 mm sa 9.5 mm mill-panel, għandhom ikollhom żona trasversali ta’ mhux anqas minn 2 ċm², imkejla 2.5mm mill-punt li jisporġi l-aktar ‘il-bogħod, u għandu jkollu truf fit-tond b’raġġ ta’ kurvatura ta’ mhux anqas minn 2.5 mm.

5.1.5. Jekk dawn il-komponenti jisporġaw b’aktar minn 9.5 mm mill-wiċċ tal-panel ta’ l-istrumenti, dawn għandhom ikunu ddisinjati u mibnija b’tali mod li jkunu jistgħu, taħt l-effett ta’ forza lonġitutinali u orizzontali ta’ 37.8 daN imwassla b’marżebba bit-tarf ċatt ta’ mhux aktar minn 50 mm dijametru jew sabiex tirtira lura fil-wiċċ tal-panel sakemm ma jisporġawx b’aktar minn 9.5 mm jew biex jiġu distakkati; fil-każ ta’ l-aħħar l-ebda sporġenzi perikolużi ta’ aktar minn 9.5 mm m’għandhom jibqgħu; medda trasversali ta’ mhux aktar minn 6.5 mm mill-punt ta’ sporġenza massima m’għandhiex tkun anqas minn 6.50 ċm2 fil-erja.

5.1.6. Fil-każ ta’ sporġenza li tikkonsisti minn komponent magħmul minn materjal li mhux riġidu ta’ anqas minn ebusija ta’ 50 shore A mmuntat fuq appoġġ riġidu, l-ħtiġiet tal-punti 5.1.4 u 5.1.5 għandhom japplikaw biss għall-appoġġ riġidu.

5.2. Partijiet interni ta’ quddiem tal-kompartiment tal-passiġġier taħt il-livell tal-panel ta’ l-istrumenti u quddiem il-punti H tas-sedil ta’ quddiem, li jeskludu l-bibien tal-ġnub u l-pedali

5.2.1. Bl-eċċezzjoni għall-pedali u l-apparati tagħhom u dawk il-komponenti li ma jistgħux ikunu kuntattjati mill-apparat deskritt fl-Anness VI u wżati skond il-proċedura deskritta hemmhekk, komponenti koperti mill-punt 5.2 għandhom ikunu konformi mal-ħtiġiet tal-punti 5.1.4 sa 5.1.6 t’hawn fuq.

5.2.2. Il-kontroll tal-hand-brake, jekk immuntat fuq jew taħt il-panel ta’ l-istrumenti, għandu jitqiegħed b’tali mod li, meta rilaxxat, ma jkunx hemm il-possibilità li l-okkupanti tal-vettura jagħmlu kuntatt miegħu fl-eventwalità ta’ l-impatt frontali. Jekk din il-kondizzjoni ma tintlaħaqx, iż-żona tal-wiċċ tal-kontroll għandha tissodisfa l-ħtiġiet tal-punt 5.3.2.3 t’hawn taħt.

5.2.3. Xkafef u oġġetti oħrajn simili għandhom ikunu ddisinjati u mibnija b’tali mod li l-appoġġi tagħhom fl-ebda każ ma jkollhom trufijiet ħerġin u li huma jilħqu waħda jew oħra mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

5.2.3.1. il-parti li tħares il-ġewwa fil-vettura għandha tippreżenta wiċċ ta’ mhux inqas minn 25 mm għoli bit-trufijiet imdawwra b’raġġ ta’ kurvatura ta’ inqas minn 3.2 mm. Dan il-wiċċ għandu jkun kopert b’materjal li jiddisipa l-enerġija kif definit fl-Anness III, u għandu jkun ittestjat bi qbil ma dan, l-impatt ikun applikat f’direzzjoni lonġitudinali u orizzontali.

5.2.3.2. xkafef u oġġetti oħrajn simili għandhom, taħt l-effett ta’ forza lonġitudinali u orizzontali li taġixxi ‘l quddiem ta’ 37.8 daN eżerċitati minn ċilindru ta’ 110 mm dijametru bl-assi tiegħu vertikali, jiddistakkaw ruħhom, jinkisru, jitgħawwġu sostanzjalment jew jinġibdu ‘l barra mingħajr ma joħolqu ksur perikoluż fix-xifer tal-ixkaffa. Il-forza għandha tkun diretta fil-parti l-aktar b’saħħita ta’ l-ixkaffef jew oġġetti oħra simili.

5.2.4. Jekk l-oġġetti in kwistjoni għandhom parti magħmula minn materjal aktar artab minn ebusija ta’ 50 shore A meta mwaħħla ma appoġġ riġidu, l-ħtiġiet t’hawn fuq, bl-eċċezzjoni tal-ħtiġiet koperti bl-Anness III li għandhom x’jaqsmu ma’ l-assorbiment ta’ enerġija, għandhom japplikaw.

5.3. Muntaġġi interni oħrajn fil-kompartiment tal-passiġġier quddiem l-impjant trasversali li jgħaddi mill-linja ta’ referenza tat-torso tal-manikin imqiegħed fuq is-sedili ta’ wara

5.3.1. Kamp ta’ applikazzjoni

Il-ħtiġiet tal-punt 5.3.2 t’hawn taħt għandhom japplikaw għall-manki, lievi u pumi tal-kontroll u għal kull oġġett ieħor li joħroġ ‘il barra li ma saritx referenza għalihom fil-punti 5.1 u 5.2 t’hawn fuq.

5.3.2. Ħtiġiet

Jekk l-oġġetti msemmija għalihom fil-punt 5.3.1 ikunu hekk imqiegħda li l-okkupanti tal-vettura jistgħu jagħmlu kuntatt magħhom, dawn għandhom jilħqu l-ħtiġiet tal-punti 5.3.2.1 sa 5.3.4. Jekk ikunu jistgħu jintlaħqu bi sfera ta’ dijametru ta’ 165 mm u huma ‘l fuq mill-punt H tas-sedil ta’ quddiem u ‘l quddiem mill-apparat trasversali tal-linja ta’ referenza tal-vettura tal-manikin fuq is-sedil ta’ wara, u ‘l barra miż-żoni definiti fil-punti 2.3.1 u 2.3.2, dawn il-ħtiġiet għandhom ikunu meqjusa bħala mwettqa jekk…

5.3.2.1. L-uċuħ tagħhom jintemmu fi truf fit-tond, ir-raġġi tal-kurvatura ma jkunux inqas minn 3.2 mm.

5.3.2.2. Lievi ta’ kontroll u l-pumi għandhom ikunu hekk iddisinjati u mibnija li, taħt l-effett ta’ forza orizzontali u lonġitudinali li taġixxi ‘l quddiem ta’ 37.8 daN jew l-isporġenza fl-aktar pożizzjoni mhux favorevoli tagħha għandha titnaqqas għal mhux aktar minn 25 mm mill-wiċċ tal-

panel

jew l-imsemmi apparat jiġi ddistakkat jew mgħawweġ: fiż-zewġ każi ta’ l-aħħar l-ebda sporġenza perikoluża m’għandha tibqa’.

Il-manilji tat-twieqi jistgħu, b’danakollu, jisporġu bi 35mm mill-wiċċ tal-panel.

5.3.2.3. Il-kontroll tal-hand-brake meta jkun imniżżel u l-lieva tal-gear meta tkun fi kwalunkwe pożizzjoni ta’ gear ‘il quddiem, bl-eċċezzjoni meta mqiegħed fiż-żoni definiti fil-punti 2.3.1 u 2.3.2 u żoni ‘l isfel mill-apparat orizzontali li jgħaddi mill-punt H tas-sedil ta’ quddiem, għandu jkollu żona ta’ spazju ta’ mill-anqas 6.5 ċm2 imkejjla fi cross-section normali għad-direzzjoni orizzontali lonġitudinali sa distanza ta’ 6.5 mm mill-parti li tisporġi l-aktar ‘il-bogħod, bir-raġġ tal-kurvatura ma jkunx anqas minn 3.2 mm.

5.3.3. Il-ħtiġiet fil-punti 5.3.2.3 m’għandhomx japplikaw għall-kontrolli tal-hand-brake immuntat fl-art jekk l-għoli tal-qabda fil-pożizzjoni mniżżla tkun ‘l isfel minn impjant orizzontali li jgħaddi minn punt H (Ara l-Anness IV).

5.3.4. Oġġetti oħra ta’ tagħmir fil-vettura li mhumiex koperti mill-punti preċedenti bħal-linji tas-sedili li jiżżerżqu, tagħmir li jirregola l-parti orizzontali u vertikali tas-sedil, mezzi sabiex jiġbdu ‘l barra ċ-ċinturini tas-sigurtà, etc, m’għandhomx ikunu suġġetti għal wħud minn dawn id-dispożizzjonijiet jekk ikunu mqiegħda ‘l isfel minn impjant orizzontali li jgħaddi minn punt H ta’ kull sedil, minkejja li l-okkupant x’aktarx jiġi f’kuntatt ma’ oġġetti bħal dawn.

5.3.5. Jekk l-oġġetti f’dan il-każ jinkludu parti magħmula minn materjal aktar artab minn ebusija 50 shore A mmuntat fuq appoġġ riġidu, l-ħtiġiet t’hawn fuq għandhom japplikaw biss għall-appoġġ riġidu.

5.4. Saqaf

5.4.1 Kamp ta’ applikazzjoni

5.4.1.1 Il-ħtiġiet tal-punt 5.4.2 t’hawn taħt għandhom japplikaw għall-wiċċ intern tas-saqaf.

5.4.1.2. Madanakollu, m’għandhomx ikunu applikabbli għal certi partijiet tas-saqaf li ma jistgħux jintlaħqu bi sfera b’dijametru ta’ 165 mm.

5.4.2 Ħtiġiet

5.4.2.1 Dik il-parti tal-wiċċ intern tas-saqaf li qiegħda ‘l fuq jew ‘il quddiem mill-okkupanti m’għandha turi l-ebda xfarijiet ħorox jew li jaqtgħu li jkunu ta’ perikolu, li jippuntaw lura jew ‘l isfel. Il-wisa’ tal-partijiet sporġuti m’għandhiex tkun anqas mill-ammont ta’ l-isporġazzjoni ‘l isfel u x-xfarijiet għandu jkollhom raġġ ta’ kurvatura ta’ mhux anqas minn 5mm. Partikolarment, il-bsaten jew il-kustilji riġidi tas-saqaf m’għandhomx jisporġaw ‘l isfel aktar minn 19-il mm u għandhom ikunu ffurmati kif deskritt fl-Anness V.

5.4.2.2.Jekk il-bsaten jew il-kustilji tas-saqaf ma jilħqux il-ħtiġiet tal-punti 5.4.2.1, dawn għandhom ikunu koperti b’materjal li jiddissipa l-enerġija kif preskritt fl-Anness III.

5.5 Saqaf li jiżżerżaq

5.5.1 Ħtiġiet

5.5.1.1 Il-ħtiġiet li ġejjin u dawk tal-punt 5.4 t’hawn fuq li jikkonċernaw is-saqaf għandhom japplikaw għas-saqaf li jiżżerżaq meta jkun fil-pożizzjoni magħluqa.

5.5.1.2. B’żieda ma’ dan, il-mezzi tal-ftuħ u tat-tħaddim għandhom:

ikunu iddisinjati u mibnija b’tali mod li jeskludu, kemm hu possibbli, t-tħaddim aċċidentali;

5.5.1.2.2. fejn possibbli, jkun streamlined kif deskritt fl-Anness V: l-uċuħ tagħhom għandhom jintemmu fi trufijiet fit-tond, bir-raġġi tal-kurvatura ma jkunux anqas minn 5 mm;

5.5.1.2.3. jinżamm, meta f’pożizzjoni mistrieħa, f’żoni li ma jistgħux jintlaħqu bi sfera ta’ dijametru ta’ 165 mm. Jekk din il-kondizzjoni ma tistax tintlaħaq, il-mezzi tal-ftuħ u tat-tħaddim għandhom, fil-pożizzjoni mistrieħa, jew jibqgħu miġbuda ‘l ġewwa jew ikunu disinjati u mibnija b’tali mod li, taħt l-effett ta’ forza 37.8 daN applikata fid-direzzjoni ta’ l-impatt kif definita fl-Anness III bħala t-tanġent għat-traġettorja tal-forma tar-ras, jew l-isporġenza kif deskritta fl-Anness V jitnaqqas għal mhux aktar minn 25 mm ‘l fuq mill-wiċċ li fuqu l-mezzi huma mmuntati il-mezzi jew il-mezzi jiddistakkaw ruħhom; f’dan il-każ ta’ l-aħħar l-ebda sporġenza perikoluża m’għandha tibqa’.

5.6. Vetturi konvertibbli u vetturi bis-saqaf jiżżerżaq

5.6.1. Fil-każ biss ta’ vetturi konvertibbli, in-naħa ta’ taħt tal-parti tar-roll-bar u l-parti ta’ fuq tal-gwarniċ tal-windscreen għandhom ikunu konformi mal-ħtiġiet tal-punti 5.4.

5.6.2. Vetturi bis-saqaf jiżżerżaq għandhom ikunu soġġetti għall-ħtiġiet tal-punt 5.5, applikabbli għall-vetturi bis-saqaf jiżżerżaq.

5.7. Il-partijiet tad-dahar tas-sedili

5.7.1. Ħtiġiet

5.7.1.1. L-uċuħ tal-partijiet tad-dahar tas-sedili m’għandhom juru l-ebda guffaġni perikoluża jew trufijiet li jaqtgħu li x’aktarx iżidu r-riskju jew is-severità tal-ġrieħi lill-passiġġieri.

5.7.1.2. Apparti milli kif ipprovdut fil-punti 5.7.1.2.1., 5.7.1.2.2, u 5.7.1.2.3, dik il-parti tad-dahar tas-sedil ta’ quddiem li qiegħda fiż-żona ta’ l-impatt tar-ras, kif definita fl-Anness II, għandha tkun li tiddissipa l-enerġija, kif preskritt fl-Anness III. Sabiex jistabilixxi ż-żona ta’ l-impatt tar-ras, is-sedili ta’ quddiem għandhom, jekk huma aġġustibbli, jkunu fil-pożizzjoni tas-sewqan fuq waranett b’daharhom inklinat qrib kemm hu possibbli għal 25º kemm-il darba ma jkunx indikat mod ieħor mill-manifattur.

5.7.1.2.1. Fil-każ ta’ sedili separati ta’ quddiem, iż-żona ta’ l-impatt tar-ras tal-passiġġier ta’ wara għandha testendi għal 10 ċm fuq kull naħa tal-linja ċentrali tas-sedil, fil-parti ta’ fuq tal-warrani tad-dahar tas-sedil.

5.7.1.2.1.(bis) [2] Fil-każ ta’ sedili li huma mgħammra b’parti li trażżan ir-ras kull test għandu jitwettaq bil-parti li trażżan ir-ras fil-pożizzjoni l-aktar ‘l isfel u f’punt li qiegħed fuq il-linja vertikali li tgħaddi miċ-ċentru tal-parti li trażżan ir-ras.

5.7.1.2.1.(ter) [3] Fil-każ ta’ sedil li huwa ddisinjat sabiex jitwaħħal f’diversi tipi ta’ vetturi, ż-żona ta’ l-impatt għandha tkun stabbilita bil-vettura li l-pożizzjoni tas-sewqan ta’ waranett tagħha hija, minn kull tip ikkonsidrat, l-anqas favorevoli; iż-żona ta’ l-impatt li tirriżulta tkun meqjusa xierqa għal tipi oħrajn.

5.7.1.2.2. Fil-każ tas-sedili -bank ta’ quddiem, iż-żona ta’ l-impatt għandha testendi bejn il-witat vertikali lonġitudinali 10 ċm ‘il barra mill-linja ċentrali ta’ kull pożizzjoni bil-qiegħda il-barra minn dak. Il-linja ċentrali ta’ kull pożizzjoni bil-qiegħda ta’ sedil-bank għandha tkun speċifikata mill-manifattur.

5.7.1.2.3. Fiż-żona ta’ l-impatt tar-ras il-barra mill-limiti preskritti fil-punti 5.7.1.2.1 (a) u (b) u 5.7.1.2.2, l-istruttura tal-qafas tas-sedil għandha tkun ikkuttunata sabiex tevita ħabta diretta tar-ras magħha: u, f’dawn iż-żoni, għandu jkollhom raġġ ta’ kurvatura ta’ mill-anqas 5 mm. Dawn il-partijiet jistgħu jissodisfaw il-ħtiġiet dwar id-dissipazzjoni ta’ l-enerġija kif speċifikat fl-Anness III.

5.7.2. Jekk iż-żoni ta’ l-impatt tas-sedili, il-partijiet li jrażżnu r-ras u s-sostenn tagħhom li jkunu jinsabu f’partijiet koperti b’materjal aktar artab minn ebusija ta’ 50 shore A, il-ħtiġiet t’hawn fuq, bl-eċċezzjoni ta’ dawk li għandhom x’jaqsmu mad-dissipazzjoni ta’ l-enerġija deskritti fl-Anness III, għandhom japplikaw biss għall-partijiet riġidi. Dawn il-ħtiġiet m’għandhomx japplikaw għas-sedili ta’ waranett, għas-sedili li jħarsu lejn il-ġnub jew lura, għas-sedili dahar ma’ dahar.

5.8. Il-ħtiġiet tal-paragrafu 5 għandhom japplikaw għall-muntaġġi bħal dawn mhux imsemmija fil-paragrafi preċedenti li, fi ħdan it-tifsira tal-ħtiġiet diversi fil-punti 5.1 sa 5.7 u skond il-lokazzjoni tagħhom fil-vettura, jistgħu jintmessu mill-okkupanti. Jekk partijiet bħal dawn huma magħmula minn materjal aktar artab minn ebusija ta’ 50 shore A, u mmuntati fuq (a) sostenn/i riġidu/i, l-ħtiġiet f’dan il-każ għandhom japplikaw biss għas-sostenn/i riġidu/i.

[1] It-test ta’ l-Annessi huwa bażikament simili għal dak tar-Regolament Nru 21 tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa u partikolarment is-suddiviżjoni f’punti huwa l-istess; għal din ir-raġuni meta punt fir-Regolament Nru 21 ma jkunx korrispondenti mal-punt f’din id-Direttiva, n-numru tiegħu huwa muri fil-parentesi għall-iskop ta’ referenza.

[2] Dawn il-punti m’humiex inklużi fir-Regolament Nru 21

[3] Dawn il-punti m’humiex inklużi fir-Regolament Nru 21

--------------------------------------------------

ANNESS II

DETERMINAZZJONI TAŻ-ŻONA TA’ L-IMPATT TAR-RAS

1. Iż-żona ta’ l-impatt tar-ras għandha tikkonsisti fl-uċuħ interni tal-vettura kollha m’humiex ileqqu li jistgħu jkunu f’kuntatt statiku ma’ ras sferika b’dijametru ta’ 165 mm li hija parti integrali ta’ l-apparat tal-kejl li d-dimensjonijiet tiegħu mill-punt tal-pern tal-ġenb sa fuq ir-ras tkun kontinwament aġġustabbli bejn 736 mm u 840 mm.

2. Iż-żona imsemmija qabel għandha tkun stabbilita permezz tal-proċedura li ġejja jew il-grafika tagħha ekwivalenti:

2.1. Il-punt tal-pern ta’ l-apparat tal-kejl għandu jitqiegħed kif ġej għal kull pożizzjoni bil-qiegħda li għaliha l-manifattur ikun għamel id-dispożizzjonijiet:

2.1.1. fil-każ ta’ sedili li jiżżerżqu

2.1.1.1. fil-punt H (ara l-Anness IV) u

2.1.1.2. fil-punt imqiegħed orizzontalment 127 mm ‘l quddiem mill-punt H u f’għoli li jirriżulta mill-varjazzjoni fl-għoli tal-punt H kawżat minn bidla ‘l quddiem jew ta’ 127 mm jew ta’ 19-il mm.

2.1.2. fil-każ ta’ sedili li ma jiżżerżqux, fil-punt H tas-sedil fil-konsiderazzjoni.

2.2. Il-punti kollha f’kuntatt li qegħdin taħt it-tarf t’isfel tal-windscreen u ‘l quddiem mill-punt H għandhom jistabilixxu għal kull dimensjoni mill-punt tal-pern sa fuq ir-ras li tista’ titkejjel mill-apparat tat-test fi ħdan id-dimensjonijiet interni tal-vettura.

2.3. Jekk m’hemmx punt ta’ kuntatt fil-każ ta’ l-aġġustament fi ħdan il-limiti t’hawn fuq, bl-apparat tat-test vertikali, punti possibilment f’kuntatt għandhom ikunu stabbiliti billi jkun ippernjat l-apparat tal-kejl ‘l quddiem u ‘l isfel minn ġo l-arki kollha tal-pjani vertikali sa 90º mill-pjan vertikali perpendikulari mal-wita vertikali lonġitudinali tal-vettura u jgħaddi mill-punt H.

3. "Punt ta’ kuntatt" għandu jkun punt li fih ir-ras ta’ l-apparat tmiss parti mill-intern tal-vettura. Il-moviment ‘l isfel massimu għandu jkun limitat sa pożizzjoni fejn ir-ras hija tanġenzjali ma’ l-impjant orizzontali li qiegħed 25.4 mm ‘l fuq mill-punt H.

--------------------------------------------------

ANNESS III

PROĊEDURA GĦALL-ITTESTJAR TAL-MATERJALI LI JIDDISSIPAW L-ENERĠIJA

1. L-ISTABBILIZZAR, L-APPARAT TAT-TEST U L-PROĊEDURA

1.1 L-istabbilizzar

1.1.1. Il-materjal li jiddissipa l-enerġija għandu jkun immuntat u ttestjat fuq l-parti ta’ sostenn strutturali li fuqha għandu jkun installat fil-vettura. It-test preferibbilment għandu jsir, fejn possibbli, direttament fuq il-karozzerija. Il-parti strutturali, jew il-karozzerija, għandhom jitwaħħlu sewwa mal-bank tat-test sabiex ma jiċċaqalqux bl-impatt.

1.1.2. B’danakollu, fuq talba tal-manifattur, l-oġġett jista’ jkun immuntat fuq l-impjant li jissimula l-istallazzjoni tiegħu fuq il-vettura, bil-kondizzjoni li l-immuntar tal-‘komponent/impjant’ għandu l-istess arranġamenti ġeometriċi u grad ta’ riġidità ta’ mhux anqas u fuq kapaċità li jiddissipa l-enerġija mhux ogħla minn dawk il-partijiet bħala sostenn tal-komponent/struttura’ kif immuntati.

1.2. Apparat tat-test

1.2.1. Dan l-apparat għandu jikkonsisti minn pendlu li l-pern tiegħu huwa sostenut mill-bronżini li t-toqol imnaqqas tiegħu [1] fiċ-ċentru tat-taħbit tiegħu hu 6.8 kg. L-estremità l-aktar ‘l isfel tal-pendlu għandha tikkonsisti minn forma tar-ras riġida b’dijametru ta’ 165 mm li ċ-ċentru tagħha huwa identiku maċ-ċentru tat-taħbit tal-pendlu.

1.2.2. Il-forma tar-ras għandha tkun imwaħħla b’żewġ deċelerometri u mezz li jkejjel il-veloċità, kollha kapaċi li jkejlu l-valuri fid-direzzjoni ta’ l-impatt.

1.3. Strumenti tar-reġistrazzjoni

L-istrumenti tar-reġistrazzjoni għandhom ikunu tali li l-kejl jista’ jsir fi gradi ta’ eżattezza kif ġej:

1.3.1. Aċċelerazzjoni:

- eżattezza = ± 5 % tal-valur reali

- rispons tal-frekwenza = sa 1000 Hz

- sensittività ta’ l-assi transversjali = < 5 % ta’ l-inqas grad ta’ l-iskala

1.3.2. Veloċità:

- eżattezza = ± 2.5 % tal-valur reali

- sensittività = 0.5 km fis-siegħa

1.3.3. Immarkar tal-komponent tat-test permezz tal-forma tar-ras:

- eżattezza = ± 5 % tal-valur reali

- sensittività = 1 mm

1.3.4. Reġistrazzjoni tal-ħin:

- l-istrumentazzjoni għandha tħalli li l-azzjoni tkun reġistrata matul id-dewmien kollu tagħha u l-qari jsir f’waħda minn elf ta’ sekonda.

- ta’ l-impatt fil-mument ta’ l-ewwel kuntatt bejn il-forma tar-ras u l-komponent tat-test għandu jkun innutat fuq ir-reġistrazzjonijiet użati għall-analiżi tat-test.

1.4. Proċedura tat-test

1.4.1. F’kull punt ta’ l-impatt fuq il-wiċċ li għandu jkun ittestjat, id-direzzjoni ta’ l-impatt għandha tkun it-tanġent mat-trajettorja tal-forma tar-ras ta’ l-apparat tal-kejl deskritt fl-Anness II.

1.4.2. Billi l-angolu bejn id-direzzjoni ta’ l-impatt u l-perpendikulari mal-wiċċ fil-punt ta’ l-impatt hu 5º jew anqas, it-test għandu jsir b’tali mod li t-tanġent mat-trajettorja taċ-ċentru tat-taħbit tal-pendlu jikkoinċidi mad-direzzjoni definita fil-punt 1.4.1. Il-forma tar-ras għandha taħbat mal-komponent tat-test b’veloċità ta’ 24.1 km fis-siegħa; din il-veloċità għandha tinkiseb jew sempliċement permezz ta’ l-enerġija ta’ propulsjoni jew permezz ta’ użu ta’ mezz addizzjonali ta’ propulsjoni.

1.4.3. Billi l-angolu bejn id-direzzjoni ta’ l-impatt u l-perpendikulari mal-wiċċ fil-punt ta’ l-impatt hu aktar minn 5º, it-test għandu jsir b’tali mod li t-tanġent mat-trajettorja taċ-ċentru tat-taħbit tal-pendlu jikkoinċidi mal-perpendikulari tal-punt ta’ l-impatt. It-test tal-veloċità għandu imbagħad ikun imnaqqas għall-valur tal-komponent normali tal-veloċità preskritta fil-punt 1.4.2.

2. RIŻULTATI

Fit-testijiet li jsiru skond il-proċeduri ta’ hawn fuq, id-deċellerazzjoni tal-forma tar-ras m’għandhiex teċċedi il-80 g kontinwament għal aktar minn 3 millisekondi. Ir-rata tad-deċellerazzjoni għandha tittieħed mill-medja tal-qari taż-żewġ deċelerometri.

3. PROĊEDURI EKWIVALENTI

3.1. Proċeduri tat-test ekwivalenti għandhom ikunu permissibbli, bil-kondizzjoni li r-riżultati meħtieġa fil-paragrafu 2 t’hawn fuq ikunu jistgħu jinkisbu.

3.2. Ir-responsabbilità għall-wiri ta’ ekwivalenza tal-metodu apparti minn dak deskritt fil-paragrafu 1 għandha tibqa’ tal-persuna li tkun qiegħda tuża metodu bħal dan.

[1] Nota:Ir-relazzjoni ta’ massa mnaqqsa "mr" tal-pendlu mal-massa totali "m" tal-pendlu f’distanza ‘a’ bejn iċ-ċentru tat-taħbit u l-assi tad-dawrien u f’distanza "1" bejn iċ-ċentru tal-gravità u l-assi tad-dawrien tingħata permezz tal-formola: mr = m la

--------------------------------------------------

ANNESS IV

PROĊEDURA SABIEX IKUN STABBILIT IL-PUNT H U L-IVVERIFIKAR TAL-POŻIZZJONI RELATTIVA TAL-PUNTI R U H

1. DEFINIZZJONIJIET

1.1 Il-punt H, li jindika l-pożizzjoni ta’ l-okkupant bil-qiegħda fil-kompartiment tal-passiġġier, huwa t-traċċa, f’impjant vertikali lonġitudinali, ta’ l-assi teoretiċi ta’ dawra bejn ir-riġel u t-torso tal-ġisem uman, rappreżentat minn manikin.

1.2. Il-punt R, li huwa ‘il-punt ta’ referenza tat-tqegħid bil-qiegħda’, huwa l-punt ta’ referenza tad-disinn tal-manifattur li:

1.2.1. jistabbilixxi s-sewqan normali ta’ waranett jew il-pożizzjoni ta’ l-ivvjaġġar ta’ kull sedil li hemm ipprovdut fil-vettura mill-manifattur;

1.2.2. għandu l-koordinati stabbiliti b’relattività ma’ l-istruttura disinjata tal-vettura;

1.2.3. jissimula l-pożizzjoni taċ-ċentru tal-pern tat-torso uman u l-koxxa (il-punt H).

2. DETERMINAZZJONI TAL-PUNTI H

2.1. Punt H għandu jkun stabbilit għal kull sedil provvdut mill-manifattur tal-vettura Meta s-sedili fl-istess filliera jistgħu ikunu meqjusa simili (is-sedil-bank, sedili identiċi, eċċ.), punt wieħed H biss għandu jkun stabbilit għal kull filliera ta’ sedili, il-manikin deskritt fil-paragrafu 3 t’hawn taħt ikun bil-qiegħda f’post meqjus bħala rappreżentattiv għall-filliera. Dan il-post għandu jkun:

2.1.1. fil-każ tal-filliera ta’ quddiem, is-sedil tas-sewwieq;

2.1.2. fil-każ tal-filliera (jew fillieri) ta’ wara, is-sedil tat-tarf.

2.2. Meta l-punt H ikun qiegħed jiġi stabbilit, is-sedil f’dak il-każ għandu jitqiegħed fil-pożizzjoni normali ta’ wara nett kif ipprovvdut mill-manifattur għas-sewqan jew għall-ivvjaġġar, il-warrani, jekk aġġustabbli, li jkun f’pożizzjoni li tikkorrispondi qrib kemm jista’ jkun possibbli għal 25º inklinazzjoni lura f’relazzjoni mal-vertikali tal-linja ta’ referenza tat-torso tal-manikin kif deskritt fil-punt 3 t’hawn taħt, kemm-il darba ma jkunx speċifikat mod ieħor mill-manifattur.

3. DESKRIZZJONI TAL-MANIKIN

3.1. Manikin tridimensjonali ta’ toqol u profil li jikkorrispondi ma’ dak ta’ raġel adult ta’ tul medju għandu jkun użat. Manikin bħal dan huwa illustrat fil-figuri 1 u 2 ta’ l-Appendiċi ta’ dan l-Anness.

3.2. Il-manikin għandu jkollu:

3.2.1. żewġ komponenti, wieħed jissimula d-dahar u l-ieħor il-warrani tal-ġisem, jippernja fuq assi li jirrappreżentaw l-assi ta’ dawra bejn it-torso u l-koxxa. It-traċċa ta’ din l-assi fuq in-naħa tal-manikin huwa l-punt H tal-manikin;

3.2.2. żewġ komponenti li jissimulaw ir-riġlejn u magħquda bil-pern mal-komponent li jissimula l-warrani;

3.2.3. żewġ komponenti li jissimulaw il-pali tas-saqajn u magħquda mar-riġlejn permezz ta’ ġonot pernjati li jissimulaw l-għarqub;

3.2.4. magħdud ma dan, il-komponent li jissimula l-warrani għandu jkun ipprovdut b’lieva hekk li tippermetti li l-orjentazzjoni trasversa tiegħu tkun ivverifikata.

3.3. Il-piżijiet ta’ partijiet tal-ġisem għandhom ikunu mwaħħla f’punti xierqa li jikkorrispondu għaċ-ċentri relevanti tal-gravità, sabiex iġibu t-toqol totali tal-manikin sa madwar 75.6 kg. Dettalji tal-piżijiet varji jingħataw fit-tabella tal-figura 2 ta’ l-Appendiċi ta’ dan l-Anness.

4. L-ISSETTJAR TAL-MANIKIN

Il-manikin tridimensjonali għandu jkun issettjat bil-mod li ġej:

4.1. Il-vettura għandha tkun livellata u s-sedili aġġustati kif preskritti fil-punt 2.2 t’hawn fuq.

4.2. Is-sedil li sejjer ikun ittestjat għandu jkun kopert b’biċċa materjal sabiex jiffaċilita l-issettjar korrett tal-manikin.

4.3. Il-manikin għandu jitqiegħed fuq is-sedil ikkonċernat, l-assi pernjati jkunu perpendikulari mal-pjan lonġitudinali tas-simetrija tal-vettura.

4.4. Is-saqajn tal-manikin għandhom jitqiegħdu kif ġej:

4.4.1. fil-każ tas-sedili ta’ quddiem sabiex il-livell li jivverifika l-orjentazzjoni trasversa tas-sedil tal-manikin jinġieb għall-orizzontali;

4.4.2. fil-każ tas-sedili ta’ wara, s-saqajn għandhom kemm hu possibbli jkunu rranġati b’tali mod li jkunu f’kuntatt mas-sedili ta’ quddiem. Jekk is-saqajn imbagħad jistrieħu fuq partijiet tal-paviment li huma f’livelli differenti, s-sieq li tiġi l-ewwel f’kuntatt mas-sedil ta’ quddiem għandha sservi bħala punt ta’ referenza u s-sieq l-oħra għandha tkun irranġata b’tali mod li l-livell li jivverifika l-orjentazzjoni trasversali tas-sedil tal-manikin tinġieb għall-orizzontali;

4.4.3. jekk il-punt H ikun qiegħed jistabilixxi ruħu fis-sedil taċ-ċentru, s-saqajn għandhom jitqiegħdu waħda fuq kull naħa tal-passaġġ.

4.5. Il-piżijiet għandhom jitqiegħdu fuq il-koxox, il-livell tat-trasversa tas-sedil tal-manikin jinġab orizzontali u l-piżijiet mqiegħda fuq is-sedil tal-manikin.

4.6. Il-manikin għandu jiċċaqlaq minn mad-dahar tas-sedil permezz tal-pern ta’ l-irkoppa u d-dahar imxaqleb ‘l quddiem. Il-manikin għandu jitqiegħed mill-ġdid fuq is-sedil tal-vettura billi jiżżerżaq lura fuq il-warrani tiegħu sakemm jiltaqa’ ma’ resistenza, d-dahar tal-manikin imbagħad ikun mistrieħ mad-dahar tas-sedil.

4.7. Forza orizzontali ta’ 10 ± 1 daN għandha tkun applikata darbtejn lill-manikin. Id-direzzjoni u l-punt ta’ l-applikazzjoni tal-forza jintwerew minn vleġġa sewda fuq il-figura 2 ta’ l-Appendiċi.

4.8. Il-piżijiet għandhom ikunu nstallati fuq in-naħiet tal-lemin u tax-xellug, u sussegwentement fuq il-qafas tas-sider. Il-livell trasversali tal-manikin għandu jinżamm orizzontalment.

4.9. Il-manikin li jinżamm orizzontali fid-direzzjoni trasversa, d-dahar għandu jixxaqleb il quddiem sakemm il-piżijiet tal-qafas tas-sider ikunu ‘l fuq mill-punt H, sabiex tkun eliminata xi frizzjoni mad-dahar tas-sedil.

4.10. Id-dahar tal-manikin għandu jiċċaqlaq bil-mod lura sabiex titwettaq l-istallazzjoni; il-livell tat-trasversa tal-manikin għandu jkun orizzontali. Jekk ma jkunx, il-proċedura t’hawn fuq għandha tirrepeti ruħha.

5. RIŻULTATI

5.1 Meta l-manikin ikun stabbilit kif deskritt fil-punt 4 t’hawn fuq, il-punt H tas-sedil tal-vettura kkonċernata għandu jkun il-punt H fuq il-manikin.

5.2. Kull wieħed mill-koordinati tal-punt H għandu jitkejjel eżatt kemm hu possibbli. L-istess għandu jgħodd għall-koordinati li jirrappreżentaw punti speċifiċi tal-kompartament tal-passiġġier. L-isporġenza ta’ dawn il-punti fuq il-pjan vertikali lonġitudinali għandu jkun pinġut fuq karta bil-kaxxi.

6. IVVERIFIKAR TAR-RELAZZJONI BEJN IL-PUNTI R U H

6.1. Ir-riżultati miksuba permezz tal-punt 5.2 li jirrigwardaw il-punt H għandhom ikunu mqabbla mal-koordinati tal-punti R kif fornuti mill-manifattur tal-vettura.

6.2. L-ivverifikar tar-relazzjoni bejn iż-żewġ punti għandu jkun meqjus sodisfaċenti għall-pożizzjoni bil-qiegħda f’dan il-każ, ladarba l-koordinati ta’ punt H ikunu fi ħdan rettangolu lonġitudinali li l-orizzontal tiegħu u l-ġnub vertikali tiegħu huma 30 mm u 20 mm rispettivament, u li d-djagonali tiegħu jittraversaw lill-xulxin fil-punt R. Jekk dan hu l-każ, il-punt R għandu jintuża għat-test u, jekk meħtieġ, il-manikin għandu jkun aġġustat b’tali mod li l-punt H jikkoinċidi mal-punt R.

6.3. Jekk il-punt H ma jaqax fi ħdan ir-rettangolu deskritt fil-punt 6.2 t’hawn fuq, żewġ determinazzjonijiet oħra tal-punt H għandhom jitwettqu (tlieta b’kollox). Jekk tnejn mit-tliet punti hekk stabbiliti jkunu fi ħdan ir-rettangolu, r-riżultat tat-test għandu jkun meqjus sodisfaċenti.

6.4. Jekk tnejn mit-tliet punti hekk stabbiliti jkunu ‘l-barra mir-rettangolu, r-riżultat tat-test għandu jkun meqjus bħala mhux sodisfaċenti.

6.5. Fil-każ tas-sitwazzjoni deskritta fil-punt 6.4 t’hawn fuq, jew meta l-verifika ma tkunx tista’ titwettaq għaliex il-manifattur tal-vettura ma jkunx ipprovda l-informazzjoni fuq il-pożizzjoni tal-punt R, ir-riżultat medju tat-tliet determinazzjonijiet tal-punt H jistgħu jintużaw u jkunu meqjusa applikabbli f’kull każ meta l-punt R jissemma f’din id-Direttiva.

6.6. Meta ssir il-verifika tar-relazzjoni tal-punti R u H f’vettura fi produzzjoni kurrenti, ir-rettangolu msemmi fil-punt 6.2 t’hawn fuq għandu jkun mibdul bi kwadru li l-ġenb tiegħu jkejjel 50 mm.

--------------------------------------------------

ANNESS V

METODU TAL-KEJL TA’ L-ISPORĠENZI

1. Sabiex ikun stabbilit l-ammont li bih oġġett jisporġi b’relazzjoni mal-panel li fuqu jkun immuntat, sfera ta’ 165 mm għandha tiċċaqlaq tanġentalment mal-panel u mall-komponent waqt din il-konsiderazzjoni.

L-inklinazzjoni għandha tkun meqjusa bħala li tkun iffurmata bir-relazzjoni bejn il-varjazzjoni ‘y’ mkejla miċ-ċentru ta’ l-isfera perpendikulari mal-panel u l-varjazzjoni ‘x’ tal-kejl mill-istess ċentru parallel mal-panel.

Formola għandha tkun meqjusa streamlined jekk l-inklinazzjoni lonġitudinali orizzontali li tirriżulta tkun anqas minn 1. Meta l-inklinazzjoni hija aktar jew daqs 1, għandu jkun hemm kalkolazzjoni tal-valur tagħha mkejjel mill-‘y’ stabbilita.

Jekk il-pannelli u l-komponenti, etc, ikunu koperti b’materjali aktar rotob minn ebusija 50 Shore A, il-proċedura għall-kejl ta’ forom u sporġenzi deskritti hawn fuq għandhom japplikaw biss wara t-tneħħija ta’ materjali bħal dawn.

2. L-isporġenza tas-swiċċijiet, pumi tal-ġbid, etc, li qegħdin fiż-żona ta’ referenza għandha titkejjel bl-użu ta’ l-apparat tat-test u l-proċeduri deskritti hawn taħt:

2.1. Apparat

2.1.1. L-apparat tal-kejl għall-isporġenzi għandu jikkonsisti minn forma tar-ras emisferikali b’dijametru ta’ 165 mm, li fih hemm marżebba li tiżżerżaq b’dijametru ta’ 50 mm.

2.1.2. Il-pożizzjonijiet relattivi tal-parti aħħarija ċatta tal-marżebba u t-tarf tal-forma tar-ras għandha tintwera fuq skala ggradata, li fuqha indiċi li jista’ jiċċaqlaq għandu jirreġistra l-kejl massimu miksub meta l-apparat jitneħħa mill-oġġett li jkun ittestjat. Distanza minima ta’ 30 mm għandha tkun tista’ titkejjel; l-iskala tal-kejl għandha tkun iggradata f’nofs millimetri sabiex tagħmel possibbli indikazzjoni tal-livell ta’ sporġenza in kwistjoni.

2.1.3. Proċedura tal-kejl:

2.1.3.1. L-apparat għandu jitqiegħed fuq wiċċ ċatt sabiex l-assi tiegħu jkunu perpendikulari ma’ dak il-wiċċ. Meta l-parti aħħarija ċatta tal-marżebba tmiss il-wiċċ, l-iskala għandha tkun stabbilita f’zero.

2.1.3.2. Traversa ta’ 10 mm għandha tiddaħħal bejn il-parti aħħarija ċatta tal-marżebba u l-wiċċ miżmum; għandu jsir eżami sabiex ikun assigurat li l-indiċi mobbli jirreġistra dan il-kejl.

2.1.4. L-apparat għall-kejl ta’ l-isporġenzi huwa illustrat fil-figura 1.

2.2. Proċedura tat-test

2.2.1. Kavità għandha tkun iffurmata fil-forma tar-ras bil-ġbid lura tal-marżebba u l-indiċi mobbli għandu jitpoġġa mal-marżebba.

2.2.2. L-apparat għandu jkun applikat ma’ l-isporġenza li għandha titkejjel sabiex il-forma tar-ras tmiss mal-qasam tal-wiċċ massimu tal-madwar, b’forza li ma teċċedix 2 daN.

2.2.3. Il-marżebba għandha tkun imbuttata ‘l quddiem sakemm tagħmel kuntatt ma’ l-isporġenza tal-kejl u l-ammont ta’ l-isporġenza għandu jkun osservat fuq l-iskala.

2.2.4. Il-forma tar-ras għandha tkun aġġustata sabiex tikseb sporġenza massima. L-ammont ta’ l-isporġenza għandu jkun irrekordjat.

2.2.5. Jekk tnejn jew aktar kontrolli huma mqiegħda suffiċjentement qrib għall-marżebba jew għall-forma tar-ras sabiex imissuhom simultanjament, dawn għandhom ikunu trattati kif ġej:

2.2.5.1. Kontrolli multipli, li kollha kemm huma jkunu jinsabu fil-ħofra tal-forma tar-ras, għandhom jitqiesu li qegħdin jiffurmaw sporġenza singulari.

2.2.5.2. Jekk kontrolli oħra jipprevjenu eżami normali bil-kuntatt mal-forma tar-ras, għandhom ikunu mneħħija u t-test għandu jkun esegwit mingħajrhom. Għandhom ikunu sussegwentement ri-installati u ttestjati fis-sekwenza tagħhom ma’ kontrolli oħra li jkunu tneħħew sabiex jiffaċilitaw il-proċedura.

--------------------------------------------------

ANNESS VI

APPARAT U PROĊEDURA GĦALL-APPLIKAZZJONI TAL-PUNT 5.2.1 TA’ L-ANNESS I

Dawk il-partijiet (swiċċijiet, pumi tal-ġbid eċċ.) li jistgħu jkunu minsusa bl-użu ta’ l-apparat u l-proċedura deskritta hawn taħt għandhom ikunu meqjusa bħala li huma x’aktarx minsusa mill-irkoppa ta’ l-okkupant:

1. Apparat

Dijagramma ta’ l-apparat

+++++ TIFF +++++

2. Proċedura

L-apparat jista’ jitqiegħed f’kull pożizzjoni taħt il-panel ta’ l-istrumenti sabiex:

- l-impjant XX’ jibqa’ parallel ma’ l-impjant lonġitudinali medjan tal-vettura

- l-assi X jista’ jkun imdawwar ‘l fuq u ‘l isfel mill-orizzontali ma tul angoli sa 30º.

3. Fit-twettiq tat-test t’hawn fuq, il-materjali kollha ta’ ebusija anqas minn 50 shore A għandhom jitneħħew.

--------------------------------------------------

Top