EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22004A0430(01)

Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Reġjun Amministrattiv Speċjali tal-Makaw tal-Poplu tar-Repubblika taċ-Ċina fuq ir-riammissjoni tal-persuni residenti mingħajr awtorizzazzjoni

OJ L 143, 30.4.2004, p. 99–115 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 11 Volume 051 P. 190 - 210
Special edition in Estonian: Chapter 11 Volume 051 P. 190 - 210
Special edition in Latvian: Chapter 11 Volume 051 P. 190 - 210
Special edition in Lithuanian: Chapter 11 Volume 051 P. 190 - 210
Special edition in Hungarian Chapter 11 Volume 051 P. 190 - 210
Special edition in Maltese: Chapter 11 Volume 051 P. 190 - 210
Special edition in Polish: Chapter 11 Volume 051 P. 190 - 210
Special edition in Slovak: Chapter 11 Volume 051 P. 190 - 210
Special edition in Slovene: Chapter 11 Volume 051 P. 190 - 210
Special edition in Bulgarian: Chapter 11 Volume 035 P. 158 - 178
Special edition in Romanian: Chapter 11 Volume 035 P. 158 - 178
Special edition in Croatian: Chapter 11 Volume 105 P. 146 - 162

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2004/424(2)/oj

Related Council decision

22004A0430(01)



Official Journal L 143 , 30/04/2004 P. 0099 - 0115


Ftehim

bejn il-Komunità Ewropea u r-Reġjun Amministrattiv Speċjali tal-Makaw tal-Poplu tar-Repubblika taċ-Ċina fuq ir-riammissjoni tal-persuni residenti mingħajr awtorizzazzjoni

IL-KOMUNITÀ EWROPEA,

minn hawn ‘il quddiem imsejħa "il-Komunità",

u

IR-REĠJUN AMMINISTRATTIV SPEĊJALI TAL-MAKAW TAL-POPLU TAR-REPUBBLIKA TAĊ-ĊINA,

hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejjaħ "Il-Makaw SAR", li b'mod korrett ġie awtorizzat biex jikkonkludi dan il-Ftehim mill-Gvern Ċentrali tal-Poplu tar-Repubblika taċ-Ċina,

hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejħa il-"Partijiet Kontraenti",

DETERMINATI li jsaħħu l-koperazzjoni tagħhom sabiex jiġġieldu l-immigrazzjoni illegali b'mod aktar effettiv,

JIRREFERU għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 539/2001 tal-15 ta' Marzu 2001, li jniżżel il-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa. (ĠU L 81, tat-23.3.2001, p. 1), u partikolarment l-Artikolu 1(2) flimkien ma' l-Anness II tiegħu, d-detenturi tal-Passaport "Reġjun Amministrattiv Speċjali tal-Makaw" li huma eżentati mill-ħtieġa, għal waqfiet ta' mhux iktar minn tlett xhur b'kollox, li jkollhom viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea,

XEWQANA li jistabbilixxu, permezz ta' dan il-Ftehim u fuq il-bażi ta' skambju, proċeduri mgħaġġla u effettivi għall-identifikazzjoni u ritornar ta' persuni li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet jew li m'għadhomx jissodisfawhom, għad-dħul, preżenza, jew residenza fit-territorji tal-Makaw SAR jew wieħed mill-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea, u biex iħaffu it-transitu ta' dawn il-persuni fi spirtu ta' koperazzjoni,

JIKKUNSIDRAW li d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim, li jaqa' taħt l-iskop tat-Titolu IV tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, ma japplikax għar-Renju tad-Danimarka, skond il-Protokoll fuq il-pożizzjoni tad-Danimarka fl-Anness mat-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

FTIEHMU KIF GEJ:

Artikolu 1

Tifsir

Għall-għan ta' dan il-Ftehim:

"L-Istati Membri" għandha tfisser kull Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea, bl-eċċezzjoni tar-renju tad-Danimarka;

"Ċittadini ta' l-Istati Membri" għandha tfisser kull persuna li għandha n-nazzjonalità, kif spjegata għal għanijiet tal-Komunità, ta' l-Istati Membri;

"Resident permamenti tal-Makaw SAR" għandha tfisser kull persuna li għandha d-dritt li tirrisjedi b'mod permamenti fil-Makaw SAR;

"Persuna ta' ġurisdizzjoni oħra" għandha tfisser kull persuna li la hi resident permamenti fil-Makaw SAR, u lanqas hija ċittadin ta' Stat Membru;

"Awtorizzazzjoni tar-residenza" għandha tfisser permess ta' kull tip maħruġ mill-Makaw SAR jew minn wieħed mill-Istati Membri li jintitola persuna biex tirrisjedi fit-territorju tiegħu. Dan għandu jinkludi permessi temporanji biex jibqa' fuq it-territorju tiegħu flimkien mal-proċess ta' applikazzjoni ta' refuġju jaw applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ta' residenza;

"Visa" għandha tfisser awtorizzazzjoni maħruġa jew deċiżjoni meħuda mill-Makaw SAR jew minn wieħed mill-Istati Membri li hija meħtieġa għad-dħul, jew għat-transitu fit-territorju tiegħu. Din m'għandiex tinkludi il-visa tat-transitu ta' l-ajruport.

TAQSIMA I

OBBLIGAZZJONIJIET TAD-DĦUL MILL-ĠDID MILL-MAKAW SAR

Artikolu 2

Dħul mill-ġdid ta' residenti permanenti u residenti permanenti ta' qabel

1. Il-Makaw SAR għandha terġa' ddaħħal, fuq applikazzjoni minn Stat Membru u mingħajr l-ebda formalitajiet barra dawk speċifikati fil-Ftehim, il-persuni kollha li ma jissodifwax, jew m'għadhomx jissodisfaw, il-kondizzjonijiet fis-seħħ għad-dħul, għal preżenza, jew residenza, fit-territorju ta' l-Istat Membru li qed jagħmel it-talba previst li dan huwa ppruvat, jew li jista' jkun validament issopponut li dawn huma residenti permanenti tal-Makaw SAR.

L-istess għandu japplika għal persuni li, minn meta daħlu fit-territorju ta' l-Istat Membru, tilfu d-dritt tagħhom ta' residenza permanenti fil-Makaw SAR, sakemm dawn il-persuni ġew naturalizzati minn dak l-Istat Membru.

2. Fuq talba ta' Stat Membru, il-Makaw SAR għandu, kif neċessarju u mingħajr dewmien, jforni lill-persuna li se terġa' tiddaħħal b'dokument ta' l-ivvjaġġar meħtieġ għar-ritorn tiegħu jew tagħha li huwa ta' perjodu ta' validità ta' mill-inqas 6 (sitt) xhur. Jekk, għal raġunijiet legali jew effettivi, il-persuna kkonċernata ma tistax tiġi trasferita fi żmien il-perjodu ta' validità tad-dokument ta' l-ivvjaġġar li kien maħruġ fil-bidu, il-Makaw SAR għandu joħroġ dokument ta' l-ivvjaġġar ġdid bl-istess perjodu ta' validità fi żmien 14 (erbatax)-il ġurnata. Jekk Il-Makaw SAR ma jkunx irrisponda għat-talba mill-Istat Membru fi żmien 15 (ħmistax)-il ġurnata, huwa jkun fid-dmir li jaċċetta l-użu tad-dokument ta' l-ivvjaġġar standard għal għanijiet ta' espulsjoni ta' l-EU.

Artikolu 3

Dħul mill-ġdid għal persuni ta' ġurisdizzjoni oħra

1. Il-Makaw SAR għandha terġa' ddaħħal, fuq applikazzjoni minn Stat Membru u mingħajr l-ebda formalitajiet minbarra dawk speċifikati f'dan il-Ftehim, il-persuni kollha ta' ġurisdizzjoni oħra li ma jissodisfawx, jew m'għadhomx jissodisfaw, il-kondizzjonijiet fis-seħħ għad-dħul, għal preżenza, jew residenza, fit-territorju ta' l-Istat Membru li qed jagħmel it-talba previst li dan huwa ppruvat, jew li jista jkun validament issopponut, li dawn il-persuni:

(a) fil-ħin tad-dħul fl-Istat Membru kkonċernat kellhom awtorizzazzjoni valida ta' residenza maħruġa mill-Makaw SAR; jew

(b) wara li daħlu fit-territorju tal-Makaw SAR, komplew jidħlu t-territorju ta l-Istati Membri li jiġu direttament mit-territorju tal-Makaw SAR kontra l-liġi.

2. L-obbligazzjoni tad-dħul mill-ġdid fil-paragrafu 1 m'għandiex tapplika jekk:

(a) il-persuna ta' ġurisdizzjoni oħra qasmet biss mingħajr ma daħlet fit-territorju tal-Makaw; jew

(b) L-Istati Membru li għamel it-talba forna lill-persuna ta' ġurisdizzjoni oħra b'awtorizzazzjoni ta' residenza qabel jew wara li daħlet fit-territorju sakemm dik il-persuna hija fil-pussess ta' permess ta' residenza, maħruġ mill-Makaw SAR, li għandu perjodu ta' validità itwal.

3. Fuq talba ta' Stat Membru, il-Makaw SAR għandu, kif neċessarju u mingħajr dewmien, iforni lill-persuna li se terġa' tiddaħħal b'dokument ta' l-ivvjaġġar meħtieġ għar-ritorn tiegħu jew tagħha li jkun ta' perjodu ta' validità ta' mill-inqas 6 (sitt) xhur. Jekk, għal raġunijiet legali jew effettivi, il-persuna kkonċernata ma tistax tiġi trasferita fi żmien il-perjodu ta' validità tad-dokument ta' l-ivvjaġġar li kien maħruġ fil-bidu, il-Makaw SAR għandu joħroġ dokument ta' l-ivvjaġġar ġdid bl-istess perjodu ta' validità fi żmien 14 (erbatax)-il ġurnata. Jekk il-Makaw SAR ma jirrispondix għat-talba ta' l-Istat Membru fi żmien 15 (ħmistax)-il ġurnata, huwa jkun fid-dmir li jaċċetta l-użu tad-dokument ta' l-ivvjaġġar standard għal għanijiet ta' espulsjoni ta' l-EU.

TAQSIMA II

OBBLIGAZZJONIJIET TAD-DĦUL MILL-ĠDID FIL-KOMUNITÀ

Artikolu 4

Dħul mill-ġdid għaċ-ċittadini tagħha u għaċ-ċittadini tagħha ta' qabel

1. Stat Membru għandu jerġa' jdaħħal, fuq applikazzjoni mill-Makaw SAR u mingħajr l-ebda formalitajiet barra dawk speċifikati f'dan il-Ftehim, il-persuni kollha li ma jissodisfawx, jew li m'għadhomx jissodisfaw, il-kondizzjonijiet fis-seħħ għad-dħul, għal preżenza, jew residenza, fit-territorju tal-Makaw SAR previst li dan huwa ppruvat, jew jista' jkun validament issopponut, li dawn huma ċittadini ta' l-Istat Membru. L-istess għandu japplika għal persuni li ġew privati, jew li rrinunzjaw, iċ-ċittadinanza ta' l-Istat Membru minn meta daħlu fit-territorju tal-Makaw SAR ħlief jekk dawn il-persuni huma residenti permamenti ta' dan ta' l-aħħar.

2. Fuq talba tal-Makaw SAR, Stat Membru għandu, kif neċessarju u mingħajr dewmien, iforni lill-persuna li tkun se terġa' tiddaħħal b'dokument ta' l-ivvjaġġar meħtieġ għar-ritorn tiegħu jew tagħha li huwa ta' perjodu ta' validità ta' mill-inqas 6 (sitt) xhur. Jekk, għal raġunijiet legali jew effettivi, il-persuna kkonċernata ma tistax tiġi trasferita fi żmien il-perjodu ta' validità tad-dokument ta' l-ivvjaġġar maħruġ fil-bidu, l-Istat Membru kkonċernat għandu joħroġ dokument ta' l-ivvjaġġar ġdid bl-istess perjodu ta' validità fi żmien 14 (erbatax)-il ġurnata. Jekk l-Istat Membru ma jirrispondix għat-talba mill-Makaw fi żmien 15 (ħmistax)-il ġurnata, huwa jkun fid-dmir li jaċċetta l-użu tal-"Permess ta' l-Ivvjaġġar ta' l-Użu Eċċezjonali" tal-Makaw SAR.

Artikolu 5

Dħul mill-ġdid ta' persuni minn ġurisdizzjoni oħra

1. Stat Membru għandu jerġa' jdaħħal, fuq applikazzjoni mill-Makaw SAR u mingħajr l-ebda formalitajiet minbarra dawk speċifikati f'dan il-Ftehim, il-persuni kollha ta' ġurisdizzjoni oħra li ma jissodisfawx, jew m'għadhomx jissodisfaw, il-kondizzjonijiet fis-seħħ għad-dħul, għal preżenza, jew residenza, fit-territorju tal-Makaw SAR previst li huwa ppruvat, jew jista' jkun validament issoponut, li dawn il-persuni:

(a) fil-ħin tad-dħul fil-Makaw SAR kellhom awtorizzazzjoni tar-residenza valida maħruġa mill-Istat Membru li għamel it-talba; jew

(b) wara li daħal fit-territorju ta' l-Istat Membru li għamel it-talba, kompla jidħol fit-territorju tal-Makaw SAR, li jiġi direttament mit-territorju ta' l-Istat Membru li għamel it-talba kontra l-liġi

2. L-obbligazzjoni tad-dħul mill-ġdid fil-paragrafu 1 m'għandiex tapplika jekk:

(a) il-persuna ta' ġurisidzzjoni oħra kienet fi transitu fl-ajru fi triqitha lejn Ajruport internazzjonali ta' l-Istat Membru li għamel it-talba; jew

(b) Il-Makaw SAR forna lill-persuna ta' ġurisdizzjoni oħra b'awtorizzazzjoni ta' residenza qabel jew wara li daħlet fit-territorju tiegħu ħlief jekk dik il-persuna hija fil-pussess ta' permess residenti, maħruġ mill-Istat Membru li għamel it-talba, li għandu perjodu ta' validità itwal.

3. Jekk żewġ Stati Membri jew iktar ħarġu awtorizzazzjoni ta' residenza, l-obbligazzjoni ta' dħul mill-ġdid fil-paragrafu 1 hija għall-Istat Membru li ħareġ id-dokument bl-itwal perjodu ta' validità jew, jekk wieħed jew ħafna minnhom diġa' għalqu, id-dokument li għadu validu. Jekk id-dokumenti kollha diġa' għalqu, l-obbligazzjoni ta' dħul mill-ġdid fil-paragrafu 1 hija għal dak l-Istat li ħareġ id-dokument bl-iktar data li għalqet riċenti.

4. Fuq talba tal-Makaw SAR, Stat Membru għandu, kif neċessarju u mingħajr dewmien, jforni lill-persuna li se terġa' tiddaħħal b'dokument ta' l-ivvjaġġar meħtieġ għar-ritorn tiegħu jew tagħha li huwa ta' perjodu ta' validità ta' mill-inqas 6 (sitt) xhur. Jekk, għal xi raġunijiet legali jew effettivi, il-persuna kkonċernata ma tistax tiġi trasferita fi żmien il-perjodu ta' validità tad-dokument ta' l-ivvjaġġar li kien maħruġ l-ewwel, l-Istat Membru kkonċernat għandu joħroġ dokument ta' l-ivvjaġġar bl-istess perjodu ta' validità fi żmien 14 (erbatax)-il ġurnata. Jekk l-Istat Membru ma jweġibx għat-talba mill-Makaw SAR fi żmien 15 (ħmistax)-il ġurnata, huwa jkun fid-dmir li jaċċetta l-użu tal-"Permess ta' l-Ivvjaġġar ta' l-Użu Eċċezjonali" tal-Makaw SAR.

TAQSIMA III

PROĊEDURA TA' DĦUL MILL-ĠDID

Artikolu 6

Il-prinċipju

1. Bla ħsara għal paragrafu 2, trasferiment ta' persuna li għandha terġa' tiddaħħal lura fuq il-bażi ta' waħda mill-obbligazzjonijiet inklużi fl-Artikolu 2 sa 5 jinħtieġu is-sottomissjonijiet ta' applikazzjoni ta' dħul mill-ġdid lill-awtoritajiet kompetenti tal-Parti Kontraenti li għamlet it-talba.

2. L-applikazzjoni ta' riammissjoni tista' tinbidel b'komunikazzjoni bil-miktub lill-Parti Kontraenti mitluba f'perjodu ta' żmien raġunat qabel ir-ritorn tal-persuna kkonċernata previst li:

(a) li l-persuna li għandha tiġi riammessa hija fil-pussess ta' dokument ta' l-ivvjaġġar validu u, fejn applikabbli, awtorizzazzjoni ta' residenza valida tal-Parti Kontraenti mitluba; u

(b) il-persuna li għandha tiġi riammessa hija mħeġġa li tirritorna għand il-Parti Kontraenti mitluba.

Artikolu 7

Applikazzjoni ta' riammissjoni

1. Kull applikazzjoni ta' riammissjoni għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a) il-partikolari tal-persuna li għandha tiġi riammessa (eż. L-ismijiet mogħtija, kunjomijiet, data tat-twelid, u, fejn possibbli, post tat-twelid, u l-aħħar post ta' residenza);

(b) indikazzjoni tal-intenzjonijiet li jipprovdu prova u presunzjoni ta' ċittadinanza valida jew residenza permanenti u, fejn possibbli, kopja tad-dokumenti.

2. Bl-akbar possibilità, l-applikazzjoni tal-riammissjoni għandha tinkludi wkoll l-informazzjoni li ġejja:

(a) prospett li jindika li l-persuna li għandha tiġi trasferita għandha bżonn l-għajnuna jew il-kura, previst li l-persuna kkonċernata espliċitament qablet ma' dan il-prospett;

(b) kull protezzjoni jew miżura ta' sigurtà oħra li tista' tkun neċessarja fil-każ ta' trasferiment ta' l-individwu.

3. Formola komuni li għandha tintuża għal applikazzjonijiet ta' riammissjoni hija miżjuda bħala l-Anness 5 ma' dan il-Ftehim.

Artikolu 8

Metodi ta' evidenza li għandha x'taqsam maċ-ċittadinanza u r-residenza permanenti

1. Prova ta' ċittadinanza jew residenza permanenti skond l-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 4(1) jistgħu ikunu fornuti permezz tad-dokumenti mniżżla fl-Anness 1 ta' dan il-Ftehim, anke jekk il-perjodu ta' validità tagħhom ikun għalaq. Jekk dawn id-dokumenti jiġu preżentati, l-Istati Membri għandhom jagħrfu ċ-ċittadinanza, u l-Makaw SAR għandhom jagħrfu r-residenza permanenti, mingħajr aktar formalitajiet. Prova taċ-ċittadinanza jew residenza permanenti m'għandhomx ikunu fornuti permezz ta' dokumenti foloz.

2. Presunzjoni ta' validità ta' ċittadinanza jew residenza permanenti skond l-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 4(1) jistgħu ikunu forniti permezz ta' dokumenti imniżżla fl-Anness 2 ta' dan il-Ftehim, anke jekk il-perjodu ta' validità għalaq. Jekk dawn id-dokumenti jiġu preżentati, l-Istati Membri għandhom iwaqqfu ċ-ċittadinanza, u l-Makaw SAR għandha twaqqaf ir-residenza permanenti, li għandha tiġi stabbilita ħlief jekk ma jippruvawx xort'oħra.

3. Jekk l-ebda dokument mniżżel fl-Annessi 1 jew 2 ma jista' jiġi ppreżentat, l-awtoritajiet kompetenti tal-Makaw SAR jew l-Istat Membru kkonċernat għandu, fuq talba, jagħmel arranġamenti biex jistaqsi b'kull mod il-persuna li għandha tiġi riammessa mingħajr dewmien eċċessiv sabiex tistabbilixxi ċ-ċittadinaza tiegħu jew tagħha jew ir-residenza permanenti.

Artikolu 9

Metodi ta' evidenza li għandha x'taqsam ma' persuni ta' ġurisdizzjoni oħra

1. Prova tal-kondizzjonijiet tar-riammissjoni tal-persuni ta' ġurisdizzjoni oħra stipulata fl-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 5(1) jistgħu jiġu fornuti permezz tal-metodi ta' evidenza mniżżla fl-Anness 3 ta' dan il-Ftehim; ma tistax tiġi fornuta permezz ta' dokumenti foloz. Prova bħal din għandha reċiprokament tiġi rikonoxxuta mill-Partijiet Kontraenti mingħajr aktar formalitajiet.

2. Preżunzjoni valida tal-kondizzjonijiet tar-riammissjoni ta' persuni ta' ġurisdizzjoni oħra stipulata fl-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 5(1) jistgħu jiġu fornuti permezz ta' metodi ta' evidenza mniżżla fl-Anness 4 ta' dan il-Ftehim. Fejn evidenza prima facie bħal din hija preżentata, il-Partijiet Kontraenti għandhom iwaqqfu l-kondizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti ħlief jekk huma jistgħu jippruvaw xort'oħra.

3. L-istat ta' illegalità ta' dħul, preżenza jew residenza tista' tiġi stabbilita permezz ta' dokumenti ta' l-ivvjaġġar tal-persuna kkonċernata li tinsab nieqsa, jew fejn il-viża neċessarja jew awtorizzazzjoni ta' residenza oħra għat-territorju ta' l-Istat Membru li qed jagħmel it-talba jew il-Makaw SAR huma nieqsa. Prospett mill-awtorità kompetenti tal-Parti Kontraenti li qed tagħmel it-talba li l-persuna kkonċernata instabet li m'għandiex id-dokumenti ta' l-ivvjaġġar neċessarji, viża jew awtorizzazzjoni ta' residenza għandha xorta waħda tipprovdi presunzjoni valida tad-dħul, preżenza jew residenza illegali.

Artikolu 10

Limiti ta' żmien

1. L-applikazzjoni ta' riammissjoni għandha tiġi sottomessa lill-awtorità kompetenti tal-Parti Kontraenti mitluba fi żmien massimu ta' sena wara li l-awtorità li qed tagħmel it-talba tkun saret taf li l-persuna ta' ġurisdizzjoni oħra ma tissodisfax, jew m'għadiex tissodisfa, il-kondizzjonijiet fis-seħħ għad-dħul, preżenza jew residenza. Fejn hemm ostakoli legali jew effettivi li ma jħallux li l-applikazzjoni tiġi sottomessa fil-ħin, iż-żmien limitat għandu, fuq talba, jiġi estiż biss sakemm l-ostakoli ma jibqgħux jeżistu.

2. Applikazzjoni ta' riammissjoni għandha tiġi mwieġba mingħajr dewmien eċċessiv, u f'kull każ fi żmien massimu ta' xahar; raġunijiet għandhom jingħataw għal rifjut ta' talba ta' riammissjoni. Dan il-limitu taż-żmien jibda jgħodd mad-data ta' l-irċevuta tat-talba tar-riammissjoni. Fuq skadenza ta' dan il-limitu ta' żmien it-trasferiment għandu jieqaf mill-ftehim.

3. Wara l-ftehim jingħata jew, fejn approprjat, fuq l-iskadenza tal-limitu ta' żmien ta' xahar, il-persuna kkonċernata għandha tiġi trasferita mingħajr dewmien eċċessiv u, l-iktar, fi żmien tlett xhur. Fuq applikazzjoni, dan il-limitu ta' żmien jista' jkun estiż biż-żmien meħud biex jsir ftehim fuq l-ostakoli legali jew prattiċi.

Artikolu 11

Modalitajiet tat-trasferiment u modi ta' trasportazzjoni

1. Qabel ma jirritornaw persuna, l-awtoritajiet kompetenti tal-Makaw SAR u l-Istat Membru kkonċernat għandhom jagħmlu l-arranġamenti bil-miktub u qabel id-data ta' trasferiment, il-punt ta' qsim tal-fruntiera u l-iskorti possibbli.

2. L-ebda metodu ta' trasportazzjoni, kemm jekk bl-ajru, art jew baħar, m'għandhom jiġu projbiti imma, bħala regola, ir-ritorn għandu jsir bl-ajru. Ir-ritorn bl-ajru m'huwiex restritt għall-użu ta' couriers nazzjonali jew staff ta' sigurtà tal-Parti Kontraenti li qed tagħmel it-talba, u jista' jseħħ billi jintużaw titjiriet skedati kif ukoll titjiriet ta' ajruplani mikrija.

TAQSIMA IV

OPERAZZJONIJIET TAT-TRANSITU

Artikolu 12

Prinċipji

1. Il-Makaw SAR għandha tippermetti t-transitu tal-persuni ta' ġurisdizzjoni oħra fit-territorju tiegħu jekk Stat Membru jitlob hekk, u Stat Membru għandu jawtorizza t-transitu ta' persuni ta' ġurisidizzjoni oħra fit-territorju tiegħu jekk il-Makaw SAR jitlob hekk, jekk ‘il quddiem il-vjaġġ tat-transitu fi Stati oħra u r-riammissjoni mill-Istat tad-destinazzjoni huwa assigurat.

2. L-Istati Membri u il-Makaw għandhom jirristrinġu t-tranżitu ta' persuni ta' ġurisdizzjoni oħra għal każijiet fejn dawn il-persuni ma jistgħux jiġu rritornati fl-Istat tad-destinazzjoni direttament.

3. It-transitu jista' jiġi rifjutat mill-Makaw SAR jew minn Stat Membru:

(a) jekk il-persuna ta' ġurisdizzjoni oħra qegħda fir-riskju ta' persekuzzjoni, jew tista' tkun soġġetta għal prosekuzzjoni kriminali jew pieni fi Stat ta' transitu ieħor jew fl-Istat tad-destinazzjoni, jew tista' tkun mhedda b'persekuzzjoni kriminali fuq it-territorju tal-Istat Membru mitlub jew il-Makaw SAR;

(b) fuq raġunijiet ta' saħħa pubblika, sigurtà domestika u interessi fundamentali oħra ta' l-ordni pubblika.

4. Il-Makaw SAR jew Stat Membru jista' jirrevoka kull awtorizzazzjoni maħruġa jekk iċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 3 sussugwentament jinqalgħu jew jiġi fid-dawl li jkunu ta' xkiel fl-operazzjoni ta' transitu.

Artikolu 13

Proċedura tat-transitu

1. Applikazzjoni ta' transitu għandha tiġi sottomessa lill-awtoritajiet kompetenti bil-miktub u għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a) tip ta' transitu (bl-ajru, art jew baħar), possibbilment l-Istati l-oħra tat-transitu u d-destinazzjoni finali intenzjonata;

(b) il-partikolaritajiet tal-persuna kkonċernata (eż. isem mogħti, kunjom, data tat-twelid, u - fejn possibbli - post tat-twelid, ċittadinanza, tip u numru tad-dokument ta' l-ivvjaġġar);

(ċ) ikkunsidrat il-punt fejn tinqasam il-fruntiera, ħin tat-trasferiment u l-possibilità ta' l-użu ta' l-iskorti;

(d) dikjarazzjoni li minn naħa tal-Parti Kontraenti li qed tagħmel it-talba l-kondizzjonijiet skond l-Artikolu 12(2) huma milħuqa, u l-ebda raġunijiet għal rifjut skond l-Artikolu 12(3) ma huma magħrufa

Il-formola komuni li għandha tintuża għal applikazzjonijiet tat-transitu hija miżjuda bħala l-Annes 6 ta' dan il-Ftehim.

2. L-awtorità kompetenti tal-Parti Kontraenti mitluba għandha, mingħajr dewmien eċċessiv u bil-kitba, tinforma lill-awtorità kompetenti ta' l-ammissjoni li qed tagħmel it-talba, li tinkonferma l-punt fejn tinqasam il-fruntiera u l-ħin tal-ammissjoni kkunsidrat, jew tinformha bir-rifjut ta' l-ammissjoni u bir-raġunijiet ta' dan ir-rifjut.

3. Jekk it-transitu ikun effettwat bl-ajru, il-persuna riammessa, u l-iskorti possibbli għandhom ikunu eżenti milli jkollhom jiksbu viża għat-transitu fl-ajruport.

4. L-awtoritajiet kompetenti tal-Parti Kontraenti mitluba għandha, soġġetta għal konsultazzjonijiet reċiproċi, tissaportja t-transitu, partikolarment bis-sorveljanza tal-persuni fil-kwistjoni u l-proviżjon ta' kumditajiet xierqa għal dak l-għan.

SEZZJONI V

SPEJJEŻ

Artikolu 14

Trasport u spejjeż tat-transitu

Mingħajr l-ebda preġudizzju lejn id-dritt tal-awtoritajiet kompetenti biex jirkupraw l-ispejjeż assoċjati mar-riammissjoni mill-persuna li għandha tiġi riammessa jew partijiet terzi, l-ispejjeż kollha tat-trasport minfuqa fil-konnessjoni mar-riammissjoni u t-tranżitu skond dan il-Ftehim sakemm il-fruntiera ta' l-Istat tad-destinazzjoni finali għandhom jitħallsu mill-Parti Kontraenti li qed tagħmel it-talba.

TAQSIMA VI

IL-PROTEZZJONI TAD-DATA U L-KLAWSOLA NON-AFFETTIVA

Artikolu 15

Protezzjoni tad-data

1. Il-komunikazzjoni tad-data personali għandha ssir jekk din il-komunikazzjoni hija neċessarja għall-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim mill-awtoritajiet kompetenti tal-Makaw SAR u ta' l-Istai Membri.

2. Il-proċess u t-trattament tad-data personali f'każ partikolari għandhom ikunu bla ħsara għall-liġi tal-Makaw u, fejn il-kontrollatur huwa awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru, għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 fuq il-protezzjoni ta' l-individwi fir-rigward tal-proċess ta' data personali u fuq il-moviment ħieles ta' din id-data (ĠU L 281, tat-23.11.1995, p. 31) u tal-leġislazzjoni nazzjonali addottata skond din id-Direttiva.

3. Biż-żieda ma' dawn, il-prinċipji li ġejjin għandhom japplikaw:

(a) id-data personali għandha tiġi proċessata b'mod ġust u skond il-liġi;

(b) id-data personali għandha tiġi miġbura għall-għan speċifiku, espliċitu u leġittimu li jiġi implimentat dan il-Ftehim u m'għandiex tiġi proċessata iktar mill-komunikat jew mir-riċevitur b'mod inkompatibli ma' dan il-għan;

(ċ) id-data personali għandha tkun adekwata, relevanti u mhux eċċessiva fir-relazzjoni ta' l-għan għalxiex qed tiġi miġbura u/jew proċessata iktar; partikolarment, data personali komunikata li tista' tikkonċerna dan li ġej:

- il-partikolaritajiet tal-persuna li se tkun trasferita (eż. Kunjom, isem mogħti, xi ismijiet ta' qabel, laqmijiet jew psewdonomi, data u post tat-twelid, sess, ċittadinanza kurrenti u kull ċittadinanza ta' qabel),

- karta ta' l-identità jew passaport (numru, perjodu ta' validità, data tal-ħruġ, l-awtorità li ħarġitu, l-post tal-ħruġ),

- postijiet ta' waqfien u itinerarji,

- informazzjoni oħra bżonnjuża biex jiġi identifikat il-persuna li se jiġi trasferit jew biex jiġu eżaminati l-ħtiġijiet tar-riammissjoni skond dan il-Ftehim.

(d) id-data personali għandha tkun eżatta u, fejn neċessarju, miżmuma aġġornata;

(e) id-data personali għandha tinżamm b'mod li tippermetti identifikazzjoni tad-data soġġetta għal mhux iktar milli hu neċessarju għall-għan li għalih id-data ġiet miġbura jew għal għanijiet li għalihom se jkunu proċessati iktar;

(f) kemm l-awtorità li tikkomunika u r-reċivitur għandhom jieħdu kull pass raġonevoli biex jassiguraw kif approprjat ir-rettifika, tħassir jew l-ibblokkar tad-data personali fejn il-proċess ma jaqbilx mad-dispozzizzjonijiet ta' dan l-Artikolu, partikolarment għaliex id-data mhux adekwata, relevanti, eżatta, jew huma eċċessivi fir-relazzjoni tal-għan tal-proċess. Din tinkludi n-notifika tar-rettifika, tħassir jew ibblokkjar tal-Parti l-oħra;

(g) fuq talba, ir-reċivitur għandu jinforma lill-awtorità li tikkomunika ta' l-użu tad-data komunikata u tar-riżultati miksuba minn hemm;

(h) id-data personali tista' tkun ikkomunikata biss lill-awtoritajiet kompetenti. Komunikazzjoni aktar fil-fond lill-korpi oħra tinħtieġ il-kunsens minn qabel tal-awtorità kompetenti;

(i) l-awtoritajiet li jikkomunikaw u li jirċievu huma taħt obbligazzjoni biex jagħmlu dokument miktub tad-data personali komunikata u riċevuta.

Artikolu 16

Klawsola non-affettiva

1. Dan il-Ftehim għandu jkun bla ebda preġudizzju għad-drittijiet, obbligazzjonijiet u responsabiltajiet li joħorġu mill-Liġi Internazzjonali tal-Komunità, l-Istati Membri u l-Makaw SAR.

2. Xejn f'dan il-Ftheim m'għandu jfixxkel ir-ritorn ta' persuna taħt arranġamenti formali u informali oħra.

TAQSIMA VII

IMPLIMENTAZZJONI U APPLIKAZZJONI

Artikolu 17

Kumitat ta' Riammissjoni

1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jipprovdu lill-xulxin assistenza reċiproka fl-applikazzjoni u l-interpretazzjoni ta' dan il-Ftehim. Għal dan, huma għandhom jwaqqfu Kumitat ta' Riammissjoni li għandu, partikolarment l-kompitu, li:

(a) jimmonitorja l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim;

(b) jiddeċiedi fuq l-implimentazzjoni ta' arranġamenti neċessarji għal eżekuzzjoni uniformi tiegħu;

(ċ) biex ikollu skambju regulari ta' informazzjoni fuq il-Protokolli implimentati msawwra mill-Istati membri individwali u l-Makaw SAR skond l-Artikolu 18;

(d) jirrikomanda emendi ta' dan il-Ftehim.

2. Rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat ta' Riammissjoni għal emendi ta' l-Annessi ta' dan il-Ftehim jistgħu jkunu approvati mill-Partijiet permezz ta' proċedura simplifikata.

3. Il-Kumitat ta' Riammissjoni għandu jkun kompost mir-rappreżentanti tal-Komunità u mill-Makaw SAR; il-Komunità għandha tkun rappreżentata mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, assistiti minn esperti mill-Istati Membri.

4. Il-Kumitat ta' Riammissjoni għandu jiltaqa' meta neċessarju fuq talba ta' wieħed mill-Partijiet Kontraenti.

5. Il-Kumitat ta' Riammissjoni għandu jistabbilixxi ir-regoli tal-proċeduri tiegħu.

Artikolu 18

Protokolli li jimplimentaw

1. Il-Makaw SAR u Stat Membru jistgħu jsawru Protokolli li jimplimentaw li għandhom ikopru regoli fuq:

(a) il-ħatra ta' l-awtoritajiet kompetenti, il-punt fejn tinqasam il-fruntiera, it-tibdil ta' punti ta' kuntatt u l-lingwi fil-komunikazzjoni;

(b) il-kondizzjonijiet għat-transitu ta' persuni ta' ġurisidizzjoni oħra taħt skorta;

(ċ) metodi u dokumenti addizjonali ma' dawk imniżżla fl-Anness 1 tal-Ftehim.

2. Il-Protokolli li jimplimentaw imsemmija fil-paragrafu 1 se jidħlu fis-seħħ biss wara li l-Kumitat ta' Riammissjoni, stabbilit mill-Artikolu 17, jiġi nnotifikat.

3. Il-Makaw SAR jaqbel li japplika kull dispożzizzjoni ta' Protokoll li jimplimenta msawwar minn Stat Membru wieħed ukoll fir-relazzjonijiet tiegħu ma' Stat Membru ieħor fuq talba minn ta' l-aħħar.

Artikolu 19

Relazzjoni dwar ftehim jew arranġamenti ta' l-Istati Membri dwar riammissjoni bilaterali

Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim għandhom jieħdu l-preċedenza fuq id-dispożizzjonijiet ta' kull ftehim bilaterali jew arranġament fuq ir-riammissjoni ta' persuni li joqgħodu mingħajr awtorizzazzjoni li ġie jew jista' jiġi konkluż, taħt l-Artikolu 18, bajn Stati Membri individwali u il-Makaw SAR, dan sakemm id-dispożizzjonijiet ta' dan ta' l-aħħar ma jaqblux ma' dawk f'dan il-Ftehim.

TAQSIMA VIII

DISPOSIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 20

Dħul fis-seħħ, dewmien u tmiem

1. Dan il-Ftehim għandu jiġi ratifkat jew approvat mill-Partijiet Kontraenti skond il-proċeduri rispettivi tagħhom.

2. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tat-tieni xahar wara d-data li fiha l-Partijiet Kontraenti jinnotifikaw lil xulxin li l-proċeduri msemmija fl-ewwel paragrafu intemmu.

3. Dan il-Ftehim għandu jibqa' fis-seħħ b'mod indefinit, ħlief jekk mitmum skond il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

4. Kull parti Kontraenti tista' twaqqaf dan il-Ftehim billi tati avviż bil-miktub lill-Parti Kontraenti l-oħra li dan il-Ftehim m'għandux jibqa' japplika sitt xhur wara d-data ta' notifika bħal din.

Artikolu 21

L-Annessi

Magħmul il-Lussemburgu fit-tlettax-il ġurnata ta' Ottubru fis-sena elfejn u tlieta duplikat fl-ilsien Daniż, Olandiż, Ingliż, Fillandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Taljan, Portugiż, Spanjol u Svizzeru.

Por la Comunidad EuropeaFor Det Europæiske FællesskabFür die Europäische GemeinschaftΓια την Ευρωπαϊκή ΚοινότηταFor the European CommunityPour la Communauté européennePer la Comunità europeaVoor de Europese Economische GemeenschapPela Comunidade EuropeiaEuroopan yhteisön puolestaFör Europeiska gemenskapen

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

Por la Región Administrativa Especial de Macao de la República Popular de ChinaFor Folkerepublikken Kinas særlige administrative region MacaoFür die Sonderverwaltungsregion Macau der Volksrepublik ChinaΓια την Ειδική Διοικητική Περιφέρεια Μακάο της Λαϊκής Δημοκρατίας της ΚίναςFor the Macao Special Administrative Region of the People's Republic of ChinaPour la région administrative spéciale de Macao de la République populaire de ChinePer la Regione ad amministrazione speciale di Macao della Repubblica popolare cineseVoor de Speciale Administratieve Regio Macao van de Volksrepubliek ChinaPela Região Administrativa Especial de Macau da República Popular da ChinaKiinan kansantasavallan Macaon erityishallintotalueen puolestaFör folkrepubliken Kinas särskilda administrativa region Macao

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS 1

Lista komuni tad-dokumenti li l-preżentazzjoni tagħhom hija kkunsidrata bħala prova taċ-ċitadinanza jew residenza permanenti

(l-Artikolu 2(1), l-Artikolu 3(1), l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(1))

L-Istati Membri:

- passaporti ta' kull tip (passaporti nazzjonali, passaporti diplomatiċi, passaporti tas-servizz, passaporti kollettivi u passaporti sostituti li jinkludu l-passaporti tat-tfal),

- karti ta' l-identità ta' kull tip (li jinkludu dawk temporanji u proviżorji),

- kotba tas-servizzi u karti ta' l-identità militari,

- kotba ta' reġistrazzjoni tal-baħħara u l-karti tas-servizzi tal-kaptani,

- dokumenti uffiċjali li jindikaw iċ-ċitadinanza tal-persuna kkonċernata.

Il-Makaw:

- Il-Passaport tar-Reġjun Amministrattiv Speċjali tal-Makaw (Passaporte da Região Administrativa Especial de Macau),

- Il-Karta ta' l-Identità tar-Residenza Permanenti ta-Reġjun Amministrattiv Speċjali tal-Makaw (Bilhete de Identidade de Residente Permanente da Região Administrativa Especial de Macau),

- Id-dokumenti uffiċjali li jindikaw l-istatus tar-residenza permanenti tal-persuna ikkonċernata.

--------------------------------------------------

ANNESS 2

Lista komuni tad-dokumenti li l-preżentazzjoni tagħhom hija kkunsidrata bħala preżunzjoni valida ta' ċittadinanza jew residenza permanenti

(L-Artikolu 2(1), l-Artikolu 3(1), l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(1))

- fotokopji ta' kull dokument imniżżel fl-Annes 1 ta' dan il-Ftehim,

- il-karta ta' l-identità tar-Resident tal-Makaw li ġġorr id-data ta' l-ewwel ħruġ mill-inqas seba' snin ilu,

- ċertifikati ta' twelid u fotokopji tagħhom,

- prospetti mix-xhieda,

- prospetti magħmula mill-persuna kkonċernata u l-lingwa mitkellma minnu jew minnha, li jinkludu, permezz ta' riżultat ta' test uffiċjali,

- kull dokument ieħor li jista' jkun ta' għajnuna biex jistabbilixxi ċ-ċittadinanza jew l-istatus tar-residenza permanenti tal-persuna kkonċernata, bħal liċenza tas-sewqan u karti ta' l-identità tal-kumpannija.

--------------------------------------------------

ANNESS 3

Lista komuni tad-dokumenti li huma kkunsidrati bħala prova tal-kondizzjonijiet għar-riammissjoni tal-persuni ta' ġurisdizzjoni oħra

(l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 5(1))

- viża, it-timbri tad-dħul/partenza, jew firma simili oħra fid-dokument ta' l-ivvjaġġar tal-persuna kkonċernata,

- biljetti kif ukoll ċertifikati u kontijiet ta' kull tip (eż. kontijiet tal-lukanda, karti ta' l-appuntament għat-tabib/dentisti, karti tad-dħul għal istituzzjonijiet pubbliċi/privati, eċċ.) li b'mod ċar juru li l-persuna kkonċernata qagħdet fit-territorju ta' l-Istat Membru mitlub jew fil-Makaw SAR,

- biljetti tal-ferrovija u biljetti u/jew lista tal-passiġġieri tal-ajru jew passaġġi bil-baħar li juru l-itinerarji fuq it-territorju ta' l-istat mitlub,

- informazzjoni li turi li l-persuna kkonċernata għamlet użu mis-servizzi tal-courier jew ta' l-aġenzija ta' l-ivvjaġġar.

--------------------------------------------------

ANNESS 4

Lista komuni tad-dokumenti li huma kkunsidrata evidenza prima facie tal-kondizzjonijiet għar-riammissjoni tal-persuni ta' ġurisdizzjoni oħra

(l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 5(1))

- prospetti uffiċjali magħmula, partikolarment, mill-istaff ta' l-awtorità tal-fruntiera u xhieda oħra li jistgħu jixhdu lill-persuna kkonċernata li taqsam il-fruntiera,

- deskrizzjoni tal-post u ċ-ċirkostanzi taħt liema l-persuna kkonċernata ġiet interċettata wara li daħlet it-territorju ta' l-Istat Membru li għamel it-talba u il-Makaw SAR,

- informazzjoni relatata ma' l-identità u/jew il-waqfa ta' persuna li kienet provduta minn organizzazzjoni internazzjonali,

- rapporti/konfermazzjoni ta' l-informazzjoni minn membri familjari, sieħba tal-vjaġġ, eċċ.,

- prospett mill-persuna kkonċernata.

--------------------------------------------------

ANNESS 5

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS 6

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA FUQ PERSUNI BLA STAT

Il-Partijiet Kontraenti jieħdu nota li, fil-preżent, m'hemm l-ebda Konvenzjoni Internazzjonali jew ftehim li jiddilja mal-persuni bla Stat applikabbli fil-Makaw SAR. Għalhekk huma jaqblu li din il-kategorija ta' persuni għandha tkun koperta bid-definizjoni "persuna ta' ġurisdizzjoni oħra" fl-Artikolu 1(d).

--------------------------------------------------

DIKJARAZZJONI FUQ IL-VIŻAS

Il-Partijiet Kontraenti jieħdu nota li, taħt il-liġjiet kurrenti tal-Makaw SAR, il-viżas huma maħruġa fuq il-wasla biss, u jgħalqu fuq it-tluq mill-Makaw. Konsegwentament, huwa legalment impossibbli għal ċittadin tal-pajjiż terz li jidħol fi Stat Membru ta' l-UE waqt li għandu viża valida tal-Makaw.

Il-Partijiet jaqblu li jikkonsultaw lill-xulxin fi żmien dovut, jekk din is-sitwazzjoni legali tinbidel.

--------------------------------------------------

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA FUQ L-ARTIKOLU 3(2)(a)

Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li persuni ta' ġurisdizzjoni oħra li "huma biss jaqsmu mingħajr ma jidħlu" skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(2)(a) huma persuni li t-transitu tagħhom qed jiġri bil-konoxxenza jew taħt skorta ta' l-awtoritajiet kompetenti tal-Makaw SAR.

--------------------------------------------------

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA LI TIKKONĊERNA D-DANIMARKA

Il-Partijiet Kontraenti jieħdu nota li dan il-Ftehim ma japplikax għat-territorju jew għaċ-ċittadini tar-Renju tad-Danimarka. F'ċirkostanzi bħal dawn huwa approprjat li l-Makaw SAR u d-Danimarka jikkonkludu ftehim tar-riammissjoni fl-istess termini bħal dan il-Ftehim.

--------------------------------------------------

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA LI TIKKONĊERNA L-ISLANDA U N-NORVEĠJA

Il-Partijiet Kontraenti jieħdu nota tar-relazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Iżlanda u n-Norveġja, partikolarment bis-saħħa tal-Ftehim tat-18 ta' Mejju li jikkonċerna l-assoċazzjonijiet ta' dawn il-pajjiżi bl-implimentazzjoni, applikazzjoni u progress tas-Schengen Acquis. Fiċ-ċirkustanzi bħal dawn huwa approprjat li l-makaw SAR jikkonkludu ftehim tar-riammissjoni ma' l-Iżlanda u n-Norveġja fl-istess termini ta' dan il-Ftehim.

--------------------------------------------------

Top