EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12012M026

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
TITOLU V - DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI DWAR L-AZZJONI ESTERNA TA' L-UNJONI U DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR IL-POLITIKA ESTERA U TA' SIGURTÀ KOMUNI
Kapitolu 2 - Dispożizzjonijiet speċifiċidwar il-politika estera u ta' sigurtà komuni
Taqsima 1 - Dispożizzjonijiet komuni
Artikolu 26
(ex Artikolu 13 TUE)

OJ C 326, 26.10.2012, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/teu_2012/art_26/oj

26.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 326/1


TRATTAT DWAR L-UNJONI EWROPEA (VERŻJONI KONSOLIDATA)

TITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI DWAR L-AZZJONI ESTERNA TA' L-UNJONI U DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR IL-POLITIKA ESTERA U TA' SIGURTÀ KOMUNI

KAPITOLU 2

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR IL-POLITIKA ESTERA U TA' SIGURTÀ KOMUNI

TAQSIMA 1

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI

Artikolu 26

(ex Artikolu 13 TUE)

1.   Il-Kunsill Ewropew għandu jidentifika l-interessi strateġiċi ta' l-Unjoni, jistabbilixxi l-objettivi u jiddefinixxi l-linji gwida ġenerali għall-politika estera u ta' sigurtà komuni, inklużi materji b' implikazzjonijiet għad-difiża. Huwa għandu jadotta d-deċiżjonijiet meħtieġa.

Jekk l-iżviluppi internazzjonali ikunu jeħtieġu dan, il-President tal-Kunsill Ewropew għandu jsejjaħ laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew sabiex jiddefinixxi l-linji strateġiċi tal-politika ta' l-Unjoni fir-rigward ta' dawn l-iżviluppi.

2.   Il-Kunsill għandu jfassal il-politika estera u ta' sigurtà komuni u jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa għad-definizzjoni u għall-implimentazzjoni ta' din il-politika, abbażi tal-linji gwida ġenerali u l-linji strateġiċi definiti mill-Kunsill Ewropew.

Il-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà għandhom jassiguraw l-unità, il-konsistenza u l-effettività ta' l-azzjoni mill-Unjoni.

3.   Il-politika estera u ta' sigurtà komuni għandha tiġi eżegwita mir-Rappreżentant Għoli u mill-Istati Membri, bl-użu tar-riżorsi nazzjonali u dawk ta' l-Unjoni.


Top