EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02013R0099-20131229

Consolidated text: Regolament (UE) Nru 99/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta’ Jannar 2013 dwar il-programm statistiku Ewropew tal-2013-2017 (Test b'relevanza għaż-ŻEE u għall-Isvizzera)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/99/2013-12-29

2013R0099 — MT — 29.12.2013 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT (UE) Nru 99/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-15 ta’ Jannar 2013

dwar il-programm statistiku Ewropew tal-2013-2017

(Test b'relevanza għaż-ŻEE u għall-Isvizzera)

(ĠU L 039, 9.2.2013, p.12)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT (UE) Nru 1383/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-17 ta' Diċembru 2013

  L 354

84

28.12.2013




▼B

REGOLAMENT (UE) Nru 99/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-15 ta’ Jannar 2013

dwar il-programm statistiku Ewropew tal-2013-2017

(Test b'relevanza għaż-ŻEE u għall-Isvizzera)



IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 338(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġislattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja ( 1 ),

Billi:

(1)

Data empirika u statistika solida huma assolutament essenzjali sabiex jitkejjel il-progress u tiġi evalwata l-effiċjenza tal-politika u l-programmi tal-Unjoni, speċjalment fil-kuntest tal-Istrateġija Ewropa 2020 stabbilita fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2010 bl-isem “Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” (Ewropa 2020).

(2)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-istatistika Ewropea ( 2 ), għandu jiġi stabblilit programm statistiku Ewropew multiannwali (“il-programm multiannwali”), li jipprovdi qafas għall-finanzjament ta’ azzjonijiet tal-Unjoni.

(3)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 223/2009, il-programm multiannwali għandu jipprovdi l-qafas għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta’ statistika Ewropea, l-oqsma ewlenin u l-għanijiet tal-azzjonijiet maħsuba għal perjodu li ma jabiżx il-ħames snin. Għandu jistabbilixxi prijoritajiet li jikkonċernaw il-ħtiġijiet għal informazzjoni għall-fini li jitwettqu l-attivitajiet tal-Unjoni. Dawk il-ħtiġijiet għandhom jitqiesu meta mqabbla mar-riżorsi meħtieġa fuq livell tal-Unjoni u dak nazzjonali sabiex tiġi pprovduta l-istatistika meħtieġa, kif ukoll meta mqabbla mal-piż tar-rispons u l-ispejjeż assoċjati ta’ min iwieġeb, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari għall-effiċjenza meta mqabbla mal-ispiża.

(4)

L-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta’ statistika Ewropea fil-qafas leġislattiv tal-programm multiannwali għandhom jintlaħqu permezz ta’ kooperazzjoni mill-qrib u kkoordinata fis-Sistema Statistika Ewropea (SSE) bejn l-awtorità statistika tal-Unjoni, li hija l-Kummissjoni (Eurostat), u l-istituti nazzjonali tal-istatistika u awtoritajiet nazzjonali oħra kif maħtura mill-Istati Membri ( 3 ) (kollettivament “awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika”). L-indipendenza professjonali tal-istituti nazzjonali tal-istatistika kif ukoll tal-Kummissjoni (Eurostat) hija essenzjali għall-forniment ta’ data statistika kredibbli u ta’ kwalità għolja.

(5)

Il-kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn il-Kummissjoni (Eurostat) u l-istituti nazzjonali tal-istatistika hija assolutament essenzjali sabiex tissaħħaħ il-kwalità tal-istatistika Ewropea. Kooperazzjoni aktar mill-qrib bħal din għandha tiffoka l-aktar fuq il-forniment ta’ taħriġ metodoloġiku ulterjuri dwar l-istatistika u kwistjonijiet relatati, fuq l-iżvilupp u t-tixrid tal-prattiki tajba eżistenti fi ħdan is-SSE, kif ukoll fuq l-iskambju tal-persunal fiż-żewġ direzzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni (Eurostat).

(6)

L-implimentazzjoni tal-programm multiannwali hija opportunità biex tiġi prodotta statistika Ewropea armonizzata sabiex jingħata kontribut għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta’ informazzjoni statistika komuni, komparabbli u affidabbli fil-livell tal-Unjoni.

(7)

L-istatistika ta’ kwalità għolja żviluppata, prodotta u mxerrda taħt il-programm multiannwali hija essenzjali għat-teħid ta’ deċiżjonijiet ibbażat fuq l-evidenza, għandha tkun disponibbli fil-waqt u għandha tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni kif rifless fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u Ewropa 2020 u kwalunkwe politika oħra indirizzata fil-prijoritajiet strateġiċi tal-Kummissjoni għall-2010-2014 (jiġifieri governanza ekonomika msaħħa u integrata, tibdil fil-klima, politika agrikola rriformata, tkabbir u koeżjoni soċjali, l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-Ewropa taċ-ċittadini u l-globalizzazzjoni. Huma għandhom jitrawmu permezz ta’ azzjonijiet iffinanzjati taħt il-programm multiannwali fejn l-Unjoni tista’ ġġib valur miżjud ċar u li jkollhom l-għan ukoll li jiżguraw li l-indikaturi ekonomiċi, soċjali u ambjentali jiġu trattati kollha b’mod ugwali.

(8)

Meta jiġu definiti l-oqsma ta’ statistika li għandhom jiġu żviluppati, għandhom jitqiesu l-objettivi tar-Regolament (UE) Nru 691/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2011 dwar il-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej ( 4 ), li jirrelataw mal-iżvilupp ta’ moduli ta’ kontijiet ekonomiċi ambjentali ġodda.

(9)

Barra minn hekk, fl-istudji statistiċi għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-impatt tal-programmi ta’ konsolidament ekonomiku fuq il-ħaddiema u ċittadini oħrajn. Id-data statistika għandha tinġabar b’tali mod li tiġi żgurata l-viżibilità tal-iżviluppi fl-Istati Membri individwali, bħal żviluppi fir-rigward tal-qgħad, l-ammont ta’ ħlasijiet ta’ trasferiment soċjali u l-bidliet fihom, l-għadd u l-kwalità ta’ impjiegi, mobilità tal-impjiegi fi ħdan l-Istati Membri, fi ħdan l-Unjoni u bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi, u l-bidliet soċjoġeografiċi relatati fl-istruttura tas-salarji u l-miżuri ta’ taħriġ.

(10)

Fis-snin riċenti s-SSE kellha tħabbat wiċċha ma’ numru ta’ sfidi. Fl-ewwel lok, nuqqas ta’ statistika nazzjonali ta’ kwalità għolja jista’ jkollu effetti negattivi fuq l-Istati Membri u fuq l-Unjoni b’mod ġenerali. Statistika konsistentement preċiża u ta’ kwalità għolja, prodotta mill-istituti nazzjonali tal-istatistika professjonalment indipendenti, hija għalhekk assolutament essenzjali għall-fini tat-tfassil tal-politika fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni, u b’mod partikolari fil-kuntest tal-mekkaniżmi superviżorji taż-żona tal-euro.

(11)

Fit-tieni lok, il-ħtieġa għal statistika Ewropea ilha tiżdied b’mod konsistenti, u mhuwiex probabbli li din it-tendenza se tinbidel fil-futur. Il-globalizzazzjoni ekonomika tirrappreżenta sfida speċifika, li tirrikjedi l-iżvilupp ta’ metriċi ġodda biex jitkejlu l-katini tal-valur globali b’mod ikkoordinat internazzjonalment, biex b’hekk tingħata stampa aħjar tat-tkabbir ekonomiku u tal-ħolqien tal-impjiegi.

(12)

Fit-tielet lok, in-natura tal-ħtiġijiet qegħda tinbidel b’mod kostanti b’mod li tirrikjedi aktar sinerġija bejn oqsma tal-istatistika.

(13)

Fir-raba’ lok, analiżijiet xierqa tad-data disponibbli jistgħu jagħmluha aktar faċli li jiġu mmonitorjati l-effetti tal-kriżi ekonomika u finanzjarja u l-impatt tal-politiki implimentati fuq iċ-ċittadini, inklużi dawk l-aktar vulnerabbli.

(14)

Fil-ħames lok, in-natura tal-istatistika nbidlet. Hija ma għadhiex sempliċement sors wieħed ta’ informazzjoni għall-fini tat-tfassil tal-politika, iżda issa daħlet fil-qalba tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. It-teħid ta’ deċiżjonijiet ibbażat fuq l-evidenza jirrikjedi statistika li tilħaq kriterji ta’ kwalità għolja konnessi mal-finijiet speċifiċi li tkun qed isservi, u hemm ħtieġa li dejjem qiegħda tikber għal statistika multidimensjonali kumplessa li tappoġġja oqsma komposti ta’ politika. Sabiex ikun hemm rispons korrett għar-rekwiżiti tat-tfassil tal-politika, huwa neċessarju li jkun hemm data diżaggregata skont is-sessi, meta dan ikun xieraq.

(15)

Fis-sitt lok, minħabba li tfaċċaw atturi ġodda fis-suq tal-informazzjoni, inklużi dawk li jipprovdu informazzjoni f’ħin kważi reali, il-prijorità għas-SSE fil-futur hija l-kwalità għolja, inkluża l-puntwalità.

(16)

Fis-seba’ lok, il-limiti baġitarji kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll f’dak tal-Unjoni kif ukoll il-ħtieġa li jitnaqqas iżjed il-piż fuq l-impriżi u ċ-ċittadini jkabbru l-isfida ppreżentata minn din is-sitwazzjoni.

(17)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Awwissu 2009 dwar il-metodu ta’ produzzjoni tal-istatistika tal-UE: viżjoni għad-deċennju li ġej u l-istrateġija tas-SSE għall-implimentazzjoni tagħha jindirizzaw dawk is-seba’ sfidi kollha bl-għan li jitfasslu mill-ġdid il-modi ta’ ħidma fis-SSE sabiex jagħmluha iżjed effiċjenti u flessibbli. L-implimentazzjoni ta’ dik il-Komunikazzjoni tikkostitwixxi l-qofol tal-programm multiannwali fil-qafas tal-istrateġija tas-SSE konġunta.

(18)

Sabiex tiġi żgurata l-integrità u l-kwalità tal-ġestjoni fl-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta’ statistika Ewropea taħt dan ir-Regolament, l-istituti tal-istatistika nazzjonali u l-Kummissjoni (Eurostat) għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex iżommu l-fiduċja pubblika fl-istatistika u biex jippermettu applikazzjoni aktar rigoruża tal-Kodiċi tal-Prattika Ewropew tal-Istatistika fis-seħħ u tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ April 2011 bl-isem “L-immaniġġjar sod tal-kwalità għall-Istatistika Ewropea”, filwaqt li jkun hemm konformità mal-prinċipji stipulati fihom.

(19)

Bl-għan li jitqabblu aħjar ir-riżorsi limitati disponibbli għall-produtturi nazzjonali u Ewropej għall-produzzjoni ta’ statistika Ewropea mal-ħtiġijiet li dejjem qegħdin jikbru għal statistika, il-fażi ta’ preparazzjoni tal-programmi annwali ta’ ħidma statistika tal-Kummissjoni, li jispjegaw fid-dettall dan il-programm multiannwali, għandha tinkludi analiżi sistematika u bir-reqqa tal-prijoritajiet statistiċi li se jnaqqsu rekwiżiti inqas importanti u jissimplifikaw proċessi eżistenti, waqt li fl-istess ħin tejbu l-affidabilità u jżommu l-istandards ta’ kwalità għolja tal-istatistika uffiċjali. Għandu jiġi kkunsidrat ukoll il-piż fuq min iwieġeb, sew jekk ikunu negozji, unitajiet ċentrali, reġjonali jew lokali tal-gvern, kif ukoll familji jew individwi. Il-proċess għandu jitwettaq f’kooperazzjoni mill-qrib kemm mal-utenti kif ukoll ma’ min jipproduċi l-istatistika Ewropea.

(20)

F’dan il-kuntest, għandha tintlaħaq kondiviżjoni raġonevoli tal-piż finanzjarju bejn il-baġits tal-Unjoni u l-Istati Membri. Minbarra l-allokazzjoni finanzjarja stabbilita b’dan ir-Regolament, l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika għandhom għalhekk jirċievu f’livell nazzjonali l-finanzjament xieraq sabiex iwettqu l-azzjonijiet statistiċi individwali li tkun ittieħdet deċiżjoni dwarhom għall-implimentazzjoni tal-programm multiannwali.

(21)

Minħabba l-piż tal-konformità, b’mod partikolari fuq l-Istati Membri ż-żgħar, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tkun tista’ tipprovdi assistenza teknika u għarfien espert lill-Istati Membri biex tgħinhom jegħlbu limitazzjonijiet ta’ riċerka u ostakoli metodoloġiċi maġġuri, bil-għan li jkunu żgurati l-konformità u l-forniment ta’ data ta’ kwalità għolja.

(22)

Il-pakkett finanzjarju tal-programm multiannwali għandu jiġi allokat ukoll b’tali mod li jkopri l-ispejjeż meħtieġa għat-titjib tal-proċess ta’ produzzjoni ta’ statistika Ewropea ta’ kwalità għolja, u għall-kapaċità biex isir dan, kif ukoll għall-ħtiġijiet ta’ taħriġ tal-esperti tal-istatistika nazzjonali.

(23)

Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Unjoni għandhom jappoġġjaw azzjonijiet għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta’ statistika Ewropea kif stabbilit f’dan ir-Regolament. Għandhom jieħdu l-forma ta’ għotjiet, ta’ appalti tal-akkwist pubbliku jew kwalunkwe interventi meħtieġa għall-finijiet tal-ilħiq tal-objettivi tal-programm multiannwali. F’dan il-kuntest, l-użu ta’ somom globali għandu jkun mezz ewlieni kif tiġi ssimplifikata l-ġestjoni tal-għotjiet.

(24)

Skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, għandha tiġi żviluppata struttura finanzjarja adegwata sabiex tappoġġja n-netwerks kollaborattivi.

(25)

Għandu jsir provvediment sabiex il-programm multiannwali jinfetaħ għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles li qegħdin jipparteċipaw fiż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-pajjiżi ŻEE/EFTA”) u għall-Isvizzera. Għandhom jsir ukoll provvediment sabiex il-programm multiannwali jinfetaħ għall-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi oħra, b’mod partikolari l-pajjiżi tal-viċinat tal-Unjoni, il-pajjiżi li applika għas-sħubija fl-Unjoni u l-pajjiżi kandidati u dawk aderenti.

(26)

Fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-programm multiannwali, fejn ikun xieraq, għandha tiġi mħeġġa l-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi li ma jkunux qegħdin jipparteċipaw fil-programm multiannwali, b’kunsiderazzjoni ta’ kwalunkwe ftehimiet rilevanti, jew kwalunkwe ftehimiet previsti, bejn dawk il-pajjiżi u l-Unjoni.

(27)

Sabiex jiġu kkunsidrati bħala deċiżjonijiet ta’ finanzjament skont l-Artikolu 84(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni ( 5 ) (“ir-Regolament Finanzjarju”), il-programmi ta’ ħidma annwali adottati mill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-programm multiannwali, għandhom jistipulaw l-għanijiet li għandhom jintlaħqu, ir-riżultati mistennija, il-metodu tal-implimentazzjoni u l-ammont totali tagħhom. Huma għandhom jinkludu wkoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati, indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull azzjoni uu skeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni indikattiva. Huwa xieraq li dawn jistabbilixxu wkoll ir-rilevanza tal-għanijiet li jridu jiġu milħuqa għall-ħtiġijiet tal-utenti kif ukoll pjan tal-proġett. Għall-għotjiet għandhom jinkludu l-prijoritajiet, il-kriterji ta’ valutazzjoni essenzjali u r-rata massima ta’ kofinanzjament. Barra minn hekk, il-programmi ta’ ħidma annwali għandhom jinkludu indikaturi xierqa għall-monitoraġġ tal-eżiti.

(28)

Billi l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġi stabbilit il-programm multiannwali, ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jista’ jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak il-għan.

(29)

Twettqet evalwazzjoni ex-ante skont il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja soda, sabiex il-programm multiannwali jiġi ffukat fuq il-ħtieġa għal effikaċja u effiċjenza fl-ilħiq tal-għanijiet tiegħu u sabiex il-limiti baġitarji jiġu inkorporati mill-fażi ta’ tfassil tal-programm multiannwali ‘l quddiem. Il-valur u l-impatt tal-miżuri meħuda taħt il-programm multiannwali għandhom jiġu mmonitorjati u evalwati regolarment, inkluż minn evalwaturi esterni indipendenti. Għall-fini li jiġi evalwat il-programm multiannwali, ġew ifformolati għanijiet li jistgħu jitkejlu u ġew żviluppati indikaturi.

(30)

Għall-2013, dan ir-Regolament jistabbilixxi allokazzjoni finanzjarja għall-programm multiannwali, li, fil-qafas tal-proċedura baġitarja annwali, għandha tkun ir-referenza ewlenija għall-awtorità baġitarja, kif mifhum fil-punt 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda ( 6 ).

(31)

Minbarra l-pakkett finanzjarju stabbilit b’dan ir-Regolament, l-azzjonijiet statistiċi individwali li għandhom bħala għan tagħhom l-implimentazzjoni tal-programm multiannwali, inkluż azzjonijiet li jieħdu l-forma ta’ ftehim ftehim bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika u l-Kummissjoni (Eurostat), għandhom jirċievu, safejn ikun possibbli, finanzjament xieraq fil-livell nazzjonali.

(32)

Il-valutazzjoni tal-impatt għal dan ir-Regolament, li tindika l-iffrankar tal-ispejjeż għall-Unjoni u l-Istati Membri hija l-bażi għall-impenn tal-finanzjamenti għall-programm multiannwali. L-iffrankar tal-ispejjeż se jirriżulta, b’mod partikolari, minn metodi ġodda ta’ produzzjoni ta’ statistika Ewropea konsegwenza ta’ żviluppi fl-oqsma tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni.

(33)

L-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jitħarsu permezz ta’ miżuri proporzjonati matul iċ-ċiklu kollu ta’ nfiq, inklużi l-prevenzjoni, is-sejbien u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett u, fejn xieraq, penali.

(34)

Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità ta’ operazzjonijiet statistiċi taħt il-programmee multiannwali għas-sena kalendarja sħiħa 2013, u għall-iskop ta’ ċertezza legali, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu u għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2013. Id-data ta ‘applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha, b’mod partikolari, isservi biex tiġġustifika l-pagamenti lill-persunal kuntrattwali kif ukoll l-attivitajiet kollha taħt il-programm multiannwali.

(35)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 223/2009, l-abbozz tal-programm multiannwali ġie sottomess għal eżami minn qabel lill-Kumitat Ewropew tas-Sistema Statistika, lill-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika mwaqqaf bid-Deċiżjoni Nru 234/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ) u lill-Kumitat dwar l-Istatistika Monetarja, Finanzjarja u tal-Bilanċ tal-Pagamenti mwaqqaf bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/856/KE ( 8 ),

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

L-Istabbiliment tal-programm statistiku Ewropew

Il-programm statistiku Ewropew għall-perjodu 2013 sal-2017 (“il-programm”) qiegħed jiġi stabbilit b’dan.

Artikolu 2

Valur miżjud

Il-programm jirrappreżenta l-valur miżjud tal-iżgurar li l-istatistika Ewropea tkun iffukata fuq l-informazzjoni meħtieġa għat-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-politiki tal-Unjoni. Barra minn hekk, dan jikkontribwixxi għall-użu effettiv tar-riżorsi billi jrawwem azzjonijiet li jipprovdu kontribut essenzjali lejn l-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta’ informazzjoni statistika armonizzata, paragunabbli, affidabbli, faċli li tintuża u aċċessibbli, abbażi ta’ standards uniformi u prinċipji komuni kif stabbilit fil-Kodiċi tal-Prattika Ewropew tal-Istatistika (“Kodiċi tal-Prattika”), kif adottat mill-Kumitat tas-Sistema Statistika Ewropea (KSSE), b’mod partikolari il-kriterji ta’ kwalità tar-relevanza, l-eżattezza u l-affidabilità, id-disponibilità fil-waqt u l-puntwalità, l-aċċessibilità u ċ-ċarezza u l-koerenza u l-komparabilità.

Artikolu 3

Kamp ta’ applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament jipprovdi l-qafas ta’ programmazzjoni għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta’ statistika Ewropea, l-oqsma ewlenin u l-għanijiet tal-azzjonijiet maħsuba għall-perjodu 2013 sal-2017, skont l-Artikoli 13 u 14 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.

2.  Il-programm ma jkoprix miżuri pprovduti mill-Programm għall-Modernizzazzjoni tal-Istatistika Ewropea tal-Inrapriża u l-Kummerċ (“il-programm MEETS”), stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 1297/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ), sal-aħħar tal-Programm MEETS fil-31 ta’ Diċembru 2013, iżda jinkludi għanijiet fil-qasam tal-istatistika dwar l-impriżi u l-kummerċ li huwa ppjanat li jiġu implimentati bejn l-2014 u l-2017.

Artikolu 4

Għanijiet

1.  L-għan ġenerali tal-programm huwa li s-Sistema Statistika Ewropea (SSE) tibqa’ l-fornitur ewlieni ta’ statistika ta’ kwalità għolja dwar l-Ewropa.

2.  Meta jitqiesu r-riżorsi disponibbli kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak tal-Unjoni u l-piż tar-rispons, l-għanijiet speċifiċi li ġejjin għandhom jintlaħqu fl-azzjonijiet statistiċi mwettqa għall-implimentazzjoni tal-programm:

Għan 1 : li jipprovdi informazzjoni statistika b’mod li jkun f’waqtu għall-appoġġ tal-iżvilupp, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politiki tal-Unjoni li jirriflettu tajjeb il-prijoritajiet filwaqt li jżomm bilanċ bejn l-oqsma ekonomiċi, soċjali u ambjentali u jaqdi l-ħtiġijiet tal-firxa wiesgħa ta’ utenti tal-istatistika Ewropea, inklużi entitajiet oħra li jieħdu d-deċiżjonijiet, riċerkaturi, negozji u ċittadini Ewropej b’mod ġenerali, b’mod effiċjenti meta mqabbel mal-ispiża, mingħajr duplikazzjoni mhux meħtieġa tal-isforzi;

Għan 2 : li jimplimenta metodi ġodda ta’ produzzjoni ta’ statistika Ewropea bl-għan li jsir gwadann fl-effiċjenza u tittejjeb il-kwalità;

Għan 3 : li jsaħħaħ is-sħubija fis-SSE u lil hinn minnha sabiex tittejjeb iżjed il-produttività tagħha u r-rwol ta’ tmexxija tagħha fl-istatistika uffiċjali madwar id-dinja kollha; u

Għan 4 : li jiżgura li din l-istatistika tibqa’ titwettaq b’mod konsistenti tul il-perjodu kollu tal-programm, sakemm dan ma jinterferixxix mal-mekkaniżmi ta’ twaqqif ta’ prijoritajiet tas-SSE.

3.  L-għanijiet ġenerali u speċifiċi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 huma elaborati iktar fl-Anness, flimkien mal-indikaturi użati għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-programm. Skont l-Artikoli 13 u 14 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, il-programm għandu jkun soġġett għal ippjanar annwali dettaljat li se jinkludi mekkaniżmu ta’ twaqqif ta’ prijoritajiet bħala parti integrali tal-proċess. L-għanijiet tal-programm għandhom jintlaħqu permezz ta’ kooperazzjoni mill-qrib u kkoordinata fis-SSE. Il-programm għandu jinkludi l-iżvilupp ta’ strumenti xierqa li jwasslu għal kwalità msaħħa u aktar flessibilità tas-SSE u ż-żieda fil-kapaċità li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-utenti b’mod li jkun f’waqtu. Huwa għandu jiftaħ ukoll it-triq għall-iżvilupp ta’ indikaturi affidabbli li jkunu jistgħu jilqgħu għall-isfidi tas-seklu 21, jiġifieri li jkejlu s-sostenibilità ambjentali, il-kwalità tal-ħajja u l-koeżjoni soċjali, u jirreġistraw l-attività ekonomika fis-settur terzjarju u fl-ekonomija soċjali.

Artikolu 5

Governanza, indipendenza, trasparenza u kwalità tal-istatistika

1.  L-istatistika Ewropea għandha tiġi prodotta b’mod professjonalment indipendenti u trasparenti.

2.  Il-programm għandu jiġi implimentat skont il-prinċipji tal-Kodiċi tal-Prattika bl-għan li tiġi prodotta u mxerrda statistika Ewropea ta’ kwalità għolja, armonizzata u paragunabbli skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, u li jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-SSE b’mod ġenerali. L-istituti nazzjonali tal-istatistika u l-awtorità statistika tal-Unjoni (Kummissjoni (Eurostat)) għandhom jiżguraw, permezz tal-indipendenza professjonali tagħhom, li l-istatistika Ewropea tikkonforma mal-Kodiċi tal-Prattika.

3.  L-istituti nazzjonali tal-istatistika u awtoritajiet nazzjonali oħra kif maħtura mill-Istati Membri, (kolletivament “awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika”), u l-Kummissjoni (Eurostat), li huma responsabbli għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika Ewropea, għandhom:

 jimmiraw li jsaħħu ambjent istituzzjonali u organizzattiv li jippromovi l-koordinazzjoni, l-effikaċja u l-kredibilità tal-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika u l-Kummissjoni (Eurostat) li jipproduċu u jxerrdu statistika Ewropea;

 jagħmlu enfasi fuq il-prinċipji statistiċi stabbiliti fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 u l-ħtiġijiet tal-utenti;

 jaqdu l-ħtiġijiet tal-utenti istituzzjonali tal-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 u jfittxu li jiżviluppaw statistika li taqdi firxa wiesgħa ta’ utenti tal-istatistika Ewropea, inklużi entitajiet oħra li jieħdu d-deċiżjonijiet, riċerkaturi, negozji u ċittadini Ewropej b’mod ġenerali; u

 jikkooperaw mal-korpi tal-istatistika fil-livell internazzjonali biex jippromwovu l-użu ta’ kunċetti, klassifikazzjonijiet, metodi u standards oħra internazzjonali, b’mod partikolari, bl-għan li jiżguraw aktar koerenza u paraggunabilità aħjar fil-livell globali.

4.  Kull Stat Membru għandu jagħmel ħiltu biex jiżgura li l-proċessi tiegħu ta’ produzzjoni tal-istatistika jkunu stabbiliti b’mod standardizzat u jkunu msaħħa, safejn ikun possibbli, b’mekkaniżmi ta’ awditjar.

5.  Fl-interess tat-trasparenza, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha, fejn ikun xieraq, tiżvela pubblikament il-valutazzjoni tagħha tal-kwalità tal-kontribuzzjonijiet nazzjonali għall-istatistika Ewropea bħala parti mill-eżerċizzju ta’ rappurtar u monitoraġġ tal-konformità.

6.  Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tqis kif għandha tagħmel il-pubblikazzjonijiet tagħha, partikolarment dawk aċċessibbli permezz tal-websajt tagħha, aktar faċli biex jintużaw għal dawk li mhumiex professjonisti u għandha tippermetti aċċess faċli għal sensiliet ta’ data kompluta u għandha tinkludi grafiki komparattivi li jinftiehmu faċilment ħalli ċ-ċittadini jingħataw aktar valur miżjud. L-aġġornamenti perjodiċi tal-Kummissjoni (Eurostat) għandhom jipprovdu, fejn ikun possibbli, informazzjoni dwar kull Stat Membru u għandhom joffru sensiliet ta’ data annwali, ta’ kull xahar u fit-tul, fejn ikun xieraq, u fejn il-benefiċċji jkunu akbar mill-ispejjeż tal-ġbir.

Artikolu 6

Stabbiliment tal-prijoritajiet statistiċi

1.  Il-programm għandu jiżgura inizjattivi statistiċi li fuqhom ikunu msejsal-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta’ politiki attwali tal-Unjoni u għandhom jipprovdu appoġġ statistiku għal rekwiżiti importanti li jirriżultaw minn inizjattivi politiċi ġodda tal-Unjoni.

2.  Il-Kummissjoni għandha, fit-tħejjija tal-programmi ta’ ħidma annwali msemmija fl-Artikolu 9, tiżgura stabbiliment xieraq ta’ prijoritajiet u rieżami annwali tal-prijoritajiet statistiċi kif ukoll rapport dwarhom. Il-programmi ta’ ħidma annwali b’hekk se jgħinu biex jiġi żgurat li l-istatistika Ewropea tkun tista’ tiġi prodotta fil-limiti tar-riżorsi disponibbli fil-livell nazzjonali u dak tal-Unjoni. Il-prijoritizzazzjoni għandha tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-ispejjeż u l-piżijiet għar-rekwiżiti statistiċi ġodda billi tnaqqas ir-rekwiżiti statistiċi f’setturi eżistenti ta’ statistika Ewropea u għandha tkun segwita f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri.

3.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-iżvilupp u l-implimentazjoni ta’ strumenti biex jiġu rieżaminati annwalment il-prijoritajiet tal-attivitajiet statistiċi biex jingħata kontribut għat-tnaqqis tal-ispejjeż u l-piżijiet fuq il-fornituri tad-data u l-produtturi tal-istatistika.

4.  Meta jiġu proposti azzjonijiet ġodda jew jiddaħħlu reviżjonijiet estensivi ta’ statistiki eżistenti, il-Kummissjoni għandha tiġġustifika kif xieraq tali azzjonijiet jew reviżjonijiet u tipprovdi informazzjoni b’kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri dwar il-piż tar-rispons u l-ispejjeż tal-produzzjoni skont l-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.

▼M1

Artikolu 7

Finanzjament

1.  Il-pakkett finanzjarju tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tal-programm għall-2013 għandu jammonta għal EUR 57.3 miljun, kopert bil-perjodu ta’ programmazzjoni 2007 sal-2013. Il-pakkett finanzjarju tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tal-programm għall-2014-2017 għandu jammonta għal EUR 234.8 miljuni, kopert bil-perjodu ta’ programmazzjoni 2014 - 2020.

2.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni b’konformità mar-Regolament Finanzjarju.

3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta d-deċiżjoni tagħha dwar approprjazzjonijiet annwali b’konformità mal-prerogattivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

▼B

Artikolu 8

Assistenza amministrattiva u teknika

L-allokazzjoni finanzjarja għall-programm tista’ tkopri l-ispejjeż li jagħmlu parti mill-attivitajiet preparatorji, ta’ monitoraġġ, kontroll, awditjar u evalwazzjoni li huma meħtieġa għall-ġestjoni tal-programm u l-ilħiq tal-għanijiet tiegħu; b’mod partikolari, studji, laqgħat ta’ esperti, spejjeż konnessi mar-rimborż ta’ esperti tal-istatistika, azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, spejjeż konnessi man-netwerks tal-IT li jiffukaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju ta’ informazzjoni, flimkien mal-ispejjeż l-oħra kollha ta’ assistenza teknika u amministrattiva magħmula mill-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-programm. L-allokazzjoni tista’ tkopri wkoll l-assistenza teknika u l-għarfien espert forniti lill-Istati Membri li ma jistgħux jipproduċu ċerta statistika Ewropea jew statistika tal-kwalità meħtieġa minħabba ċirkostanzi speċifiċi.

Artikolu 9

Programmi ta’ ħidma annwali

Sabiex timplimenta l-programm, il-Kummissjoni għandha tadotta programmi ta’ ħidma annwali li għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 u li għandhom jistabbilixxu l-għanijiet li għandhom jintlaħqu minnhom u r-riżultati mistennija, b’konformità mal-objettivi ġenerali u speċifiċi msemmija fl-Artikolu 4(1) u (2) ta’ dan ir-Regolament. Kull programm ta’ ħidma annwali għandu jiġi kkomunikat lill-Parlament Ewropew għal skopijiet ta’ informazzjoni.

Artikolu 10

Tipi ta’ interventi

Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji min-naħa tal-Unjoni jistgħu jieħdu l-forma ta’ għotjiet, ta’ kuntratti ta’ akkwist pubbliku jew kwalunkwe intervent ieħor meħtieġ għall-finijiet li jintlaħqu l-għanijiet ġenerali u speċifiċi msemmija fl-Artikolu 4(1) u (2).

Artikolu 11

Azzjonijiet eliġibbli

1.  Kontribuzzjoni finanzjarja min-naħa tal-Unjoni għandha tappoġġja l-azzjonijiet għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika Ewropea għall-finijiet li jintlaħqu l-għanijiet ġenerali u speċifiċi msemmija fl-Artikolu 4(1) u (2). Għandha tingħata prijorità lill-azzjonijiet b’valur miżjud għoli għall-Unjoni skont l-Artikolu 2.

2.  Kontribuzzjoni finanzjarja għall-appoġġ tan-netwerks kollaborattivi, kif imsemmija fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, tista’ tingħata f’forma ta’ għotjiet għal azzjoni u tkopri sa 95 % tal-ispejjeż eliġibbli.

3.  Fejn jkun xieraq, jistgħu jingħataw għotjiet li ma jaqbżux il-50 % tal-ispejjeż eleġibbli għall-funzjonament ta’ organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 12(3).

4.  Bħala kontribuzzjoni għall-ispejjeż magħmula mill-Istati Membri fit-twettiq ta’ azzjonijiet ibbażati fuq il-ġbir ta’ data, tista’ titħallas somma f’daqqa għal kull sett ta’ data, li għalih riżultati kompleti għandhom jiġu mgħoddija lill-Kummissjoni, sakemm jintlaħaq livell limitu definit għal kull ġbir ta’ data. L-ammont tas-somma f’daqqa għandu jiġi definit mill-Kummissjoni billi tiġi kkunsidrata kif xieraq il-kumplessità tal-ġbir tad-data.

Artikolu 12

Benefiċjarji eliġibbli għal għotjiet

1.  Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 128(1) tar-Regolament Finanzjarju, l-għotjiet lill-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika identifikati fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 jistgħu jingħataw mingħajr sejħa għal proposti.

2.  In-netwerks kollaborattivi jistgħu jinvolvu l-benefiċjarji msemmija fil-paragrafu 1 u lil korpi oħra mingħajr sejħa għall-proposti skont l-Artikolu 128(1) ir-Regolament Finanzjarju.

3.  L-għotjiet għall-operat imsemmija fl-Artikolu 11(3) jistgħu jingħataw lill-organizzazzjonijiet li jissodisfaw iż-żewġ kriterji li ġejjin:

(a) ma jkunux jagħmlu profitt, ikunu independenti mill-industrija u mill-interessi kummerċjali jew tan-negozju jew interessi kunfliġġenti oħra, u jkollhom bħala għanijiet u attivitajiet prinċipali tagħhom, il-promozzjoni u l-appoġġ tal-implimentazzjoni tal-Kodiċi tal-Prattika u l-implimentazzjoni ta’ metodi ġodda ta’ produzzjoni ta’ statistika Ewropea li jimmiraw lejn żieda fl-effiċjenza u titjib fil-kwalità, fil-livell tal-Unjoni; u

(b) ikunu taw rendikont sodisfaċenti lill-Kummissjoni tas-sħubija tagħhom, tar-regoli interni u s-sorsi ta’ finanzjament.

Artikolu 13

Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

1.  Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa sabiex tiżgura li, meta jiġu implimentati azzjonijiet iffinanzjati taħt dan ir-Regolament, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jiġu mħarsa bl-applikazzjoni ta’ miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta’ verifiki konsistenti u effikaċi u, jekk jiġu skoperti irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa bi żball u, fejn ikun xieraq, permezz ta’ penalitajiet effikaċi, proporzjonati u ta’ deterrent.

2.  Il-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti tagħha u l-Qorti tal-Awdituri għandu jkollhom u l-kompetenza ta’ awditjar, fuq il-bażi ta’ dokumenti u verifiki fuq il-post, fuq il-benefiċjarji kollha tal-għotja, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha li jkunu rċevew finanzjament fil-qafas ta’ dan ir-Regolament.

L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) għandu, fejn ikun xieraq, iwettaq verifiki u spezzjonijiet fuq il-post fuq l-operaturi ekonomiċi li jkunu kkonċernati direttament jew indirettament minn finanzjament bħal dan skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra ( 10 ) bl-għan li jiġi stabbilit jekk ikunux twettqu frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’konnessjoni ma’ ftehim ta’ għotja, deċiżjoni ta’ għotja jew kuntratt iffinanzjat skont dan ir-Regolament.

Mingħajr ħsara għall-ewwel u t-tieni sottoparagrafi, il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali u l-ftehimiet ta’ għotja, id-deċiżjonijiet ta’ għotja u l-kuntratti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom espressament jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni, il-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF sabiex iwettqu awditjar, verifiki fuq il-post u spezzjonijiet bħal dawn.

Artikolu 14

Parteċipazzjoni fil-programm minn pajjiżi terzi

Il-parteċipazzjoni fil-programm għandha tkun miftuħa għal:

(a) il-pajjiżi taż-ŻEE/EFTA, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea;

(b) l-Isvizzera, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim tas-26 ta’ Ottubru 2004 bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tal-istatistika ( 11 ); u

(c) il-pajjiżi li għalihom tapplika l-Politika Ewropea tal-Viċinat, il-pajjiżi li applikaw għal sħubija fl-Unjoni, il-pajjiżi kandidati u dawk aderenti, u l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent inklużi fil-proċess ta’ stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehimiet bilaterali jew multilaterali rispettivi ma’ dawk il-pajjiżi li jistabbilixxu l-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-programmi tal-Unjoni.

Artikolu 15

Evalwazzjoni u rieżami tal-programm

1.  Il-Kummissjoni għandha, wara konsultazzjoni mal-KSSE, tissottometti rapport ta’ progress intermedju dwar l-implimentazzjoni tal-Programm lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill sat-30 ta’ Ġunju tal-2015.

2.  Mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2016, il-Kummissjoni, abbażi tar-rapport ta’ progress intermedju msemmi fil-paragrafu 1 u wara li tkun ikkonsultat lill-KSSE, tista’ tressaq proposta għall-estensjoni tal-programm għall-perijodu mill-2018 sal-2020 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, filwaqt li tikkonforma mal-QFP 2014 sa 2020.

3.  Sal-31 ta’ Diċembru 2018, il-Kummissjonji, wara konsultazzjoni mal-KSSE u mal-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika, għandha tissottometti rapport ta’ evalwazzjoni finali dwar l-implimentazzjoni tal-programm lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 16

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS

Infrastruttura statistika u għanijiet tal-programm statistiku Ewropew tal-2013 sal-2017

Introduzzjoni

L-implimentazzjoni ta’ politiki tal-Unjoni tirrikjedi informazzjoni statistika ta’ kwalità għolja, kumparabbli u affidabbli dwar is-sitwazzjoni ekonomika, soċjali u ambjentali fl-Unjoni u l-komponenti tagħha f’livell nazzjonali u reġjonali. L-istatistika Ewropea hija indispensabbli wkoll għall-Ewropa, billi tippermetti lill-pubbliku ġenerali u liċ-ċittadini jifhmu kif ukoll jieħdu sehem fil-proċess demokratiku u jiddibattu dwar il-preżent u l-futur tal-Unjoni.

Il-programm statistiku Ewropew jipprovdi l-qafas leġislattiv għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta’ statistika Ewropea matul il-perjodu 2013 sa 2017.

L-istatistika Ewropea tiġi żviluppata, prodotta u mxerrda taħt il-qafas leġislattiv permezz ta’ kooperazzjoni mill-qrib u kkoordinata fis-Sistema Statistika Ewropea (ESS).

L-istatistika żviluppata, prodotta u mxerrda taħt il-programm statistiku Ewropew 2013 sa 2017 (“il-programm”) tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni, kif rifless fit-TFUE u Ewropa 2020 u l-Inizjattivi Ewlenin rispettivi tagħha u ta’ kwalunkwe politika oħra stabbilita fil-prijoritajiet strateġiċi tal-Kummissjoni.

Billi l-programm huwa programm multiannwali li jkopri perjodu ta’ ħames snin u s-SSE għandha l-għan li tkun u żżomm ir-rwol tagħha bħala attur ewlieni fil-qasam statistiku, il-programm huwa ambizzjuż f’termini ta’ kamp ta’ applikazzjoni u għanijiet, iżda l-implimentazzjoni tal-programm se ssegwi approċċ ta’ pass wara pass. L-iżvilupp ta’ mekkaniżmu effikaċi għall-istabbiliment tal-prijoritajiet u għas-simplifikazzjoni se jkun għan tal-programm.

Infrastruttura statistika

Il-programm se jistinka biex jistabbilixxi infrastruttura ta’ informazzjoni statistika. Din l-informazzjoni għandha titħejja għall-użu wiesa’ u intensiv ta’ applikazzjonijiet varji.

It-tfassil tal-politika huwa l-mutur tad-deċiżjonijiet sabiex tiġi prodotta statistika Ewropea. Madankollu, din l-istatistika għandha tkun disponibbli u tkun faċilment aċċessibbli wkoll għal dawk l-oħra li jieħdu d-deċiżjonijiet, ir-riċerkaturi, in-negozji u ċ-ċittadini Ewropej b’mod ġenerali billi huma jikkostitwixxu beni pubbliku u jitħallsu miċ-ċittadini u n-negozji Ewropej, li għandhom jibbenefikaw bl-istess mod mis-servizzi pprovduti. Sabiex l-infrastruttura tilħaq l-għan tar-rwol tagħha għandha titfassal skont qafas kunċettwali sod, li, min-naħa waħda, jiżgura l-adattezza għal firxa ta’ għanijiet u, min-naħa l-oħra, jippermetti adattament flessibbli għall-ħtiġijiet tal-utenti li se jevolvu fis-snin li ġejjin.

L-infrastruttura ta’ informazzjoni statistika hija ppreżentata hawn taħt:

INFRASTRUTTURA TAL-INFORMAZZJONI STATISTIKA

GĦAN SPEĊIFIKUINDIKATURIGĦANIJIET VARJISISTEMI TAL-KONTABBILTÀDEJTA

Didaskalija

Data :

informazzjoni kkompilata minn awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika, abbażi ta’ attivitajiet statistiċi tradizzjonali (stħarriġ ta’ kampjuni, ċensimenti, eċċ.) u data minn sorsi oħra, li tintuża mill-ġdid għal finijiet statistiċi. Din l-informazzjoni titfassal apposta sabiex isservi għall-ħtiġijiet f’oqsma speċifiċi ta’ politika, pereżempju s-suq tax-xogħol, il-migrazzjoni jew l-agrikoltura.

It-terminu jinkludi wkoll id-data miġbura għal finijiet amministrattivi iżda użata minn awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika għal finijiet statistiċi (is-soltu msejħa bħala data minn sorsi amministrattivi).

Sistemi ta’ kontabilità : kontijiet koerenti u integrati, karti tal-bilanċ u tabelli bbażati fuq grupp ta’ regoli li dwarhom ikun intlaħaq ftehim internazzjonali. Qafas ta’ kontabilità jiżgura profil għoli ta’ konsistenza u komparabbiltà; id-data statistika tista’ tiġi kkumpilata u ppreżentata f’format li jitfassal għall-finijiet ta’ analiżi u t-tfassil ta’ politika.

Indikaturi : indikatur huwa miżura sommarja relatata ma’ kwistjoni jew fenomenu ewlenin u li joriġinaw minn serje ta’ fatti osservati. L-indikaturi jistgħu jintużaw sabiex jiżvelaw pożizzjonijiet relattivi jew juru tibdil pożittiv jew negattiv. Ġeneralment, l-indikaturi huma input dirett fil-politiki tal-Unjoni u dawk globali. Fl-oqsma strateġiċi ta’ politika huma importanti sabiex jitwaqqfu miri u jiġi mmonitorjat l-ilħiq tagħhom.

F’din l-iskema globali, il-programm se jiddistingwi wkoll bejn tliet kolonni ta’ informazzjoni statistika: In-Negozju; l-Ewropa tal-Persuni; u Statistika Ġeospazjali, Ambjentali, Agrikola u Statistika Settorjali Oħra.

Il-politiki tal-Unjoni u dawk globali rilevanti huma l-istrumenti li jispeċifikaw ir-rekwiżiti tal-istatistika li għaliha se jirreaġixxi l-programm permezz tal-istruttura mfassla mill-ġdid u l-proċessi korrispondenti ta’ produzzjoni. Għalhekk, kull politika individwali tal-Unjoni u kull politika globali tiġi riflessa fil-komponenti differenti tal-infrastruttura statistika u koperta minn attivitajiet speċifiċi fil-programm. Il-politiki ġodda li jiġu identifikati fis-snin li ġejjin se jiġu koperti bit-twaqqif ta’ mogħdijiet ta’ derivazzjoni ġodda ta’ indikaturi/kontijiet ibbażati fuq id-data statistika prodotta fit-tliet kolonni.

INFORMAZZJONI STATISTIKA – STRUTTURA U DINAMIKI

Ħtiġijiet statistiċi marbutin mal-politiki tal-UE u dawk globali – IndikaturiOqfsa tal-kontabbiltà u sistemi tal-istatistika armonizzati għall-produzzjoni tal-indikaturiStatistika li għandha tintuża bħala input għas-sistemi tal-kontabbiltàEwropa 2020, il-Governanza Ekonomika u l-Globalizzazzioni EkonomikaIl-Prestazzjoni Ekonomika u SoċjaliIs-Sostenibbiltà AmbjentaliKummerċL-Ewropa tal-persuniStatistika Ġeospazjali, Ambjentali, Agrikola u Statistika Settorjali Oħra

Għanijiet

L-għan ġenerali tal-programm huwa li s-SSE tibqa’ l-fornitur ewlieni ta’ statistika ta’ kwalità għolja dwar l-Ewropa.

Meta jitqiesu r-riżorsi disponibbli kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak tal-Unjoni u l-piż tar-rispons, l-għanijiet speċifiċi li ġejjin għandhom jintlaħqu fl-azzjonijiet statistiċi mwettqa għall-implimentazzjoni tal-programm:

 Għan 1: jipprovdi informazzjoni statistika b’mod li jkun f’waqtu għall-appoġġ tal-iżvilupp, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politiki tal-Unjoni li jirriflettu tajjeb il-prijoritajiet filwaqt li jżomm bilanċ bejn l-oqsma ekonomiċi, soċjali u ambjentali u jaqdi l-ħtiġijiet tal-firxa wiesgħa ta’ utenti tal-istatistika Ewropea, inklużi entitajiet oħra li jieħdu d-deċiżjonijiet, riċerkaturi, negozji u ċittadini Ewropej b’mod ġenerali, b’mod effiċjenti meta mqabbel mal-ispiża, mingħajr duplikazzjoni mhux meħtieġa tal-isforzi;

 Għan 2: jimplimenta metodi ġodda ta’ produzzjoni ta’ statistika Ewropea bil-mira li jkun hemm gwadann fl-effiċjenza u titjib tal-kwalità;

 Għan 3: isaħħaħ is-sħubija fis-SSE u lil hinn minnha sabiex tittejjeb iżjed il-produttività tagħha u r-rwol ta’ tmexxija tagħha fl-istatistika uffiċjali madwar id-dinja kollha; u

 Għan 4: jiżgura li din l-istatistika tibqa’ titwettaq b’mod konsistenti tul il-perjodu kollu tal-programm, sakemm dan ma jinterferixxix mal-mekkaniżmi ta’ twaqqif ta’ prijoritajiet tas-SSE.

Dawk l-għanijiet speċifiċi huma maqsuma fl-oqsma prijoritarji differenti deskritti hawn taħt. L-Għanijiet 1 u 4 huma kopert bi “I. Riżultati statistiċi”, l-Għan 2 bi “II. Metodi ta’ produzzjoni ta’ statistika Ewropea” u l-Għan 3 bi “III. Sħubija”.

I.    RIŻULTATI STATISTIĊI

1.    Indikaturi

1.1.    Ewropa 2020

L-approvazzjoni ta’ Ewropa 2020 mill-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju 2010 tat forma fil-parti l-kbira lill-aġenda strateġika għall-Unjoni u l-politiki nazzjonali fis-snin li ġejjin. Dik l-aġenda tistabbilixxi numru ta’ miri ewlenin u inizjattivi ewlenin li għalihom ikunu jridu jinkisbu indikaturi tal-istatistika mis-SSE f’numru ta’ oqsma (jiġifieri t-titjib tal-kundizzjonijiet għall-innovazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp, il-promozzjoni tal-impjiegi, l-ilħiq tal-għanijiet rigward it-tibdil fil-klima u dawk tal-enerġija tal-Unjoni, l-effiċjenza tar-riżorsi, it-titjib tal-livelli ta’ edukazzjoni, inkluż il-mobilità tat-tagħlim, it-tixjiħ attiv u b’saħħtu, u l-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali permezz tat-tnaqqis tal-faqar).

Il-provvista ta’ informazzjoni statistika ta’ kwalità għolja, li għandha tkun disponibbli b’mod li jkun f’waqtu u sabiex tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni ta’ Ewropa 2020. L-indikaturi l-ġodda għandhom, safejn possibbli, ikunu bbażati fuq data statistika disponibbli.

L-għan se jiġi implimentat permezz tad-disponibilità ta’:

 indikaturi ta’ mira ewlenin aġġornati għall-Ewropa 2020 (fil-qasam tal-impjiegi, ir-riċerka u l-iżvilupp, l-innovazzjoni, l-enerġija/it-tibdil fil-klima, l-edukazzjoni, l-ambjent, il-protezzjoni soċjali, l-inklużjoni soċjali u l-faqar) disponibbli fuq il-websajt tal-Kummissjoni (Eurostat);

 statistika disponibbli għall-appoġġ tal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-inizjattivi ewlenin ta’ Ewropa 2020;

 indikaturi addizzjonali bħala input għall-evalwazzjonijiet ex ante u ex post ta’ kwalunkwepolitika ekonomika, soċjali u ambjentali tal-Unjoni; u

 indikaturi dwar l-impjiegi li jiddistingwu bejn xogħol part-time u xogħol full-time, kif ukoll indikaturi dwar il-qgħad li jieħdu inkonsiderazzjoni l-persuni f’politiki ta’ attivazzjoni bħat-taħriġ.

1.2.    Governanza Ekonomika

Il-kriżi u t-tensjonijiet fis-swieq finanzjarji enfasizzaw il-ħtieġa li tissaħħaħ il-governanza ekonomika tal-Unjoni. Diġà ttieħdu passi deċiżivi fil-governanza u l-koordinazzjoni ekonomika mill-Unjoni, u xi wħud minnhom se jkollhom implikazzjonijiet statistiċi kbar minbarra l-attivitajiet ta’ statistika li għaddejjin.

L-iżvilupp ta’ informazzjoni statistika ġdida u t-titjib ta’ dik eżistenti rilevanti għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet tal-Unjoni u l-pubbliku ġenerali b’konnessjoni mal-governanza ekonomika msaħħa u integrata tal-Unjoni u ċ-ċiklu tas-sorveljanza li jintegra l-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir u l-politika ekonomika.

L-għan se jiġi implimentat permezz ta’:

 l-għoti ta’ input statistiku għat-tabella ta’ valutazzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi u l-analiżi sottostanti;

 l-għoti ta’ input statistiku għal Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir imtejjeb immirat b’mod speċifiku lejn il-produzzjoni u l-provvediment ta’ statistika ta’ kwalità għolja dwar id-dejn pubbliku;

 l-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ grupp ta’ indikaturi għat-tkejjil tal-kompetittività; u

 l-implimentazzjoni ta’ ġestjoni tal-kwalità soda fil-katina tal-produzzjoni, li tkopri wkoll id-data tal-finanzi pubbliċi upstream u l-flussi tax-xogħol sottostanti fl-Istati Membri.

li l-persuni Ewropej li jieħdu d-deċiżjonijiet jiġu pprovduti bi statistika u indikaturi affidabbli għal finijiet amministrattivi u regolatorji u għall-monitoraġġ tal-impenji speċifiċi tal-politika tal-Unjoni.

L-għan se jiġi implimentat permezz ta’:

 id-definizzjoni tal-ambitu tal-istatistika għal finijiet amministrattivi u regolatorji definiti u li dwarha jkun intlaħaq ftehim mal-utenti; u

 id-definizzjoni, skont kif ikun f’loku, l-implimentazzjoni u l-ispjegazzjoni ta’ qafas sod tal-ġestjoni tal-kwalità għal dawk l-indikaturi.

1.3.    Globalizzazzjoni Ekonomika

L-effetti soċjali u ekonomiċi u l-effetti l-oħrajn tal-kriżi finanzjarja, iż-żieda fil-flussi transkonfinali u l-frammentazzjoni tal-proċessi ta’ produzzjoni enfasizzaw il-ħtieġa għal qafas iżjed koerenti u kejl aħjar tal-produzzjoni globalizzata.

It-titjib tal-indikaturi u l-informazzjoni statistika disponibbli dwar il-globalizzazzjoni ekonomika u l-katini ta’ valur globali għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet tal-Unjoni u l-pubbliku b’mod ġenerali.

L-għan se jiġi implimentat permezz ta’:

 l-aġġornament ta’ indikaturi eżistenti dwar il-globalizzazzjoni ekonomika disponibbli fuq il-websajt tal-Kummissjoni (Eurostat);

 l-iżvilupp ta’ indikaturi ġodda dwar il-katini ta’ valur globali, inklużi l-flussi tar-riżorsi naturali u d-dipendenza fuqhom;

 l-analiżi tal-katini ta’ valur globali, possibilment permezz ta’ tabelli xierqa ta’ input/riżultati, u l-istatistika dwar il-kummerċ u n-negozju barranin, inkluż il-ħolqien ta’ konnessjonijiet ta’ mikrodata; u

 l-eżami tal-ħtieġa ta’ riforma tal-kalkolu u l-allokazzjoni ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni finanzjarja.

2.    Oqfsa ta’ kontabilità

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Awwissu 2009, bl-isem “Il-PDG u lil hinn: Inkejlu l-progress f’dinja li dejjem tinbidel” u l-pubblikazzjoni tar-Rapport Stiglitz-Sen-Fitoussi dwar il-Kejl tal-Prestazzjoni ekonomika u l-Progress Soċjali taw impetu ġdid lill-isfida ewlenija għas-SSE, prinċipalment kif tista’ tinkiseb statistika aħjar dwar kwistjonijiet trażversali u statistika iżjed integrata sabiex jiġu deskritti fenomeni soċjali, ambjentali u ekonomiċi kumplessi lil hinn mill-miżuri tradizzjonali tar-riżultati ekonomiċi. Is-Sistema Ewropea tal-Kontijiet Nazzjonali u Reġjonali (SEK) toffri qafas integrat u konsistenti għall-istatistika ekonomika kollha li għandha tiġi kkumplimentata minn indikaturi oħra sabiex tingħata informazzjoni iżjed komprensiva għat-tfassil tal-politika u t-teħid ta’ deċiżjonijiet.

2.1.    Prestazzjoni ekonomika u soċjali

Il-kriżi ekonomika saħħet il-ħtieġa li jkun hemm grupp ta’ indikaturi makroekonomiċi ta’ kwalità għolja sabiex jiġu mifhuma u analizzati aħjar iċ-ċaqliq ekonomiku u l-effetti tiegħu fuq is-soċjetà, u b’hekk jiġi ffaċilitat il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Minħabba l-produzzjoni li dejjem qiegħda ssir iżjed globalizzata, jeħtieġ li jiġi żviluppat qafas konsistenti li jiffaċilita l-interpretazzjoni u l-integrazzjoni tal-istatistika minn sferi differenti.

Il-kejl tal-prestazzjoni ekonomika jiġi ssupplimentat b’dimensjonijiet differenti tal-globalizzazzjoni, il-kwalità tal-ħajja, l-aċċess għall-beni u għas-servizzi, is-sostenibbiltà ambjentali, is-saħħa, il-benesseri, il-koeżjoni soċjali u l-inklużjoni soċjali. L-iżvilupp ta’ qafas għall-analiżi tal-produzzjoni globalizzata.

L-għan se jiġi implimentat permezz ta’:

 l-implimentazzjoni u l-kompilazzjoni ta’ kontijiet nazzjonali ta’ kull sena u ta’ kull tliet xhur, kif ukoll kontijiet reġjonali annwali skont is-SEK;

 il-produzzjoni ta’ indikaturi dwar id-distribuzzjoni tal-introjtu u tal-konsum fost l-unitajiet domestiċi (permezz tar-rikonċiljazzjoni tal-aggregati tal-kontijiet nazzjonali mad-data tal-istħarriġ tal-unitajiet domestiċi jew id-data amministrattiva);

 il-kompilazzjoni ta’ statistika puntwali u ta’ kwalità għolja dwar il-prezzijiet, prinċipalment l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet tal-konsumatur;

 l-iżvilupp ta’ kontijiet satellita għal oqsma ġodda;

 il-ħolqien ta’ bażi ta’ data għall-kejl tat-tkabbir u l-produttività, b’kunsiderazzjoni tal-bidliet fil-produttività fis-settur pubbliku kif ukoll fis-settur privat;

 l-iżvilupp ta’ qafas kunċettwali għall-analiżi tal-produzzjoni globalizzata;

 l-iżvilupp ta’ qafas kunċettwali għall-kejl tal-kwalità tal-ħajja u l-benessri; u

 l-allinjament tal-kontabilità u l-kunċetti statistiċi korrispondenti safejn ikun possibbli.

Il-provvista ta’ indikaturi makroekonomiċi u soċjali ewlenin u Indikaturi Ekonomiċi Ewropej Prinċipali (IEEP) bħala grupp koerenti ta’ indikaturi li jindirizzaw ir-rekwiżiti tad-data statistika tal-Unjoni u dik globali u jaġġustaw l-IEEP sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet li qegħdin jevolvu tal-utenti.

L-għan se jiġi implimentat permezz ta’:

 l-iżvilupp ikkoordinat tat-tabelli tal-indikaturi ewlenin makroekonomiċi, soċjali u tal-iżvilupp sostenibbli;

 id-disponibilità ta’ metodoloġija armonizzata għal indikaturi makroekonomiċi u soċjali ewlenin u l-IEEP;

 it-titjib tal-komparabbiltà internazzjonali tal-indikaturi;

 il-forniment ta’ għodod imtejba għall-faċilitazzjoni tal-interpretazzjoni u l-komunikazzjoni tal-indikaturi; u

 id-disponibilità ta’ statistika armonizzata dwar id-djar u statistika relatata għall-Istati Membri kollha.

2.2.    Sostenibbiltà ambjentali

Il-ħarsien, il-preservazzjoni u t-titjib tal-ambjent għall-ġenerazzjonijiet tal-preżent u dawk tal-futur, kif ukoll il-ġlieda kontra l-effetti tat-tibdil fil-klima, għandhom post għoli ħafna fl-aġenda Ewropea u huma għanijiet tat-Trattati. Il-politika effiċjenti f’dawn l-isferi teħtieġ informazzjoni statistika f’ħafna oqsma.

Il-provvista ta’ kontijiet ambjentali, u statistika dwar it-tibdil fil-klima, b’kunsiderazzjoni tal-iżviluppi internazzjonali f’dan il-qasam.

L-għan se jiġi implimentat permezz ta’:

 l-iżvilupp ta’ sistema koerenti ta’ kontijiet ambjentali bħala “kontijiet satellita” tal-kontijiet nazzjonali ewlenin, li tipprovdi informazzjoni dwar l-emissjonijiet atmosferiċi, il-konsum tal-enerġija, il-flussi u r-riżervi ta’ riżorsi naturali materjali u l-ilma, il-kummerċ fil-materja prima bażika u dik kritika, it-tassazzjoni ambjentali u l-infiq fuq il-protezzjoni ambjentali, possibilment bl-inklużjoni tat-tkabbir/akkwist ekoloġiku;

 it-titjib, l-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta’ indikaturi li juru pressjonijiet sekondarji, impatti tat-tibdil fil-klima, inkluż fuq is-saħħa, il-vulnerabbiltajiet u l-progress tal-adattament; u

 l-iżvilupp ta’ indikatur ewlieni li jkejjel il-pressjoni ambjentali globali.

3.    Data

3.1.    Negozju

Numru kbir ta’ politiki tal-Unjoni qegħdin jiffukaw fuq impriżi Ewropej. Barra dan, huma responsabbli għall-għoti ta’ data bażika. Fid-dawl ta’ dan, hawn domanda kbira għal statistika kummerċjali f’sens wiesa’ sabiex jiġi appoġġjat il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet iżda wkoll sabiex iċ-ċittadini u n-negozji Ewropej jifhmu l-impatt ta’ dawn il-politiki li jiddifferenzjaw bejn l-impriżi l-kbar, mid-caps u l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju li fir-rigward tagħhom tiker il-ħtieġa għal statistika dettaljata u armonizzata. Fl-istess ħin hemm ħtieġa li jitnaqqas il-piż amministrattiv u tar-rapportar.

Żieda tal-effiċjenza u l-effikaċja tal-proċessi ta’ produzzjoni tal-istatistika. Il-provvista ta’ statistika ta’ kwalità għolja dwar oqsma ewlenin fejn l-impriżi huma ċ-ċentru tal-interess, bħal statistika kummerċjali, indikaturi ta’ perjodu qasir, l-investiment tagħhom fil-kapital u l-ħiliet umani, it-tranżazzjonijiet internazzjonali, il-globalizzazzjoni, il-monitoraġġ tas-suq intern, l-R&D u l-innovazzjoni, u t-turiżmu. Għandha tingħata attenzjoni speċjali għad-disponibbiltà ta’ data f’setturi industrijali u tas-servizzi ta’ valur miżjud għoli, b’mod partikolari fl-ekonomija ekoloġika, diġitali jew soċjali (bħas-saħħa u l-edukazzjoni).

L-għan se jiġi implimentat permezz ta’:

 l-użu mill-ġdid ta’ data disponibbli fis-sistema statistika jew fis-soċjetà, u l-produzzjoni ta’ infrastruttura komuni u għodod komuni;

 l-għoti ta’ informazzjoni statistika u indikaturi dwar negozji fuq bażi annwali u infra-annwali;

 l-għoti ta’ informazzjoni statistika li tiddeskrivi l-pożizzjoni tal-Ewropa fid-dinja u r-relazzjonijiet tal-Unjoni mal-bqija tad-dinja;

 l-għoti ta’ informazzjoni statistika għall-analiżi ta’ katini ta’ valur globali u l-iżvilupp ta’ Reġistru tal-Grupp tal-Euro bħala s-sinsla għall-ġbir ta’ informazzjoni minn sfera għall-oħra dwar il-globalizzazzjoni;

 l-ibbilanċjar mill-ġdid tal-ġbir tal-istatistika għall-kummerċ f’merkanzija u l-kummerċ f’servizzi b’disponibbiltà mtejba ta’ data dwar servizzi u azzjonijiet sabiex tiġi bbilanċjata mill-ġdid l-informazzjoni statistika dwar is-servizzi u l-beni;

 l-iżvilupp ta’ għodod ta’ monitoraġġ tas-suq intern, bħall-għodda għall-monitoraġġ tal-prezz tal-ikel u l-indikaturi relatati;

 l-għoti ta’ statistika dwar oqsma ewlenin tal-innovazzjoni u l-prestazzjoni tal-R&D permezz ta’ użu estiż ta’ reġistri tal-privattivi u riċerka estiża u użu statistiku ta’ mikrodata individwali;

 l-għoti ta’ statistika dwar il-provvista u d-domanda tat-turiżmu permezz ta’ ġbir ottimizzat ta’ data u data integrata aħjar mit-turiżmu ma’ sferi oħra; u

 l-għoti ta’ statistika dwar l-użu tar-riżorsi u l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi abbażi, safejn ikun possibbli, ta’ ġabriet ta’ data eżistenti.

3.2.    L-ewropa tal-persuni

Iċ-ċittadini Ewropej huma fil-qalba tal-politiki tal-Unjoni. Konsegwentement, hawn domanda kbira għall-istatistika soċjali fis-sens wiesa’ sabiex jiġi appoġġjat il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet u jiġi mmonitorjat l-eżitu tal-politiki soċjali, iżda wkoll sabiex iċ-ċittadini Ewropej jiġu megħjuna jevalwaw l-impatt ta’ dawn il-politiki fuq ħajjithom u fuq il-benessri tagħhom.

Il-provvista ta’ statistika dwar oqsma ewlenin ta’ politika soċjali fejn iċ-ċittadin ikun iċ-ċentru tal-interess, bħall-benessri, is-sostenibbiltà, il-koeżjoni soċjali, il-faqar, l-inugwaljanzi, l-isfidi demografiċi (b’mod partikolari t-tixjiħ tal-popolazzjoni u l-migrazzjoni), is-suq tax-xogħol, l-edukazzjoni u t-taħriġ, inklużi l-edukazzjoni tul it-tfulija, it-tagħlim tal-adulti, it-taħriġ vokazzjonali u l-mobilità tat-tagħlim taż-żgħażagħ, il-kultura, l-attività fiżika, il-kwalità tal-ħajja, is-sikurezza, is-saħħa, id-diżabbiltà, il-konsum, il-moviment ħieles u s-suq intern, il-mobilità taż-żgħażagħ, l-innovazzjoni teknoloġika u għażliet ta’ stili ġodda ta’ ħajja. Dik l-istatistika għandha tiġi diżaggregata skont il-ġeneru fejn ikun xieraq, għal gruppi li jkunu ta’interess speċjali għal dawk li jfasslu l-politiki soċjali. Il-prijoritajiet għandhom jiġu stabbiliti skont l-Artikolu 6.

L-għan se jiġi implimentat permezz ta’:

 it-tħaddim ta’ infrastruttura bażika kkonsolidata għall-Istatistika Soċjali Ewropea, inklużi stħarriġ u l-ġbir ta’ data bbażat fuq l-amministrazzjoni u sett komuni ta’ varjanti ewlenin;

 l-iżvilupp ta’ servejs soċjali ewlenin li jipprovdu data (inkluż mikrodata) dwar persuni u unitajiet domestiċi simplifikata u kkumplimentata b’ġabriet addizzjonali u inqas frekwenti ta’ data;

 l-iżvilupp ta’ statistika pprovduta dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ, inklużi razzjonalizzazzjoni u modernizzazzjoni tal-Istħarriġ dwar l-Edukazzjoni tal-Adulti;

 il-provvista ta’ statistika dwar l-inugwaljanzi tal-introjtu, li tipprovdi indikatur ewlieni nazzjonali paragunabbli, kif ukoll data dwar l-inugwaljanzi tal-aċċess għal beni u servizzi bażiċi;

 ħidma metodoloġika statistika dwar l-attività fiżika u l-kultura;

 il-provvista ta’ statistika dwar is-sigurtà mill-kriminalità; is-saħħa, kif maqbul skont ir-Regolament qafas (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol ( 12 ); u d-diżabbiltà;

 l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet tal-programm ta’ ħidma dwar l-integrazzjoni tal-istatistika dwar il-migrazzjoni;

 il-forniment ta’ indikaturi tal-kwalità tal-ħajja sabiex jitkejjel il-progress tas-soċjetajiet; u

 il-bidu tal-preparazzjonijiet tar-rawnd li jmiss taċ-ċensiment (skedat għall-2021).

3.3.    Statistika ġeospazjali, ambjentali, agrikola u statistika settorjali oħra

Il-kombinazzjoni ta’ statistika ma’ data b’referenzi spazjali u analiżi ġeospazjali se toffri opportunitajiet ġodda li s-SSE se tkompli tesplora. Jeħtieġ li kwistjonijiet speċifiċi, bħall-kunfidenzjalità u l-validità statistika ta’ stimi ta’ erjas żgħar, jingħataw attenzjoni partikolari.

L-istatistika dwar l-enerġija u t-trasport għall-appoġġ ta’ Ewropa 2020 u l-politika dwar it-tibdil fil-klima se jkunu ta’ importanza kbira fil-futur.

L-agrikoltura se tibqa’ aspett importanti fost il-politiki tal-Unjoni matul l-2013-2017. Ix-xogħol statistiku se jiġi influwenzat b’mod qawwi mir-riżultat tar-riflessjoni dwar il-Politika Agrikola Komuni wara l-2013. Se jsir iffukar fuq dimensjonijiet ambjentali, dawk relatati mal-bijodiversità/ekosistema, dawk ekonomiċi, tas-saħħa u s-sikurezza tal-bnedmin u dawk soċjali.

L-appoġġ tat-tfassil ta’ politika abbażi tal-evidenza b’użu iżjed flessibbli u użu akbar ta’ informazzjoni spazjali kkombinata ma’ informazzjoni statistika soċjali, ekonomika u ambjentali.

L-għan se jiġi implimentat permezz ta’:

 l-iżvilupp ulterjuri, il-manutenzjoni u t-tħaddim tal-Infrastruttura għall-Informazzjoni Spazjali fil-Komunità Ewropea (INSPIRE), stabbilita bid-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropw u tal-Kunsill ( 13 ), u b’mod partikolari permezz tal-ġeoportal tal-Unjoni;

 id-disponibbiltà ta’ firxa ta’ informazzjoni ġeografika permezz ta’ kooperazzjoni mal-programmi tal-Unjoni għall-istħarriġ dwar l-użu tal-art u t-telerilevament; u

 l-integrazzjoni ta’ data statistika meta tkun rilevanti, u b’hekk tinħoloq infrastruttura flessibbli ta’ ħafna sorsi għall-għoti ta’ analiżi spazjotemporali mmirata.

Il-provvista ta’ statistika ambjentali għall-appoġġ tal-proċess tat-tfassil tal-politika tal-Unjoni.

L-għan se jiġi implimentat permezz ta’:

 Grupp ta’ statistika ambjentali ewlenija dwar riżorsi, bħal dawk dwar l-iskart u r-riċiklaġġ, l-ilma, id-depożiti tal-materji primi, is-servizzi tal-ekosistemi u l-bijodiversità fuq livell nazzjonali u, fejn possibbli, dak reġjonali, u grupp ta’ statistika ewlenija relatata mat-tibdil fil-klima għall-appoġġ tal-azzjonijiet u l-politiki ta’ mitigazzjoni u adattament fil-livelli rilevanti kollha, minn dak lokali għal-livell tal-Unjoni.

Il-provvista ta’ statistika dwar l-enerġija u t-trasport għall-appoġġ tal-politiki tal-Unjoni.

L-għan se jiġi implimentat permezz tal-produzzjoni u t-tixrid ta’ statistika dwar:

 l-enerġija rinnovabbli;

 it-tnaqqis fil-konsum enerġetiku/l-effiċjenza enerġetika; u

 is-sikurezza tat-trasport, il-mobilità tal-passiġġieri, il-kejl tat-traffiku fit-toroq u t-trasport intermodali tal-merkanzija.

Il-provvista ta’ statistika dwar l-agrikoltura, l-industrija tas-sajd u l-foresterija għall-iżvilupp u l-monitoraġġ tal-Politiki Komuni dwar l-Agrikoltura u s-Sajd, b’riflessjoni ta’ għanijiet strateġiċi Ewropej ewlenin relatati mas-sostenibbiltà kif ukoll l-iżvilupp rurali bit-twettiq ta’ attivitajiet regolari relatati mal-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta’ statistika.

L-għan se jiġi implimentat permezz ta’:

 l-analiżi u s-simplifikazzjoni tal-ġbir ta’ data dwar l-agrikoltura b’konformità mal-analiżi tal-Politika Agrikola Komuni ta’ wara l-2013;

 it-tfassil mill-ġdid ta’ proċessi tal-ġbir ta’ data dwar l-agrikoltura, b’mod partikolari bl-għan li jittejbu l-kwalità u l-puntwalità tad-data mogħtija;

 l-analiżi komprensiva tas-sistema tal-ġestjoni tad-data dwar l-użu/kopertura tal-art u l-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ sistema ġdida fuq dik il-bażi;

 l-implimentazzjoni ta’ sistema tal-ġbir tad-data għal infdikaturi agroambjentali koerenti, fejn possibbli abbażi ta’ data eżistenti;

 il-provvista ta’ analiżi statistika adegwata skont ir-reġjun; u

 l-implimentazzjoni u d-disseminazzjoni ta’ ġabra ta’ data ewlenija dwar il-forestrija minn Kontabilità Ambjentali u Ekonomika Integrata għall-Forestrija, bħall-erja tal-foresta, il-volum u l-valur tas-siġar wieqfa u kontijiet ekonomiċi għall-forestrija u t-tqattigħ tal-injam.

II.    METODI TA’ PRODUZZJONI TAL-ISTATISTIKA EWROPEA

Attwalment is-SSE qiegħda tħabbat wiċċha ma’ numru ta’ sfidi: domanda li qiegħda tikber għal statistika ta’ kwalità għolja, ħtieġa li qiegħda tikber għal statistika multidimensjonali kumplessa, atturi ġodda fis-suq tal-informazzjoni, trażżin fuq ir-riżorsi, il-ħtieġa għal iżjed tnaqqis tal-piż statistiku fuq dawk li jirrispondu kif ukoll id-diversifikazzjoni tal-għodod tal-komunikazzjoni. Dan jimplika l-adattament tal-metodi ta’ produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika uffiċjali Ewropea b’mod progressiv.

1.    Ġestjoni tal-kwalità tas-SSE

L-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità fis-SSE ibbażata fuq il-Kodiċi tal-Prattika,

It-tisħiħ tal-kondiviżjoni ta’ prattiki tajba fl-implimentazzjoni tal-Kodiċi tal-Prattika u l-iżgurar li r-rapportar ta’ kwalità jkollu fil-mira tiegħu ħtiġijiet differenti tal-utenti.

L-għan se jiġi implimentat permezz ta’:

 l-introduzzjoni ta’ mekkaniżmi ta’ monitoraġġ ġodda u t-tieni rawnd ta’ reviżjoni reviżjoni bejn il-pari għall-valutazzjoni tal-osservanza tal-Kodiċi tal-Prattika;

 l-allinjament tal-oqfsa tal-garanzija tal-kwalità tas-SSE u tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (ESCB);

 il-qadi tal-ħtiġijiet tal-utenti għal rappurtar ta’ kwalità; u

 l-istandardizzazzjoni ta’ rapporti ta’ kwalità f’diversi oqsma ta’ statistika fil-livell tal-Unjoni.

2.    It-twaqqif ta’ prijoritajiet u s-simplifikazzjoni

Is-SSE qiegħda tħabbat wiċċha ma’ sfida kbira: kif tipprovdi statistika Ewropea ta’ kwalità għolja għas-sodisfazzjoni ta’ ħtiġijiet għal statistika li dejjem qiegħda tikber f’kuntest ta’ baġits tal-Istati Membri mnaqqsa b’mod sostanzjali u politika tar-riżorsi umani ta’ tkabbir żero fil-Kummissjoni u fl-Istati Membri li, għal xi korpi, se twassal għal tnaqqis reali fir-riżorsi umani. B’kunsiderazzjoni ta’ dawn il-limiti ta’ riżorsi fuq livell Ewropew u dak nazzjonali, huwa importanti li l-miżuri ta’ twaqqif ta’ prijoritajiet u simplifikazzjoni jissaħħu, u għal dan jeħtieġ l-impenn tas-sħab kollha tas-SSE. Ġie introdott mekkaniżmu ta’ twaqqif ta’ prijoritajiet bħala parti integrata tal-preparazzjoni ta’ Programmi ta’ Ħidma Annwali u se jiġi implimentat matul il-perjodu kollu tal-programm. Dan jinvolvi, fost affarijiet oħra, analiżi annwali tar-rekwiżiti statistiċi eżistenti, li toriġina minn inizjattivi proposti mill-Kummissjoni għat-tnaqqis tar-rekwiżiti ta’ statistika b’kunsiderazzjoni tal-interessi tal-utenti, il-produtturi u r-rispondenti. Il-proċess għandu jitwettaqf’kooperazzjoni mill-qrib kemm mal-utenti kif ukoll ma’ min jipproduċi l-istatistika Ewropea.

L-implimentazzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ twaqqif ta’ prijoritajiet għas-SSE sabiex jiġu ssimplifikati r-rekwiżiti ta’ rapportar sabiex isir aġġustament għal ħtiġijiet ġodda għal statistika waqt li jiġu kkunsidrati l-limiti tal-produtturi u l-piż tar-rispons u l-ħtiġijiet tal-utenti.

L-għan se jiġi implimentat permezz ta’:

 id-definizzjoni ta’ prijoritajiet u l-allokazzjoni ta’ riżorsi skont dawk il-prijoritajiet;

 id-definizzjoni ta’ prijoritajiet għas-SSE bħala parti mill-programm ta’ ħidma annwali msemmi fl-Artikolu 9;

 il-qies tar-riżultati tal-konsultazjzonijiet tal-utenti u tal-produtturi fil-programm ta’ ħidma annwali; u

 il-komunikazzjoni, lill-utenti, tal-oqsma tal-istatistika li għandhom jiġu ssimplifikati u l-ġbir ta’ data li għandu jitnaqqas/jinġieb fi tmiemu.

3.    Statistika ta’ ħafna għanijiet u gwadann fl-effiċjenza fil-produzzjoni

L-implimentazzjoni gradwali, b’kont meħud tal-ispejjeż ġenerati fis-SSE mill-implimentazzjoni, ta’ arkitettura ta’ negozju tas-SSE li tippermetti produzzjoni iżjed integrata tal-istatistika Ewropea; l-armonizzazzjoni u l-istandardizzazzjoni ta’ metodi ta’ produzzjoni ta’ statistika u metadata; it-titjib tal-integrazzjoni orizzontali (mal-isferi statistiċi kollha) u vertikali (mal-imsieħba tas-SSE kollha) tal-proċessi ta’ produzzjoni statistika fis-SSE rigward il-prinċipju tas-sussidjarjetà; l-użu u l-integrazzjoni ta’ sorsi multipli ta’ data; il-produzzjoni ta’ statistiċi għal ħafna għanijiet. Sejra tingħata attenzjoni partikolari għal kwestjonijiet ta’ kunfidenzjalità li se jqumu b’aktar użu, riutilizzazzjoni u skambju ta’ mikrodata u reġistri amministrattivi.

L-għan se jiġi implimentat permezz ta’:

 iktar użu ta’ data amministrattiva xierqa fl-oqsma statistiċi kollha;

 l-identifikazzjoni u l-użu ta’ sorsi ġodda ta’ data għal statistika Ewropea;

 iżjed involviment tal-Kummissjoni (Eurostat) u ta’ awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika fit-tfassil tar-rekords amministrattivi;

 użu usa’ ta’ tqabbil statistiku u tekniki għall-konnessjoni ta’ data sabiex tiżdied l-offerta tal-istatistika Ewropea;

 l-użu tal-approċċ Ewropew għall-istatistika għal rispons ta’ politika rapidu f’każijiet speċifiċi u debitament ġustifikati;

 iżjed integrazzjoni ta’ proċessi ta’ produzzjoni ta’ statistika Ewropea permezz ta’ azzjonijiet ikkoordinati tas-SSE;

 iżjed armonizzazzjoni ta’ kunċetti statistiċi f’oqsma differenti tal-istatistika;

 l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ infrastruttura ta’ referenza flessibbli tal-IT u standards tekniċi għat-titjib tal-interoperabilità, il-kondiviżjoni ta’ data u metadata, u mmudellar komuni ta’ data;

 l-użu ta’ għodod standard tal-IT matul il-proċessi statistiċi ta’ negozju;

 l-iżvilupp ta’ standards metodoloġiċi sabiex jiżdied l-użu u d-disponibbiltà ta’ metodoloġiji armonizzati (inklużi approċċi ta’ moduli mħallta għall-ġbir ta’ data) u metadata armonizzata;

 it-tisħiħ tar-rwol tar-reġistri statistiċi ta’ negozju bħala l-post fejn l-unitajiet statistiċi għall-istatistika kollha relatati man-negozju jinżammu u jintużaw bħala sors għal kontijiet nazzjonali; u

 it-titjib tal-provvista tal-metadata, jiġifieri informazzjoni ta’ sfond dwar kif id-data tinġabar, il-kwalità tad-data u dwar kif id-data ssir tinftiehem aktar faċilment mill-utenti.

L-iżgurar tal-funzjonament tajjeb u l-koerenza tas-SSE permezz ta’ kollaborazzjoni u komunikazzjoni effikaċi.

L-għan se jiġi implimentat permezz ta’:

 appoġġ effikaċi u effiċjenti għal sħubija fis-SSE;

 id-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta’ proċessi għall-kondiviżjoni tal-piżijiet u tax-xogħol fis-SSE; u

 l-iżvilupp ulterjuri ta’ netwerks kollaborattivi u li dawn isiru operattivi.

4.    Tixrid u komunikazzjoni

Li s-SSE ssir l-ewwel sors ta’ data dwar l-istatistika Ewropea għall-utenti kollha u, b’mod partikolari, għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fis-settur pubbliku u dak privat, bil-provvista ta’ servizz ta’ informazzjoni statistika ta’ kwalità bbażat fuq il-prinċipji ta’ aċċess ħieles u faċli għal statistika Ewropea.

L-intesifikazzjoni u l-estensjoni tad-djalogu bejn l-utenti u l-produtturi ta’ statistika sabiex jinqdew il-ħtiġijiet tal-utenti għal statistika ta’ kwalità. L-involviment bikri tal-utenti fl-iżviluppi l-ġodda huwa fattur ewlieni sabiex jittejbu l-effikaċja u l-effiċjenza tas-SSE.

L-estensjoni u r-razzjonalizzazzjoni tal-firxa ta’ prodotti ta’ tixrid sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-utenti li jkunu qegħdin jużaw teknoloġiji ġodda.

It-twaqqif ta’ infrastruttura effiċjenti meta mqabbla mal-ispiża, integrata u sigura fi ħdan l-SSE għal aċċess għal data kunfidenzjali ta’ statistika uffiċjali għall-finijiet xjentifiċi.

L-għan se jiġi implimentat permezz ta’:

 ir-rikonoxximent tas-SSE bħala l-ewwel punt ta’ referenza għall-utenti ta’ statistika Ewropea;

 l-implimentazzjoni ta’ infrastruttura sigura integrata għall-aċċess għall-mikrodata tal-Unjoni;

 l-implimentazzjoni ta’ sistema li tindirizza t-talbiet tal-utenti għal aċċess immedjat u parir fl-interpretazzjoni ta’ informazzjoni statistika;

 l-aġġustament ta’ prodotti ta’ disseminazzjoni għall-ħtiġijiet tal-utenti bl-użu ta’ teknoloġiji ġodda;

 numru ikbar ta’ riżultati statistiċi dwar kwistjonijiet trażversali;

 l-użu akbar ta’ teknoloġiji ġodda ta’ komunikazzjoni u tixrid (eż. dawk ibbażati fuq SDMX);

 offerta akbar ta’ ġabriet ta’ mikrodata għall-finijiet ta’ riċerka statistika f’ konformita’ mal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali dwar il-kunfidenzjalita tad-data; u

 it-tħejjija ta’ ġabriet tad-data biex jiffaċilitaw l-użu ta’ data statistika għal finijiet edukattivi u ta’ riċerka.

5.    Taħriġ, innovazzjoni u riċerka

Is-sodisfazzjon ta’ ħtiġijiet ta’ tagħlim u żvilupp fis-SSE bbażati fuq kombinazzjoni ta’ korsijiet ta’ taħriġ u opportunitajiet ta’ tagħlim u żvilupp.

It-titjib tal-kollaborazzjoni bejn il-membri tas-SSE għat-trasferiment ta’ għarfien u l-kondiviżjoni u l-implimentazzjoni tal-aħjar prattiki u approċċi innovattivi komuni fil-produzzjoni tal-istatistika.

L-organizzazzjoni tal-attivitajiet, il-parteċipazzjoni u l-kontribuzzjoni tal-komunitajiet ta’ riċerka fit-titjib tal-linji ta’ produzzjoni statistika u tal-kwalità tal-informazzjoni statistika uffiċjali.

L-għan se jiġi implimentat permezz ta’:

 l-iżvilupp ta’ lawrja postgradwatorja (eż. Masters fl-Istatistika Uffiċjali);

 il-provvista ta’ programmi ta’ taħriġ li jindirizzaw il-ħtiġijiet tal-utenti u ta’ ċittadini oħra;

 l-applikazzjoni usa’ ta’ riżultati ta’ proġetti ta’ riċerka dwar il-produzzjoni u t-tixrid ta’ statistika;

 ir-rikonoxximent tas-SSE bħala punt ta’ referenza għall-komunitajiet tar-riċerka statistika;

 l-involviment estensiv tal-komunitajiet ta’ riċerka f’attivitajiet ta’ riċerka fi statistika uffiċjali; u

 l-impliemtazzjoni ta’ strumenti adegwati għall-iskambju ta’ prattiki u l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet komuni fis-SSE.

III.    SĦUBIJA

1.    Sħubija fis-SSE u lil hinn minnha

Fl-ispirtu ta ‘sħubija, l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika u l-Kummissjoni (Eurostat) huma responsabbli għall-iżvilupp, produzzjoni u tixrid ta’ statistika Ewropea.

L-implimentazzjoni tal-qafas imtejjeb tal-governanza tas-SSE.

L-għan se jiġi implimentat permezz tal-implimentazzjoni tar-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 u tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/504/UE tas-17 ta’ Settembru 2012 dwar l-Eurostat ( 14 );

It-titjib tar-rwol ta’ koordinazzjoni tal-Kummissjoni (Eurostat) bħala l-Uffiċċju Statistiku tal-Unjoni Ewropea.

L-għan se jiġi implimentat permezz ta’:

 l-assoċjazzjoni tal-Kummissjoni (Eurostat) mal-inizjattivi kollha tal-Kummissjoni rigward l-aspetti statistiċi fi stadju bikri; u

 l-organizzazzjoni ta’ djalogi regolari bejn il-partijiet interessati fl-ogħla livell ta’ maniġment.

It-tisħiħ tal-kooperazzjoni mal-ESCB u mal-organizzazzjonijiet Ewropej u dawk internazzjonali involuti fil-produzzjoni ta’ data għall-finijiet statistiċi jew amministrattivi permezz ta’ proġetti komuni u żviluppi kkoordinati. L-iżgurar ta’ konsistenza bejn l-istandards Ewropej u dawk internazzjonali.

L-għan se jiġi implimentat permezz ta’:

 l-implimentazzjoni ta’ qafas ta’ kwalità komuni għas-SSE u l-ESCB;

 iktar involviment tal-Kummissjoni (Eurostat) fi gruppi konsultattivi internazzjonali;

 id-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta’ modi ġodda ta’ kooperazzjoni bil-għan li jkun żgurat li żviluppi statistiċi jkunu kkoordinati tajjeb bejn organizzazzjonijiet internazzjonali u li x-xogħol ikun allokat b’mod effiċjenti; u

 l-implimentazzjoni tal-manwali tas-Sistema tal-Kontijiet Nazzjonali tan-Nazzjonijiet Uniti, tal-ESA, tas-Sistema tal-Kontijiet Ambjentali u Ekonomiċi tan-Nazzjonijiet Uniti, tal-Kontijiet Ambjentali u Ekonomiċi Ewropej, u tal-Bilanċi tal-Pagamenti.

Il-promozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ attivitajiet ta’ konsulenza statistika u ta’ assistenza statistika f’pajjiżi barra l-Unjoni b’konformità mal-prijoritajiet tal-politika barranija tal-Unjoni, b’enfasi partikolari fuq it-tkabbir u l-Politika Ewropea tal-Viċinat.

L-għan se jiġi implimentat permezz ta’:

 l-eżerċitar ta’ rwol mexxej tas-SSE fl-arena internazzjonali;

 il-provvista ta’ data ta’ kwalità għall-finijiet tal-politika barranija tal-Unjoni;

 l-appoġġ għas-servizzi tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni ta’ politiki ta’ żvilupp u ta’ kooperazzjoni internazzjonali, fir-relazzjonijiet tagħhom ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u fi kwistjonijiet ta’ interess statistiku komuni ma’ reġjuni ta’ pajjiżi terzi jew ma’ pajjiżi terzi;

 id-disseminazzjoni ta’ data statistika rilevanti għall-appoġġ tal-proċess u n-negozjati ta’ tkabbir;

 il-minimizzazzjoni ta’ talbiet għal derogi minn Stati Membri ġodda li jwasslu għal nuqqas ta’ disponibbiltà tad-data;

 l-istabbiliment ta’ ftehimiet u Memoranda ta’ Ftehim ma’ pajjiżi terzi;

 it-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ kooperazzjoni teknika;

 assistenza teknika ffukata fuq l-armonizzazzjoni u l-provvista tad-data; u

 it-titjib ta’ attivitajiet ta’ kooperazzjoni u koordinazzjoni fost il-membri tas-SSE.



( 1 ) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Diċembru 2012 (għadha mhux ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2012.

( 2 ) ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.

( 3 ) Mingħajr ħsara għall-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 4 dwar l-Istatuti tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew.

( 4 ) ĠU L 192, 22.7.2011, p. 1.

( 5 ) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

( 6 ) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

( 7 ) ĠU L 73, 15.3.2008, p. 13.

( 8 ) ĠU L 332, 30.11.2006, p. 21.

( 9 ) ĠU L 340, 19.12.2008, p. 76.

( 10 ) ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

( 11 ) ĠU L 90, 28.3.2006, p. 2.

( 12 ) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 70.

( 13 ) ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1.

( 14 ) ĠU L 251, 18.9.2012, p. 49.

Top