EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02005R2074-20140601

Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005 tal- 5 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni għal ċerti prodotti taħt ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali taħt ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/2074/2014-06-01

2005R2074 — MT — 01.06.2014 — 008.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) NRU 2074/2005

tal-5 ta’ Diċembru 2005

li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni għal ċerti prodotti taħt ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali taħt ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 338, 22.12.2005, p.27)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1664/2006 tas-6 ta' Novembru 2006

  L 320

13

18.11.2006

►M2

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1244/2007 ta’ l-24 ta’ Ottubru 2007

  L 281

12

25.10.2007

►M3

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1022/2008 tas-17 ta’ Ottubru 2008

  L 277

18

18.10.2008

►M4

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1250/2008 tat-12 ta’ Diċembru 2008

  L 337

31

16.12.2008

►M5

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 15/2011 tal-10 ta’ Jannar 2011

  L 6

3

11.1.2011

►M6

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2011 tal-11 ta’ Awwissu 2011

  L 207

1

12.8.2011

►M7

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1012/2012 tal-5 ta’ Novembru 2012

  L 306

1

6.11.2012

►M8

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 218/2014 tas-7 ta’ Marzu 2014

  L 69

95

8.3.2014


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 214, 9.8.2013, p. 11  (1012/2012)




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) NRU 2074/2005

tal-5 ta’ Diċembru 2005

li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni għal ċerti prodotti taħt ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali taħt ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali ( 2 ), u b’mod partikolari l-Artikoli 9, 10 u 11 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman ( 3 ), u b’mod partikolari l-Artikoli 16, 17 u 18 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi ta’ l-għalf u l-ikel, mas-saħħa ta’ l-annimali u mar-regoli dwar il-welfare ta’ l-annimali ( 4 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 63 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi dwar ir-regoli ta’ l-iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali. Jeħtieġ li jiġu stabbiliti ċerti miżuri ta’ implimentazzjoni għal laħam, molluski bivalvi ħajjin, prodotti tas-sajd, ħalib, bajd, saqajn taż-żrinġijiet u bebbux, u prodotti ipproċessati tagħhom.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 jistabbilixxi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman. Jeħtieġ li jiġu żviluppati ċerti regoli u jkunu speċifikati aħjar rekwiżiti oħrajn.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 jistabbilixxi f’livell tal-Komunità qafas armonizzat ta’ regoli ġenerali għall-organizzazzjoni tal-kontrolli uffiċjali. Jeħtieġ li jiġu żviluppati ċerti regoli u jkunu speċifikati aħjar rekwiżiti oħrajn.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 20XX/2005/KE ( 5 ) tirrevoka ċerti Deċiżjonijiet li jimplimentaw miżuri li huma fid-Direttivi rrevokati mid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li tirrevoka ċerti direttivi rigward iġjene ta’ l-ikel u l-kundizzjonijiet ta’ saħħa għall-produzzjoni u sabiex ikunu mqiegħda fis-suq ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/662/KEE u 92/118/KEE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/408/KE ( 6 ). Ċerti partijiet tad-Deċiżjonijiet rilevanti għandhom għalhekk jinżammu f’dan ir-Regolament.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 jeżiġi li l-operatur fin-negozju ta’ l-ikel iżomm reġistru u fuq talba jpoġġi t-tagħrif rilevanti f’dan ir-reġistru għad-dispożizzjoni ta’ l-awtorità kompetenti u ta’ l-operatur fin-negozju ta’ l-ikel li qed jirċievi.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jeżiġi wkoll li l-operatur tal-biċċerija jitlob, jirċievi, jiċċekkja u jaġixxi fuq it-tagħrif tal-katina ta’ l-ikel għall-annimali kollha, għajr tjur selvaġġ, mibgħut jew maħsub li jintbgħat lill-biċċerija. Barra minn hekk, għandu jiżgura li t-tagħrif tal-katina ta’ l-ikel jipprovdi d-dettalji kollha mitluba taħt ir-Regolament (KE) Nru 853/2004.

(7)

It-tagħrif tal-katina ta’ l-ikel jgħin lill-operatur tal-biċċerija biex jorganizza l-operazzjonijiet ta’ qtil u jgħin lill-veterinarju uffiċjali biex jiddetermina l-proċeduri ta’ spezzjoni meħtieġa. It-tagħrif dwar il-katina ta’ l-ikel għandu jiġi analizzat mill-veterinarju uffiċjali u użat bħala parti integrali mill-proċeduri ta’ spezzjoni.

(8)

Għandhom jintużaw kemm jista’ jkun possibbli sistemi eżistenti għall-fluss tat-tagħrif u jiġu adattati biex jikkonformaw mar-rekwiżiti għat-tagħrif tal-katina ta’ l-ikel stipulati fir-Regolament (KE) Nru 854/2004.

(9)

Bil-għan li tittejjeb il-ġestjoni ta’ l-annimali fil-livell ta’ impriża u skond ir-Regolament (KE) Nru 854/2004, il-veterinarju uffiċjali għandu jirreġistra u, jekk meħtieġ, jikkomunika, lill-operatur fin-negozju ta’ l-ikel ta’ l-impriża ta’ provenjenza u lil kull veterinarju li jżur l-impriża ta’ provenjenza jew kull awtorità kompetenti involuta, kull marda jew kundizzjoni osservata fil-biċċerija rigward kull annimal individwali jew merħla/qatgħa u li tista’ taffettwa s-saħħa tal-bniedem jew ta’ l-annimali jew tipperikola l-benesseri ta’ l-annimali.

(10)

Ir-Regolamenti (KE) Nri 853/2004 u 854/2004 jistabbilixxu r-rekwiżiti li jirregolaw kontrolli għall-parassiti matul l-immaniġjar ta’ prodotti tas-sajd fuq l-art u abbord il-bastimenti. Hija r-responsabbiltà ta’ l-operaturi fin-negozju ta’ l-ikel li jwettqu l-kontrolli tagħhom fl-istadji kollha fil-produzzjoni ta’ prodotti tas-sajd skond ir-regolamenti fil-Kapitolu V(D) tas-Sezzjoni VIII ta’ l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004 bil-għan li ħut li huwa infestat bil-parassiti ma jitqassamx għall-konsum uman. L-adozzjoni ta’ regoli dettaljati rigward l-ispezzjoni viżwali titlob li l-kunċetti ta’ parassiti viżibbli u l-ispezzjoni viżwali jkunu definiti u jkunu determinati t-tip u l-frekwenza ta’ l-osservazzjonijiet.

(11)

Il-kontrolli li hemm referenza għalihom fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 biex ikun evitat li prodotti tas-sajd li mhumiex tajbin għall-konsum uman ma jitqegħdux fis-suq jistgħu jinkludu ċerti kontrolli kimiċi, inklużi kontrolli għat-total tan-nitroġenu volatili bażiku (TVB-N). Jeħtieġ li jiġu stabbiliti livelli ta’ TVB-N li m’għandhomx jinqabżu fil-każ ta’ ċerti kategoriji ta’ speċi u li jkunu speċifikati l-metodi ta’ l-analiżi li għandhom jintużaw. Il-metodi ta’ analiżi li huma xjentifikament rikonoxxuti għall-kontroll tat-TVB-N għandhom jibqgħu jintużaw bħala fatt ta’ rutina, iżda għandu jkun speċifikat metodu ta’ referenza għal użu fejn hemm dubbju rigward ir-riżultati jew fil-każ ta’ disputa.

(12)

Il-limiti għal Velenu Paralitiku tal-Frott tal-baħar (PSP), Velenu amnesiku fil-frott tal-baħar (ASP) u tossini lipofiliċi huma stipulati fir-Regolament (KE) Nru 853/2004. L-analiżi bijoloġika hija l-metodu ta’ referenza biex jiġu skoperti ċerti tossini u jkun evitat li jinġabar frott tal-baħar tossiku. Għandhom ikunu armonizzati u implimentati mill-Istati Membri l-livelli massimi u l-metodi ta’ analiżi biex jipproteġu s-saħħa tal-bniedem. Flimkien ma’ metodi bijoloġiċi ta’ ttestjar, għandhom ikunu permessi metodi alternattivi ta’ skoperta, bħalma huma metodi kimiċi u testijiet in vitro, jekk jintwera li r-rendiment tal-metodi magħżula huwa mill-inqas effettiv daqs il-metodu bijoloġiku u li l-implimentazzjoni tagħhom tipprovdi livell ekwivalenti ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika. Il-livelli massimi proposti għat-tossini lipofiliċi huma bbażati fuq data provviżorja u għandhom ikunu vvalutati mill-ġdid ladarba tkun disponibbli evidenza xjentifika ġdida. In-nuqqas ta’ materjal ta’ referenza u l-użu biss ta’ testijiet mingħajr analiżi bijoloġika attwalment ifisser li l-livell ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika mogħti fir-rigward tat-tossini kollha speċifikati mhux ekwivalenti għal dak mogħti mit-testijiet bijoloġiċi. Għandu jsir provvediment għas-sostituzzjoni tat-testijiet bijoloġiċi mill-aktar fis possibli.

(13)

Laħam separat bil-magni (MSM) prodott bl-użu ta’ tekniki li ma jbiddlux l-istruttura ta’ l-għadam użati fil-produzzjoni ta’ MSM għandu jkun trattat b’mod differenti mill-MSM prodott bl-użu ta’ tekniki li jbiddlu l-istruttura ta’ l-għadam.

(14)

MSM ta’ l-ewwel tip prodott taħt kundizzjonijiet speċifikati u ta’ kompożizzjoni speċifikata għandu jkun permess fil-preparazzjonijiet tal-laħam li b’mod ċar mhumiex maħsuba li jkunu kkonsmati mingħajr ma qabel jgħaddu minn trattament ta’ sħana. Dawn il-kundizzjonijiet huma marbuta b’mod partikolari mal-kontenut ta’ kalċju fl-MSM, li għandu jkun speċifikat skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004. Għandu jsir aġġustament għall-kontenut ta’ kalċju massimu speċifikat stabbilit f’dan ir-Regolament ladarba hija disponibbli informazzjoni dettaljata dwar varjazzjonijiet li jidhru fejn huma użati tipi differenti ta’ materja prima.

(15)

L-Artikolu 31(2)(f) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 jitlob li l-Istati Membri jżommu listi aġġornati ta’ stabbilimenti approvati. Għandu jkun stabbilit qafas komuni għall-preżentazzjoni ta’ tagħrif rilevanti lil Stati Membri oħra u lill-pubbliku.

(16)

Is-Sezzjoni XI ta’ l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tistabbilixxi r-rekwiżiti li jirregolaw il-preparazzjoni tas-saqajn taż-żrinġijiet u tal-bebbux maħsuba għall-konsum uman. Għandhom ikunu stabbiliti wkoll rekwiżiti speċifiċi, inklużi mudelli ta’ ċertifikati tas-saħħa, għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta’ saqajn taż-żrinġijiet u bebbux maħsuba għall-konsum uman.

(17)

Is-Sezzjonijiet XIV u XV ta’ l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistabbilixxu regoli dwar il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ ġelatina u kollaġini maħsuba għall-konsum uman. Għandhom ukoll ikunu stabbiliti rekwiżiti speċifiċi, inklużi mudelli ta’ ċertifikati tas-saħħa, għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta’ ġelatina u kollaġini u materji primi għall-produzzjoni tal-ġelatina u l-kollaġini maħsuba għall-konsum uman.

(18)

Hija meħtieġa flessibbiltà biex ikel b’karatteristiċi tradizzjonali jista’ jibqa’ jiġi prodott. L-Istati Membri diġà taw derogi għal firxa wiesgħa ta’ dawn il-prodotti taħt il-leġiżlazzjoni fis-seħħ qabel l-1 ta’ Jannar 2006. Operaturi fin-negozju ta’ l-ikel għandhom ikunu f’kundizzjoni li minghajr waqfien ikomplu japplikaw prattiki eżistenti wara dik id-data. Fir-Regolamenti (KE) Nru 852/2004, (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 hemm provvediment għal proċedura li tippermetti lill-Istati Membri jeżerċitaw flessibbiltà. Madankollu, f’bosta każijiet fejn diġà ngħataw derogi hija biss kwistjoni li jitkomplew il-prattiki stabbiliti, għalhekk l-applikazzjoni ta’ proċedura ta’ notifika sħiħa, inkluża analiżi sħiħa tal-periklu, tista’ tpoġġi piż mhux meħtieġ u sproporzjonat fuq l-Istati Membri. Għalhekk għandu jkun definit ikel b’karatteristiċi tradizzjonali u jkunu stabbiliti kundizzjonijiet ġenerali applikabbli għal dan l-ikel, permezz ta’ deroga mir-rekwiżiti strutturali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 852/2004, b’attenzjoni xierqa għall-miri tas-saħħa ta’ l-ikel.

(19)

Billi r-Regolamenti (KE) Nri 853/2004 u 854/2004 kienu adottati qabel l-adeżjoni fl-1 ta’ Mejju 2004, dawn ma kinux jirreferu għall-Istati Membri l-ġodda. Il-kodiċijiet ISO għal dawk l-Istati Membri u l-abbrevjazzjonijiet għall-Komunità Ewropea fl-ilsna tagħhom, għandhom għalhekk jiżdiedu mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dawk ir-Regolamenti.

(20)

Is-Sezzjoni I ta’ l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tistabbilixxi regoli dwar il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ laħam minn ungulati domestiċi. Fil-Kapitolu IV, punt 8 ta’ dik is-Sezzjoni hemm stipulati eċċezzjonijiet għat-tqaxxir sħiħ tal-karkassa u partijiet oħra tal-ġisem maħsuba għall-konsum uman. Għandu jsir provvediement sabiex dawn l-eċċezzjonijiet jiġu estiżi għas-saqajn minn annimali bovini adulti, sakemm jikkonformaw ma’ l-istess kundizzjonijiet bħal dawk li japplikaw għas-saqajn ta’ l-għoġġiela.

(21)

Ċerti prattiki jistgħu jfixklu lill-konsumatur dwar il-kompożizzjoni ta’ ċerti prodotti. B’mod partikolari, biex ma jkunux diżappuntati l-aspettattivi tal-konsumatur, għandu jkun ipprojbit il-bejgħ bħala laħam frisk ta’ laħam minn tjur ta’ l-irziezet ittrattat b’aġenti għaż-żamma ta’ l-ilma.

(22)

L-opinjoni ta’ l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel adottata fit-30 ta’ Awissu 2004 uriet li prodotti tas-sajd li jappartjenu għall-familja tal-Gempylidae, b’mod partikolari r-Ruvettus pretiosus u l-Lepidocybium flavobrunneum, jista’ jkollhom effetti gastrointestinali ħżiena jekk jiġu kkonsmati taħt ċerti kundizzjonijiet. Il-prodotti tas-sajd li jappartjenu għal din il-familja għandhom għalhekk ikunu soġġetti għall-kundizzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni.

(23)

Is-Sezzjoni IX ta’ l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tistabbilixxi regoli iġjeniċi speċifiċi għal ħalib nej u prodotti tal-ħalib. Skond il-Parti II (B)(1)(e) tal-Kapitolu I, kimika għal ħasil tas-sider tal-bhejjem u prodotti oħra għat-tindif tal-glandola mammarja jistgħu jintużaw biss jekk ikunu approvati mill-awtorità kompetenti. Madankollu, ma’ teżisti ebda skema dettaljata ta’ awtorizzazzjoni f’din il-Parti. Għalhekk jeħtieġ, biex ikun żgurat approċċ armonizzat mill-Istati Membri, li jkunu ċċarati l-proċeduri li taħthom għandhom jingħataw dawn l-awtorizzazzjonijiet.

(24)

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jeżiġi li operaturi fin-negozju ta’ l-ikel jiżguraw li t-trattamenti bis-sħana użati biex jiġi pproċessat il-ħalib nej u prodotti tal-ħalib għandhom jikkonformaw ma’ standard rikonoxxut internazzjonalment. Madankollu, minħabba l-ispeċifiċità ta’ ċerti trattamenti bis-sħana użati f’dan is-settur u l-impatt tagħhom fuq is-sigurtà ta’ l-ikel u s-saħħa ta’ l-annimali, għandha tingħata indikazzjoni iktar ċara f’dan ir-rigward lill-operaturi fin-negozju ta’ l-ikel.

(25)

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jintroduċi definizzjoni ġdida biex tkopri prodotti dderivati mill-bajd li, wara t-tneħħija tal-qoxra, ma kinux ipproċessati. Għalhekk jeħtieġ li jkunu ċċarati r-regoli li japplikaw għal dawk il-prodotti u tkun emendata s-Sezzjoni X, Kapitolu II ta’ l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004 skond dan.

(26)

Is-Sezzjoni XIV ta’ l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tistabbilixxi regoli tas-saħħa speċifiċi għall-ġelatina. Dawn ir-regoli jinkludu rekwiżiti li jkopru t-tip ta’ materji primi li jistgħu jintużaw għall-produzzjoni tal-ġelatina u t-trasport u l-ħażna ta’ dawn il-materji. Huma jistabbilixxu wkoll speċifikazzjonijiet applikabbli għall-manifattura tal-ġelatina. Madankollu, għandhom ukoll jiġu stabbiliti r-regoli li japplikaw għall-ittikkettar tal-ġelatina.

(27)

Il-progress xjentifiku wassal għat-twaqqif ta’ l-ISO 16649-3 bħala metodu ta’ referenza maqbula għall-analiżi ta’ l-E. coli fil-molluski bivalvi. Dan il-metodu ta’ referenza huwa diġà stabbilit għall-molluski bivalvi ħajjin miż-żoni A skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 dwar il-kriterji mikro-bijoloġiċi għal oġġetti ta’ l-ikel ( 7 ). Konsegwentement, l-ISO 16649-3 għandu jkun speċifikat bħala l-metodu ta’ referenza MPN (in-numru l-iktar probabbli) għall-analiżi ta’ l-E. coli fil-molluski bivalvi li joriġinaw ukoll miż-żoni B u C. L-użu ta’ metodi alternattivi għandu jkun permess biss fejn huma kkunsidrati ekwivalenti għall-metodu ta’ referenza.

(28)

Ir-Regolamenti (KE) Nri 853/2004 u 854/2004 għandhom għalhekk ikunu emendati skond dan.

(29)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Rekwiżiti li jikkonċernaw tagħrif dwar il-katina ta’ l-ikel għall-fini tar-Regolamenti (KE) Nri 853/2004 u 854/2004

Ir-rekwiżiti li jikkonċernaw tagħrif dwar il-katina ta’ l-ikel kif imsemmija fis-Sezzjoni III ta’ l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u fil-Kapitolu II (A) tas-Sezzjoni I ta’ l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 854/2004 huma stipulati fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Rekwiżiti li jikkonċernaw prodotti tas-sajd għall-fini tar-Regolamenti (KE) Nri 853/2004 u 854/2004

Ir-rekwiżiti li jikkonċernaw prodotti tas-sajd kif imsemmija fl-Artikolu 11(9) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u fl-Artikolu 18(14) u (15) tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 huma stipulati fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Metodi rikonoxxuti ta’ ttestjar għal bijotossini marini għall-fini tar-Regolamenti (KE) Nri 853/2004 u 854/2004

Il-metodi rikonoxxuti ta’ ttestjar għall-iskoperta ta’ bijotossini marini kif imsemmija fl-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u l-Artikolu 18(13)(a) tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 huma kif stipulati fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Kontenut ta’ kalċju f’laħam separat bil-magni għall-fini tar-Regolament (KE) Nru 853/2004

Il-kontenut ta’ kalċju f’laħam separat bil-magni kif imsemmi fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 huwa kif stipulat fl-Anness IV għal dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Listi ta’ stabbilimenti għall-fini tar-Regolament (KE) Nru 882/2004

Ir-rekwiżiti li jikkonċernaw il-listi ta’ stabbilimenti kif imsemmija fl-Artikolu 31(2)(f) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 huma stipulati fl-Anness V għal dan ir-Regolament.

▼M6

Artikolu 6

Il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa u tad-dokumenti għall-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali għall-għanijiet tar-Regolamenti (KE) Nri 853/2004 u 854/2004

1.  Il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa u tad-dokumenti, kif imsemmija fl-Artikolu 6(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, li għandhom jintużaw meta jiġu importati l-prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma elenkati fl-Anness VI ta' dan ir-Regolament, huma stipulati f'dak l-Anness.

2.  Il-mudell tad-dokument li għandu jiġi ffirmat mill-kaptan, u li jista’ jissostitwixxi d-dokument meħtieġ skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 meta l-prodotti tas-sajd jiġu importati direttament minn bastiment tal-friża, kif previst fl-Artikolu 15(3) ta’ dak ir-Regolament, huwa stipulat fl-Anness VI ta’ dan ir-Regolament.

▼M1

Artikolu 6a

Metodi għall-ittestjar ta' ħalib mhux ipproċessat u ta' ħalib trattat bis-sħana

Il-metodi analitiċi stabbiliti fl-Anness VIa ta' dan ir-Regolament għandhom jintużaw mill-awtoritajiet kompetenti, u, fejn xieraq, mill-operaturi fin-negozju alimentari, biex jikkontrollaw il-konformità mal-limiti stabbiliti fl-Anness III, Taqsima IX, Kapitolu I, Parti III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u biex tiġi żgurata l-applikazzjoni xierqa ta' proċess ta' pastorizzazzjoni għal prodotti derivati mill-ħalib kif imsemmi fl-Anness III, Taqsima IX, Kapitolu II, Parti II ta' dak ir-Regolament.

▼M2

Artikolu 6 b

Rekwiżiti li għandhom x’jaqsmu mal-kontrolli uffiċjali għall-ispezzjoni ta’ laħam għall-fini tar-Regolament (KE) Nru 854/2004

Ir-rekwiżiti li għandhom x’jaqsmu mal-kontrolli uffiċjali għall-ispezzjoni ta’ laħam huma stipulati fl-Anness VI b.

▼B

Artikolu 7

Deroga mir-Regolament (KE) Nru 852/2004 għal ikel b’karatteristiċi tradizzjonali

1.  Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, “ikel b’karatteristiċi tradizzjonali” tfisser ikel li fl-Istat Membru fejn huwa manifatturat tradizzjonalment, huwa:

(a) rikonoxxut storikament bħala prodott tradizzjonali, jew

(b) manifatturat skond referenzi tekniċi għall-proċess tradizzjonali kodifikati jew reġistrati, jew skond metodi ta’ produzzjoni tradizzjonali, jew

(c) protett bħala prodott ta’ l-ikel tradizzjonali minn liġi Komunitarja, nazzjonali, reġjonali jew lokali.

2.  L-Istati Membri jistgħu jagħtu lill-istabbilimenti li jimmanifatturaw ikel b’karatteristiċi tradizzjonali derogi individwali jew ġenerali mir-rekwiżiti stipulati:

(a) fil-Kapitolu II(1) ta’ l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 852/2004 fir-rigward tal-post fejn dawn il-prodotti huma esposti għal ambjent meħtieġ għall-iżvilupp parżjali tal-karatteristiċi tagħhom. Dawn il-postijiet jistgħu jinkludu ħitan, soqfa u bibien li mhumiex lixxi, li ma jgħaddi xejn minnhom, li mhumiex assorbenti jew ta’ materjal reżistenti għall-korrużjoni u ħitan, soqfa u artijiet ġeoloġiċi naturali;

(b) fil-Kapitolu II(1)(f) u l-Kapitolu V(1) ta’ l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 852/2004 fir-rigward tat-tip ta’ materjali li huma magħmulin minnhom l-istrumenti u t-tagħmir użat speċifikament għall-preparazzjoni, l-ippakkjar u t-tgeżwir ta’ dawn il-prodotti.

Il-miżuri ta’ tindif u ta’ diżinfezzjoni għall-postijiet imsemmija fil-punt (a) u l-frekwenza li bihom isiru għandhom ikunu adattati għall-attività bil-għan li tiġi kkunsidrata l-flora ambjentali speċifika tagħhom.

L-istrumenti u t-tagħmir imsemmija fil-punt (b) għandhom f’kull ħin jinżammu fi stat sodisfaċenti ta’ iġjene u jkunu regolarment imnaddfa u diżinfettati.

3.  L-Istati Membri li jagħtu derogi li hemm dispożizzjoni għalihom fil-paragrafu 2 għandhom jinnotifikaw b’dan lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra mhux aktar tard minn 12-il xahar wara l-għoti ta’ derogi individwali jew ġenerali. Kull notifika għandha:

(a) tipprovdi deskrizzjoni qasira tar-rekwiżiti li ġew adattati;

(b) tiddeskrivi l-oġġetti ta’ l-ikel u l-istabbilimenti kkonċernati; u

(c) tagħti kull tagħrif rilevanti ieħor.

Artikolu 8

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 853/2004

L-Annessi II u III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004 huma emendati skond l-Anness VII għal dan ir-Regolament.

Artikolu 9

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 854/2004

L-Annessi I, II u III għar-Regolament (KE) Nru 854/2004 huma emendati skond l-Anness VIII għal dan ir-Regolament.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ u applikabilità

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2006, barra l-Kapitoli II u III ta’ l-Anness V, li għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

TAGĦRIF DWAR IL-KATINA TA’ L-IKEL

SEZZJONI I

OBBLIGI TA’ L-OPERATURI FIN-NEGOZJU TA’ L-IKEL

Operaturi fin-negozju ta’ l-ikel li jrabbu annimali li jintbagħtu għall-qatla għandhom jiżguraw li t-tagħrif dwar il-katina ta’ l-ikel imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 huwa inkluż kif xieraq fid-dokumentazzjoni relatata ma’ l-annimali mibgħuta, b’mod li tkun aċċessibbli għall-operatur ikkonċernat tal-biċċerija.

SEZZJONI II

OBBLIGI TA’ L-AWTORITAJIET KOMPETENTI

KAPITOLU I

GĦOTI TA’ TAGĦRIF DWAR IL-KATINA TA’ L-IKEL

1. L-awtorità kompetenti fil-post tat-tluq għandha tinforma lill-operatur fin-negozju ta’ l-ikel li qed jibgħat bl-elementi minimi ta’ tagħrif dwar il-katina ta’ l-ikel li għandhom jingħataw lill-biċċerija skond is-Sezzjoni III ta’ l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

2. L-awtorità kompetenti fil-post tal-qatla għandha tivverifika li:

(a) it-tagħrif dwar il-katina ta’ l-ikel huwa kkomunikat b’mod konsistenti u effettiv bejn l-operatur fin-negozju ta’ l-ikel li rabba jew żamm l-annimali qabel ma ntbagħtu u l-operatur tal-biċċerija;

(b) it-tagħrif dwar il-katina ta’ l-ikel huwa validu u ta’ min joqgħod fuqu;

(c) jingħata rispons ta’ tagħrif rilevanti lill-impriża, jekk applikabbli.

3. Meta l-annimali jintbagħtu għall-qatla fi Stat Membru ieħor, l-awtoritajiet kompetenti fil-post ta’ tluq u fil-post tal-qatla għandhom jikkoperaw biex jiżguraw li t-tagħrif mogħti mill-operatur fin-negozju ta’ l-ikel li jibgħat hija faċilment aċċessibbli għall-operatur tal-biċċerija li qed jirċiviha.

KAPITOLU II

RISPONS LILL-IMPRIŻA TA’ PROVENJENZA

1. Il-veterinarju uffiċjali jista’ juża l-mudell tad-dokument stipulat fl-Appendiċi I għar-riżultati rilevanti ta’ l-ispezzjoni li għandhom jiġu kkomunikati lill-impriża fejn trabbew l-annimali qabel il-qatla fl-istess Stat Membru skond il-Kapitolu I tas-Sezzjoni II ta’ l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 854/2004.

2. L-awtorità kompetenti hija responsabbli li tikkomunika r-riżultati rilevanti ta’ l-ispezzjoni fil-każijiet fejn l-annimali huma mrobbija f’impriża fi Stat Membru ieħor u għandha tuża verżjoni tal-mudell tad-dokument stipulat fl-Appendiċi kemm fl-ilsien tal-pajjiż li qed jibgħat kif ukoll fl-ilsien tal-pajjiż li qed jirċievi.




Appendiċi għal Anness I

MUDELL TAD-DOKUMENT



1.

Dettalji ta’ identifikazzjoni

 
 

1.1.

impriża ta’ provenjenza (pereżempju sid jew maniġer)

 
 
 

isem/numru

 
 
 

indirizz sħiħ

 
 
 

numru tat-telefown

 
 

1.2.

numri ta’ identifikazzjoni (ehmeż lista separata)

 
 
 

numru totali ta’ annimali (bl-ispeċi)

 
 
 

problemi ta’ identifikazzjoni (jekk hemm)

 
 

1.3.

identifikazzjoni tal-merħla/qatgħa/gaġġa (jekk applikabbli)

 
 

1.4.

speċi ta’ l-annimal

 
 

1.5.

numru ta’ referenza taċ-ċertifikat tas-saħħa

 

2.

Sejbiet ante-mortem

 
 

2.1.

benesseri

 
 
 

numru ta’ annimali milquta

 
 
 

tip/klassi/età

 
 
 

osservazzjonijiet (pereżempju gdim tad-denb)

 
 

2.2.

l-annimali kienu konsenjati maħmuġin

 
 

2.3.

sejbiet kliniċi (mard)

 
 
 

numru ta’ annimali milquta

 
 
 

tip/klassi/età

 
 
 

osservazzjonijiet

 
 
 

data ta’ l-ispezzjoni

 
 

2.4.

riżultati tal-laboratorju ()

 

3.

Sejbiet post-mortem

 
 

3.1.

sejbiet (makroskopiċi)

 
 
 

numru ta’ annimali milquta

 
 
 

tip/klassi/età

 
 
 

organu jew parti ta’ l-annimal(i) milquta

 
 
 

data tal-qatla

 
 

3.2.

marda (jistgħu jintużaw kodiċijiet ())

 
 
 

numru ta’ annimali milquta

 
 
 

tip/klassi/età

 
 
 

organu jew parti ta’ l-annimal(i) milquta

 
 
 

karkassa parzjalment jew totalment ikkundannata (agħti r-raġuni)

 
 
 

data tal-qatla

 
 

3.3.

riżultati tal-laboratorju ()

 
 

3.4.

riżultati oħra (pereżempju parassiti, oġġetti minn barra, eċċ)

 
 

3.5.

sejbiet dwar il-benesseri (pereżempju riġlejn miksurin)

 

4.

Tagħrif addizzjonali

 

5.

Dettalji ta’ kuntatt

 
 

5.1.

biċċerija (numru ta’ approvazzjoni)

 
 
 

isem

 
 
 

indirizz sħiħ

 
 
 

numru tat-telefown

 
 

5.2.

indirizz elettroniku jekk disponibbli

 

6.

Veterinarju uffiċjali (b’ittri kbar)

 
 
 

firma u timbru

 

7.

Data

 

8.

Numru ta’ paġni mehmuża ma’ din il-formola:

 

(1)   Mikrobijoloġiku, kimiku, seroloġiku, eċċ. (inkludi r-riżultati kif mehmuża).

(2)   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jintroduċu l-kodiċijiet li ġejjin: Kodiċi A għal mard elenkat fl-OIE; kodiċijiet B100 u B200 għal kwistjonijiet ta’ benesseri (Kapitolu II(C) tas-Sezzjoni I ta’ l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 854/2004) u C100 sa C290 għal deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-laħam (Kapitolu V(1)(a) sa (u) tas-Sezzjoni II ta’ l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 854/2004). Is-sistema tal-kodifikar tista’, jekk ikun meħtieġ, tinkludi aktar subdiviżjonijiet (pereżempju C141 għal mard generaliżżat ħafif, C142 għal mard aktar serju, eċċ.). Jekk jintużaw il-kodiċijiet, għandhom ikunu disponibbli immedjatament għall-operaturi fin-negozju ta’ l-ikel bi spjegazzjoni xierqa tat-tifsira tagħhom.




ANNESS II

PRODOTTI TAS-SAJD

SEZZJONI I

OBBLIGI TA’ L-OPERATURI FIN-NEGOZJU TA’ L-IKEL

Din is-Sezzjoni tistabbilixxi regoli dettaljati relatati ma’ l-ispezzjonijiet viżwali għall-iskoperta ta’ parassiti fil-prodotti tas-sajd.

KAPITOLU I

DEFINIZZJONIJIET

1. “Parassita viżibbli” tfisser parassita jew grupp ta’ parassiti b’daqs, kulur jew struttura li tingħaraf b’mod ċar mit-tessuti tal-ħut.

2. “Spezzjoni viżwali” tfisser eżami mhux distruttiv ta’ ħut jew prodotti tas-sajd bi jew mingħajr mezzi ottiċi ta’ tkabbir u taħt kundizzjonijiet ta’ dawl tajbin għall-vista umana, inkluż, jekk meħtieġ, kontra d-dawl tax-xemgħa.

3. “Dawl tax-xemgħa”, fir-rigward ta’ ħut ċatt jew filits tal-ħut, tfisser li l-ħut jinżamm kontra xi dawl f’kamra mudlama biex ikunu skoperti l-parassiti.

KAPITOLU II

SPEZZJONI VIŻWALI

1. L-ispezzjoni viżwali għandha ssir fuq numru rappreżentattiv ta’ kampjuni. Il-persuni responsabbli minn stabbilimenti fuq l-art u persuni kwalifikati abbord bastimenti tal-manifattura għandhom jiddeterminaw l-iskala u l-frekwenza ta’ l-ispezzjonijiet b’referenza għat-tip ta’ prodotti tas-sajd, l-oriġini ġeografika tagħhom u l-użu tagħhom. Matul il-produzzjoni, l-ispezzjoni viżwali tal-ħut mingħajr interjuri għandha ssir minn persuni kkwalifikati fil-kavità addominali u l-fwied u l-bajd tal-ħut maħsub għall-konsum uman. Skond is-sistema użata għat-tneħħija tal-ġewwieni, l-ispeżżjoni viżwali għandha ssir:

(a) fil-każ tat-tneħħija ta’ l-interjuri bl-idejn, b’mod kontinwu mill-operatur fil-mument tat-tneħħija ta’ l-interjuri u tal-ħasil;

(b) fil-każ ta’ tneħħija ta’ l-interjuri b’mod mekkaniku, bit-teħid ta’ kampjuni meħud fuq numru rappreżentattiv ta’ kampjuni li ma jkunx inqas minn 10 ħutiet minn kull grupp.

2. L-ispezzjoni viżwali ta’ filits tal-ħut u biċċiet tal-ħut għandha ssir minn persuni kkwalifikati waqt it-tqattigħ u wara li jitqattgħu f’filits jew biċċiet. Fejn mhux possibbli eżami individwali minħabba d-daqs tal-filits jew l-operazzjoni ta’ tqattigħ, għandu jinħadem pjan ta’ kkampjunar u jinżamm għad-dispożizzjoni ta’ l-awtorità kompetenti skond il-Kapitolu II(4) tas-Sezzjoni VIII ta’ l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004. Fejn huwa meħtieġ minn aspett tekniku l-kontroll tal-filits kontra d-dawl tax-xemgħa, għandu jkun inkluż fil-pjan ta’ l-ikkampjunar.

SEZZJONI II

OBBLIGI TA’ L-AWTORITAJIET KOMPETENTI

KAPITOLU I

IL-VALURI TAL-LIMITU TAT-TOTAL TAN-NITROĠENU VOLATILI BAŻIKU (TVB-N) GĦAL ĊERTI KATEGORIJI TA’ PRODOTTI TAS-SAJD U METODI TA’ ANALIŻI LI GĦANDHOM JINTUŻAW

▼M3

1. Prodotti tas-sajd mhux ipproċessati għandhom jitqiesu bħala mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem meta l-valutazzjoni organoleptika tkun qajmet dubji dwar kemm dawn huma friski u l-verifiki kimiċi juru li l-limiti ta' TVB-N li ġejjin inqabżu:

(a) 25 mg ta' nitroġenu/100 g ta' laħam għall-ispeċi msemmija fil-punt 1 tal-Kapitolu II;

(b) 30 mg ta' nitroġenu/100 g ta' laħam għall-ispeċi msemmija fil-punt 2 tal-Kapitolu II;

(c) 35 mg ta' nitroġenu/100 g ta' laħam għall-ispeċi msemmija fil-punt 3 tal-Kapitolu II;

(d) 60 mg ta' nitroġenu/100 g ta' prodotti tas-sajd sħaħ użati direttament għall-preparazzjoni taż-żejt tal-ħuta għall-konsum mill-bniedem kif imsemmi fit-tieni sottoparagrafu tal-Parti B(1) tal-Kapitolu IV tat-Taqsima VIII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; madankollu, meta l-materja prima tikkonforma mal-punti (a), (b) u (c) tal-Parti B(1) ta' dak il-Kapitolu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu limiti f'livell ogħla għal ċerti speċi sakemm tiġi stabbilita leġiżlazzjoni Komunitarja speċifika.

Il-metodu ta' referenza li jrid jintuża għall-verifikazzjoni tal-limiti TVB-N jinvolvi d-distillazzjoni ta' estratt deproteinizzat permezz ta' aċtu perkloriku kif stabbilit fil-Kapitolu III.

▼B

2. Id-distillazzjoni kif imsemmija fil-punt 1 għandha ssir bl-użu ta’ apparat li huwa konformi mad-disinn fil-Kapitolu IV.

3. Il-metodi ta’ rutina li jistgħu jintużaw biex ikun ikkontrollat il-limitu TVB-N huma kif ġej:

 il-metodu ta’ mikro-diffużjoni deskritt minn Conway u Byrne (1933),

 il-metodu ta’ distillazzjoni diretta deskritta minn Antonacopoulos (1968),

 id-distillazzjoni ta’ estratt mingħajr proteini bl-aċidu trikloraċetiku (Kumitat tal-Codex Alimentarius dwar il-Ħut u l-Prodotti tas-Sajd (1968).

4. Il-kampjun għandu jikkonsisti minn madwar 100 g ta’ laħam, meħud mill-inqas minn tliet punti differenti u mħallat flimkien permezz tat-tħin.

L-Istati Membri għandhom jirrikkmandaw li laboratorji uffiċjali jużaw, bħala rutina, il-metodu ta’ referenza msemmi hawn fuq. Fejn ir-riżultati jkunu dubjużi jew fil-każ ta’ disputa dwar ir-riżultati ta’ analiżi li jsiru b’wieħed mill-metodi ta’ rutina, jista’ jintuża biss il-metodu ta’ referenza għall-iċċekkjar tar-riżultati.

KAPITOLU II

KATEGORIJI TA’ L-ISPEĊI LI GĦALIHOM HUMA STABBILITI L-VALURI TAL-LIMITU TA’ TVNN-B

1.  Sebastes spp., Helicolenus dactylopterus, Sebastichthys capensis.

2. L-ispeċi li tappartjeni għall-familja Pleuronectidae (bl-eċċezzjoni tal-ħalibatt: Hippoglossus spp.).

3.  Salmo salar, l-ispeċi li tappartjeni għall-familja Merlucciidae, l-ispeċi li tappartjeni għall-familja Gadidae.

KAPITOLU III

DETERMINAZZJONI TAL-KONĊENTRAZZJONI TA’ TVB-N FIL-ĦUT U L-PRODOTTI TAS-SAJD

Proċedura ta’ referenza

1.   Skop u ambitu ta’ applikazzjoni

Dan il-metodu jiddeskrivi proċedura ta’ referenza għall-identifikazzjoni ta’ konċentrazzjoni ta’ nitroġenu ta’ TVB-N fil-ħut u l-prodotti tas-sajd. Din il-proċedura hija applikabbli f’konċentrazzjonijiet ta’ TVB-N ta’ 5 mg/100 g sa mill-inqas 100 mg/100 g.

2.   Definizzjoni

“Konċentrazzjoni ta’ TVB-N” tfisser il-kontenut ta’ nitroġenu ta’ bażijiet volatili nitroġenużi kif determinati bil-proċedura deskritta.

Il-konċentrazzjoni għandha tkun espressa f’mg/100 g.

3.   Deskrizzjoni fil-qosor

Il-bażijiet volativili nitroġenużi huma estratti minn kampjun permezz ta’ soluzzjoni ta’ 0,6 mol ta’ aċidu perkloriku. Wara l-alkanizzazzjoni l-estratt jgħaddi minn distillazzjoni bil-fwar u l-komponenti bażiċi volatili jiġu assorbiti minn riċevitur ta’ l-aċidu. Il-konċentrazzjoni ta’ TVB-N hija ddeterminata bit-titrazzjoni tal-bażijiet assorbiti.

4.   Kimika

Sakemm mhux indikat mod ieħor, għandha tintuża kimika tal-grad reaġent. L-ilma użat għandu jkun distillat jew demineralizzat u mill-anqas ta’ l-istess purità. Sakemm mhux indikat mod ieħor, “soluzzjoni” tfisser soluzzjoni milwiena kif ġej:

(a) soluzzjoni ta’ aċidu perkloriku = 6 g/100 ml;

(b) soluzzjoni ta’ idrossidu tas-sodju = 20 g/100 ml;

(c) soluzzjoni standard ta’ aċidu idrokloriku 0,05 mol/l ((0,05 N),

Nota: Meta jintuża apparat awtomatiku tad-distillazzjoni, it-titrazzjoni għandha sseħħ permezz ta’ soluzzjoni standard ta’ aċidu idrokloriku ta’ 0,01 mol/l ((0,01 N);

(d) soluzzjoni ta’ aċidu boriku = 3 g/100 ml;

(e) aġent tas-silikone għal kontra r-ragħwa;

(f) soluzzjoni ta’ fenolftalin = 1 g/100 ml 95 % etanol;

(g) soluzzjoni indikatur (Indikatur Imħallat Tashiro) 2 g metil-aħmar u 1 g metilen-blu jiġu maħlula f’1 000 ml 95 % etanol.

5.   Strumenti u aċċessorji

(a) Magna ta’ l-ikkappuljat li tipproduċi kappuljat tal-ħut omoġenju biżżejjed.

(b) Blender b’veloċità għolja b’veloċità ta’ bejn 8 000 u 45 000 dawra/min.

(c) Filtru skanalat, dijametru 150 mm, li jiffiltra malajr.

(d) Buretta, 5 ml, gradwata sa 0,01 ml.

(e) Apparat għad-distillazzjoni bil-fwar. L-apparat għandu jkun kapaċi jirregola diversi ammonti ta’ fwar u jipproduċi ammont kostanti ta’ fwar matul perjodu partikolari ta’ żmien. Għandu jiżgura li matul iż-żieda ta’ sustanzi alkalizzanti l-bażijiet ħielsa li jirriżultaw ma jistgħux jaħarbu.

6.   Eżekuzzjoni

Twissija: Waqt l-użu ta’ l-aċidu perkloriku, li huwa korrożiv ħafna, għandhom jittieħdu l-miżuri meħtieġa ta’ prekawzjoni u prevenzjoni. Il-kampjuni għandhom, kemm-il darba huwa possibbli, jitħejjew mill-aktar fis possibbli wara l-wasla tagħhom, skond l-istruzzjonijiet li ġejjin:

(a) Preparazzjoni tal-kampjun

Il-kampjun li għandu jiġi analizzat għandu jinħatan b’attenzjoni b’magna ta’ l-ikkapuljat kif deskritt fil-punt 5(a). Jintiżnu eżattament 10 g ±0,1 g tal-kampjun mitħun f’kontenitur adattat. Dan jitħallat ma’ 90,0 ml ta’ soluzzjoni ta’ aċidu perkloriku kif speċifikat fil-punt 4(a), omoġenizzat għal żewġ minuti bi blender kif deskritt fil-punt 5(b), u mbagħad iffiltrat.

L-estratt hekk miksub jista’ jinżamm għal ta’ l-inqas sebat ijiem f’temperatura ta’ bejn wieħed u ieħor 2 oC u 6 oC;

(b) Distillazzjoni bil-fwar

50,0 ml ta’ l-estratt miksub skond il-punt (a) jitqiegħed f’apparat għad-distillazzjoni bil-fwar kif deskritt fil-punt 5(e). Għal verifika aktar tard fuq l-alkalinizzazzjoni ta’ l-estratt, jiġu miżjuda diversi qtar ta’ fenolftalin kif speċifikat fil-punt 4(f). Wara li jkunu miżjuda ftit qtar ta’ aġent tas-silikone kontra r-ragħwa, jiġu miżjuda ma’ l-estratt 6,5 ml ta’ soluzzjoni ta’ idrossidu tas-sodju kif speċifikat fil-punt 4(b) u d-distillazzjoni bil-fwar tibda minnufih.

Id-distillazzjoni bil-fwar hija regolata sabiex madwar 100 ml ta’ distillat jiġu prodotti f’10 minuti. It-tubu tal-ħruġ tad-distillazzjoni jitgħaddas f’riċevitur b’100 ml ta’ soluzzjoni ta’ aċidu boriku kif speċifikat fil-punt 4(d), li miegħu jkunu ġew miżjuda bejn tlieta u ħames qatriet tas-soluzzjoni ta’ l-indikatur kif deskritt fil-punt (4g). Wara 10 minuti eżatt, id-distillazzjoni tintemm. It-tubu tal-ħruġ tad-distillazzjoni jitneħħa mir-riċevitur u jinħasel bl-ilma. Il-bażijiet volatili li jkun hemm fis-soluzzjoni tar-riċevitur huma stabbiliti bit-titrazzjoni b’soluzzjoni standard ta’ idrokloriku kif speċifikat fil-punt 4(c).

Il-pH tal-punt tat-tarf għandu jkun 5,0 ± 0,1.

(c) Titrazzjoni

Huma meħtieġa analiżi duplikati. Il-metodu applikat huwa korrett jekk id-differenza bejn id-duplikati mhix ogħla minn 2 mg/100 g.

(d) Bjank

Jitwettaq test in bjank kif deskritt fil-punt (b). Minflok l-estratt, jintużaw 50,0 ml ta’ soluzzjoni ta’ aċidu perkloriku kif speċifikat fil-punt 4(a).

7.   Kalkolu ta’ TVB-N

Bit-titrazzjoni tas-soluzzjoni li tirċievi bl-aċidu idrokloriku bħal fil-punt 4(c), il-konċentrazzjoni TVB-N hija kalkulata permezz ta’ l-ekwazzjoni li ġejja:

image

V1 = Volum ta’ 0,01 mol ta’ soluzzjoni ta’ aċidu idrokloriku f’ml għall-kampjun

V0 = Volum ta’ 0,01 mol ta’ soluzzjoni ta’ aċidu idrokloriku f’ml għall-bjank

M = Piż tal-kampjun f’g.

Rimarki

1. Huma meħtieġa analiżi duplikati. Il-metodu applikat huwa korrett jekk id-differenza bejn id-duplikati mhix ogħla minn 2 mg/100 g.

2. Iċċekkja t-tagħmir permezz ta’ soluzzjonijiet ta’ distillar ta’ NH4Cl ekwivalenti għal 50 mg TVB-N/100 g.

3. Devjazzjoni standard ta’ riproduċibilità Sr = 1,20 mg/100 g. Devjazzjoni standard ta’ komparabilità SR = 2,50mg/100 g.

KAPITOLU IV

APPARAT TA’ DISTILLAZZJONI BIL-FWAR GĦAT-TVB-N

image




ANNESS III

METODI RIKONOXXUTI TA’ ANALIŻI GĦALL-ISKOPERTA TA’ BIJOTOSSINI MARINI

Il-metodi analitiċi li ġejjin għandhom jintużaw mill-awtoritajiet kompetenti biex jiċċekkjaw il-konformità mal-limiti stipulati fil-Kapitolu V(2) tas-Sezzjoni VII ta’ l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u, fejn xieraq, mill-operaturi fin-negozju ta’ l-ikel.

Skond l-Artikolu 7(2) u (3) tad-Direttiva tal-Kunsill 86/609/KEE ( 8 ), elementi ta’ sostituzzjoni, titjib u tnaqqis għandhom jiġu kkunsidrati meta jintużaw metodi bijoloġiċi.

▼M1

KAPITOLU I

IL-METODU GĦALL-ISKOPERTA TAL-VELENU PARALITIKU TAL-FROTT TAL-BAĦAR (PSP)

1. Il-kontenut tal-velenu paralitiku tal-frott tal-baħar (PSP) fil-partijiet li jittieklu ta’ molluski (il-ġisem sħiħ jew kwalunkwe parti tal-ġisem li tittiekel separatament) għandu jiġi skopert skond il-metodu bijoloġiku ta’ ttestjar jew kwalunkwe metodu ieħor rikonoxxut internazzjonalment. L-hekk imsejjaħ metodu Lawrence jista’ jintuża wkoll bħala metodu alternattiv għall-iskoperta ta’ dawn it-tossini kif ippubblikat fil-Metodu Uffċjali AOAC 2005.06 (Tossini tal-Velenu Paralitiku tal-Frott tal-Baħar fil-Frott tal-Baħar).

2. Jekk ir-riżultati jiġu kkontestati, il-metodu ta’ referenza għandu jkun il-metodu bijoloġiku.

3. Il-punti 1 u 2 għandhom jiġu rriveduti fid-dawl tat-tlestija b’suċċess ta’ l-armonizzazzjoni tal-passi ta’ implimentazzjoni tal-metodu Lawrence mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità għall-bijotossini marini.

▼M2

KAPITOLU II

METODU GĦAS-SEJBA TA’ VELENU AMNESIKU FIL-FROTT TAL-BAĦAR (ASP)

Il-kontenut totali ta’ velenu amnesiku fil-frott tal-baħar (ASP) fil-partijiet ta’ molluski li jittieklu (il-ġisem kollu jew kwalunkwe parti separata) għandu jinstab permezz ta’ l-użu tal-metodu kromatografiku likwidu ta’ rendiment għoli (HPLC) jew kwalunkwe metodu ieħor internazzjonali rikonoxxut.

Madankollu, għall-finijiet ta’ screening, jista’ jintuża wkoll il-metodu 2006.02 ASP ELISA kif ippubblikat fil-Ġurnal AOAC ta’ Ġunju 2006 għas-sejba tal-kontenut totali ta’ ASP fil-partijiet tal-molluski li jittieklu.

Jekk ir-riżultati jiġu kkontestati, il-metodu ta’ riferiment għandu jkun il-metodu HPLC.

▼M5

KAPITOLU III

METODI BIEX JINSTABU TOSSINI LIPOFILIĊI

A.    Il-metodolġija kimika

(1) Il-metodu EU-RL LC-MS/MS għandu jkun il-metodu ta’ referenza biex jinstabu tossini marini kif jissemma fil-Kapitolu V(2)(c), (d) u (e) tat-Taqsima VII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004. Dan il-metodu għandu jistabbilixxi tal-inqas il-komposti li ġejjin:

tossini tal-grupp tal-aċidu okadajku : OA, DTX1, DTX2, DTX3 inklużi l-esteri tagħhom,

tossini tal-grupp tal-pettenotossini : PTX1 u PTX2,

tossini tal-grupp tal-jessotossini : YTX, 45 OH YTX, homo YTX, u 45 OH homo YTX,

tossini tal-grupp tal-ażaspiraċidi : AZA1, AZA2 u AZA3,

(2) L-ekwivalenza totali ta’ tossiċità għandha titqies abbażi ta’ fatturi ta’ tossiċità ekwivalenti (TEFs) kif irrakkomandat mill-EFSA.

(3) Jekk jinstabu analogi ġodda importanti għas-saħħa pubblika, dawn għandhom jiġu inklużi fl-analiżi. L-ekwivalenza totali ta’ tossiċità għandha titqies abbażi ta’ fatturi ta’ tossiċità ekwivalenti (TEFs) kif irrakkomandat mill-EFSA.

(4) Metodi oħra, bħalma hu l-metodu ta’ kromatografija likwida (LC) spettrometrija tal-massa (MS), il-kromatografija likwida ta’ prestazzjoni għolja (HPLC) b’sejbien xieraq, it-testijiet immunoloġiċi u dawk funzjonali, bħalma hu t-test tal-inibizzjoni tal-fosfatażi, jistgħu jintużaw bħala alternattivi jew jikkomplementaw għall-metodu LC-MS/MS tal-EU-RL, u dan kemm-il darba:

(a) weħidhom jew ikkumbinati jkunu jistgħu jsibu tal-inqas l-analogi kif identifikati fil-punt A(1) ta’ dan il-Kapitolu; aktar kriterji xierqa jiġu ddefiniti meta jkun jenħtieġ;

(b) dawn jissodisfaw il-kriterji tar-rendiment tal-metodu stipulati mill-EU-RL. Dawn il-metodi jridu jiġu validati b’mod intralaboratorju u jiġu ttestjati b’suċċess skont skema rikonoxxuta għal test tal-profiċjenza. L-EU-RL għandu jsostni l-attivitajiet li jwasslu għall-validazzjoni interlaboratorja tat-teknika għall-istandardizzazzjoni formali;

(c) l-implimentazzjoni tagħhom tipprovdi livell ekwivalenti ta’ protezzjoni għas-saħħa pubblika.

B.    Metodi bijoloġiċi

(1) Biex l-Istati Membri jingħataw ħin jadattaw il-metodi tagħhom għall-metodu LC-MS/MS, kif iddefinit fil-punt A(1) ta’ dan il-Kapitolu, sal-31 ta’ Diċembru 2014 tista’ tibqa’ tintuża serje ta’ proċeduri ta’ testijiet bijoloġiċi fuq il-ġrieden li jkunu differenti fil-porzjon tat-test (l-epatopankreas jew il-ġisem sħiħ) u fis-solventi użati għall-estrazzjoni u l-purifikazzjoni, sabiex jinstabu tossini marini kif jissemma fil-Kapitolu V(2)(c), (d) u (e) tat-Taqsima VII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

(2) Is-sensittività u s-selezzjoni tiddependi fuq l-għażla tas-solventi użati għall-estrazzjoni u l-purifikazzjoni u dan irid jitqies meta tittieħed deċiżjoni dwar il-metodu li jrid jintuża sabiex tkun koperta l-firxa sħiħa ta’ tossini.

(3) Test bijoloġiku wieħed biss fuq il-ġrieden u li jinvolvi l-estrazzjoni tal-aċetun jista’ jiġi użat biex jinstab l-aċidu okadajku, id-dinofiżistossini, l-ażaspiraċidi, il-pettenotossini u l-jessotossini. Dan it-test jista’ jiġi kkomplementat, jekk ikun hemm bżonn, b’fażijiet ta’ likwidu/separazzjoni ta’ likwidu jew ilma/diklorometan sabiex jiġu eliminati interferenzi potenzjali.

(4) Għal kull test, għandhom jintużaw tliet ġrieden. Fejn żewġ ġrieden jew tlieta jmutu fi żmien 24 siegħa mill-inokulazzjoni b’estratt ekwivalenti għal 5 g fl-epatopankreas jew 25 g fil-ġisem sħiħ, dan għandu jitqies riżultat pożittiv għall-preżenza ta’ tossina waħda jew aktar kif jissemma fil-Kapitolu V(2)(c), (d) u (e) tat-Taqsima VII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 fil-livelli li jkunu ogħla minn dawk stabbiliti.

(5) Test bijoloġiku fuq il-ġrieden b’estratt tal-aċetun segwit minn likwidu/separazzjoni ta’ likwidu bid-dietileter jista’ jintuża sabiex jinstabu l-aċidu okadajku, id-dinofiżistossini, il-pettenotossini u l-ażarpiraċidi iżda ma jistax jintuża biex jinstabu l-jessotossini peress li dawn it-tossini jistgħu jintilfu matul l-istadju ta’ separazzjoni. Għal kull test, għandhom jintużaw tliet ġrieden. Fejn żewġ ġrieden jew tlieta jmutu fi żmien 24 siegħa ta’ inokulazzjoni b’estratt ekwivalenti għal 5 g fl-epatopankreas jew 25 g fil-ġisem sħiħ, dan għandu jitqies riżultat pożittiv għall-preżenza tal-aċidu okadajku, id-dinofiżistossini, il-pettenotossini u l-ażarpiraċidi f’livelli ogħla minn dawk stipulati fil-Kapitolu V(2)(c) u (e) tat-Taqsima VII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

(6) It-test bijoloġiku fuq il-firien jista’ jintuża biex jinstabu l-aċidu okadajku, id-dinofiżistossini u l-ażaspiraċidi. Għal kull test, għandhom jintużaw tliet firien. Jekk tirriżulta dijarea f’xi wieħed mit-tliet firien, dan għandu jitqies riżultat pożittiv għall-preżenza tal-aċidu okadajku, id-dinofiżistossini u l-ażaspiraċidi f’livelli ogħla minn dawk stipulati fil-Kapitolu V (2)(c) u (e) tat-Taqsima VII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

C.

Wara l-perjodu stabbilit fil-punt B(1) ta’ dan il-Kapitolu, it-test bijoloġiku fuq il-ġrieden għandu jintuża biss tul il-monitoraġġ perjodiku taż-żoni ta’ produzzjoni u dawk tal-purifikazzjoni biex jinstabu tossini marini ġodda jew li mhumiex magħrufa abbażi tal-programmi nazzjonali ta’ kontroll elaborati mill-Istati Membri.

▼B




ANNESS IV

KONTENUT TA’ KALĊJU F’LAĦAM SEPARAT BIL-MAGNI

Il-kontenut ta’ kalċju fl-MSM kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 għandu:

1. ma jaqbiżx 0,1 % (=100 mg/100 g jew 1 000 ppm) ta’ prodott frisk;

2. jiġi determinat b’metodu internazzjonali standardizzat.




ANNESS V

LISTI TA’ STABBILIMENTI TA’ L-IKEL APPROVATI

KAPITOLU I

AĊĊESS GĦAL LISTI TA’ STABBILIMENTI TA’ L-IKEL APPROVATI

Bil-għan li tassisti l-Istati Membri jqiegħdu listi aġġornati ta’ stabbilimenti ta’ l-ikel approvati għad-dispożizzjoni ta’ Stati Membri oħra u tal-pubbliku, il-Kummissjoni għandha tipprovdi websajt li fiha kull Stat Membru għandu jipprovdi link għall-websajt nazzjonali tiegħu.

KAPITOLU II

FORMAT GĦAL WEBSAJTS NAZZJONALI

A.   Indiċi

1. Kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b’indirizz ta’ link li jwassal għal websajt nazzjonali li fiha l-indiċi tal-listi ta’ stabbilimenti ta’ l-ikel approvati għal prodotti ta’ oriġini mill-annimali kif definiti fil-punt 8(1) ta’ l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

2. L-indiċi msemmi fil-punt 1 għandu jikkonsisti minn paġna waħda u għandu jkun f’lingwa uffiċjali waħda jew aktar tal-Komunità.

B.   Disinn operattiv

1. Il-websajt li fiha l-indiċi għandha tkun żviluppata mill-awtorità kompetenti jew, fejn ikun xieraq, minn waħda mill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

2. L-indiċi għandu jinkludi links għal:

(a) paġni web oħra li jinsabu fl-istess websajt;

(b) fejn ċerti listi ta’ stabbilimenti ta’ l-ikel approvati mhumiex miżmuma mill-awtorità kompetenti msemmija fil-punt 1, websajts amministrati mill-awtoritajiet kompetenti, unitajiet jew fejn xieraq, entitajiet.

KAPITOLU III

PREŻENTAZZJONI U KODIĊIJIET GĦAL LISTI TA’ STABBILIMENTI APPROVATI

Għandhom jiġu stabbiliti preżentazzjonijiet, inkluż tagħrif rilevanti u kodiċijiet, biex tkun żgurata disponibbiltà wiesgħa tat-tagħrif li jikkonċerna stabbilimenti ta’ l-ikel approvati u biex jitjieb il-qari tal-listi.

KAPITOLU IV

SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI

Il-ħidmiet u l-attivitajiet imsemmija fil-Kapitoli II u III għandhom jitwettqu skond l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ppubblikati mill-Kummissjoni.

▼M1




ANNESS VI

▼M6

MUDELLI TAĊ-ĊERTIFIKATI TAS-SAĦĦA U TAD-DOKUMENTI GĦALL-IMPORTAZZJONIJIET TA’ ĊERTI PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI

SEZZJONI I

KAPITOLU I

IS-SAQAJN TAŻ-ŻRINĠIJIET U L-BEBBUX

Iċ-ċertifikati tas-saħħa kif imsemmija fl-Artikolu 6(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 għal importazzjonijiet tas-saqajn taż-żrinġijiet u l-bebbux għandhom ikunu konformi mal-mudelli stabbiliti fil-Parti A u fil-Parti B rispettivament tal-Appendiċi I ta' dan l-Anness.

KAPITOLU II

IL-ĠELATINA

Mingħajr ħsara għal leġiżlazzjoni speċifika oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari għal-leġiżlazzjoni dwar l-enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli u l-ormoni, iċ-ċertifikati tas-saħħa kif imsemmija fl-Artikolu 6(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 għal importazzjonijiet ta' ġelatina u materja prima għall-produzzjoni tal-ġelatina għandhom ikunu konformi mal-mudelli stabbiliti fil-Parti A u l-Parti B rispettivament ta' l-Appendiċi II ta' dan l-Anness.

KAPITOLU III

IL-KOLLAĠEN

Mingħajr ħsara għal leġiżlazzjoni speċifika oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari għal-leġiżlazzjoni dwar l-enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli u l-ormoni, iċ-ċertifikati tas-saħħa kif imsemmija fl-Artikolu 6(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 għall-importazzjonijiet tal-kollaġen u l-materja prima għall-produzzjoni tal-kollaġen għandhom ikunu konformi mal-mudelli stabbiliti fil-Parti A u l-Parti B rispettivament ta' l-Appendiċi III ta' dan l-Anness.

KAPITOLU IV

PRODOTTI TAS-SAJD

Iċ-ċertifikat tas-saħħa kif imsemmi fl-Artikolu 6(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 għall-importazzjonijiet tal-prodotti tas-sajd għandu jkun konformi mal-mudell stabbilit fl-Appendiċi IV ta' dan l-Anness.

KAPITOLU V

MOLLUSKI BIVALVI ĦAJJIN

Iċ-ċertifikat tas-saħħa kif imsemmi fl-Artikolu 6(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 għall-importazzjonijiet tal-molluski bivalvi ħajjin għandu jkun konformi mal-mudell stabbilit fl-Appendiċi V ta' dan l-Anness.

KAPITOLU VI

GĦASEL U PRODOTTI OĦRA TAL-APIKULTURA

Iċ-ċertifikat tas-saħħa kif imsemmi fl-Artikolu 6(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 għall-importazzjonijiet tal-għasel u prodotti oħrajn tal-apikultura għandu jkun konformi mal-mudell stabbilit fl-Appendiċi VI ta' dan l-Anness.

SEZZJONI II

MUDELL TAD-DOKUMENT LI JRID JIĠI FFIRMAT MILL-KAPTAN

Il-mudell tad-dokument li għandu jiġi ffirmat mill-kaptan, u li jista’ jissostitwixxi dak meħtieġ skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 meta l-prodotti tas-sajd iffriżati jiġu importati direttament minn bastiment tal-friża, kif previst fl-Artikolu 15(3) ta’ dak ir-Regolament, għandu jikkonforma mal-mudell tad-dokument stipulat fl-Appendiċi VII ta’ dan l-Anness.

▼M1




Appendiċi I ta' l- Anness VI

PARTI A

MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA GĦAL IMPORTAZZJONIJIET TA' SAQAJN TAŻ-ŻRINĠIJIET IMKESSĦIN, IFFRIŻATI JEW IPPREPARATI MAĦSUBA GĦALL-KONSUM UMAN

image

image

PARTI B

MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA GĦAL IMPORTAZZJONIJIET TA' BEBBUX IMKESSAĦ, IFFRIŻAT, IMQAXXAR, IMSAJJAR, IPPREPARAT JEW IPPRESERVAT MAĦSUB GĦALL-KONSUM UMAN

image

image




Appendiċi II ta l-Anness VI

PARTI A

MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA GĦAL IMPORTAZZJONIJIET TA’ ĠELATINA MAĦSUBA GĦALL-KONSUM UMAN

image

image

PARTI B

MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA GĦAL IMPORTAZZJONIJIET TA’ MATERJA PRIMA GĦALL-PRODUZJONI TA’ ĠELATINA MAĦSUBA GĦALL-KONSUM UMAN

image

image




Appendiċi III ta' l-Anness VI

PARTI A

MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKATI TAS-SAĦĦA GĦAL IMPORTAZZJONIJIET TA' KOLLAĠEN MAĦSUB GĦALL-KONSUM UMAN

image

image

PARTI B

MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA GĦALL-IMPORTAZZJONIJIET TA' MATERJA PRIMA GĦALL-PRODUZZJONI TA' KOLLAĠEN MAĦSUB GĦALL-KONSUM UMAN

image

image

▼M7




Appendiċi IV mal-Anness VI

Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għal importazzjonijiet ta' prodotti tas-sajd maħsuba għall-konsum mill-bniedem

image

►() C1  

Parti I: Iċ-ċertifikat veterinarju għall-UE

Ċertifikat veterinarju għall-UE

I.1. Kunsinnatur

Isem

Indirizz

Nru tat-Tel.

I.2. Numru ta' referenza taċ-ċertifikat

I.2.a.

I.3. Awtorità kompetenti ċentrali

I.4. Awtorità kompetenti lokali

I.5. Destinatarju

Isem

Indirizz

Kodiċi Postali

Nru tat-Tel.

I.6.

I.7. Pajjiż tal-oriġini

Kodiċi ISO

I.8. Reġjun tal-oriġini

Kodiċi

I.9. Pajjiż tad-destinazzjoni

Kodiċi ISO

I.10

I.11. Post tal-oriġini

Isem

Numru tal-approvazzjoni

Indirizz

I.12.

I.13. Post tat-tagħbija

I.14. Data tat-tluq

I.15. Mezz tat-trasport

Ajruplan

Vapur

Vagun tal-Ferrovija

Vettura tat-triq

Oħrajn

Identifikazzjoni

Referenzi dokumentarji

I.16. BIP tad-dħul fl-UE

I.17.

I.18. Deskrizzjoni tal-prodott

I.19. Kodiċi tal-Prodott (Kodiċi HS)

I.20. Kwantità

I.21. Temperatura tal-prodott

Ambjentali

Imkessaħ

Iffriżat

I.22. Għadd ta' pakketti

I.23. Nru tas-siġill/kontenitur

I.24. Tip ta' imballaġġ

I.25. Prodotti ċċertifikati għal:

Konsum mill-bniedem

I.26.

I.27. Għall-importazzjoni jew għad-dħul fl-UE

I.28. Identifikazzjoni tal-prodotti

Speċi

(isem xjentifiku)

Natura tal-prodott

Tip ta' trattament tal-istabbiliment

Numru tal-approvazzjoni

Impjant tal-manifattura

Għadd ta' pakketti

Piż nett

image

image

image

▼M4




Appendiċi V tal-Anness VI

IL-PARTI A

MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA GĦAL IMPORTAZZJONIJIET TAL- MOLLUSKI BIVALVI ĦAJJIN, L-EKINODERMI, IT-TUNIKATI U L-GASTROPODI TAL-IBĦRA MAĦSUBA GĦALL-KONSUM UMAN

image

image

image

▼M1

PARTI B

MUDELL ADDIZZJONALI TA' L-ATTESTAZZJONI TAS-SAĦĦA GĦAL MOLLUSKI BIVALVI PPROĊESSATI LI JAPPARTJENU GĦALL-ISPEĊJE ACANTHOCARDIA TUBERCULATUM

L-ispettur uffiċjali b'dan jiċċertifika li l-molluski bivalvi pproċessati ta' l-ispeċje Acanthocardia tuberculatum, iċċertifikati fiċ-ċertifikat tas-saħħa bin-Nru ta' referenza:…

1. inġabru f'żoni ta' produzzjoni identifikati b'mod ċar, immonitorjati u awtorizzatti mill-awtorità kompetenti għall-għan tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/766/KE ( 9 ), u fejn il-livell ta' PSP fil-partijiet li jittieklu ta' dawn il-molluski huwa ta' inqas minn 300 μg għal kull 100g ;

2. ġew trasportati f'kontenituri jew vetturi ssiġillati mill-awtorità kompetenti, direttament lejn l-istabbiliment:

(l-isem u n-numru ta' l-approvazzjoni uffiċjali ta' l-istabbiliment, awtorizzat b'mod speċjali mill-awtorità kompetenti biex iwettaq it-trattament tagħhom)

3. kienu akkumpanjati matul it-trasport lejn dan l-istabbiliment minn dokument maħruġ mill-awtorità kompetenti li jawtorizza t-trasport, jiċċertifika n-natura u l-kwantità tal-prodott, iż-żona ta' l-oriġini u l-istabbiliment tad-destinazzjoni;

4. ġew soġġetti għat-trattament bis-sħana msemmi fl-Anness tad-Deċiżjoni 96/77/KE ;

5. ma fihomx livell ta' PSP rilevabbli permezz tal-metodu ta' bijoanaliżi, kif muri fir-rapport(i) analitiku/analitiċi mehmuż(a) tat-test imwettaq fuq kull lott inkluż fil-kunsinna koperta minn din l-attestazzjoni.

L-ispettur uffiċjali b'dan jiċċertifika li l-awtorità kompetenti vverifikat li l-kontrolli “tas-saħħa proprja” (“own health”) implimentati fl-istabbiliment imsemmi fil-punt 2 huma applikati b'mod speċifiku għat-trattament bis-sħana msemmi fil-punt 4.

L-ispettur uffiċjali hawn taħt iffirmat b'dan jiddikjara li hu/hi jaf/taf bid-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 96/77/KE u li r-rapport(i) analitiku/analitiċi mehmuż(a) jikkorrispondi/jikkorrispondu mat-test imwettaq fil-prodotti wara l-ipproċessar.



Spettur uffiċjali

Nom (en majuscules):

Data:

Isem (b'ittri kbar):

Kwalifika u titlu:

Firma: Timbru:




Appendiċi VI ta' l-Anness VI

MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA GĦAL IMPORTAZZJONIJIET TA' L-GĦASEL U PRODOTTI OĦRA TA' L-APIKULTURA MAĦSUBA GĦALL-KONSUM UMAN

image

image

▼M6




Appendiċi VII tal-Anness VI

MUDELL TAD-DOKUMENT, LI GĦANDU JIĠI FFIRMAT MILL-KAPTAN, U LI JAKKUMPANJA L-IMPORTAZZJONIJIET META L-PRODOTTI TAS-SAJD IFFRIŻATI JIĠU IMPORTATI DIRETTAMENT FL-UNJONI EWROPEA MINN BASTIMENT TAL-FRIŻA

image

image

image

▼M1




ANNESS VIA

METODI GĦALL-ITTESTJAR TA’ ĦALIB MHUX IPPROĊESSAT U ĦALIB TRATTAT BIS-SĦANA

KAPITOLU I

ID-DETERMINAZZJONI TAL-KONT TAL-PLATES U L-KONT TAĊ-ĊELLOLI SOMATIĊI

1. Meta jsiru l-kontrolli skond il-kriterji stabbiliti fl-Anness III, Taqsima IX, Kapitolu I, Parti III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, l-istandards li ġejjin għandhom ikunu applikati bħala metodi ta’ referenza:

(a) EN/ISO 4833 għall-kont tal-plates fi 30 oC;

(b) ISO 13366-1 għall-kont taċ-ċelloli somatiċi.

2. L-użu ta’ metodi analitiċi alternattivi huwa aċettabbli:

(a) għall-kont tal-plates fi 30 oC, meta l-metodi jiġu vvalidati skond il-metodu ta’ referenza msemmi fil-punt 1(a) skond il-protokoll stabbilit fl-istandard EN/ISO 16140 jew protokolli simili oħrajn aċċettati internazzjonalment.

B’mod partikolari ir-relazzjoni tal-konverżjoni bejn xi metodu alternattiv u l-metodu ta’ referenza msemmi fil-punt 1(a) hija stabbilita skond l-istandard ISO 21187.

(b) għall-kont taċ-ċelloli somatiċi, meta l-metodi jiġu vvalidati skond il-metodu ta’ referenza msemmi fil-punt 1(b) skond il-protokoll stabbilit fl-ISO 8196 u meta operat skond l-istandard ISO 13366-2 jew protokolli simili oħrajn aċċettati internazzjonalment.

KAPITOLU II

ID-DETERMINAZZJONI TA’ L-ATTIVITÀ TAL-PHOSPHATASE ALKALINI

1. Meta tkun qed tiġi ddeterminata l-attività tal-phosphatase alkalini, għandu jiġi applikat l-istandard ISO 11816-1 bħala l-metodu ta’ referenza.

2. L-attività ta’ phosphatase alkalini hija espressa bħala milliunità ta’ l-attività ta’ l-enżimi għal kull litru (mU/l). Unità waħda ta’ l-attività tal-phosphatase alkalini hija l-ammont ta’ l-enżima tal-phosphatase alkalini li tikkawża t-trasformazzjoni ta’ mikromola waħda ta’ substrat f’kull minuta.

3. Test tal-phosphatase alkalini huwa meqjus li jagħti riżultat negattiv jekk l-attività mkejla fil-ħalib tal-baqar ma tkunx għola minn 350 mU/l.

4. L-użu ta’ metodi analitiċi alternattivi huwa aċċettabbli meta l-metodi jiġu vvalidati skond il-metodu ta’ referenza msemmi fil-punt 1 skond protokolli aċċettati internazzjonalment.

▼M2




L-ANNESS VI b

REKWIŻITI APPLIKABBLI GĦALL-KONTROLLI UFFIĊJALI FL-ISPEZZJONI TA’ LAĦAM

1.

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) “kundizzjonijiet ikkontrollati ta’ akkomodazzjoni u sistemi integrati ta’ produzzjoni” tfisser tip ta’ biedja ta’ l-annimali fejn l-annimali jinżammu taħt kundizzjonijiet li huma konformi mal-kriterji stipulati fl-Appendiċi;

(b) “annimal żgħir bovin” tfisser annimal żgħir ta’ kwalunkwe sess, li m’għandux aktar minn 8 xhur;

(c) “annimal żgħir ovin” tfisser annimal ovin ta’ kwalunkwe sess, li m’għandu l-ebda inċiżur permanenti ħiereġ mill-ħanek u li m’għandux aktar minn 12-il xahar;

(d) “annimal żgħir kaprin” tfisser annimal kaprin ta’ kwalunkwe sess, li m’għandux aktar minn 6 xhur;

(e) “merħla” tfisser annimal jew grupp ta’ annimali miżmuma f’impriża bħala unità epidemjoloġika; jekk iktar minn merħla waħda tkun miżmuma fuq waħda mill-impriżi, kull waħda minn dawn il-merħliet għandha tifforma unità epidemjoloġika distinta;

(f) “impriża” tfisser kull stabbiliment, kostruzzjoni jew, fil-każ ta’ razzett fil-miftuħ, kull post li jinsab ġewwa t-territorju ta’ l-istess Stat Membru, li fih jinżammu, jitrabbew jew jitqandlu l-bhejjem;

(g) “stabbiliment li jwettaq qtil mhux kontinwu jew attivitajiet mhux kontinwi ta’ trattament tat-tjur” tfisser biċċerija jew stabbiliment li jittratta t-tjur magħżul/a mill-awtorità kompetenti fuq il-bażi ta’ analiżi ta’ riskju, li fih/a, b’mod partikolari, il-qtil jew l-attivitajiet ta’ trattament tat-tjur ma jsiru la waqt il-jum kollu kemm hu ta’ xogħol u lanqas waqt jiem sussegwenti ta’ xogħol matul il-ġimgħa.

2.

Spezzjonijiet ta’ awtopsja fi stabbilimenti li jwettqu qtil mhux kontinwu jew attivitajiet mhux kontinwi ta’ trattament tat-tjur.

(a)

Skond il-punt 2(b) tal-Kapitolu II tat-Taqsima III ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 854/2004, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li l-veterinarju uffiċjali jista’ ma jkunx preżenti l-ħin kollu tul l-ispezzjoni ta’ l-awtopsja, sakemm jitħarsu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) l-istabbiliment ikkonċernat huwa stabbiliment li jwettaq qtil mhux kontinwu jew attivitajiet mhux kontinwi ta’ trattament tat-tjur u li għandu biżżejjed faċilitajiet biex jaħżen il-laħam b’anormalitajiet sakemm tkun tista’ ssir spezzjoni finali ta’ l-awtopsja mill-veterinarju uffiċjali;

(ii) awżiljarju uffiċjali jwettaq l-attivitajiet ta’ spezzjoni waqt l-awtopsja;

(iii) il-veterinarju uffiċjali huwa preżenti fl-istabbiliment mill-inqas darba kuljum waqt l-attivitajiet tal-qatla jew wara li dawn ikunu diġà twettqu;

(iv) l-awtorità kompetenti tkun stabbiliet proċedura biex tevalwa fuq bażi regolari ir-rendiment ta’ l-awżiljarji uffiċjali f’dawn l-istabbilimenti, inklużi:

 s-sorveljanza ta’ rendiment individwali,

 il-verifika ta’ dokumentazzjoni fir-rigward ta’ sejbiet waqt l-ispezzjonijiet u tqabbil mal-karkassi korrispondenti,

 il-kontrolli ta’ karkassi fil-maħżen.

(b)

L-analiżi tar-riskju mwettqa mill-awtorità kompetenti kif imsemmi fil-punt 1(g) biex jiġu identifikati l-istabbilimenti li jistgħu jibbenefikaw mid-deroga stipulata fil-punt 2(a) għandha tikkunsidra mill-inqas wieħed minn dawn l-elementi li ġejjin:

(i) l-għadd ta’ annimali maqtula jew ittrattati kull siegħa jew kuljum;

(ii) l-ispeċi u l-klassi ta’ annimali maqtula jew ittrattati;

(iii) il-kapaċità ta’ produzzjoni ta’ l-istabbiliment;

(iv) it-twettiq ta’ l-attivitajiet ta’ qatla jew trattament fil-passat;

(v) l-effettività ta’ miżuri addizzjonali fil-katina ta’ l-ikel għax-xiri ta’ annimali għall-qatla li jittieħdu biex tiġi ggarantita s-sikurezza fl-ikel;

(vi) l-effettività tas-sistema msejsa fuq l-HACCP;

(vii) ir-rekords ta’ verifika;

(viii) ir-rekords storiċi ta’ l-awtorità kompetenti ta’ spezzjonijiet ante-mortem u post-mortem.

3.

Rekwiżiti għal spezzjoni msejsa fuq ir-riskju ta’ laħam, mingħajr inċiżjonijiet.

▼M8 —————

▼M2

(b)

Permezz ta’ deroga mir-rekwiżiti speċifiċi tal-Kapitoli I u II tat-Taqsima IV ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 854/2004, il-proċeduri ta’ spezzjoni ta’ annimali bovini, ovini u kaprini żgħar jistgħu jitnaqqsu għal spezzjoni viżwali b’palpazzjoni limitata, sakemm jitħarsu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) l-operatur tal-kummerċ ta’ l-ikel irid jiżgura li l-annimali jinżammu taħt kundizzjonijiet ikkontrollati ta’ abitazzjoni u sistemi ta’ produzzjoni integrati kif stipulat fl-Appendiċi ta’ dan l-Anness;

(ii) l-operatur tal-kummerċ ta’ l-ikel irid jiżgura li l-annimali żgħar bovini jitrabbew f’merħla uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi ta’ l-ifrat;

(iii) l-operatur tal-kummerċ ta’ l-ikel m’għandux jibbenefika mill-arranġamenti transitorji fir-rigward tat-tagħrif tal-katina ta’ l-ikel kif stipulat fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 2076/2005;

(iv) l-awtorità kompetenti għandha timplimenta jew tordna l-implimentazzjoni ta’ sorveljanza seroloġika u/jew mikrobijoloġika regolari ta’ għadd magħżul ta’ annimali msejsa fuq analiżi ta’ riskju fir-rigward ta’ sogru eżistenti fejn tidħol is-sikurezza ta’ l-ikel f’annimali ħajjin u li hija rilevanti f’livell ta’ azjenda;

(v) spezzjoni ta’ l-awtopsja ta’ annimali bovini żgħar għandha tinkludi f’kull ħin il-palpazzjoni tan-nodi linfatiċi retrofarinġali, tal-bronki u medjastinali.

(c)

Fil-każ li tinstab xi anormalità, il-karkassi u l-ġewwieni għandhom ikunu suġġetti għal spezzjoni sħiħa ta’ awtopsja kif stipulat fil-Kapitoli I u II tat-Taqsima IV ta’ l-Anness 1 tar-Regolament (KE) Nru 854/2004. Madankollu, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi fuq il-bazi ta’ analiżi ta’ riskju li laħam b’ċerti anormalitajiet żgħar kif definit mill-awtoritajiet kompetenti, li m’huma ta’ ebda riskju għas-saħħa ta’ l-annimali jew tal-bniedem, m’għandux għalfejn ikun suġġett għal spezzjoni sħiħa ta’ awtopsja.

(d)

Annimali bovini, ovini u kaprini żgħar u ħnieżer miftuma li ma jmorrux direttament mill-azjenda fejn twieldu ġo biċċerija jistgħu jitpoġġew f’azjenda oħra darba biss (għat-trobbija jew għat-tismin) qabel ma jintbagħtu f’biċċerija. F’każi bħal dawn:

(i) ċentri regolatorji ta’ assemblaġġ jistgħu jintużaw għal annimali żgħar bovini, ovini jew kaprini bejn l-azjenda ta’ l-oriġini u l-azjenda ta’ trobbija jew ta’ tismin, kif ukoll bejn dawn l-azjendi u l-biċċerija;

(ii) it-traċċabilità għandha tiġi żgurata f’livell ta’ l-annimal individwali jew f’dak ta’ grupp ta’ annimali.

4.

Rekwiżit addizzjonali għall-eżaminazzjoni ta’ l-awtopsja fis-solipedi.

(a)

Laħam frisk ġej minn solipedi mrobbija f’pajjiżi li mhumiex ħielsa mill-marda tal-glanders skond l-Artikolu 2.5.8.2. tat-Terrestrial Animal Health Code ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa ta’ l-Annimali m’għandux jitpoġġa fuq is-suq, sakemm laħam bħal dan ma jkunx ġej mis-solipedi li jkunu ġew eżaminati għall-glanders skond il-punt D tal-Kapitolu IX tat-Taqsima IV ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 854/2004.

(b)

Laħam frisk mis-solipedi li ġie djanjostikat bil-glanders għandu jiġi ddikjarat bħala mhux tajjeb għall-konsum mill-bniedem kif stipulat fil-punt D tal-Kapitolu IX tat-Taqsima IV ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 854/2004.




Appendiċi għall-Anness VI b

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, “kundizzjonijiet ikkontrollati ta’ akkomodazzjoni u sistemi integrati ta’ produzzjoni” tfisser li l-operatur tal-kummerċ ta’ l-ikel għandu jikkonforma mal-kriterji stipulati hawn taħt:

(a) l-għalf kollu għandu jkun inkiseb minn faċilità li tipprovdi l-għalf skond ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ); meta fibra jew prodotti tar-rabà jingħataw lill-annimali bħala għalf, dawn għandhom jiġu ttrattati kif xieraq, u fejn possibbli, fil-forma mnixxfa u/jew irrumblati;

(b) safejn ikun possibbli għandha tiġi applikata sistema all-in/all-out. Fejn l-annimali jiddaħħlu ġo merħla, dawn għandhom jinżammu iżolati skond kemm meħtieġ mis-servizzi veterinarji biex tiġi evitata l-okkorrenza ta’ mard;

(c) l-ebda annimal m’għandu jkollu aċċess għall-faċilitajiet ta’ barra sakemm l-operatur tal-kummerċ ta’ l-ikel ma jkunx jista’ juri permezz ta’ analiżi ta’ riskju għas-sodisfazzjon ta’ l-awtorità kompetenti li l-perjodu ta’ żmien, il-faċilitajiet u ċ-ċirkostanzi tal-faċilitajiet ta’ barra ma jservux ta’ perikolu biex jintroduċu l-mard fil-merħla;

(d) għandu jkun disponibbli tagħrif li jikkonċerna l-annimali mit-twelid sal-qatla u dwar il-kundizzjonijiet ta’ kif jiġu ttrattati kif stipulat fit-Taqsima III ta’ l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(e) jekk jiġu pprovduti faċilitajiet għall-irqad lill-annimali, il-preżenza ta’ mard għandha tiġi evitata permezz ta’ trattament xieraq għall-materjal użat f’dawn il-faċilitajiet;

(f) il-persunal fl-azjendi għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ iġjene stipulati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 852/2004;

(g) għandhom jiġu stipulati proċeduri li jikkontrollaw l-aċċess għall-post fejn jinżammu l-annimali;

(h) l-istabbiliment m’għandux jipprovdi faċilitajiet għat-turisti jew għall-kampeġġ sakemm l-operatur tal-kummerċ ta’ l-ikel ma jkunx jista’ juri permezz ta’ analiżi tar-riskju għas-sodisfazzjon ta’ l-awtorità kompetenti li l-faċilitajiet huma separati kif meħtieġ mill-unitajiet ta’ trobbija ta’ l-annimali u li l-kuntatt dirett u indirett bejn il-bnedmin u l-annimali mhuwiex possibbli;

(i) l-annimali m’għandux ikollhom aċċess għal munzelli ta’ skart jew għal skart ġej mid-djar;

(j) għandu jkun hemm pjan ta’ kontroll u ta’ ġestjoni ta’ organiżmi ta’ ħsara;

(k) l-għalf m’għandux jintuża sakemm l-operatur tal-kummerċ ta’ l-ikel ma jurix permezz ta’ analiżi ta’ riskju għas-sodisfazzjon ta’ l-awtorità kompetenti li l-għalf ma jista’ jittrażmetti l-ebda riskju lill-annimali;

(l) l-iskart u s-sediment minn pjanti tat-trattament tad-drenaġġ m’għandhomx jintremew f’żoni aċċessibbli għall-annimali jew jintużaw bħala fertilizzanti fil-mergħat biex jikbru l-ħxejjex, li jintużaw biex jagħlfu l-annimali, sakemm dawn ma jiġux ittrattati kif xieraq u ma jissoddisfawx lill-awtorità kompetenti.

▼B




ANNESS VII

EMENDI GĦAR-REGOLAMENT (KE) Nru 853/2004

L-Annessi II u III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004 huma emendati kif ġej:

1. L-Anness II, Sezzjoni I(B) huwa emendat kif ġej:

(a) fil-punt 6, it-tieni sottoparagrafu huwa mibdul b’dan li ġej:

“BE, CZ, DK, DE, EE, GR, ES, FR, IE, IT, CY, LV, LT, LU, HU, MT, NL, AT, PL, PT, SI, SK, FI, SE u UK”;

(b) il-punt 8 huwa mibdul b’dan li ġej:

“8. Meta jiġi applikat għal stabbiliment li jinsab fi ħdan il-Komunità, il-marka għandha tkun f’għamla ovali u tinkludi l-abbrevjazzjoni CE, KE, EF, EG, EK, EY, ES, EÜ, EK, EB jew WE”;

2. L-Anness III huwa emendat kif ġej:

(a) fis-Sezzjoni I, Kapitolu IV, il-punt 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“8. Karkassi u partijiet oħra tal-ġisem maħsuba għall-konsum uman għandhom ikunu għal kollox imqaxxrin, ħlief fil-każ ta’ annimali tar-razza tal-ħnieżer, irjus ta’ nagħaġ u mogħoż u għoġiela u r-riġel ta’ annimali bovini, nagħaġ u mogħoż. L-irjus u r-riġlejn għandhom ikunu ittrattati b’mod li tkun evitata l-kontaminazzjoni”;

(b) fis-Sezzjoni II, il-Kapitolu VII li ġej huwa miżjud:

“KAPITOLU VII: AĠENTI GĦAŻ-ŻAMMA TA’ L-ILMA

L-operaturi fin-negozju ta’ l-ikel għandhom jiżguraw li laħam tat-tjur ta’ l-irziezet li kien ittrattat speċifikament biex tkun promossa ż-żamma ta’ l-ilma ma jitqiegħedx fis-suq bħala laħam frisk iżda bħala preparazzjonijiet ta’ laħam jew użat fil-produzzjoni ta’ prodotti ipproċessati.”

(c) fis-Sezzjoni VIII, Kapitolu V(E), il-punt 1 huwa mibdul b’dan li ġej:

“1. Prodotti tas-sajd derivati minn ħut velenuż tal-familji li ġejjin m’għandhomx jitqiegħdu fis-suq: Tetraodontidae, Molidae, Diodontidae u Canthigasteridae. Prodotti tas-sajd friski, ippreparati u pproċessati li jappartjenu għall-familja Gempylidae, b’mod partikolari r-Ruvettus pretiosus u l-Lepidocybium flavobrunneum, jistgħu jitqiegħdu biss fis-suq f’forma mgeżwra/ippakkjata u għandhom ikunu ttikkettati kif xieraq biex jingħata tagħrif lill-konsumatur dwar metodi ta’ preparazzjoni/tisjir u dwar ir-riskji relatati mal-preżenza ta’ sustanzi b’effetti gastrointestinali ħżiena. Fuq it-tikketta għandu jkun hemm l-isem xjentifiku flimkien ma’ l-isem komuni”;

(d) Is-Sezzjoni IX hija emendata kif ġej:

(i) fil-Kapitolu I(II)(B)(1), il-punt (e) huwa mibdul b’dan li ġej:

“(e) li l-bell u l-bexx tal-bżieżel jintużaw biss wara l-awtorizzazzjoni jew ir-reġistrazzjoni skond il-proċeduri stipulati fid-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidi ( 11 ).

(ii) fil-Kapitolu II(II), il-punt 1 huwa mibdul b’dan li ġej:

“1. Meta l-ħalib nej jew il-prodotti mill-ħalib jgħaddu minn trattament bis-sħana, l-operaturi fin-negozju ta’ l-ikel għandhom jiżguraw illi dan jissodisfa r-rekwiżi stipulati fil-Kapitolu XI ta’ l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 852/2004. B’mod partikolari, għandhom jiżguraw, meta jużaw il-proċessi li ġejjin, li jikkonformaw ma’ l-ispeċifikazzjonijiet imsemmija:

(a) Il-pasturizzazzjoni tinkiseb permezz ta’ trattament li jinvolvi:

(i) temperatura għolja għal perjodu qasir (mill-inqas 72 oC għal 15 il-sekonda);

(ii) temperatura baxxa għal perjodu twil (mill-inqas 63 oC għal 30 minuta); jew

(iii) kull taħlit ieħor ta’ kundizzjonijiet ta’ żmien-temperatura biex jintlaħaq effett ekwivalenti,

b’mod li l-prodotti juru, fejn applikabbli, reazzjoni negattiva għal test ta’ alkalin fosfatażi immedjatament wara trattament bħal dan.

(b) Trattament b’temperatura għolja ħafna (UHT) jinkiseb bi trattament:

(i) li jinvolvi fluss kontinwu ta’ sħana f’temperatura għolja għal żmien qasir (mhux inqas minn 135 oC flimkien ma’ żamma ta’ ħin xieraq) b’mod li ma jkunx hemm mikroorganiżmi vijabbli jew spori kapaċi li jikbru fil-prodott ittrattat meta miżmun f’kontenitur magħluq asettiku f’temperatura ambjentali; u

(ii) suffiċjenti li jiżgura li l-prodotti jibqgħu mikrobijoloġikament stabbli wara inkubazzjoni għal 15-il jum fi 30 oC f’kontenituri magħluqin jew għal 7 ijiem f’55 oC f’kontenituri magħluqin jew wara kull metodu ieħor li juri li t-trattament bis-sħana xieraq ġie applikat;”

(e) fis-Sezzjoni X, Kapitolu II huwa emendat kif ġej:

(i) fil-Parti III, il-punt 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5. Wara l-fsiq, kull partiċella tal-bajda likwida għandha tgħaddi mill-ipproċessar malajr kemm jista’ jkun biex ikunu eliminati l-perikli mikrobijoloġiċi jew biex jitnaqqsu sa livell aċċettabbli. Partita li ma tkunx ġiet ipproċessata biżżejjed tista’ terġa’ tiġi pproċessata immedjatament jekk dan l-ipproċessar jirrendiha tajba għall-konsum mill-bniedem. Meta partita tinsab li mhix tajba għall-konsum mill-bniedem, għandha tkun żnaturata biex jiġi żgurat li ma tintużax għall-konsum mill-bniedem.”;

(ii) fil-Parti V, il-punt 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2. Fil-każ ta’ bajd likwidi, it-tikketta msemmija fil-punt 1 għandu jkun fiha wkoll il-kliem: ‘bajda likwida mhux pastorizzata — għandha tiġi ttrattata fil-post tad-destinazzjoni’ u għandha tindika wkoll id-data u s-siegħa tal-fsiq.”;

(f) fis-Sezzjoni XIV, il-Kapitolu V li ġej huwa miżjud:

“KAPITOLU V: TIKKETTAR

It-tgeżwir u l-ippakkjar li fihom il-ġelatina għandu jkollhom il-kliem ‘ġelatina tajba għall-konsum uman’ u għandhom jindikaw id-data ta’ preparazzjoni.”




ANNESS VIII

EMENDI GĦAR-REGOLAMENT (KE) Nru 854/2004

L-Annessi I, II u III għar-Regolament (KE) Nru 854/2004 huma emendati kif ġej:

1. L-Anness I, Sezzjoni I, Kapitolu III(3) huwa emendat kif ġej:

(a) fil-punt (a), it-tieni sottoparagrafu huwa mibdul b’dan li ġej:

“BE, CZ, DK, DE, EE, GR, ES, FR, IE, IT, CY, LV, LT, LU, HU, MT, NL, AT, PL, PT, SI, SK, FI, SE u UK;”

(b) il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c) meta tkun applikata f’biċċerija fi ħdan il-Komunità, il-marka għandha tinkludi l-abbrevjazzjoni CE, KE, EF, EG, EK, EY, ES, EÜ, EK, EB jew WE”;

2. fl-Anness II, Kapitolu II(A), il-punti 4 u 5 huma mibdula b’dan li ġej:

“4. L-awtorità kompetenti tista’ tikklassifika bħala tal-Klassi B żoni li minnhom jistgħu jinġabru molluski bivalvi ħajjin iżda mqiegħda biss fis-suq għall-konsum uman wara trattament f’ċentru ta’ purifikazzjoni jew wara relaying sabiex jilħqu l-istandards tas-saħħa msemmija fil-paragrafu 3. Molluski bivalvi ħajjin minn dawn iż-żoni m’għandhomx jaqbżu l-4 600E. coli kull 100 g ta’ laħam u likwidu intravalvulari. Il-metodu ta’ referenza għal din l-analiżi huwa t-test tan-Numru l-Aktar Probabbli (MPN) f’ħames provetti u tliet sustanzi dilwiti kif speċifikat fl-ISO 16649-3. Jistgħu jintużaw metodi alternattivi jekk huma vvalidati fil-konfront ta’ dan il-metodu ta’ referenza skond il-kriterji fl-EN/ISO 16140.

5. L-awtorità kompetenti tista’ tikklassifika bħala tal-Klassi C żoni li minnhom jistgħu jinġabru molluski bibalvi ħajjin iżda mqiegħda biss fis-suq wara li jinżamm matul perjodu twil sabiex jilħqu l-istandards tas-saħħa msemmija fil-paragrafu 3. Il-molluski bivalvi ħajjin minn dawn iż-żoni m’għandhomx jaqbżu l-46 000E. coli għal kull 100 g ta’ laħam u likwidu intravalvulari. Il-metodu ta’ referenza għal din l-analiżi huwa t-test tan-Numru l-Aktar Probabbli (MPN) f’ħames provetti u tliet sustanzi dilwiti kif speċifikat fl-ISO 16649-3. Jistgħu jintużaw metodi alternattivi jekk huma vvalidati fil-konfront ta’ dan il-metodu ta’ referenza skond il-kriterji fl-EN/ISO 16140.”;

3. fl-Anness III, Kapitolu II(G), il-punt1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1. Prodotti tas-sajd derivati minn ħut velenuż tal-familji li ġejjin m’għandhomx jitqiegħdu fis-suq: Tetraodontidae, Molidae, Diodontidae u Canthigasteridae. Prodotti tas-sajd friski, ippreparati u pproċessati li jappartjenu għall-familja Gempylidae, b’mod partikolari r-Ruvettus pretiosus u l-Lepidocybium flavobrunneum, jistgħu jitqiegħdu biss fis-suq f’forma mgeżwra/ippakkjata u għandhom ikunu ttikkettati kif xieraq biex jingħata tagħrif lill-konsumatur dwar metodi ta’ preparazzjoni/tisjir u dwar ir-riskji relatati mal-preżenza ta’ sustanzi b’effetti gastrointestinali ħżiena. Fuq it-tikketta għandu jkun hemm l-isem xjentifiku flimkien ma’ l-isem komuni.”



( 1 ) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1. Ikkoreġut bil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 3.

( 2 ) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55. Ikkoreġut ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22.

( 3 ) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206. Ikkoreġut bil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 83.

( 4 ) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1. Ikkoreġut bil-ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1.

( 5 ) Għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali.

( 6 ) ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33. Ikkoreġut bil-ĠU L 195, 2.6.2004, p. 12.

( 7 ) Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

( 8 ) ĠU L 358, 18.12.1986, p. 1.

( 9 ) Ara paġna 53 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

( 10 ) ĠU L 35, 8.2.2005, p. 1.

( 11 ) ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.”;

Top