EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02003D0779-20050101

Consolidated text: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Ottubru 2003 tniżżel il-kondizzjonijiet meħtieġa tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikat veterinarju għall-importazzjoni ta’ l-imsaren ta’ l-annimali mill-pajjiżi terzi (notifikata bid-dokument numru K(2003) 3988) (Test b’relevanza għall-ŻEE) (2003/779/KE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/779/2005-01-01

2003D0779 — MT — 01.01.2005 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-31 ta’ Ottubru 2003

tniżżel il-kondizzjonijiet meħtieġa tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikat veterinarju għall-importazzjoni ta’ l-imsaren ta’ l-annimali mill-pajjiżi terzi

(notifikata bid-dokument numru K(2003) 3988)

(Test b’relevanza għall-ŻEE)

(2003/779/KE)

(ĠU L 285, 1.11.2003, p.38)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-28 ta' April 2004

  L 208

56

10.6.2004




▼B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-31 ta’ Ottubru 2003

tniżżel il-kondizzjonijiet meħtieġa tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikat veterinarju għall-importazzjoni ta’ l-imsaren ta’ l-annimali mill-pajjiżi terzi

(notifikata bid-dokument numru K(2003) 3988)

(Test b’relevanza għall-ŻEE)

(2003/779/KE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 li tniżżel il-kondizzjonijiet meħtieġa tas-saħħa ta’ l-annimali u tas-saħħa pubblika li jirregolaw importazzjoni u kummerċ fil-Komunità tal-Prodotti mhux suġġetti għall-kondizzjonijiet meħtieġa stabbiliti fir-regoli speċifiċi tal-Komunità msemmija fl-Anness A(1) fid- Direttiva 89/662/KEE u fir-rigward il-patoġeni, id-Direttiva 90/425/KEE ( 1 ) l-aħħar emendata, mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/721/KE ( 2 ), u partikolarment l-Artikolu 10(2)(a) u (c) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/187/KE tat-18 ta’ Marzu 1994 tniżżel il-kondizzjonijet meħtieġa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikat veterinarju għall-importazzjoni ta’ l-imsaren ta’ l-annimali minn pajjiżi terzi ( 3 ) ġiet emendata ħafna drabi fis-sustanza ( 4 ). Fl-interess taċ-ċarezza u r-razzjonalità, id-Deċiżjoni msemmija għandha tiġi kodifikata.

(2)

L-Anness I(2) tad-Directive 92/118/KEE jippermetti l-importazzjoni ta’ l-imsaren ta’ l-annimali casings minn kull pajjiż terz li għaddew minn trattament preskritt.

(3)

Il-kondizzjonijiet meħtieġa tas-saħħa ta’ l-annimal u ċ-ċertifikat veterinarju għandhom jiġu stabbiliti biex jagħtu garanzija li t-trattament preskritt ikun sar.

(4)

Il-miżuri li ntlaħqu f’din id-Deċiżjoni jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Food Chain u s-Saħħa ta’ l-Annimali.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:



▼M1

L-Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni tal-karkassi ta' l-annimali li jkun ġejjin minn kwalunkwe pajjiż terz akkumpanjati b'ċertifikat tas-saħħa kif stabbilit fl-Anness I A, li għandu jkun jikkonsisti minn folja waħda u għandu jkun mimli f'mill-anqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li jwettaq il-kontroll ta' l-importazzjoni.

▼M1

L-Artikolu 1a

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-konsenji tal-karkassi ta' l-annimali intiżi għall-konsum uman introdotti fit-territorju tal-Komunità u li huma destinati għal pajjiż terz jew bħala transitu immedjetament jew inkella wara ħażna skond l-Artikoli 12(4) jew 13 tad-Direttiva 97/78/KE, ma jkunux intiżi għall-importazzjoni ġewwa l-KE u għandhom ikunu konformi ma' dawn il-ħtiġiet li ġejjin:

(a) għandhom jilħqu l-kondizzjonijiet speċifiċi tas-saħħa kif elenkati fiċ-ċertifikat tas-saħħa ta' l-annimali kif imħejji fl-Anness I A;

(b) għandhom ikunu akkumpanjati b'ċertifikat tas-saħħa ta' l-annimali stabbilit bi qbil mal-mudell elenkat fl-Anness I B, iffirmat mill-veterinarju uffiċjali tas-servizzi veterinarji kompetenti tal-pajjiż terz ikkonċernat;

(ċ) ikunu ċertifikati bħala aċċettabbli għat-transitu u l-ħażna (kif applikabbli) fuq id-Dokument Veterinarju Komuni tad-Dħul mill-Veterinarju Uffiċjali tal-Post tal-Ispezzjoni fuq il-Fruntiera ta' l-introduzzjoni.

L-Artikolu 1b

1.  Bħala deroga mill-Artikolu 1a, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw it-transitu bit-triq jew bil-ferrovija matul il-Komunità, bejn il-postijiet tal-ispezzjoni fuq il-fruntiera tal-Komunità kif innominati, li huma elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni 2001/881/KE, tal-konsenji li jkunu ġejjin minn, u iddestinati lejn, ir-Russja, direttament jew via xi pajjiż terz ieħor, basta li l-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu mwettqa:

(a) il-konsenja għandha tkun issiġillata, b'siġill b'numru serjali, fil-post tad-dħul tal-ispezzjoni ta' fuq il-fruntiera tal-KE, mis-servizzi veterinarji ta' l-awtorità kompetenti;

(b) id-dokumenti li jakkumpanjaw il-konsenja u referuti fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 97/78/KE għandhom ikunu ittimbrati “BISS GĦAL TRANSITU LEJN IR-RUSSJA VIA IL-KE” fuq kull paġna, mill-veterinarju uffiċjali ta' l-awtorità kompetenti responsabbli għall-post ta' l-ispezzjoni ta' fuq il-fruntiera;

(ċ) iridu jkunu konformi mal-ħtiġiet proċedurali li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 97/78/KEE;

(d) il-konsenja għandha tkun ċertifikata bħala aċċettabbli għat-transitu fuq id-Dokument Veterinarju Komuni tad-Dħul mill-Veterinarju Uffiċjali tal-Post tal-Ispezzjoni fuq il-Fruntiera ta' l-introduzzjoni.

2.  il-ħatt u l-ħażna, kif definiti fl-Artikolu 12(4) jew fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 97/78/KE, fit-territorju KE, ta' tali konsenji m'għandhux ikun imħolli.

3.  awditjar regolari għandu jseħħ mill-awtorità kompetenti sabiex jassigura li n-numru ta' konsenji u l-kwantitajiet ta' prodotti li jħallu t-territorju tal-KE ikun jaqbel man-numru u l-kwantitajiet li jkunu daħlu.

▼B

L-Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 94/187/KE hija revokata.

Ir-referenzi għad-Deċiżjoni revokata se jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni u jridu jinqraw b’mod li jaqblu mat-tabella korrelazzjoni fl-Anness III.

L-Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

▼M1




L-ANNESS IA

image

image




L-ANNESS IB

image

image

▼B




L-ANNESS II



Id-Deċiżjoni mħassra u l-emendi suċċessivi

Id-Deċiżjoni 94/187/KE

(ĠU L 89, tas-6.4.1994, p. 18)

Id-Deċiżjoni 94/461/KE, l-Artikolu 2 biss

(ĠU L 189, tat-23.7.1994, p. 88)

Id-Deċiżjoni 94/775/KE, l-Artikolu 2 biss

(ĠU L 310, tat-3.12.1994, p. 77)

Id-Deċiżjoni 95/88/EC, l-Artikolu 1 biss

(ĠU L 69, tad-29.3.1995, p. 45)

Id-Deċiżjoni 95/230/EC, l-Artikolu 1 biss

(ĠU L 154, tal-5.7.1995, p. 19)

DEĊIŻJONI Nru 96/106/EC, l-Artikolu 1 biss

(ĠU L 24, tal-31.1.1996, p. 34)




L-ANNESS III



IT-TABELLA KORRELATA

Id-Deċiżjoni 94/187/KE

Din id-Deċiżjoni

L-Artikolu 1

L-Artikolu 1

L-Artikolu 2

L-Artikolu 2

L-Artikolu 3

L-Artikolu 3

l-Anness

L-Anness I

L-ANNESS II

l-Anness III



( 1 ) ĠU L 62, 15.03.93, p. 49.

( 2 ) ĠU L 260, 11.10.03, p. 21.

( 3 ) ĠU L 89, 06.04.94, p. 18.

( 4 ) Ara l-Anness II għal din id-Deċiżjoni.

Top