EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02001E0931-20160927

Consolidated text: Pożizzjoni komuni tal-kunsill tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiki fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (2001/931/PESK)

ELI: http://data.europa.eu/eli/compos/2001/931/2016-09-27

2001E0931 — MT — 27.09.2016 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL

tas-27 ta’ Diċembru 2001

dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiki fil-ġlieda kontra t-terroriżmu

(2001/931/PESK)

(ĠU L 344 28.12.2001, p. 93)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/1711 tas-27 ta' Settembru 2016

  L 259I

3

27.9.2016




▼B

POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL

tas-27 ta’ Diċembru 2001

dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiki fil-ġlieda kontra t-terroriżmu

(2001/931/PESK)



Artikolu 1

1.  Din il-Pożizzjoni Komuni taħdem flimkien mad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli li ġejjin lill-persuni, gruppi u entitajiet involuti f’atti terroristiċi u mniżżla fl-Anness.

2.  Għall-fini ta’ din il-Pożizzjoni Komuni, “persuni, gruppi u entitajiet involuti f’atti terroristiċi” għandha tfisser:

 il-persuni li jikkommettu, jew jippruvaw jikkommettu atti terroristiċi jew jipparteċipaw jew, jiffaċilitaw it-twettiq ta’ atti terroristiċi,

 gruppi u entitajiet ikkontrollati direttament jew indirettament minn dawn il-persuni, gruppi jew entitajiet li jaġixxu f’isem jew immexxija minn dawn il-persuni, gruppi u entitajiet, inklużi fondi li ġejjin jew iġġenerati minn proprjeta jew ikkontrollati direttament jew indirettament minn dawn il-persuni u persuni, gruppi u entitajiet assoċjati.

3.  Għall-fini ta’ din il-Pożizzjoni Komuni, att terroristiku għandu jfisser wieħed minn dawn l-azzjonijiet intenzjonati li ġejjin, li, jista’ joħloq dannu lil pajjiż jew organizzazzjoni internazzjonali, definit bħala offiża kontra ċ-ċittadini, fejn imwettaq bi skop li’:

(i) jintimida serjament lill-popolazzjoni, jew

(ii) jostakola organizzazzjoni governattiva jew internazzjonali li twettaq jew tastjeni mit-twettiq ta’ att, jew

(iii) tgħarraq serjament jew tkisser il-politika, il-liġi kostituzzjonali, l-istrutturi ekonomiċi u soċjali ta’ pajjiż jew organizzazzjonijiet internazzjonali:

(a) attakk fuq il-ħajja ta’ persuna li jista’ jikkaġuna mewt;

(b) attakki fuq l-integrita fiżika ta’ persuna;

(ċ) is-sekwestru jew it-teħid ta’ ostaġġi;

(d) toħloq distruzzjoni estensiva lil faċilita governattiva jew pubblika, sistema ta’ trasport, facilità infrastrutturali, li tinkludi sistema informattiva, post pubbliku jew proprjeta privata, x’aktarx li jqiegħed ħajja umana jew tirriżulta f’telf ekonomiku akbar;

(e) is-sekwestru ta’ ajruplan, vapur jew mezz ieħor ta’ trasport pubbliku jew ta’ merkanzija;

(f) il-fabbrikar, il-pussess, l-akkwist, it-trasport, il-provvista jew l-użu ta’ armi, splussivi jew ta’ armi nukleari, bioloġiċi jew kimiċi, kif ukoll ir-riċerka dwar armi bioloġiċi jew kimiċi u l-iżvilupp tagħhom.

(g) ir-rilaxx ta’ sustanzi perikolużi, jew li jikkawżaw nirien, splużjonijiet jew għargħar liema effett jipperikola l-ħajja umana;

(h) jinterferixxi jew ifixkel il-provvista (jew fornitura) ta’ ilma, enerġija jew riżors naturali u fundamentali, liema effett jipperikola l-ħajja umana;

(i) theddid li jitwettaq xi wieħed mill-atti listjati taħt (a) għal (h);

(j) imexxi grupp terroristiku;

(k) parteċipazzjoni f’attivitajiet ta’ grupp terroristiku, li jinkludi wkoll l-forniment ta’ informazzjoni u riżorsi materjali, jew billi jiffinanzja b’kull mod l-attivitajiet tal-grupp terroristiku, li din il-parteċipazzjoni tikkontribwixxi għall-attivitajiet kriminali tal-grupp.

Għall-fini ta’ dan il-paragrafu, grupp terroristiku għandu jfisser grupp organizzat ta’ aktar minn żewġ persuni, stabbilit matul perjodu ta’ żmien u li jaġixxi bi skop li jwettaq atti terroristiċi. “Grupp Strutturat” ifisser grupp li ma jkunx iffurmat għall-twettiq immedjat ta’ att terroristiku u li m’għandux bżonn li jkollu rwoli definiti għall-membri tieg]u, kontinwita fis-sħubija miegħu jew struttura żviluppata.

4.  Il-lista f’dan l-Anness għandha tinbena fuq il-bażi ta’ informazzjoni preċiża jew materjali fir-relevanza li turi deċiżjoni ittieħdet minn awtorità kompetenti b’rispett ta’ nies, gruppi u entitajiet konċernati, irrispettivament minn jekk din tikkonċernax jew le x’ta bidu għall-investigazzjonijiet jew il-prosekuzzjoni għall-att terroristiku, attentat, tipparteċipa jew tiffaċilita dan it-tip ta’ att ibbażat fuq xhieda serja u kredibbli jew indikazzjonijiet jew kundanna għal dawn l-atti. Il-persuni, gruppi jew entitajiet identifikati mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti li huma relatati mat-terroriżmu u kontra min tkun ordnat is-sanzjonijiet jistgħu jkunu inklużi fil-lista.

Għall-fini ta’ dan il-paragrafu, “awtorita kompetenti” għandha tfisser awtorita ġudizzjarja, jew, fejn awtoritajiet ġudizzjarji li m’għandhomx kompetenza fil-qasam konċernat f’dan il-paragrafu, awtorità kompeteneti ekwivalenti f’dak il-qasam.

5.  Il-Kunsill għandu jaħdem biex jassigura li l-ismijiet ta’ persuni normali u legali, gruppi jew entitatjiet illistjati fl-Anness, għandhom biżżejjed dettalji personali annessi biex jippermettu identifikazzjoni effettiva ta’ nies umani speċifiċi, persuni legali, entitajiet u biex b’hekk jevitaw li jiġu identifikati bi żball dawk li għandhom l-istess isem jew isem simili.

6.  Għandha ssir reviżjoni ta’ l-ismijiet tal-persuni jew entitajiet fil-lista ta’ l-Anness, għall-inqas darba kull sitt xhur biex jiġi assigurat li hemm raġunijiet biex jinżammu fuq il-lista.

Artikolu 2

Il-Komunità Ewropea, li taġixxu fil-limiti tal-poteri mogħtija lilha mit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għandha tordna l-iffriżar tal-fondi u assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi ta’ persuni, gruppi u u entitatjiet elenkati fl-Anness.

Artikolu 3

Il-Komunità Ewropea, li taġixxa fil-limiti tal-poteri mogħtija lilha mit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewrope għandha tassigura li fondi u assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi u finanzjarji u servizzi relatati ma jkunux disponibbli direttament jew indirettament għall-benefiċċju ta’ persuni, gruppi u entitajiet elenkati fl-Anness.

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom, permezz tal-koperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali fil-qasam tat-Titolu sitta tat-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea, jagħtu lil xulxin l-aktar assistenza possibbli fil-ġlieda kontra l-atti terroristiċi u li ma jħalluhomx iseħħu. Għal dan l-iskop, huma għandhom b’rispett lejn il-ħtiġijiet u x-xogħol immexxi mill-awtoritajiet tagħhom b’rispett tal-persuni, gruppi u entitajiet illistjati fl-Anness, jużaw fuq talba, il-poteri eżistenti tagħhom bi qbil ma’ l-atti ta’ l-Unjoni Ewropea u ftehim internazzjonali oħrajn u konvenzjonijiet li huma vinkolanti magħhom.

Artikolu 5

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha jkollha effett mid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

▼M1

Il-miżuri msemmija fl-Artikoli 2, 3 u 4, safejn dawn japplikaw għall-“Fuerzas armadas revolucionarias de Colombia” — “FARC” (“Il-Forzi Armati Rivoluzzjonarji tal-Kolombja”), dawn għandhom jiġu sospiżi.

▼B

Artikolu 6

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tinżamm taħt reviżjoni kostanti.

Artikolu 7

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tkun ippubblikata mill-Ġurnal Uffiċjali.




ANNESS

L-ewwel lista list tal-persuni, gruppi u entitajiet msejħa fl-Artikolu 1 ( 1 )

1.   PERSUNI

*— ABAUNZA MARTINEZ, Javier (E.T.A. Activist) mwieled ta’ l—1.1.1965 fi Guernica (Biscay), numru tal—karta ta’identità 78 865 882 ,

*— ALBERDI URANGA, Itziar (attivist ta’ l—E.T.A.) mwieled tas—7.10.1963 f’Durango (Biscay), numru tal—karta ta’ identità 78 865 693 ,

*— ALBISU IRIARTE, Miguel (Attivist ta’ l—E.T.A.; Membru ta’ Gestoras Pro—amnista) mwieled tas—7.6.1961 f’ San Sebastjan (Guipzcoa), numru tal—karta ta’ identità 15 954 596 ,

*— ALCALDE LINARES, Angel (attivist ta’ l—E.T.A.; Membru ta’ Herri Batasuna/E.H/Batasuna) mwieled tat—2.5.1943 f’ Portugalete (Vizcaya), numru tal—karta ta’ identità 14 390 353 ,

*— AL—MUGHASSIL, Ahmad Ibrahim (a.k.a. ABU OMRAN; a.k.a.AL—MUGHASSIL, Ahmed Ibrahim) mwieled tas—26.6.1967 f’Qatif—Bab al Shamal, Għarabja Sawdita; ċittadin ta’ l—Għarabja Sawdita,

*— AL—NASSER, Abdelkarim Hussein Mohamed, mwieled f’Al Ihsa, Għarabja Sawdita; ċittadin ta’ l—Għarabja Sawdita,

*— AL YACOUB, Ibrahim Salih Mohammed, mwieled tas—16.10.1996 f’Tarut, Għarabja Sawdita; ċittadin ta’ l—Għarabja Sawdita,

*— ARZALLUS TAPIA, Eusebio (Attivist ta’ l—E.T.A.) Mwieled tat—8.11.1957 f’Regil (Guipúzcoa), numru tal—karta ta’ identità 15 927 207 ,

*— ATWA, Ali (a.k.a. BOUSLIM, Ammar Mansour; a.k.a. SALIM, Hassan Rostom), Libanu, mwieled 1960 fil—Libanu; ċittadin Lebaniż,

*— ELCORO AYASTUY, Paulo (Attivist ta’ l—E.T.A.; Membru ta’ Jarrai/Haika/Segi) mwieled tat—22.10.1973 f’Vergara (Guipzcoa), Numru tal—karta ta’ l—identità 15 394 062 ,

*— EL—HOORIE, Ali Saed Bin Ali (a.k.a. AL—HOURI, Ali Saed Bin Ali; a.k.a EL—HOURI, Ali Saed Bin Ali) mwieled ta’ l—10.7.1965 alt. mwieled ta’ l—1.7.1965 f’ El Dibabiya, Għarabja Sawdita; ċittadin ta’ l—Għarabja Sawdita,

*— FIGAL ARRANZ, Antonio Agustn (Attivist ta’ l—E.T.A.; Membru ta’ Kas/Ekin) mwieled tat—2.12.1972 f’Baracaldo (Biscay), numru tal—karta ta’ l—identità 20 172 692 ,

*— GOGEASCOECHEA ARRONATEGUI, Eneko (Attivist ta’ l—E.T.A.), mwieled tad—29.4.1967 f’Guernica (Biscay), numru tal—karta ta’ l—identità 44 556 097 ,

*— GOIRICELAYA GONZALEZ, Cristina (Attivist ta’ l—E.T.A.; Membru ta’Herri Batasuna/E.H/Batasuna), mwieled tat—23.12.1967 f’Vergara (Guipzcoa), Numru tal—karta ta’ l—identità 16 282 556 ,

*— IPARRAGUIRRE GUENECHEA, Ma Soledad (Attivist ta’ l—E.T.A.) Mwieled tal—25.4.1961 f’ Escoriaza (Navarre), Numru tal—karta ta’ l—identita’ 16 255 819 ,

*— IZZ—AL—DIN, Hasan (a.k.a GARBAYA, AHMED; a.k.a. SA—ID; a.k.a. SALWWAN, Samir), Libanu, mwieled 1963 fil—Libanu, ċittadin Libaniż,

*— MOHAMMED, Khalid Shaikh (a.k.a. ALI, Salem; a.k.a. BIN KHALID, Fahd Bin Adballah; a.k.a. HENIN, Ashraf Refaat Nabith; a.k.a. WADOOD, Khalid Adbul) mwieled ta’ l—14.4.1965 alt. ta’ l—1.3.1964 fil—Kuwajt; ċittadin tal—Kuwajt,

*— MORCILLO TORRES, Gracia (Attivist ta’ l—E.T.A.; Membru ta’Kas/Ekin) mwieled tal—15.3.1967 f’San Sebastjan (Guipzcoa), numru tal—karta ta’ l—identità 72 439 052 ,

*— MÚGICA GOÑI, Ainhoa (Attivist ta’ l—E.T.A.) mwieled tas—27.6.1970 f’San Sebastjan (Guipúzcoa), numru tal—karta ta’ identita’ 34 101 243 ,

*— MUGHNIYAH, Imad Fa’iz (a.k.a. MUGHNIYAH, Imad Fayiz), Uffiċjal Anzjan ta’ HIZBALLAH, mwieled tas—7.12.1962 f’Tayr Dibba, Libanu, numru tal—passaport 432298 (Lebanon),

*— MUÑOA ORDOZGOITI, Aloña (Attivist ta’ l—E.T.A.; Membru ta’ Kas/Ekin) mwieled tas—6.7.1976 f’Segura (Guipúzcoa), numru tal—karta ta’ identità 35 771 259 ,

*— NARVÁEZ GOÑI, Juan Jesús (Attivist ta’ l—E.T.A.) mwieled tat—23.2.1961 f'-Pamplona (Navarra), numru tal—karta ta’ identità 15 841 101 ,

*— OLARRA GURIDI, Juan Antonio (Attivist ta’ l—E.TA.) mwieled tal—11.9.1967 f’San Sebastjan (Guipúzcoa), numru tal—karta ta’ identità 34 084 504 ,

*— ORBE SEVILLANO, Zigor (Attivist ta’ l—E.T.A.; Membru tal—Jarrai/Haika/Segi) mwieled tat—22.9.1975 f’Basauri (Biscay), numru tal—karta ta’ identità 45 622 851 ,

*— OTEGUI UNANUE mwieled tat—8.10.1972 f’Itsasondo (Guipúzcoa), numru tal—karta ta’ identità 44 132 976 ,

*— PEREZ ARAMBURU, Jon Iñaki (Attivist ta’ l—E.T.A.; Membru ta’ Jarrai/Haika/Segi) mwieled tat—18.9.1964 f’San Sebastjan (Guipúzcoa), numru tal—karta ta’ identità 15 976 521 ,

*— SAEZ DE EGUILAZ MURGUIONDO, Carlos (Attivist ta’ l—E.T.A. Membru ta’ Kas/Ekin) mwieled tad—9.12.1963 f’San Sebastjan (Guipúzcoa), Numru tal—karta ta’ identita’ 15 962 687 ,

*— URANGA ARTOLA, Kemen (Attivist ta’ l—E.T.A.; Membri ta’ Herri Batasuna/E.H/Batasuna) mwieled tal—25.5.1969 f’Ondarroa (Biscay), numru tal—karta ta’ identita’ 30 627 290 ,

*— VILA MICHELENA, Fermín (Attivist ta’ l—E.T.A.; Membru ta’ Kas/Ekin) mwieled tat—12.3.1970 f’ Irún (Guipúzcoa), numru tal—karta ta’ identita’ 15 254 214 ;

2.   GRUPPI U ENTITAJIET

*— Il—Continuity Irish Republican Army (CIRA)

*— Euskadi Ta Askatasuna/Tierra Vasca y Libertad/Basque Fatherland and Liberty (E.T.A.)

(L—organizzazzjonijiet li ġejjin jagħmlu parti mill—grupp terroristiku E.T.A.: K.a.s., Xaki; Ekin, Jarrai—Haika—Segi, Gestoras pro—amnista.)

*— Grupos de Resistencia Antifascista Primero de Octubre/Reżistenza Antifaxxista l—Ewwel ta’ Ottubru (G.R.A.P.O.)

*— Hamas—Izz al—Din al—Qassem (id terroristika tal—Hamas)

*— Loyalist Volunteer Force (LVF)

*— Orange Volunteers (OV)

*— Il—Giħad Islamika Palestinjana (PIJ)

*— Real IRA

*— Red Hand Defenders (RHD)

*—  Revolutionary Nuclei/Epanastatiki Pirines

*— Revolutionary Organisation 17 November/Dekati Evdomi Noemvri

*— Revolutionary Popular Struggle/Epanastatikos Laikos Agonas (ELA)

*— Ulster Defence Association/Ulster Freedom Fighters (UDA/UFF)



( 1 ) Il-Persuni mmarkati għandhom jkunu s-suġġett ta’ l-Artikolu 4 biss.

Top