EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01994L0011-20130701

Consolidated text: Id-Direttiva 94/11/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat- 23 ta’ Marzu 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-tikkettjar tal-materjali li jintużaw fil-komponenti ewlenin tax-xeddijiet tas-saqajn għall-bejgħ lill-konsumatur

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1994/11/2013-07-01

1994L0011 — MT — 01.07.2013 — 003.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA 94/11/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL

tat-23 ta’ Marzu 1994

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-tikkettjar tal-materjali li jintużaw fil-komponenti ewlenin tax-xeddijiet tas-saqajn għall-bejgħ lill-konsumatur

(ĠU L 100, 19.4.1994, p.37)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2006/96/KE ta' l-20 ta’ Novembru 2006

  L 363

81

20.12.2006

►M2

DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2013/15/UE tat-13 ta' Mejju 2013

  L 158

172

10.6.2013


Emendat bi:

►A1

  L 236

33

23.9.2003




▼B

ID-DIRETTIVA 94/11/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL

tat-23 ta’ Marzu 1994

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-tikkettjar tal-materjali li jintużaw fil-komponenti ewlenin tax-xeddijiet tas-saqajn għall-bejgħ lill-konsumatur



IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropeja, u b’mod partikolari l-Artikolu 100a tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni ( 1 ),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 2 ),

Fiwlaqt li jaġixxu skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 189b tat-Trattat,

Billi f’ċerti Stati Membri jeżistu Regolamenti dwar it-tikkettjar tax-xeddijiet tas-saqajn li huma mmirati biex jipproteġu u jgħarrfu lill-pubbliku kif ukoll biex jiżguraw l-interessi legittimi ta’ l-industrija;

Billi n-nuqqas ta’ qbil bejn dawn ir-Regolamenti jheddu illi joħolqu ostakoli għall-kummerċ ġewwa l-Komunità, u b’hekk jippreġudika l-ħidma tas-suq intern;

Billi, sabiex jiġu evitati l-problemi minħabba s-sistemi differenti, l-intestaturi ta’ sistema komuni tat-tikkettjar tax-xeddijiet tas-saqajn għandhom jiġu ddefiniti b’mod preċiż;

Billi r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ Novembru 1989 dwar il-prijoritajiet gejjiena biex terġa’ titnieda l-politika dwar il-protezzjoni tal-konsumatur ( 3 ) titlob li jkun hemm sforzi sabiex jitjieb it-tagħrif għall-konsumatur dwar il-prodotti;

Billi hu fl-interess kemm tal-konsumaturi u kemm ta’ l-industrija tax-xeddijiet tas-saqajn illi tiġi introdotta sistema li tnaqqas ir-riskju ta’ frodi billi tkun indikata n-natura preċiża tal-materjali wżati fil-komponenti prinċipali tax-xeddijiet tar-riġlejn;

Billi, fir-riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-5 ta’ April 1993 fuq l-azzjoni gejjiena dwar it-tikkettjar tal-prodotti fl-interess tal-konsumatur ( 4 ), it-tikkettjar hu meqjus bħala mezz importanti sabiex ikun hemm tagħrif aħjar u trasparenza akbar għall-konsumatur u biex ikun żgurat illi s-suq intern jaħdem b’mod armonjuż;

Billi t-tqarrib lejn xulxin tal-leġislazzjonijiet nazzjonali huwa l-mod approprjat sabiex jitneħħew dawn l-ostakoli għall-kummerċ ħieles; billi dan l-għan ma jistax jintlaħaq b’mod sodisfaċenti mill-Istati Membri individwalment; billi din id-Direttiva tistabbilixxi biss dawk il-ħtiġiet illi huma indispensabbli għall-moviment ħieles tal-prodotti li għalihom tapplika,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:



Artikolu 1

1.  Din id-Direttiva għandha tapplika għat-tikkettjar tal-materjali wżati fil-komponenti prinċipali tax-xeddijiet tas-saqajn għal-bejgħ lill-konsumatur.

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, “xeddijiet tas-saqajn” ifissru l-oġġetti kollha li jkollhom qiegħ applikat iddisinjat sabiex jipproteġi jew jgħatti s-sieq, inklużi l-partijiet mqiegħda fis-suq separatament li hemm referenza għalihom fl-Anness I.

Lista mhux magħluqa tal-prodotti koperti bid-Direttiva tidher fl-Anness II.

Dawn li ġejjin għandhom jiġu esklużi mid-Direttiva:

 ix-xeddijiet tas-saqajn użati, milbusa,

 ix-xeddijiet tas-saqajn protettivi koperti bid-Direttiva 89/686/KEE ( 5 ),

 ix-xeddijiet tas-saqajn koperti bid-Direttiva 76/769/KEE ( 6 ),

 ix-xeddijiet tas-saqajn ġugarelli.

2.  It-tagħrif dwar il-kompożizzjoni tax-xeddijiet tas-saqajn għandu jingħata permezz tat-tikkettjar kif speċifikat fl-Artikolu 4.

(i) It-tikkettjar għandu jagħti tagħrif dwar it-tliet partijiet tax-xeddijiet tas-saqajn kif imfisser fl-Anness I, jiġifieri:

(a) il-parti ta’ fuq;

(b) l-inforra u s-suletta; u

(ċ) il-pett.

(ii) Il-kompożizzjoni tax-xeddijiet tas-saqajn għandha tkun indikata kif speċifikat fl-Artikolu 4 imsejsa fuq il-piktogrammi jew l-indikazzjonijiet bil-miktub għall-materjali speċifiċi, kif hemm stabbilit fl-Anness I.

(iii) Fil-każ tal-wiċċ tax-xedd, il-klassifika tal-materjali għandha tiġi deċiża fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 4(1) u fl-Anness I, mingħajr ma jiġu kkunsidrati l-aċċessorji jew it-tisħiħ bħal ma huma l-irqajja għall-għekiesi, borduri, ornamenti, bokkli, udieni, ħoloq li jsaħħu t-toqob fil-materjali jew oġġetti simili li jitwaħħlu max-xedd.

(iv) Fil-każ tal-pett, il-klassifika għandha tkun imsejsa fuq il-volum tal-materjali li jinsabu fih, skond l-Artikolu 4.

Artikolu 2

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw illi x-xeddijiet tas-saqajn kollha imqiegħda fis-suq jilħqu l-ħtiġiet tat-tikkettjar ta’ din id-Direttiva mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet rilevanti l-oħra tal-Komunità.

2.  Meta xeddijiet tas-saqajn li ma jkunux konformi mad-dispożizzjonijiet dwar il-ħtiġiet tat-tikkettjar jiġu mqiegħda fis-suq, l-Istat Membru kompetenti għandu jieħu l-azzjoni approprjata speċifikata fil-leġislazzjoni nazzjonali tiegħu.

Artikolu 3

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet rilevanti oħra Komunitarji, l-Istati Membri ma għandhomx jipprojbixxu jew jimpedixxu t-tqegħid fis-suq tax-xeddijiet tas-saqajn li jħarsu l-ħtiġiet tat-tikkettjar ta’ din id-Direttiva, bl-użu tad-dispożizzjonijiet nazzjonali mhux armonizzati li jirregolaw it-tikkettjar ta’ ċerti tipi ta’ xeddijiet tas-saqajn jew tax-xeddijiet tas-saqajn in ġenerali.

Artikolu 4

1.  It-tikkettjar għandu jagħti tagħrif dwar il-materjal, stabbilit skond l-Anness I, li jikkostitwixxi mill-inqas 80 % tal-wiċċ tal-parti ta’ fuq, u ta’ l-inforra u s-suletta, tax-xedd, u mill-inqas 80 % tal-volum tal-pett. Jekk l-ebda materjal ma jammonta għal mill-inqas 80 %, it-tagħrif għandu jingħata fuq iż-żewġ materjali prinċipali wżati fil-kompożizzjoni tax-xedd.

2.  It-tagħrif għandu jingħata fuq ix-xedd. Il-fabbrikant jew l-aġent awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità jista’ jagħżel rappreżentazzjoni bil-piktogrammi jew indikazzjonijiet bil-miktub f’mill-inqas l-ilsien jew l-ilsna li jistgħu jintagħżlu mill-Istat Membru konsumatur b’konformità mat-Trattat, kif imfisser u muri fl-Anness I. L-Istati Membri, fid-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom għandhom jiżguraw illi l-konsumaturi huma infurmati sew bit-tifsir ta’ din ir-rappreżentazzjoni bil-piktogrammi, filwaqt li jiżguraw illi dawk id-dispożizzjonijiet ma joħolqux ostakoli għall-kummerċ.

3.  Għall-għan ta’ din id-Direttiva, it-tikkettjar għandu jkun jikkonsisti fit-twaħħil tat-tagħrif meħtieġ fuq mill-inqas wieħed mill-par tax-xeddijiet. Dan jista’ jsir permezz ta’ stampar, twaħħil, ibbozzar jew billi titwaħħal tikketta.

4.  It-tikkettja għandha tkun tidher, imwaħħla sew u aċċessibbli u l-qisien tal-piktogrammi għandhom ikunu kbar biżżejjed sabiex jagħmluha faċli illi wieħed jifhem it-tagħrif li jkun hemm fihom. Ma għandux ikun possibbli illi t-tikketta tqarraq bil-konsumatur.

5.  Il-fabbrikant jew l-aġent awtorizzat tiegħu stabbiliti fil-Komunità għandhom ir-responsabbiltà li jfornu t-tikketta u għar-reqqa tat-tagħrif illi din ikun fiha. Jekk la l-fabbrikant u lanqas l-aġent awtorizzat tiegħu ma jkunu stabbiliti fil-Komunità, dan l-obbligu għandu jmiss lill-persuna responsabbli mill-ewwel tqegħid fis-suq Komunitarju tax-xeddijiet tas-saqajn. Il-bejjiegħ bl-imnut għandu jibqa’ responsabbli sabiex jiżgura illi x-xeddijiet mibjugħa minnu jkollhom it-tikkettjar approprjat preskritt minn din id-Direttiva.

Artikolu 5

Tagħrif testwali addizzjonali, imwaħħal, jekk ikun meħtieġ, fuq it-tikkettjar jista’ jiżdied mat-tagħrif meħtieġ f’din id-Direttiva. Madankollu, l-Istati Membri ma jistgħux jipprojbixxu jew jimpedixxu t-tqegħid fis-suq tax-xeddijiet tas-saqajn li jikkonformaw mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva, skond l-Artikolu 3.

Artikolu 6

1.  L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mit-23 ta’ Settembru 1995. Għandhom jgħarrfu bihom lill-Kummissjoni minnufih.

2.  L-Istati Membri għandhom japplikaw il-miżuri riferiti fil-paragrafu 1 mit-23 ta’ Marzu 1995. Il-ħażniet li tkun inħarġitilhom il-fattura jew li jkunu ġew ikkunsinnati lill-bejjiegħ bl-imnut qabel din id-data ma għandhomx ikunu bla ħsara għall-miżuri msemmija sat-23 ta’ Settembru 1997.

3.  Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif għandha ssir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

4.  Il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kunsill, tliet snin wara li din id-Direttiva tkun daħlet fis-seħħ, rapport ta’ stima li jikkunsidra kull diffikultà illi setgħet ġiet iltaqgħu magħha l-operaturi meta kienu qegħdin iħaddmu d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u għandhom jippreżentaw, jekk ikun hemm il-ħtieġa, proposti approprjati għar-reviżjoni.

Artikolu 7

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS I

1.   Id-definizzjoni u l-piktogrammi korrispondenti jew l-indikazzjonijiet bil-miktub dwar il-partijiet tax-xeddijiet tas-saqajn li għandhom ikunu identifikati



 

Ir-rappreżentazzjoni bil-piktogrammi

L-indikazzjonijiet bil-miktub

(a)  Il-parti ta’ fuq;

Din hi l-faċċata ta’ barra ta’ l-element strutturali li jkun imwaħħal mal-pett.

image

F: Tige;

D: Obermaterial;

IT: Tomaia;

NL: Bovendeel;

EN: Upper;

DK: Overdel;

GR: ΕΠΑΝΩ ΜΕΡΟΣ;

ES: Empeine;

P: Parte superior;

►A1  

CZ: Vrch;

EST: Pealne;

LV: Virsa;

LT: Viršus;

HU: Felsőrész;

M: Wiċċ;

PL: Wierzch;

SI: Zgornji del;

SK: Vrch;

 ◄ ►M1  

BG: лицева част;

RO: față.

 ◄ ►M2  

HR: Gornjište

 ◄

(b)  L-inforra u s-suletta

Dawn huma l-inforra tal-parti ta’ fuq u tas-suletta, li jiffurmaw il-parti ta’ ġewwa tax-xedd tas-saqajn.

image

F: Doublure et semelle de propreté;

D: Futter und Decksohle;

IT: Fodera e Sottopiede;

NL: Voering en inlegzool;

EN: Lining and sock;

DK: Foring og bindsål;

GR: ΦΟΑΡΕΣ

ES: Forro y plantilla;

P: Forro e Palmilha;

►A1  

CZ: Podšívka a stélka;

EST: Vooder ja sisetald;

LV: Odere un ieliekamā saistzole;

LT: Pamušalas ir įklotė;

HU: Bélés és fedőtalpbélés;

M: Inforra u suletta;

PL: Podszewka z wyściółką;

SI: Podloga in vložek (steljka);

SK: Podšívka a stielka;

 ◄ ►M1  

BG: подплата и стелка;

RO: căptușeală și acoperiș de branț.

 ◄ ►M2  

HR: Podstava i uložna tabanica

 ◄

(c)  Il-pett

Din hi l-parti tal-qiegħ tax-xedd tas-saqajn, li hi suġġetta li tittiekel u li hija mwaħħla mal-parti ta’ fuq.

image

F: Semelle extérieure;

D: Laufsohle;

IT: Suola esterna;

NL: Buitenzool;

EN: Outer sole;

DK: Ydersål;

GR: ΣΟΛΑ;

ES: Suela;

P: Sola;

►A1  

CZ: Podešev;

EST: Välistald;

LV: Ārējā zole;

LT: Padas;

HU: Járótalp;

M: Pett ta' barra;

PL: Spód;

SI: Podplat;

SK: Podošva;

 ◄ ►M1  

BG: външно ходило;

RO: talpă exterioară.

 ◄ ►M2  

HR: Potplat (donjište)

 ◄

2.   Id-definizzjoni u r-rappreżentazzjoni bil-piktogrammi korrispondenti tal-materjali



 

Ir-rappreżentazzjoni bil-piktogrammi

L-indikazzjonijiet bil-miktub

(a)  (i) Il-Ġilda

Espressjoni ġenerali li tirreferi għall-ġilda li jkollha l-fibra strutturali oriġinali tagħha ftit jew wisq mhux mimsusa, ikkonzata biex ma tnawwarx. Ix-xagħar jew is-suf jista’ jkun jew jista’ ma jkunx imneħħi. Il-ġilda tista’ tkun ukoll magħmula minn ġild li jkun ġie maqsum f’safef jew issegmentat qabel jew wara li jkun ġie kkonzat. Madankollu, jekk il-ġild ikkonzat jiġi ddiżintegrat b’mod mekkaniku u/jew kimiku fi frak fibruż, biċċiet żgħar jew trab u mbagħad, bi jew mingħajr iż-żieda ta’ aġent li jgħaqqad, jiġi magħmul f’folji jew f’għamliet oħra, dawn il-folji jew forom ma jkunux ġilda. Jekk il-ġilda jkollha kisja fil-wiċċ, tkun kif tkun applikata,jew raffinatura mwaħħla bil-kolla, dawn is-safef tal-wiċċ ma jistgħux ikunu ħoxnin aktar minn 0,15 mm. Għalhekk, il-ġlud kollha huma koperti mingħajr preġudizzju għall-obbligazzjonijiet l-oħra legali, eż. il-Konvenzjoni ta’ Washington.Jekk jintuża t-terminu “ġilda bil-grana sħiħa” fit-tagħrif addizzjonali bil-miktub li mhux obbligatorju riferit fl-Artikolu 5, dan jgħodd għall-ġilda li jkollha l-wiċċ oriġinali tagħha mikxuf bit-tneħħija tar-rita ta’ barra tal-ġilda u bl-ebda parti mill-wiċċ imneħħi permezz tal-ibbaffjar, snuffing jew qsim.

image

F: Cuir;

D: Leder;

IT: Cuoio;

NL: Leder;

EN: Leather;

DK: Læder;

GR: ΔΕΡΜΑ;

ES: Cuero;

P: Couros e peles curtidas;

►A1  

CZ: Useň;

EST: Nahk;

LV: Āda;

LT: Oda;

HU: Bőr;

M: Ġilda;

PL: Skóra;

SI: Usnje;

SK: Useň;

 ◄ ►M1  

BG: кожа;

RO: piei cu față naturală.

 ◄ ►M2  

HR: Koža

 ◄

(a)  (ii) Ġilda Miksija

ġilda fejn il-kisja tal-wiċċ tal-ġilda ma taqbiżx terz tal-ħxuna totali tal-prodott iżda jaqbez iż-0,15 mm.

image

F: Cuir enduit;

D: Beschichtetes Leder;

IT: Cuoio rivestito;

NL: Gecoat leder;

EN: Coated leather;

DK: Overtrukket læder;

GR: ΕΠΕΝΔΕΔΥΜΕΝΟ ΔΕΡΜΑ;

ES: Cuero untado;

P: Couro revestido;

►A1  

CZ: Povrstvená useň;

EST: Kaetud nahk;

LV: Pārklāta āda;

LT: Padengta oda;

HU: Bevonatos bőr;

M: Ġilda miksija;

PL: Skóra pokryta;

SI: Krito usnje;

SK: Povrstvená useň;

 ◄ ►M1  

BG: кожа с покритие;

RO: piei cu față corectată.

 ◄ ►M2  

HR: Koža korigiranog lica

 ◄

(b)  Tessuti naturali minsuġa u tessuti sintetiċi jew mhux minsuġa

“Tessuti” għandhom ifissru l-prodotti kollha koperti bid-Direttiva 71/307/KEE u l-emendi tagħha.

image

F: Textile;

D: Textil;

IT: Tessili;

NL: Textiel;

EN: Textile;

DK: Tekstil-materialer;

GR: ΥΦΑΣΜΑ;

ES: Textil;

P: Téxteis;

►A1  

CZ: Textilie;

EST: Tekstiil;

LV: Tekstilmateriāls;

LT: Tekstilė;

HU: Textil;

M: Tessut;

PL: Materiał włókienniczy;

SI: Tekstil;

SK: Textil;

 ◄ ►M1  

BG: текстил;

RO: textile.

 ◄ ►M2  

HR: Tekstil

 ◄

(c)  Il-materjali l-oħra kollha

image

F: Autres matériaux;

D: Sonstiges Material;

IT: Altre materie;

NL: Overige materialen;

EN: Other materials;

DK: Andre materialer;

GR: ΑΛΛΑ ΥΛΙΚΑ;

ES: Otros materiales;

P: Outros materiais;

►A1  

CZ: Ostatní materiály;

EST: Teised materjalid;

LV: Citi materiāli;

LT: Kitos medžiagos;

HU: Egyéb anyag;

M: Materjal ieħor;

PL: Inny materiał;

SI: Drugi materiali;

SK: Iný materiál;

 ◄ ►M1  

BG: всички други материали;

RO: alte materiale.

 ◄ ►M2  

HR: Drugi materijali

 ◄




ANNESS II

EŻEMPJI TAX-XEDDIJIET TAS-SAQAJN KOPERTI MINN DIN ID-DIRETTIVA

“Ix-xeddijiet tas-saqajn” jistgħu jvarjaw minn qrieq bil-parti ta’ fuq tagħhom tikkonsisti sempliċement f’lazzijiet jew żagarelli li jistgħu jiġu aġġustati sa buzijiet għolja illi l-parti ta’ fuq tagħhom tkun tkopri r-riġel u l-koxxa. Fost il-prodotti inklużi għalhekk hemm:

(i) ix-xeddijiet tas-saqajn ċatti jew b’takkuna għolja għalbiex jintlibsu ġewwa jew barra mid-dar;

(ii) il-buzijiet sa l-għaksa, il-buzijiet qosra, il-buzijiet sa’ l-irkobba, u l-buzijiet għolja;

(iii) il-qrieq ta’ tipi diversi, l-“espadrilles” (xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-luna u l-pett magħmul minn materjal veġetali maħdum), iż-żraben tat-teNnis, iz-żraben tal-ġiri u sport ieħor, is-sandlijiet tal-għawm u xeddijiet tas-saqajn ta’ kuljum oħra;

(iv) iż-żraben sportivi speċjali li huma ddisinjati għall-attività sportiva u li għandhom, jew għandhom provvediment għat-twaħħil ta’, msiemer bil-ponta mqabbża, tappini, klippijiet, biċċiet tal-metall jew oġġetti simili u ż-żraben ta’ l-iskejz, iż-żraben ta’ l-iskì u ż-żraben ta’ l-iskijjar fit-tul, iż-żraben tal-lotta, iż-żraben tal-boksing u ż-żraben għas-sewqan tar-rota. Inklużi wkoll hemm oġġetti komposti magħmula minn xeddijiet is-saqajn li jkollhom pattini jew skejtz bir-roti mwaħħlin;

(v) l-iskarpini taż-żfin;

(vi) ix-xeddijiet tas-saqajn magħmula minn biċċa waħda, b’mod partikolari billi jiġi mmudellat il-lastiku jew il-plastik, iżda li ma jinkludux oġġetti li jintremew wara l-użu u li jkunu magħmula minn materjal ħafif u rqiq (karta, plastik irqiq ħafna, eċċ., mingħajr pettijiet imwaħħla);

(vii) il-galoxxi illi jintlibsu fuq xedd tas-saqajn ieħor, illi xi drabi ma jkollhomx takkuna;

(viii) ix-xeddijiet tas-saqajn illi jintremew wara l-użu, illi jkollhom pettijiet imwaħħla, ġeneralment ddisinjati sabiex jintużaw darba waħda biss;

(ix) ix-xeddijiet tas-saqajn ortopediċi.

Għal raġunijiet ta’ omoġeneità u ċarezza, u mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet imsemmija fid-deskrizzjoni tal-prodotti koperti b’din id-Direttiva, il-prodotti koperti bil-Kapitolu 64 tan-nomenklatura magħquda (“CN”) jistgħu, bħala regola ġenerali, ikunu meqjusa illi jaqgħu taħt din id-Direttiva.



( 1 ) ĠU Ċ 74, 25.3.1992, p. 10.

( 2 ) ĠU Ċ 287, 4.11.1992, p. 36.

( 3 ) ĠU Ċ 294, 22.11.1989, p. 1.

( 4 ) ĠU Ċ 110, 20.4.1993, p. 3.

( 5 ) ĠU L 399, 30.12.1989, p. 18.

( 6 ) ĠU L 262, 27.9.1976, p. 201.

Top