EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01993R0461-19980105

Consolidated text: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 461/93 tas-26 ta’ Frar 1993 li jistipula regoli dettaljati għall-iskala Komunitàrja għall- klassifikazzjoni ta’ karkassi ta’ annimali ovini

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1993/461/1998-01-05

1993R0461 — MT — 05.01.1998 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 461/93

tas-26 ta’ Frar 1993

li jistipula regoli dettaljati għall-iskala Komunitàrja għall- klassifikazzjoni ta’ karkassi ta’ annimali ovini

(ĠU L 049, 27.2.1993, p.70)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 823/98 ta’ l-20 ta’ April 1998

  L 117

2

21.4.1998




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 461/93

tas-26 ta’ Frar 1993

li jistipula regoli dettaljati għall-iskala Komunitàrja għall- klassifikazzjoni ta’ karkassi ta’ annimali ovini



IL-KUMMISSJONI TAL- KOMUNITÀJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l- Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir- Regolament tal- Kunsill (KEE) Nru 3013/89 tal- 25 ta’ Settembru 1989, dwar l- organizzazzjoni komuni tas- suq tal- laħam tan-nagħaġ u l- laħam tal-mogħoż ( 1 ) kif emendat mir- Regolament (KEE) Nru 363/93 ( 2 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(5) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal- Kunsill (KEE) Nru 2137/92 tat- 23 ta’ Lulju 1992 li jirrigwarda l-iskala Komunitarja għall- klassifikazzjoni ta’ karkassi ta’ annimali ovini u li jistabilixxi l-istandard ta’ kwalità Komunitarju għal karkassi tan-nagħaġ friski jew iffriżati u li jestendi r- Regolament (KEE) Nru 338/91 ( 3 ), u b’mod partikolari l-Artikoli 2, 4 (3), 5, 6 u 7 (2) tiegħu,

Billi ir- Regolament (KEE) Nru 2137/92 kien jipprevedi standard ta’ klassifikazzjoni ta’ karkassi li japplika fil-Komunità’ kollha bil-għan li jtejjeb it-trasparenza tas-suq fis-settur tal- laħam tan-nagħaġ; billi regoli dettaljati huma meħtieġa sabiex jiġu determinati l-prezzijiet tas-suq li huma stabbiliti a bażi ta’ dan l-istandard ta’ klassifikazzjoni; billi għandhu jiġi provdut sabiex jiġu stabbiliti l-prezzijiet tas-suq fl-istadju xieraq tal-proċess tal- kummerċjalizazzjoni; billi dan l-istadju għandu jkun fid-dħul fil-biċċerija; billi, sabiex sabiex il- klassifikazzjoni uniformi tal- karkassi ta’ annima ovini tiġi żgurata fil- Komunità, huwa neċessarju li jkun hemm definizzjonijiet ta’ klassijiet ta’ konformazjoni, klassijiet ta’ xaħam u kulur iktar preċiżi;

Billi sistema ta’ irrapportar ta’ prezzijiet għandha tiġi stabbilita a bażi tal-klassifikazzjoni magħmula fil-biċċeriji immedjatament wara l-qtil; billi dan jirrikjedi identifikazzjoni korretta tal- karkassi;

Billi l-klassifikazzjoni għandha ssir minn staff li huwa kwalifikat biżżejjed; billi għandu jkun hemm kontrolli effettivi sabiex jiġi verifikat kemm wieħed jista’ joqgħod fuq il- klassifikazzjoni u sabiex jiġi żgurat li qiegħda tiġi applikata b’mod omoġenju;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 2137/92 kien jipprevedi li l-ispezzjoni fuq il-post għandha titmexxa minn grupp ta’ spezzjoni Kommunitarju, sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ l-iskala ta’ klassifikazzjoni Kommunitarja fil-Komunità’;

Billi huwa neċessarju li jiġu stipulati regoli dettaljati dwar il-kompsozzjoni tal- grupp u l-implimentazjoni ta’ l-inspezzjonijiet fuq il-post;

Billi l-miżuri msemmija f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tat-Ġestjoni għan-Nagħaġ u l-Mogħoż,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

1.  Il- prezz tas-suq li għandu jiġi stabilit a bażi ta’ l- Iskala Komunitarja għall- klassifikazzjoni ta’ karkassi ta’ annimali ovini msemmija fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2137/92 għandu jkun il-prezz fid-dħul fil-biċċerija, nett tat-taxxa fuq valur miżjud imħallsa lill-fornitur tal-ħaruf ta’ oriġini Komunitarja. Dan il-prezz għandu jiġi espress għal kull 100 kg ta’ piż tal-karkass ippreżentata skond il-preżentazjoni ta’ referenza prevista fl-Artikolu 2 tar-Regolament bil-piż imkejjel u ikklassifikat fuq il-grampun fil- biċċerija.

2.  Il-piż li għandu jiġi ikkonsidrat huwa l-piż tal-karkass meta jkun sħun ikkoreġut sabiex jittieħed ukoll in konsiderazzjoni in-nuqqas fit-toqol meta jiksaħ. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bill fatturi korrettivi li ntużaw.

▼M1

3.  Fil-każ fejn il-preżentazzjoni ta’ karkassi wara li jintiżnu u jkunu klassifikati fuq il-ganċ huwa differenti mill-preżentazzjoni tar-referenza, l-Istati Membri għandhom jaġġustaw l-użin tal-karkassa bl-applikazzjoni ta’ fatturi korrettivi kif għalih hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 2137/92. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-fatturi korrettivi użati. Iżda, għall-finijiet tal-kategoriji li għalihom jirreferi l-Anness III għar-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jikkwotaw il-prezzijiet kull 100 kg għall-preżentazzjoni tradizzjonali ta’ dawn il-karkassi. F’dan il-każ, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bid-differenzi bejn din il-preżentazzjoni u l-preżentazzjoni tar-referenza.

▼B

Artikolu 2

1.  L- Istati Membri li l-produzjoni tal-laħam tan-nagħaġ tagħħom taqbeż il-200 tunnellata fis-sena għandhom jibgħatu lill- Kummissjoni qabel il- 15 ta’ Marzu 1993 lista kunfidenzjali tal-biċċeriji u/jew stabilimenti oħra li jippartiċipaw fl-iffissar tal-prezzijiet skond l-Iskala Komunitarja (minn hawn il-quddiem msejħa ‘stabbilimenti parteċipanti’ flimkien ma’ indikazjoni tal-ammont approssimattiv ta’ materjal li jiġi ipproċessat fis-sena minn dawn l- istabilimenti parteċipanti.

2.  L- Istati Membri msemmija fil- paragrafu 1 għandhom jikkomunikaw lill-Kumissjoni l-iktar tard kull nhar ta’ Ħamis u għall-ewwel darba fit-8 ta’ April 1993 l-iktar tard, il-prezz medju fil-munita nazzjonali ta’ kull kwalità ta’ ħaruf fl-iskali Komunitarji għall-istabilimenti parteċipanti kollha reġistrati matul il-ġimgħa ta’ qabel il-ġimgħa meta tingħata l-informazjoni, flimkien ma’ indikazjoni tad-daqs ta’ kull kwalità. Madanakollu, jekk kwalità tkun inqas minn 1 % tat-total, il-prezzijiet m’għandhomx għalfejn jiġu rapportati. L-Istati Membri għandhom jibgħatu wkoll lill- Kumissjoni l-prezz medju a bażi ta’ piż għall-ħaruf klassifikat kollu f’kull skala użata għall-iskopijiet rapportar ta’ prezzjiet.

Madanakollu, l-Istati Membri huma awtorizzati sabiex jissoddividu l-prezz rapportat għal kull waħda mill-klassijiet ta’ konformazjoni u gradi ta’ xaħam msemmija fl- l-Anness a bażi ta’ piż. Il-kelma ‘kwalità’ tfisser il-kombinazzjoni ta’ klassi ta’ konformazjoni u koperta tax-xaħam.

Artikolu 3

Id-dispożizzjonijiet addizzjonali msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 2137/92 għandhom ikunu kif elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament għall- klassijiet ta’ konformazjoni u koperta ta’ xaħam. Il-kulur tal-laħam, msemmi fl-Anness III tar- Regolament (KEE) Nru 2137/92, għandu jiġi stabilit fuq il-koxxa fir- ‘rectus abdominis’ b’ referenza għal chart ta’ kuluri standardizzata.

Artikolu 4

1.  Il- klassifikazzjoni għandha ssir ta’ mill-iktar tard siegħa wara l-qtil.

2.  L- identifikazjoni msemmija fl- l-Artikolu 4(2) tar- Regolament (KEE) Nru 2137/92 ta’ karkassi jew nofs karkassi klassifikati skond l-iskala Komunitarja għall- klassifikazzjoni tal- karkassi ta’ annimali ovini fi stabilimenti parteċipanti għandha ssir permezz ta’ marka li tindika l-kategorija u l-klassi ta’ konformazjoni u koperta ta’ xaħam.

Dan l-imarkar għandu jsir permezz ta’ stampar, u għandha tintuża inka indelibbli u mhux tossika skond metodu approvat mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

Il- kategoriji għandhom ikunu msemmijin hekk:

 L: karkassi ta’ nagħaġ taħt l-età ta’ tnax il-xagħar (ħaruf):

 S: karkassi ta’ nagħaġ oħrajn.

3.  L- Istati Membri jistgħu jawtorizzaw is-sostituzzjoni tal-immarkar bl-użu ta’ tikketti tikketti li ma jistgħux jinbidlu u li jeħlu sew.

Artikolu 5

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klassifikazjoni ssir minn tekniċi li huma suffiċjentement kwalifikati. L-Itati Membri għandhom jistabilixxu dawn il-persuni permezz ta’ proċedura ta’ ftehim jew billi jinnominaw organu responsabbli għal dan il-għan.

2.  Il-klassifikazzjoni mill-istabilimenti parteċipanti koperti mill-Artikolu 2 għandha tiġi kontrollata fuq il-post mingħajr twissija minn organu nominat mill-Istat Membru u indipendenti mill-istabbiliment parteċipanti. Għandhom isiru kontrolli mill-inqas darba kull tlett xhur fl-istabbilimenti kollha parteċipanti u li jħaddmu klassifikazjoni u għandhom jiffokaw fuq ta’ mill-inqas 50 karkass magħżulin arbitrarament.

Madanakollu, jekk l-organu responsabbli għall-kontrolli huwa l-istess wieħed responsabbli għall-klassifikazzjoni jew jekk ma jaqax taħt l-awtorità ta’ organu pubbliku, il-kontrolli msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom isiru taħt is-sorveljanza fiżika ta’ organu pubbliku taħt l-istess kundizjonijiet u ta’ mill-inqas darba f’sena. L-organu publiku għandu jiġi informat regolarment bis-sejbiet ta’ l-organu responsabbli għall- kontrolli.

Artikolu 6

Il-Grupp ta’ Inspezzjoni Komunitarja previst fl-Artikolu 5 tar- Regolament (KEE) Nru 2137/92 (minn issa ‘l quddiem msejjaħ ‘il-Grupp’) għandu jkun responsabbli biex iwettaq kontrolli fuq il-post, li jinkludu:

(a) l-applikazzjoni ta’ l-arranġamenti li jirrigwardaw l-iskala ta’ klassifikazjoni Komunitàrja għall-karkassi ovini;

(b) li jiġu stabiliti prezzijiet tas-suq skond l-iskala ta’ klassifikazjoni.

Artikolu 7

Il- Grupp għandu jiġi presedut minn wieħed mill-esperti tal-Kumissjoni. L-Istati Membri għandhom jaħtru esperti a bażi ta’ l-indipendenza tagħhom u l-ħila tagħhom fil-qasam ta’ klassifikazzjoni tal-karkassi u l-iffissar ta’ prezzijiet tas-suq.

L- esperti ma jistaw taħt ebda ċirkustanza jużaw għal skopijiet personali jew ixerrdu informazjoni miksuba in konnessjoni max-xogħol tal- Grupp.

Artikolu 8

▼M1

1.  Spezzjonijiet fil-post għandhom isiru minn delegazzjoni tal-grupp ta’ mhux aktar minn seba’ membri. Għal dan il-għan huwa għandu jkun magħmul fi qbil mar-regoli li ġejjin:

 mill-inqas żewġ esperti tal-Kummissjoni, wieħed minnhom għandu jkun il-president tad-delegazzjoni,

 espert ta’ l-Istat Membru konċernat,

 l-aktar erba’ esperti minn Stati Membri oħra.

▼B

2.  Il-komposizjoni tad-delegazjoni għall-ewwel spezzjoni għandha tiġi deċisa mill- Kumissjoni.

Artikolu 9

▼M1

1.  Spezzjonijiet fil-post għandhom isiru ta’ spiss iżda l-frekwenza tagħhom tista’ tvarja speċjalment skond il-volum relattiv tal-produzzjoni tal-laħam tan-nagħaġ fl-Istati Membri li tkun saritilhom żjara jew għal problemi marbuta ma’ l-applikazzjoni tat-tabella. Fejn meħtieġ huma jistgħu jkunu segwiti bi żjarat supplementari. Fi żjajjar bħal dawn id-daqs tad-delegazzjoni jista’ jitnaqqas.

▼B

Il- programm ta’ żjarat ta’ spezzjoni għandu jitħejja mill-Kumissjoni wara li tikkonsulta lill-Istati Membri. Rappreżentanti ta’ l- Istat Membru fejn issir iż-żjara jistgħu jattendu għall-ispezzjonijiet.

2.  Kull Stat Membru għandu jorganizza ż-żjariet li għandhom isiru fit-territorju tiegħu skond il-ħtiġijiet definiti mill- Kumissjoni. Għal dak il-għan, l-Istat Membru għandu jibgħat, 30 ġurnata qabel iż-żjara, programm dettaljat taż-żjarat ta’ spezzjoni proposti lill-Kummissjoni, li tista’ jirrekjedi emendi fil-programm.

3.  Il- Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri kemm jista’ jkun qabel kull żjara bil-programm u l-medda tiegħu.

4.  Meta jitlestew dawn iż-żjarat, il- membri tad- delegazjoni u r-rappresentanti ta’ l-Istati Membri fejn ikunu saru ż-żjarat għandhom jiltaqgħu sabiex jikkonsidraw ir-riżultati. Il- membri tad-delegazjoni għandhom mbagħad jiġbdu l-konklużjonijiet miż-żjara li jikkonċernaw il-punti msemmija fl-Artikolu 6.

▼M1

5.  Il-president tad-delegazzjoni għandu jfassal rapport li jkun fih dettalji taż-żjara u tal-konklużjonijiet li għalihom jirreferi l-paragrafu 4. Ir-rapport għandu jintbagħat mingħajr dewmien lill-Istat Membru li jkunu żaru, u wara lill-Istati Membri l-oħra.

▼B

Artikolu 10

L-ispejjeż ta’ vjaġġar u ta’ l-għixien tal- membri tal- Grupp għandhom jitħallsu mill-Kummissjoni skond ir- regoli applikabbli għar-radd lura ta’ spejjeż ta’ vjaġġar u ta’ l-għixien ta’ persuni li m’għandhomx konnessjonijiet mal-Kumissjoni li jissejħu minnha sabiex jaġixxu ta’ esperti.

Artikolu 11

Dan ir- Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-sebà jum wara li jiġi pubblikat fil- Ġurnal Uffiċjali tal- Komunitàjiet Ewropej.

Dan ir- Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS

1.   Struttura

Żvilupp tal-profili tal-karkassi, u, b'mod partikolari l-partijiet essenzali (kwarti ta' wara, dahar, spallejn).



Klassi ta' struttura

Disposizzjonijiet addizzjonali

S

Superjuri

Kwarti ta' wara: b'muskolatura doppja. Profili konvessi ħafna

Dahra: konvess ħafna, wiesa' ħafna, oħxon ħafna

Spalla: konvessa ħafna u ħoxna ħafna

E

Eċċellenti

Kwarti ta' wara: ħoxnin ħafna. Profili konvessi ħafna

Dahar: konvess ħafna, wiesa' ħafna u oħxon ħafna sa l-ispalla

Spalla: konvessa ħafna u ħoxna ħafna

U

Tajjeb ħafna

Kwarti ta' wara: ħoxnin Profili konvessi ħafna

Dahar: wiesa' u oħxon sa l-ispalla

Spalla: ħoxna u konvessa

R

Tajjeb

Kwarti ta' wara: Profili prinċipalment dritti

Dahar: oħxon iżda anqas wiesa' lejn l-ispalla

Spalla: żvilupp tajjeb iżda anqas ħoxna

O

Passabbli

Kwarti ta' wara: Profili jkunu xi ftit konkavi

Dahar: mhux wiesa' jew oħxon

Spalla: Pjuttost dejqa. Mhux ħoxna

P

Batut

Kwarti ta' wara: Profili minn konkavi sa konkavi ħafna

Dahar: dejjaq u konkav bl-għadan jidher

Spalla: dejqa, ċatta u bl-għadam jidher

2.   Grad ta' kisi ta' grass

Ammont ta' grass fuq il-partijiet esterni u interni tal-karkassa.



Klassi ta' kisi ta' grass

Disposizzjonijiet addizzjonali (1)

1.

Baxx

Estern

Traċċi li jidhru ta' grass jew ma jidher ebda grass

Intern

Addominali

Traċċi li jidhru ta' grass jew ma jidher ebda grass fuq il-kliewi

Toraċiċi

Traċċi li jidhru ta' grass jew ma jidher ebda grass bejn il-kustilji

2.

Ftit

Estern

Saff ħafif ta' xaħam ikopri partijiet tal-karkassa iżda jista' jkun jidher anqas fuq ir-riġlejn

Intern

Addominali

Traċċi ta' xaħam jew saff ħafif ta' xaħam jiksi parti mill-kliewi

Toraċiċi

Il-muskoli jidhru ċari bejn il-kustilji

3.

Medju

Estern

Saff ħafif ta' xaħam ikopri l-parti l-kbira tal-karkassa jew kollha kemm hi. Żoni ta' xaħam kemm kemm ħoxnin fuq il-bażi tad-denb

Intern

Addominali

Saff ħafif ta' xaħam ikopri parti mill-kliewi jew kollha kemm huma

Toraċiċi

Il-muskoli jkunu għadhom jidhru bejn il-kustilji

4.

Għoli

Estern

Saff oħxon ta' xaħam ikopri l-parti l-kbira tal-karkassa iżda jista' jkun anqas lejn ir-riġlejn u eħxen lejn l-ispallejn

Intern

Addominali

Il-kliewi jkunu miksija bix-xaħam

Toraċiċi

Il-muskoli bejn il-kustilji jistgħu jkunu nfiltrati bix-xaħam, Ikunu jidhru depsoiti ta' xaħam fuq il-kustilji

5.

Għoli ħafna

Estern

Kopertura ħoxna ħafna ta' xaħam

Intern

Addominali

Il-kliewi jkunu miksija b'saff oħxon ta' xaħam

Toraċiċi

Il-muskoli bejn il-kustilji jkunu nfiltrati bix-xaħam, Ikunu jidhru depsoiti ta' xaħam fuq il-kustilji

(1)   Id-disposizzjonijiet addizzjonali għall-kavità addominali ma jgħoiddux għall-finijiet ta' L-anness III li jinsab mar-Regolament (KEE) Nru 2137/92.



( 1 ) ĠU L 289, tas-7.10.1989, p. 1.

( 2 ) ĠU L 42, tad-19.2.1993, p. 1.

( 3 ) ĠU L 214, tat-30.7.1992, p. 1.

Top