EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01992L0066-20080903

Consolidated text: Id-Direttiva tal-Kunsill 92/66/KEE ta’ l- 14 ta’ Lulju 1992 li tintroduċi miżuri tal-Komunità għal kontroll tal-marda Newcastle

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1992/66/2008-09-03

1992L0066 — MT — 03.09.2008 — 005.002


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 92/66/KEE

ta’ l-14 ta’ Lulju 1992

li tintroduċi miżuri tal-Komunità għal kontroll tal-marda Newcastle

(ĠU L 260, 5.9.1992, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 806/2003 ta' l-14 ta' April 2003

  L 122

1

16.5.2003

 M2

DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2006/104/KE ta’ l-20 ta’ Novembru 2006

  L 363

352

20.12.2006

►M3

DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2008/73/KE Test b’relevanza għaż-ŻEE tal-15 ta’ Lulju 2008

  L 219

40

14.8.2008


Emendat bi:

 A1

  C 241

21

29.8.1994

 A2

  L 236

33

23.9.2003


Ikkoreġut b'

 C1

Rettifika, ĠU L 064M, 10.3.2009, p. 299  (06/104)




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 92/66/KEE

ta’ l-14 ta’ Lulju 1992

li tintroduċi miżuri tal-Komunità għal kontroll tal-marda Newcastle



IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 2 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 3 ),

Billi t-tjur imiżżla fl-Anness II tat-Trattat u billi l-kummerċ ta’ tjur jikkostitwixxi sorsi importanti ta’ introjtu għal popolazzjoni agrikola;

Billi, huwa meħtieġ li jkunu stabbiliti miżuri ta’ kontroll fil-livell tal-Komunità li għandhom jittieħdu fil-każ li tfaqqa’ l-marda Newcastle sabiex jassiguraw żvilupp fis-settur tat-tjur u jikkontribwixxi għal protezzjoni ta’ saħħa ta’ l-annimali fil-Komunità;

Billi l-miżuri minimi ta’ kontroll fil-Komunità għandhom aktar minn hekk ikunu pprovduti kontra l-marda Newcastle biex ikunu applikabbli lejn ċerti speċi oħra;

Billi meta tfeġġ il-marda Newcastle tista’ malajr tieħu proporzjonijiet epiżootiċi, li jikkawżaw mortalità u disturbi fuq skala li tkun tista’ tnaqqas bil-kbir l-profitabbiltà tat-trobbija u t-tjur ġenerali;

Billi azzjoni għandha tittieħed malli l-preżenza tal-marda tkun issuspettata hekk li miżuri immedjati w effettivi ta’ kontroll jistgħu jkunu implimentati meta l-preżenza tagħha tkun ikkonfermata; billi miżuri bħal dawn għandhom ikunu mmodulati mill-awtoritajiet kompetenti biex jingħata każ ta’ jekk pajjiż ikunx iwettaq jew le programm ta’ tilqim profilattiku fit-territorju kollu tiegħu jew f’parti minnu;

Billi huwa meħtieġ li jkun impedit xi tixrid tal-marda hekk kif tfaqqa’, b’monitoraġġ għaqli tal-movimenti ta’ annimali u l-użu ta’ prodotti li aktarx li jkunu kkontaminati, u, fejn xieraq, b’tilqim;

Billi dianjożi tal-mard għandha titwettaq taħt l-awspiċi ta’ laboratorji nazzjonali responsabbli, li l-koordinament tiegħu għandu jkun assigurat minn laboratorju ta’ referenza fil-Komunità;

Billi huwa meħtieġ li jsir provvediment għall-Istati Membri li jgħatu l-vaċċina biex iħejju pjanijiet ta’ tilqim u li jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’dawn il-pjanijiet;

Billi l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju ( 4 ) ikun japplika fil-każ li tfaqqa’ l-marda Newcastle;

Billi huwa xieraq li jingħata lill-Kummissjoni d-dover biex jittieħdu l-miżuri applikatorji meħtieġa,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:



Artikolu 1

Mingħajr preġudizju għad-disposizzjonijiet tal-Komunità li jirregolaw kummerċ intra-Komunitarju, din id-Direttiva tfisser il-miżuri ta’ kontroll tal-Komunità li għandhom ikunu applikati fil-każ li tfaqqa’ l-marda Newcastle fi:

(a) tjur;

(b) ħamiem tat-tlielaq u għasafar oħra miżmuma fil-kattività.

Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika meta l-marda Newcastle tinstab f’għasafar slavaġġ li jgħixu fil-libertà; b’danakollu, f’dak il-każ, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni b’kull miżura li hu jieħu.

Artikolu 2

Għall-iskop ta’ din id-Direttiva, id-definizjonijiet mogħtija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE tal-15 ta’ Ottubru 1990 dwar kondizzjonijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw kummerċ intra-Komunitarju fil-, u importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ tjur u bajd tat-tfaqqis ( 5 ) għandhom ikunu applikabbli kif xieraq.

Dawn id-definizzjonijiet għandhom ukoll ikunu applikabbli:

(a) “tjur infettati” tfisser kull tajr:

 li fihom il-preżenza tal-marda Newcastle tkun ġiet uffiċjalment ikkonfermata wara eżami minn laboratorju approvat, jew

 fil-każ li tfeġġ għat-tieni darba jew sussegwentement li fihom is-sintomi kliniċi jew il-leżjonijiet post-mortem konsistenti mal-marda Newcastle ikunu preżenti;

(b) “tjur issuspettati li jkunu infettati” tfisser xi tjur li juru sinjali kliniċi jew leżjonijiet post-mortem li jkunu tali li l-preżenza tal-marda Newcastle tista’ raġonevolment tkun issuspettata;

(ċ) “tjur issuspettati li jkunu kkontaminati” tfisser xi tjur li setgħu kienu direttament jew indirettament esposti għal virus tal-marda Newcastle;

(d) “swill” tfisser l-iskart minn kċejjen, resturanti jew, fejn xieraq, minn industriji li jużaw il-laħam;

(e) “awtorità kompetenti” tfisser l-awtorità kompetenti fil-qofol ta’ dak li jfisser l-Artikolu 2 ta’ Direttiva 90/425/KEE ( 6 );

(f) “veterinarju uffiċjali” tfisser il-veterinarju nnominat mill-awtorità kompetenti;

(g) “ħamiem tat-tlielaq” tfisser kull ħamiema ttrasportata jew intenzjonata għat-trasport mill-barumbara tagħha biex tkun mitluqa hekk li tkun tista’ bil-libertà ttir lura lejn il-barumbara tagħha jew lejn xi destinazzjoni oħra;

(h) “barumbara” tfisser xi installazzjoni użata biex jinżammu u jitrabbew ħamiem tat-tlielaq.

Artikolu 3

Stati Membri għandhom jassiguraw li jkun hemm notifika obbligatorja w immedjata tal-preżenza ssuspettata tal-marda Newcastle lejn l-awtorità kompetenti.

Artikolu 4

1.  Meta tjur f’qasam ikunu ssuspettati li huma infettati jew ikkontaminati bil-marda Newcastle, Stati Membri għandhom jassiguraw li l-veterinarju uffiċjali immedjatament jattiva arranġamenti għal investigazzjoni uffiċjali biex jikkonferma jew jiddikjara li ma jkunx hemm il-preżenza tal-marda u, partikolarment, għandu jieħu jew ikun ħa l-kampjuni meħtieġa għal eżami f’laboratorju.

2.  Malli l-infezzjoni ssuspettata tkun innotifikata, l-awtorità kompetenti għandha tqiegħed il-qasam taħt sorveljanza uffiċjali u partikolarment għandha tenħtieġ li:

(a) jinżamm reġistru tal-kategoriji kollha ta’ tjur f’dak il-qasam li juri fir-rigward ta’ kull kategorija n-numru ta’ tjur li jkunu mietu, li juru sinjali kliniċi, u li ma jkunu juru l-ebda sinjali. Ir-reġistru għandu jinżamm aġġornat biex jinkludi għasafar imwielda jew li jmutu matul il-perjodu li fih ikun hemm is-suspett. Id-dettalji fir-reġistru għandhom jinżammu aġġornati u jkunu prodotti meta jkun hemm talba għal dan, u jistgħu jkunu vverifikati f’kull żjara;

(b) it-tjur kollha fir-razzett ikunu miżmuma fil-gaġeġ tagħhom jew magħluqa f’xi post ieħor fejn jistgħu jkunu iżolati u mingħajr kuntatt ma’ tjur oħra;

(ċ) l-ebda tjur ma jidħlu jew iħallu r-razzett;

(d) il-moviment kollu

 ta’ persuni, annimali oħra u vetturi lejn u mir-razzett,

 ta’ laħam jew karkassi ta’ tjur, jew ta’ għalf ta’ l-annimali, għodda, skart, ħmieġ, demel jew kull ħaġa oħra li tista’ tittrasmetti l-marda Newcastle għandhom ikunu suġġetti għal awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti;

(e) l-ebda bajd m’għandu jħalli r-razzett bl-eċċezzjoni ta’ bajd mibgħut direttament lejn stabbiliment approvat għal manifattura u/jew proċessar ta’ prodotti tal-bajd skond l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 89/437/KEE ( 7 ), u ttrasportati permezz ta’ awtorizzazzjoni li tkun ġiet mogħtija mill-awtorità kompetenti. Awtorizzazzjoni bħal din għandha tilħaq il-ħtiġiet ipprovduti fl-Anness I;

(f) mezzi xierqa ta’ diżinfettazzjoni għandhom ikunu installati fid-dħul u l-ħruġ ta’ bini fejn jinżammu t-tjur u tar-razzett innifsu;

(g) inkjesta epiżotjoloġika tkun imwettqa bi qbil ma’ l-Artikolu 7.

3.  Sa dak iż-żmien meta l-miżuri uffiċjali pprovduti fil-paragrafu 2 ikunu infurzati, is-sid jew dak li jieħu ħsieb ta’ xi tjur li fihom ikun hemm suspett tal-marda għandu jieħu azzjoni raġjonevoli biex jassigura konformità mal-paragrafu 2, ħlief għal (g) tiegħu.

4.  L-awtorità kompetenti tista’ tapplika kull miżura li hemm provvediment dwarhom fil-paragrafu 2 fuq irziezet oħra jekk fejn jinsabu, il-konfigurazzjoni tagħhom jew kuntatti mar-razzett fejn il-marda tkun issuspettata, joħolqu raġuni biex tkun issuspettata l-possibbilità ta’ kontaminazzjoni.

5.  Il-miżuri li hemm referenza dwarhom fil-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx ikunu mneħħija sa kemm is-suspett tal-marda Newcastle jkun ġie eliminat mill-veterinarju uffiċjali.

Artikolu 5

1.  La darba l-preżenza tal-marda Newcastle fit-tjur tkun uffiċjalment ikkonfermata f’xi razzett, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-awtorità kompetenti tkun tenħtieġ, b’żieda mal-miżuri mniżżla fl-Artikolu 4(2), li l-miżuri segwenti jkunu meħuda:

(a) it-tjur kollha f’dak ir-razzett għandhom mingħajr dewmien ikunu kollha maqtula f’dak il-lokal. It-tjur li jkunu mietu jew li kienu ġew maqtula u l-bajd kollu jkun meqrud. Dawn l-operazzjonijiet għandhom jitwettqu b’tali mod li jkun minimizzat ir-riskju tat-tixrid tal-marda;

(b) xi sustanzi jew skart, bħal ma huwa għalf ta’ l-annimali, ħmieġ jew demel li x’aktarx li jkun ikkontaminat għandu jkun meqrud jew ittrattat kif xieraq. Dan it-trattament, imwettaq bi qbil ma’ l-istruzzjonijiet tal-veterinarju uffiċjali, għandu jassigura l-qerda tal-virus tal-marda Newcastle li jkun preżenti;

(ċ) meta tjur mir-razzett ikunu ġew maqtula matul il-preżunt perjodu ta’ inkubazzjoni tal-marda, l-laħam minn dawk it-tjur għandu kull meta jkun possibbli jkun imfittex u meqrud;

(d) bajd tat-tfaqqis li jkun inbid matul il-perjodu preżunt ta’ l-inkubazzjoni li jkun ġie mċaqlaq mir-razzett għandu jkun imfittex u meqrud; imma t-tjur li jkunu diġa tfaqqsu minn dak il-bajd għandhom jitqiegħdu f’post taħt sorvejlanza uffiċjali; bajd tal-medja li jkun inbied matul il-perjodju preżunt ta’ inkubazzjoni li jkun iċċaqlaq mir-razzett għandu kull meta jkun possibbli li jkun imfittex u meqrud, sa kemm dawn ma jkunux diġà ġew iddiżinfettati kif meħtieġ;

(e) wara li jitwettqu l-operazzjonijiet imniżżla taħt (a) u (b), il-bini użat biex jinżammu t-tjur, l-inħawi ta’ ma dwarhom, il-vetturi użati għat-trasport u t-tagħmir kollu li aktar ikun ikkontaminat għandu jkun imnaddaf u iddiżinfettat bi qbil mad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 11;

(f) l-ebda tjur m’għandhom ikunu introdotti mill-ġdid fir-razzett sa mill-anqas 21 jum wara t-tkomplija ta’ operazzjonijiet li hemm provvediment dwarhom permezz ta’ (e);

(g) inkjesta epiżotjoloġika għandha tkun imwettqa bi qbil ma’ l-Artikolu 7.

2.  L-awtorità kompetenti tista’ testendi kull miżura pprovduta fil-paragrafu 1 fuq irziezet oħra tal-qrib jekk fejn jinsabu, il-konfigurazzjoni tagħhom jew kuntatti mar-razzett fejn il-marda tkun ġiet ikkonfermata, joħolqu raġuni bies tkun issuspettata l-possibbilità ta’ kontaminazzjoni.

3.  Meta strain tal-virus tal-marda Newcastle bi ICPI (intracerebral pathogenicity index) akbar minn 0,7 u iżgħar minn 1,2 ikun iżolat f’merħla ta’ tjur li ma tippreżenta l-ebda sinjali kliniċi tal-marda Newcastle u li jkun ġie muri minn laboratorju ta’ referenza tal-Komunità li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 15 li l-virus iżolat f’dak il-każ ikun ġej minn vaċċina ħajja attenwata tal-marda Newcastle, l-awtorità kompetenti tista’ tagħti deroga mill-ħtiġiet skond (a) sa (f), ta’ paragrafu 1 basta li r-razzett ikkonċernat ikun imqiegħed taħt sorveljanza uffiċjali għal 30 jum u għandha tkun tenħtieġ partikolarment li:

 id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4(2)(a), (b), (d) (e) u (f) ikunu applikati,

 l-ebda tjur ma jkunu jistgħu jħallu r-razzett ħlief biex jittieħdu direttament lejn biċċerija msemmija mill-awtorità kompetenti.

L-awtorità kompetenti responsabbli għal din il-biċċerija għandha tkun informata bl-intenzjoni li jintbagħtu tjur hemmhekk għal qatla u malli t-tjur jaslu fil-biċċerija dawn għandhom jinżammu u jkunu maqtula separatament minn tjur oħra.

4.  Laħam frisk mit-tjur li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu (3) ta’ dan l-Artikolu għandhom ikollhom il-marka tas-saħħa li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 5(1) ta’ Direttiva 91/494/KEE.

5.  Id-disposizzjonijiet ipprovduti fil-paragrafu 3 għandhom ikunu soġġetti għal reviżjoni billi jingħata każ ta’ żviluppi fir-riċerka xjentifika bil-għan li jkunu adottati reġoli armonizzati għall-użu ta’ vaċċini tal-marda Newcastle fil-Komunità.

Artikolu 6

Fil-każ ta’ irziezet li jikkonsistu minn tnejn jew aktar merħliet isseparati, l-awtorità kompetenti tista’, bi qbil mal-kriterji pprovduti mill-Kummissjoni permezz tal-proċedura pprovduta fl-Artikolu 25, tagħti deroga mill-ħtiġiet ta’ l-Artikolu 5 (1), għal merħliet b’saħħithom ta’ razzett li jkun infettat, basta li l-veterinarju uffiċjali jkun ikkonferma li l-operazzjonijiet imwettqa hemmhekk ikunu tali li dawk il-merħliet ikunu kompletament isseparati f’dak li jirrigwarda l-abitazzjoni, iż-żamma u l-għalf, hekk li l-virus ma jkunx jista’ jinxtered minn merħla għal oħra.

Artikolu 7

1.  L-inkjesta epiżotoloġika għandha titratta dwar:

 it-tul taż-żmien li matulu l-marda Newcastle setgħet kienet teżisti fir-razzett jew fil-barumbara;

 l-oriġini possibbli tal-marda Newcastle fir-razzett jew fil-barumbara u l-identifikazzjoni ta’ rziezet oħra jew barumbari oħra li fihom ikun hemm tjur, ħamiem jew għasafar oħra miżmuma fil-kattività li jistgħu jkunu ġew infettati jew ikkontaminati mill-istess sorsi;

 il-moviment ta’ persuni, tjur, ħamiem jew għasafar oħra miżmuma fil-kattività jew annimali oħra, vetturi, bajd, laħam u karkassi u xi għodda jew sustanzi li pjuttost ikunu ġarrew il-virus tal-marda Newcastle lejn jew mir-razzett jew barumbara f’dak il-każ.

2.  Sabiex tkun ipprovduta kooperazzjoni sħiħa tal-miżuri kollha meħtieġa biex jassiguraw l-eradikazzjoni tal-marda Newcastle malajr kemm jista’ jkun possibbli u għall-iskop li titwettaq inkjesta epiżotoloġika, għandha tkun stabbilita unità ta’ kriżi.

Ir-regoli ġenerali li jikkonċernaw unitajiet nazzjonali ta’ kriżi u unitajiet ta’ kriżi tal-Komunità għandhom ikunu pprovduti mill-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni.

Artikolu 8

1.  Meta l-veterinarju uffiċjali jkollu raġuni biex jissuspetta li t-tjur fuq xi razzett jista’ jkun ġie kkontaminat bħala riżultat tal-moviment ta’ persuni, annimali jew vetturi jew b’xi mod ieħor, dawk l-irziezet għandhom jitqiegħdu taħt kontroll uffiċjali bi qbil mal-paragrafu 2.

2.  L-iskop tal-kontroll uffiċjali għandu jkun biex wieħed jintebaħ minnufih b’xi suspett tal-marda Newcastle, jgħodd it-tjur u jagħmel monitoraġġ tal-movimenti u, fejn xieraq, biex jieħu l-azzjoni li hemm provvediment dwarha fil-paragrafu 3.

3.  Meta razzett ikun suġġett għal kontroll uffiċjali permezz tal-paragrafi 1 u 2, l-awtorità kompetenti għandha tipprojbixxi t-tneħħija ta’ tjur mir-razzett apparti mit-trasport dirett lejn biċċerija taħt superviżjoni uffiċjali għall-iskop ta’ qtil immedjat. Qabel ma jagħti din l-awtorizzazzjoni, il-veterinarju uffiċjali għandu jwettaq eżami kliniku fuq it-tjur kollha biex jeskludi l-preżenza tal-marda Newcastle fuq ir-razzett. Ir-restrizzjonijiet ta’ moviment li hemm referenza dwarhom f’dan l-Artikolu għandhom ikunu imposti għal perjodu ta’ 21 jum mill-aħħar data tal-potenzjal ta’ kontaminazzjoni; b’danakollu, restrizzjonijiet bħal dawn għandhom ikunu applikabbli għal minn anqas sebat ijiem.

4.  Meta tikkunsidra li l-kondizzjonijiet jippermettu, l-awtorità kompetenti tista’ tillimita l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan l-Artikolu lejn parti tar-razzett u lejn it-tjur li jkunu jinstabu hemmhekk, basta li t-tjur ta’ hemm kienu miżmuma, inżammu u kienu mitmuma kompletament separatament minn impjegati sseparati.

5.  Meta l-veterinarju uffiċjali jkollu raġuni biex jissuspetta li ħamiem tat-tellieqa jew xi ħamiem fil-lokal ikun ġie kkontaminat mil-virus tal-marda Newcastle, dan għandu jieħu l-passi xierqa biex jassigura li l-barumbara tkun suġġetta għal restrizzjonijiet, inklużi restrizzjoni fuq il-moviment ta’ ħamiem tat-tiġrija ’il barra mill-barumabara għal 21 jum.

Artikolu 9

1.  La darba d-diagnożi tal-marda Newcastle tkun ġiet uffiċjalment ikkonfermata fit-tjur, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-awtorità kompetenti tistabbilixxi madwar ir-razzett infettat, żona ta’ protezzjoni ibbażata fuq raġġ minimu ta’ tliet kilometri, hi nnifisha miżmuma f’żona ta’ sorveljanza bbażata fuq raġġ minimu ta’ 10 kilometri. L-istabbiliment taż-żona għandu jieħu kont tal-fatturi ġeografiċi, amministrattivi, ekoloġiċi u epiżotjoloġiċi li jirrigwardaw il-marda Newcastle, u tal-faċilitajiet ta’ monitoraġġ.

2.  Il-miżuri applikati fiż-żona ta’ protezzjoni għandhom jinkludu:

(a) l-identifikazzjoni ta’ l-irziezet kollha li jkollhom tjur f’dik iż-żona;

(b) żjajjar perjodiċi lejn l-irziezet kollha li jkollhom tjur, eżami kliniku ta’ dawk it-tjur, inklużi, jekk meħtieġ, tal-ġbir ta’ kampjuni għal eżami laboratorju; għandu jinżamm reġistru ta’ żjajjar u s-sejbiet;

(ċ) iż-żamma tat-tjur kollha fil-kwartieri ta’ l-abitazzjoni tagħhom jew f’xi post ieħor fejn dawn jistgħu jiġu iżolati;

(d) l-użu ta’ mezzi xierqa ta’ diżinfettazzjoni fid-dħul u l-ħruġ tar-razzett;

(e) il-kontroll ta’ movimenti jew persuni li jqandlu t-tjur, karkassi tat-tjur u bajd u vetturi li jġorru t-tjur, karkassi u bajd fiż-żona; ġeneralment, trasport ta’ tjur għandu jkun ipprojbit, ħlief għal transitu fuq toroq ewlenija maġġuri jew bil-ferrovija;

(f) projbizzjoni fuq it-tneħħija ta’ tjur u bajd tat-tfaqqis mir-razzett li fih ikunu miżmuma sa kemm l-awtorità kompetenti ma tkunx awtorizzat dak it-trasport;

(i) ta’ tjur għal qatla immedjata lejn biċċerija preferibbilment li tinsab fiż-żona infettata jew, jekk dak ma jkunx possibbli, lejn biċċerija, imsemmija mill-awtorità kompetenti, ’il barra miż-żona infettata. Il-marka speċjali tas-saħħa li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 91/494/KEE ( 8 ) għandha tkun applikata fuq dan il-laħam tat-tjur;

(ii) ta’ flieles ta’ jum wieħed jew għal għewietaq lejn razzett fiż-żona ta’ sorveljanza fejn ma jkunx hemm tjur oħra. B’danakollu, l-Istati Membri, li ma humiex f’qagħda li jkunu jistgħu jipprovdu trasport ta’ flieles ta’ jum jew għal għewietaq li sejrin jiftħu jbidu lejn razzett li jkun jinstab fiż-żona ta’ sorveljanza, għandhom ikunu awtorizzati, bi qbil mal-proċedura pprovduta fl-Artikolu 25, li jkollhom l-imsemmija flieles jew għewietaq ittrasportati lejn razzett ’il barra miż-żona ta’ sorveljanza. L-irziezet li hemm referenza għalihom hawn fuq għandhom jitqiegħdu taħt kontroll uffiċjali bi qbil ma’ l-Artikolu 8(2);

(iii) ta’ bajd għat-tfaqqis lejn post tat-tfaqqis imsemmi mill-awtorità kompetenti; qabel ma jkunu mibgħuta, il-bajd u l-kaxxi tagħhom għandhom ikunu ddiżinfettati.

Movimenti mħollija f’(i), (ii) u (iii) għandhom ikunu direttament esegwiti, taħt kontroll uffiċjali. Dawn għandhom ikunu awtorizzati biss wara li l-veterinarju uffiċjali jkun wettaq spezzjoni dwar is-saħħa tar-razzett. Il-mezzi tat-trasport użati għandhom jiġu mnaddfa u ddiżinfettati qabel u wara l-użu;

(g) projbizzjoni fuq it-tneħħija jew it-tixrid ta’ ħmieġ jew demel tat-tjur mingħajr awtorizzazzjoni;

(h) il-projbizzjoni ta’ fieri, swieq, wirjiet u laqgħat oħra ta’ tjur u għasafar oħra.

3.  Il-miżuri applikati fiż-żona ta’ protezzjoni għandhom jinżammu għal mill-anqas 21 jum wara li titwettaq l-operazzjoni tat-tindif u d-diżinfettazzjoni preliminari fuq ir-razzett infettat bi qbil ma’ l-Artikolu 11. Iż-żona ta’ protezzjoni għandha minn hemm ’il quddiem tkun tagħmel parti miż-żona ta’ sorveljanza.

4.  Il-miżuri applikati fiż-żona ta’ sorveljanza għandhom jinkludu:

(a) l-identifikazzjoni ta’ l-irziezet kollha li jkollhom tjur f’dik iż-żona;

(b) il-kontroll ta’ moviment ta’ tjur u bajd għat-tfaqqis fiż-żona;

(ċ) projbizzjoni fuq il-moviment ta’ tjur ’il barra miż-żona matul l-ewwel 15 il-jum, ħlief għal moviment direttament lejn biċċerija ’l barra miż-żona ta’ sorveljanza msemmija mill-awtorità kompetenti. Il-marka speċjali tas-saħħa li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 5 ta’ Direttiva 91/494/KEE għandha tkun applikata fuq dan il-laħam tat-tjur;

(d) projbizzjoni fuq il-moviment ta’ bajd tat-tfaqqis ’il barra miż-żona ta’ sorveljanza sakemm jekk mhux lejn post tat-tfaqqis imsemmi mill-awtorità kompetenti. Qabel ma jkunu mibgħuta, il-bajd u l-kaxxi tagħhom għandhom ikunu ddiżinfettati;

(e) projbizzjoni fuq il-moviment ta’ skart użat jew demel tat-tjur ’il barra miż-żona;

(f) il-projbizzjoni ta’ fieri, swieq, wirjiet u laqgħat oħra ta’ tjur u għasafar oħra;

(g) mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ (a) u (b), il-projbizzjoni ta’ trasport ta’ tjur ħlief għal transitu fuq toroq ewlenija maġġuri jew bil-ferrovija.

5.  Il-miżuri applikati fiż-żona ta’ sorveljanza għandhom jinżammu mill-anqas għal 30 jum wara li titwettaq l-operazzjoni preliminari ta’ tindif u diżinfettar fuq ir-razzett infettat bi qbil ma’ l-Artikolu 11.

6.  Meta ż-żoni jkunu jinstabu f’terrirorju ta’ aktar minn Stat Membru wieħed, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jikkooperaw fit-twaqqif taż-żoni deskritti fil-paragrafu 1. B’danakollu, jekk meħtieġ, iż-żona ta’ protezzjoni u ż-żona ta’ sorveljanza għandhom ikunu stabbiliti bil-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 25.

7.  Meta l-inkjesta epiżotoloġika li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 7 tikkonferma li l-iskoppjar ikun minħabba infezzjoni meta ma jkun hemm l-ebda evidenza ta’ tixrid laterali, id-daqs u d-dewmien taż-żoni ta’ protezzjoni jistgħu jkunu mnaqqsa skond il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 25.

Artikolu 10

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li:

(a) l-awtorità kompetenti tiddetermina l-arranġamenti li jħalluhom jintraċċaw il-moviment ta’ bajd, tjur u għasafar miżmuma fil-kattività;

(b) is-sid jew dak li jieħu ħsieb it-tjur u/jew ħamiem tat-tiġrija u/jew għasafar miżmuma fil-kattività jkun meħtieġ li jforni lill-awtorità kompetenti, b’reazzjoni ta’ xi talba minn dik l-awtorità, b’informazzjoni li tikkonċerna t-tjur u l-bajd li jidħlu jew iħallu r-razzett, kif ukoll xi informazzjoni rigward it-tiġrijiet jew wirjiet li fihom il-ħamiem tat-tiġrija jkunu ħadu sehem;

(ċ) il-persuni kollha ngaġġati fit-trasport jew kummerċ tat-tjur, bajd, tiġrijiet, ħamiem u għasafar miżmuma fil-kattività jkunu jistgħu jfornu lill-awtorità kompetenti b’informazzjoni li tikkonċerna l-moviment ta’ tjur, bajd, ħamiem tat-tiġrija u għasafar miżmuma fil-kattività li huma jkunu ttrasportaw jew innegozjaw u li jforni d-dettalji kollha li jikkonċernaw dik l-informazzjoni.

Artikolu 11

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li:

(a) id-diżinfettanti li għandhom ikunu użati u l-konċentrazzjoni tagħhom ikunu uffiċjalment approvati mill-awtorità kompetenti;

(b) l-operazzjonijiet ta’ tindif u diżinfettazzjoni jkunu mwettqa taħt is-superviżjoni uffiċjali, bi qbil ma’:

(i) istruzzjonijiet mogħtija mill-veterinarju uffiċjali;

(ii) il-proċedura għat-tindif u d-diżinfettar tar-razzett infettat, kif ipprovdut fl-Anness II.

Artikolu 12

Il-ġbir ta’ kampjuni u ttestjar fil-laboratorju għas-sejba tal-preżenza tal-virus tal-marda Newcastle għandhom jitwettqu bi qbil ma’ l-Anness III.

Artikolu 13

Stati Membri għandhom jassiguraw li l-awtorità kompetenti tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex persuni stabbiliti fil-protezzjoni u sorveljanza taż-żoni jkunu infurmati bir-restrizzjonijiet eżistenti u li jagħmlu l-arranġamenti kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni xierqa tal-miżuri f’dak il-każ.

Artikolu 14

1.  Stati Membri għandhom jassiguraw li, f’kull Stat Membru jkun hemm imsemmi:

(a) laboratorju nazzjonali li fih faċilitajiet u persuni esperti jkunu miżmuma biex jippermettu li jsiru t-tipi ta’ antiġeniċi u bioloġiċi sħaħ tal-virus tal-marda Newcastle f’kull żmien u biex jikkonfermaw riżultati miksuba minn laboratorji dianjostiċi reġjonali;

(b) laboratorju nazzjonali li fih ir-reaġenti għall-użu fil-laboratorju reġjonali jkunu ttestjati;

(ċ) istitut jew laboratorju nazzjonali li fih il-vaċċini kollha mħollija għal użu profilattiku fil-pajjiż jew għal ħażniet ta’ użu ta’ emerġenza jkunu jistgħu jiġu ttestjati għall-effikaċja, qawwa u purità.

▼M3

2.  Il-laboratorji nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu responsabbli għall-koordinazzjoni ta’ l-istandards u l-metodi tad-dijanjosi, l-użu tar-reaġenti u l-ittestjar tal-vaċċini.

3.  Il-laboratorji nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu responsabbli għall-koordinazzjoni ta’ l-istandards u l-metodi tad-dijanjosi stipulati għal kull laboratorju dijanjostiku tal-marda Newcastle fl-Istat Membru. Għal dan il-għan:

▼B

(a) huma jistgħu jipprovdu reaġenti dianjostiċi lill-laboratorji nazzjonali;

(b) għandhom jikkontrollaw il-kwalità tar-reaġenti dianjostiċi kollha użati f’dak l-Istat Membru;

(ċ) għandhom perjodikament jirranġaw għal testijiet kumparattivi;

(d) għandhom iżommu iżolazzjonijiet tal-virus tal-marda Newcastle minn każijiet ikkonfermati f’dak l-Istat Membru;

(e) għandhom jassiguraw il-konfermazzjoni ta’ riżultati pożittivi miksuba fl-laboratorji dianjostiċi reġjonali.

▼M3

4.  Il-laboratorji nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkooperaw mal-laboratorju ta’ referenza Komunitarju msemmi fl-Artikolu 15.

5.  L-Istati Membri għandhom iżommu listi aġġornati tal-laboratorji nazzjonali jew l-istituti msemmija fil-paragrafu 1 u jagħmluhom disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-pubbliku.

Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan il-paragrafu jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2).

▼B

Artikolu 15

Il-laboratorju ta’ referenza tal-Komunità għal marda Newcastle huwa msemmi fl-Anness V. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tad-Deċiżjoni 90/424/KEE ( 9 ), u partikolarment l-Artikolu 29 tagħha, il-poteri u d-doveri tal-laboratorju għandhom ikunu dawk li jidhru fl-imsemmi Anness.

Artikolu 16

1.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li:

(a) tilqim kontra l-marda Newcastle b’vaċċini awtorizzati mill-awtorità kompetenti jistgħu jkunu użati għal skop profilattiku jew biex jissuplimentaw il-miżuri ta’ kontroll imwettqa meta tidher il-marda;

(b) l-uniċi vaċċini permessibli huma dawk li jkunu rċevew awtorizzazzjoni tas-suq mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih il-vaċċina tkun użata.

2.  Aktar kriterja għall-użu ta’ vaċċini kontra l-marda Newcastle tista’ tkun stabbilita bi qbil mal-proċedurap pprovduta fl-Artikolu 25.

Artikolu 17

1.  Stat Membru li fih il-tilqim profilattiku volontarju jew obbligatorju kontra l-marda Newcastle ikun imwettaq għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.

2.  L-informazzjoni mogħtija bi qbil mal-paragrafu 1 għandha tispeċifika:

 il-karatteristiċi u l-kompożizzjoni tal-vaċċina li sejra tiġi użata;

 il-proċeduri għas-superviżjoni tad-distribuzzjoni, ħażna u użu tal-vaċċini;

 l-ispeċi u l-kategoriji ta’ tjur li jistgħu jew li għandhom ikunu suġġetti għal tilqim;

 iż-żoni li fihom it-tilqima tista’ jew għandha tkun imwettqa;

 ir-raġunijiet il-għala it-tilqima tkun imwettqa.

3.  Stati Membri jistgħu jipprovdu għat-twaqqif ta’ programm ta’ tilqim għal ħamiem tat-tiġrija. Meta dan ikun il-każ, għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni. Mingħajr preġudizzju għal programm bħal dan, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-organizatturi tat-tlielaq u tal-wirjiet jieħdu l-passi meħtieġa sabiex ħamiem tat-tiġrija biss li jkun ingħata t-tilqim kontra l-marda Newcastle ikun jista’ jiddaħħal f’tiġrijiet jew wirjiet.

4.  Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, partikolarment f’dak li jirrigwarda l-kriterji li għandhom ikunu adotatti, u xi derogi li jistgħu jingħataw wara li ningħata każ ta’ l-istat tas-saħħa ta’ l-Istati Membri għandhom ikunu stabbiliti bi qbil mal-proċedura provduta fl-Artikolu 25.

Artikolu 18

1.  Stati Membri għandhom jassiguraw li, meta l-marda Newcastle tkun ġiet ikkonfermata, l-awtorità kompetenti, sabiex tissupplimenta l-miżuri l-oħra ta’ kontroll li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament, tkun tista’ tispeċifika żona territorjali u perjodu li fih it-tilqima f’waqtha u sistematika (tilqim ta’ emerġenza) ta’ speċi partikolari ta’ tjur għandha titwettaq permezz ta’ kontroll uffiċjali. Stat Membru li japplika t-tilqima ta’ emerġenza għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra fil-qafas tal-kumitat permanenti veterinarju, stabbilit fid-Deċiżjoni 68/361/KEE ( 10 ), dwar is-sitwazzjoni tal-marda Newcastle u l-programm ta’ tilqim ta’ emerġenza.

2.  Fil-każ li hemm referenza dwaru fil-paragrafu 1, it-tilqim jew it-tilqim mill-ġdid ta’ tjur fir-razzett li jkun suġġett għar-restrizzjonijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 4 huwa pprojbit.

3.  Fil-każ li hemm referenza dwaru fil-paragrafu 1:

(a) l-ispeċi partikolari ta’ tjur għandhom jingħataw it-tilqim malajr kemm jista’ jkun possibbli;

(b) it-tjur kollha ta’ l-ispeċi partikolari mwielda fuq jew ittrasferiti lejn ir-razzett ’il ġewwa fiż-żona tat-tilqim għandhom ikunu jew riedu jkunu mlaqqma;

(ċ) matul l-operazzjoni ta’ tilqim li hemm provvediment dwarha fil-paragrafu 1, it-tjur ta’ l-ispeċi partikolari kollha miżmuma fl-irziezet ġewwa ż-żona tat-tilqim għandhom jibqgħu hemmhekk ħlief għal:

 flieles ta’ jum meħuda ’il ġewwa lejn razzett fiż-żona tat-tilqim fejn dawn għandhom jingħataw it-tilqim;

 tjur meħuda direttament lejn biċċerija għal qatla immedjata. Jekk il-biċċerija tkun tinstab ’il barra miż-żona tat-tilqim il-moviment ta’ tjur għandu jkun permessibbli biss wara li l-veterinarju uffiċjali jkun wettaq spezzjoni dwar is-saħħa fuq ir-razzett;

(d) meta l-operazzjonijiet ta’ tilqim li hemm provvediment dwarhom f’(a) jkunu ntemmu, movimenti ’il barra miż-żona tat-tilqim jistgħu jkunu awtorizzati għal:

 flieles ta’ jum intenzjonati għal produzzjoni tal-laħam jistgħu jkunu mċaqilqa lejn razzett fejn dawn għandhom jingħataw it-tilqim; ir-razzett f’dak il-każ għandu jinżamm taħt sorveljanza sakemm it-tjur li jkunu ttieħdu jkunu nqatlu;

 tjur li jkunu ngħataw it-tilqim aktar minn 21 jum qabel u intenzjonati għal qatla immedjata;

 bajd tat-tfaqqis li joriġina minn tjur tat-tnissil li kienu ngħataw it-tilqim mill-anqas 21 qabel; il-bajd u l-kaxxi tagħhom għandhom ikunu ddiżinfettati qabel il-moviment.

4.  Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’(b) u (d) tal-paragrafu 3 għandhom ikunu applikati għal perjodu ta’ tliet xhur wara t-tmiem ta’ l-operazzjonijiet tat-tilqim li hemm provvediment dwarhom fil-paragrafu 1; dawn jistgħu jkunu mtawla għal perjodi addizzjonali wieħed jew aktar ta’ tliet xhur il-wieħed.

5.  Bħala deroga minn (a) u (b) tal-paragrafu 3, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw ċerti merħliet ta’ valur xjentifiku partikolari minn tilqim sistematiku, sakemm il-passi kollha meħtieġa jittieħdu mill-awtorità kompetenti biex jassiguraw protezzjoni tas-saħħa tagħhom u li jkunu suġġetti għal verifiki seroloġiċi perjodiċi.

6.  Il-Kummissjoni għandha ssegwi l-iżvilupp tas-sitwazzjoni tal-marda u jekk meħtieġ tista’, bi qbil mal-proċedura pprovduta fl-Artikolu 25, tieħu deċiżjoni partikolarment f’dak li jirrigwarda l-moviment u t-tilqim.

Artikolu 19

1.  Meta ħamiem tal-messaġġi jew għasafar li jinżammu fil-kattività jkunu ssuspettati li huma infettati mill-marda Newcastle, Stati Membri għandhom jassiguraw li l-veterinarju uffiċjali minnufih jibda investigazzjoni uffiċjali biex jikkonferma jew jinnotifika l-preżenza tal-marda; partikolarment, hu għandu jieħu kampjuni adegwati għal eżami fil-laboratorju jew biex jara li dawn jittieħdu.

2.  Malli tkun ġiet innotifikata bis-suspett, l-awtorità kompetenti għandha tqiegħed ir-razzett jew il-barumbara taħt sorveljanza uffiċjali u tordna li l-ebda ħamiema jew għasfur miżmum fil-kattività, u xejn li aktarx jittrasmetti l-marda Newcastle, ma jkun jista’ jħalli l-barumbara jew ir-razzett.

3.  Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom fil-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx ikunu mneħħija sakemm is-suspett tal-marda Newcastle jkun ġie eliminat mill-veterinarju uffiċjali.

4.  Malli l-preżenza tal-marda Newcastle tkun ġiet uffiċjalment ikkonfermata, l-awtorità kompetenti għandha, inter alia, tordna:

(a) l-applikazzjoni tal-kontroll u l-miżuri ta’ eradikazzjoni li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 5(1)(a), (b), (ċ) u (f) fuq il-ħamiem tal-messaġġi jew għasafar miżmuma fil-kattività u l-barumbari infettati bil-marda Newcastle; jew

(b) mill-anqas

(i) projbizzjoni fuq il-movimenti tal-ħamiem jew għasafar miżmuma fil-kattività ’l barra mill-barumbara jew razzett għal mill-anqas 60 jum wara li s-sinjali kliniċi tal-marda Newcastle ikunu sparixxew;

(ii) id-distruzzjoni jew trattament ta’ xi materjal jew skart li aktarx ikun ikkontaminat. Trattament għandu jiggarantixxi l-qerda ta’ xi virus tal-marda Newcastle li jkun preżenti u l-iskart kollu li jkun akkumula matul il-perjodu ta’ 60 jum li hemm referenza dwaru f’(i);

(ċ) inkjesta epiżootoloġika bi qbil ma’ l-Artikolu 7.

5.  Sal-limitu li huma meħtieġ għal applikazzjoni xieraq tad-disposizzjonijiet ipprovduti f’dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni, fil-Kumitat Permanenti Veterinarju, informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-marda u l-miżuri ta’ kontroll applikati bi qbil mal-mudell li jidher fl-Anness VI.

Artikolu 20

1.  L-użu ta’ swill li joriġina minn mezzi ta’ trasport internazzjonali, bħalma huma bastimenti, vetturi ta’ l-art jew inġenji ta’ l-ajru, għandu jkun ipprojbit bħala għalf għat-tjur; swill bħal dan għandu jkun miġbur u meqrud taħt superviżjoni uffiċjali.

2.  L-użu ta’ swill apparti minn dak iddefinit fil-paragrafu 1, jew fdalijiet ta’ tjur, jista’ jkun awtorizzat bħala għalf tat-tjur biss wara trattament bis-sħana f’faċilitajiet xierqa biex jassiguraw li l-mard ma jkunx trasmess u li l-virus tal-marda Newcastle ikunu meqrud.

3.  Jekk meħtieġ, il-Kummissjoni għandha, bi qbil mal-proċedura pprovduta fl-Artikolu 25, tistabblixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 2.

Artikolu 21

1.  Kull Stat Membru għandu jħejji pjan ta’ kontinġenza, jispeċifika l-miżuri nazzjonali li għandhom ikunu implimentati fil-każ li tfaqqa’ l-marda Newcastle.

Dan il-pjan għandu jippermetti aċċess għal faċilitajiet, tagħmir, impjegati u l-materjali l-oħra kollha meħtieġa għal eradikazzjoni rapida u effiċjenti tal-mard. Għandu jagħti indikazzjoni preċiża tal-ħtiġiet ta’ tilqima li kull Stat Membru jħoss li tkun meħtieġa għal tilqim ta’ emerġenza.

2.  Il-kriterja li għandha tkun applikata għat-tħejjija tal-pjan hija provduta fl-Anness VII.

3.  Pjanijiet imħejjija bi qbil mal-kriterja mniżżla fl-Anness VII għandhom ikunu ssottomessi lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn sitt xhur wara li din id-Direttiva tkun bdiet tiġi applikata.

4.  Il-Kummissjoni għandha teżamina l-pjanijiet sabiex tiddetermina jekk dawn jippermettux l-oġġettiv mixtieqli jkun milħuq u għandha tissuġġerixxi lill-Istat Membru kkonċernat xi emendi meħtieġa partikolarment biex jassiguraw li dawn ikunu kompatibbli ma’ dawk ta’ l-Istati Membri l-oħra.

Il-Kummissjoni għandha tapprova l-pjanijiet, jekk meħtieġ emendati, bi qbil mal-proċedura pprovduta fl-Artikolu 25.

Il-pjanijiet jistgħu sussegwentament ikunu emendati jew issupplimentati, bi qbil ma’ l-istess proċedura, biex jittieħed kont ta’ l-iżviluppi fis-sitwazzjoni.

Artikolu 22

Esperti tal-Kummissjoni jistgħu, b’kollaborazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti, u sakemm ikun meħtieġ biex jassiguraw applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, li jagħmlu verifiki fuq il-post. Sabiex iseħħ dan, huma jistgħu jagħmlu verifika fuq perċentwal rappreżentattiv ta’ stabbilimenti biex jaraw jekk l-awtoritajiet kompetenti jkunux jivverifikaw li dawn l-istabbilimenti jkunux iwettqu l-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membru bir-riżultati tal-verifiki mwettqa.

Stat Membru li fit-territorju tiegħu verifika tkun qiegħda tiġi mwettqa għandu jagħti l-għajnuna kollha meħtieġa lill-esperti fit-twettiq tad-doveri tagħhom.

Id-disposizzjonijiet ġenerali għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu ddeterminati bi qbil mal-proċedura pprovduta fl-Artikolu 25.

Artikolu 23

Il-kondizzjonijiet dettaljati li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-miżuri konnessi ma’ l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva huma pprovduti fid-Deċiżjoni 90/424/KEE.

Artikolu 24

L-Annessi għandhom ikunu emendati, kif u meta meħtieġ, mill-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, partikolarment sabiex jittieħed kont ta’ żviluppi fir-riċerka u fi proċeduri dianjostiċi.

▼M1

Artikolu 25

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Permanenti tal-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali stabbilit skond l-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 ( 11 ).

2.  Meta jsir riferiment għal dan l-Artikolu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE ( 12 ).

Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal tliet xhur.

3.  Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli tiegħu ta' Proċedura.

▼B

Artikolu 26

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Ottubru 1993. Huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan.

Meta Stati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal dik fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi biex jagħmlu referenza bħal dik għandhom ikunu pprovduti mill-Istati Membri.

2.  Stati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-testi tad-disposizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fir-razzett irregolat b’din id-Direttiva.

Artikolu 27

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS I

AWTORIZZAZZJONI BIEX JITNEĦĦEW BAJD MINN IRZIEZET SUĠĠETTI GĦALL-KONDIZZJONIJIET TA’ L-ARTIKOLU 4(2)(e) TA’ DIN ID-DIRETTIVA

L-awtorizzazzjoni maħruġa mill-awtorità kompetenti biex ikunu ttrasportati bajd minn razzett issuspettat li jkun suġġett għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4(2)(e) lejn stabbiliment approvat għal manifattura u l-proċessar ta’ prodotti tal-bajd bi qbil mad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 89/437/KEE, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ l-istabbiliment innominat, għandha tilħaq il-kondizzjonijiet li ġejjin:

1. sabiex ikunu mħollija li jitneħħew minn intrapriża ssuspettata, il-bajd għandu:

(a) ikun konformi mal-ħtiġiet ipprovduti fil-Kapitolu IV ta’ l-Anness tad-Direttiva 89/437/KEE;

(b) ikunu mibgħuta direttament mill-intrapriża ssuspettata lejn l-intrapriża msemmija; kull konsenja għandha tkun issiġillata qabel it-tluq mill-veterinarju uffiċjali tar-razzett issuspettat u għandhom jibqgħu ssiġillati matul it-trasport lejn l-intrapriża msemmija;

2. il-veterinarju uffiċjali ta’ l-intrapriża ssuspettata għandu jinforma lill-awtorità kompetenti ta’ l-istabbiliment innominat bl-intenzjoni tiegħu li jibgħat il-bajd lilha;

3. l-awtorità kompetenti responsabbli għall-istabbiliment innominat għandha tassigura li:

(a) il-bajd li hemm referenza għalih f’1 (b) ikun jinżamm iżolat minn bajd ieħor mill-waqt tal-wasla tiegħu sakemm ikun ipproċessat;

(b) il-qxur ta’ dak il-bajd għandu jkun meqjus bħala materjal ta’ riskju kbir, bi qbil ma’ l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 90/667/KEE ( 13 ) u għandu jkun ittrattat skond il-ħtiġiet ta’ Kapitolu II ta’ dik id-Direttiva;

(ċ) il-materjal ta’ l-ippakjar, il-vetturi użati biex ikun ittrasportat il-bajd li hemm referenza għalih f’1 (b) u l-bini kollu li fih il-bajd ikun ġie f’kuntatt, ikunu mnaddfa u ddiżinfettati b’tali mod li jinqered il-virus kollu tal-marda Newcastle;

(d) il-veterinarju uffiċjali tar-razzett issuspettat għandu jkun infurmat bil-konsenji kollha ta’ bajd ipproċessat.




ANNESS II

PROĊEDURA GĦAT-TINDIF U D-DIŻINFETTAR TA’ RAZZETT INFETTAT

I.   Tindif u diżinfettar preliminari

(a) Malli l-karkassi tat-tjur ikunu ġew imneħħija għar-rimi, dawk il-partijiet tal-bini li fihom it-tjur kienu jinżammu u xi partijiet ta’ bini ieħor, btieħi, eċċ., ikkontaminati matul il-qatla jew eżami ta’ wara l-qatla għandhom ikunu sprejjati b’diżinfettanti approvati għall-użu bi qbil ma’ l-Artikolu 11 ta’ din id-Direttiva.

(b) Xi bċejjeċ ta’ tjur jew bajd li setgħu ikkontaminaw il-bini, btieħi, għodod, eċċ., għandhom ikunu miġbura bil-għaqal u mormija mal-karkassi.

(ċ) Id-diżinfettant użat għandu jibqa’ fuq il-wiċċ għal mill-anqas 24 siegħa.

II.   Tindif u diżinfettar finali

(a) Xaħmijiet u ħmieġ għandhom ikunu mneħħija mill-uċuħ kollha bl-applikazzjoni ta’ aġent li jaqla’ l-grass u maħsula bl-ilma.

(b) Wara l-ħasil bl-ilma kif deskritt f’(a), aktar sprejjar b’diżinfettant għandu jkun applikat.

(ċ) Wara sebat ijiem il-bini għandu jkun ittrattat b’aġent li jaqla’ l-grass, imlaħlaħ b’ilma kiesaħ, sprejjat b’diżinfettent u mlaħlaħ għal darb’oħra b’ilma.

(d) Ħliem użat u demel għandhom ikunu ttrattati b’metodu li jkun jista’ joqtol il-virus. Dan il-metodu għandu jinkludi mill-anqas waħda minn dawn il-prattiċi segwenti:

(i) inċinerazzjoni jew trattament bi fwar f’temperatura ta’ 70 °C;

(ii) irdim ’l isfel biż-żejjed hekk li ma jħallix aċċess minn ġrieden u għasafar slavaġġ;

(iii) stivar u tixrib (jekk meħtieġ biex tkun iffaċilitata l-fermentazzjoni), mgħotti sabiex is-sħana tinżamm f’temperatura ta’ 20 °C tkun milħuqha u mħolli mgħotti għal 42 jum hekk li ma jkunx jista’ jkun hemm aċċess minn ġrieden jew għasafar slavaġġ.




ANNESS III

PROĊEDURI DIAGNOSTIĊI GĦALL-KONFERMAZZJONI U DIANJOŻI DIFFERENZJALI TAL-MARDA NEWCASTLE

Il-proċeduri segwenti għall-iżolament u karatterizzazzjoni tal-virus tal-marda Newcastle għandhom ikunu meqjusa bħala linji ta’ gwida u l-mimima li għandha tkun applikata għad-dianjożi tal-marda.

Il-virus responsabbli għal marda Newcastle huwa l-virus prototipa tal-Paramyxoviridae. Preżentament, hemm disa’ gruppi seroloġikament distingwibbli tal-Paramyxoviruses Avjani, li ġew enumerati bħala PMV-1 sa PMV-9. Il-virus kollu tal-marda Newcastle huwa mqiegħed fil-grupp PMV-1. Għall-iskopijiet tal-proċeduri dianjostiċi għall-komferma u dianjożi differenzjali tal-marda Newcastle, id-definizzjonijiet segwenti għandhom ikunu applikabbli:

“Marda Newcastle” tfisser infezzjoni ta’ tjur maħluqa minn xi strain avjana ta’ paramyxovirus 1 b’intracerebral pathogenicity index (ICPI)) fi flieles ta’ jum ta’ aktar minn 0,7.

KAPITOLU 1

Teħid ta’ kampjuni u trattament ta’ kampjuni

1.   Kampjuni

Swabs kloakali (jew feċi) u swabs trakeali minn għasafar morda; feċi jew kontenut intestinali, tessut mill-moħħ, trakea, pulmuni, fwied, mudullun u organi oħra ovvjament infettati minn għasafar riċentament mejta.

2.   Trattament ta’ kampjuni

L-organi u t-tessut imniżżla fil-paragrafu 1 jistgħu jkunu raggruppati, imma trattament isseparat tal-materjal fekali huwa essenzjali. Swabs għandhom jitqiegħdu f’medja antibiotika suffiċjenti biex tassigura immersjoni kompluta. Kampjuni ta’ feċi u organi għandhom ikunu omoġenizzati (fi blender magħluq jew bl-użu tal-lida u l-mehrież u ramel sterili) f’medja antibiotika u magħmul minn sospensjonijiet ta’ 10-20 % u fil-medja. Is-sospensjonijiet għandhom jitħallew għal xi sagħtejn f’temperatura ambjentali (jew perjodi itwal ta 4 °C) u mbagħad ikkjarifikati b’ċentrifugazzjoni (e. ż. 800 sa 1 000 g għal 10 minuti).

3.   Medja antibiotika

Laboratorju differenti kienu użaw formulazzjonijiet varji ta’ medja antibiotika b’suċċess u laboratorji li hemm referenza għalihom fl-Anness II għandhom ikunu jistgħu joffru pariri għal pajjiż partikolari. Konċentrazzjonijiet għolja ta’ antibiotiċi huma meħtieġa għal kampjuni minn feċi u taħlita tipika hija: 10 000 unitajiet/ml penicillin, 10 mg/ml streptomycin, 0,25 mg/ml gentamycin u 5 000units/ml mycostatin f’phosphate buffered saline (PBS). Dawn il-livelli jistgħu jitnaqqsu għal wieħed minn ħamsa għal biċċiet u swabs trakeali. Għall-kontrol ta’ organiżmi Chlamydia, 50 mg/ml oxytetracycline tista’ tkun miżjuda. Huwa imperattiv meta ssir il-medja li l-pH ikun ivverifikat wara ż-żieda ta’ l-antibiotiċi u ri-aġġustat għal pH 7,0-7,4.

KAPITOLU 2

Iżolament tal-virus

Iżolament tal-virus f’bajd ta’ tjur li jkun fih l-embrijuni tal-fellus

Likwidu supernatenti kkjarifikat għandju jkun injettat f’ammonti ta’ 0,1-0,2 ml fil-kavità allantjoka ta’ kull wieħed minn minimu ta’ bajd tat-tjur li jkun bl-embrijuni tal-fellus li jkun ġie inkubat għal 8 sa 10 ġranet. Idealment, dawn il-bajd għandhom ikunu miksuba minn merħla speċifika ħielsa minn patoġeni, imma meta dan ma jkunx prattikabbli huwa aċċettabli li jkun użat bajd minn merħliet murija li huma ħielsa mill-antikorpi tal-virus tal-marda Newcastle. Il-bajd injettat huwa miżmum fi 37 °C u mdawrin kuljum. Bajd b’embrijoni mejta jew li qegħdin imutu skond kif ikun il-każ, u l-bajd kollu li jkun baqa’ sitt ijiem wara t-tilqima għandhom ikunu mkessħa għal 4 °C u l-fluwidi allantjoku-amniotiku ttestjati għal attività ta’ emagglutinazzjoni. Jekk l-ebda emagglutinazzjoni ma tkun innutata, il-proċedura ta’ hawn fuq tkun irrepetuta bl-użu ta’ fluwidu mhux imħallat allantjoku-amniotiku bħala l-materjal tat-tilqima.

Meta emagglutinazzjoni tkun innutata l-preżenza ta’ bakterja għandha tkun eskluża mill-kultura. Jekk bakterja tkun preżenti l-fluwidi jistgħu jkunu mgħoddija minn filtru ta’ membrana 450 nm, aktar antibiotiċi miżduda u injettati fil-bajd bl-embrijuni bħalma hu spejagat hawn fuq.

KAPITOLU 3

Dianjożi differenzjali

1.   Differenzjazzjoni preliminari

Huwa intenzjonat li l-virus kollha emagglutinazzjonati għandhom ikunu ssottomessi lill-laboratorju nazzjonali li hemm referenza għalih fl-Anness II għal identifikazzjoni sħiħa, karatterizzazzjoni u testijiet ta’ patoġeniċità. B’dana kollu, huwa importanti li miżuri temporanji ta’ kontroll għal marda Newcastle li jkollhom il-għan li jillimitaw it-tixrid tal-virus għandhom ikunu implimentati malajr kemm jista’ jkun u laboratorji reġjonali għandhom ikunu jistgħu jidentifikaw il-preżenza tal-virus tal-marda Newcastle. Il-fluwidi ta’ l-emagglutinazzjoni għandhom, għalhekk, ikunu użati f’test ta’ inibizzjoni ta’ emagglutinazzjoni kif deskritt fil-Kapitoli 5 u 6. Inibizzjoni pożittiva i.e. 24, jew aktar, bil-virus speċifiku tal-marda Newcastle ta’ polyclonal antiserum ta’ titre magħruf li jkun mill-anqas 29 għandu jservi bħala identifikazzjoni preliminari biex jiffaċilita l-impożizzjoni ta’ miżuri ta’ kontroll temporanju.

2.   Identifikazzjoni konformatorja

Il-laboratorju nazzjonali għandu jagħmel dianjożi differenzjali ta’ kull aġent ta’ emagglutinazzjoni. Konferma tal-virus tal-marda Newcastle ikun għal darb’oħra b’inibizzjoni f’testijiet ta’ inibizzjoni ta’ emagglutinazzjoni b’antisera monospeċifika tal-flieles. Testijiet ta’ indiċi intraċerebrali ta’ patoġeniċità kif deskritti fil-Kapitolu 7 għandhom jitwettqu fuq l-iżolati pożittivi kollha. Indiċi ta’ patoġeniċità ta’ aktar minn 0,7 jindikaw il-preżenza ta’ virus li jkunu jeħtieġu implimentazzjoni sħiħa ta’ miżuri ta’ kontroll.

Żviluppi riċenti fit-tipi tal-virus tal-marda Newcastle, partikolarment teknika ta’ antikorp monoklonali, iffaċilitaw ir-raggruppament ta’ tipi u iżolati. Partikolarment, ċerti antikorpi monoklonali huwa disponibbli li huma speċifiċi għat-tipi vaċċinali użati fit-territorju tal-Komunità u jistgħu jkunu użati f’testijiet sempliċi ta’ inibizzjoni emagglutinazzjonali.

Ladarba tipi ħajjin ta’ vaċċina jistgħu ta’ spiss ikunu iżolati minn kampjunar ta’ tjur il-vantaġġ ta’ l-identifikazzjoni mħaffa fil-laboratorju nazzjonali li hemm referenza dwaru fl-Anness II hija ovvja. Antikorpi monoklonali bħal dawn għandhom jinkisbu minn laboratorju ta’ referenza tal-Komunità kif hemm referenza dwar dan fl-Artikolu 14 u fornut lill-laboratorji nazzjonali ħalli tkun tista’ ssir il-konferma ta’ l-iżolament tal-virus vaċċinali.

Il-laboratorji nazzjonali għandhom jissottomettu l-aġenti kollha emagglutinazzjonali lill-laboratorju ta’ referenza tal-Komunità.

3.   Aktar tipi u karatterizzazzjoni ta’ iżolati

Il-laboratorju ta’ referenza tal-Komunità għandu jirċievi il-virus emagglutinazzjonali kollha mill-laboratorji nazzjonali għal aktar studji antiġeniċi u ġenetiċi biex ikun jista’ jsir aktar apprezzament ta’ l-epiżotoloġija tal-mard(a) fil-Komunità billi tinżamm mal-funzjonijiet u d-doveri tal-laboratorju ta’ referenza.

KAPITOLU 4

Testijiet imħaffa għas-sejbien tal-virus u ta’ l-antikorpi tal-marda Newcastle

Testijiet imħaffa għas-sejbien tal-virus tal-marda Newcastle u testijiet imħaffa ta’ antikorpi għas-sejbien tal-virus tal-marda Newcastle f’għasafar imlaqqma u s-sejbien ta’ antikorpi f’għasafar mhux imlaqqma huwa spejagati hawn taħt:

1.   Sejbien tal-virus tal-marda Newcastle

Diversi testijiet imħaffa li direttament isibu l-antiġeni tal-marda Newcastle kienu ġew użati fid-dianjożi ta’ infezzjonijiet f’għasafar imlaqqma. Dawk l-aktar użati sal-lum huma testijiet ta’ antikorpi floressenti fuq sezzjonijiet lonġitudinali tat-trakea u testijiet ta’ antikorp tal-peroxidase tal-moħħ. Jidher li ma hemm l-ebda raġuni biex ikun hemm dubju li testijiet diretti oħra ta’ sejbien ta’ antiġeni jistgħu jkunu applikati f’infezzjonijiet bil-virus tal-marda Newcastle.

L-iżvantaġġ ta’ testijiet bħal dawn huwa li jkun imprattikabbli li jkunu eżaminati s-siti potenzjali tar-replika tal-virus tal-marda Newcastle f’għasafar imlaqqma. Sabiex, per eżempju, in-nuqqas ta’ evidenza ta’ virus fit-trakea ma jkunx jipprekludi ripetizzjoni tal-virus fl-imsaren. L-ebda metodu dirett ta’ sejbien ma jkun irrakkomandat għal użu ta’ rutina fid-dianjożi tal-marda Newcastle, għalkemm f’ċirkustanzi speċifiċi testijiet bħal dawn jistgħu jkollhom rwol ta’ utilità.

2.   Sejbien ta’ antikorpi b’għasafar mhux imlaqqma

Il-maġġoranza ta’ laboratorji involuti fid-dianjożi tal-marda Newcastle huma familjari mat-test ta’ inibizzjoni emagglutinazzjonali u r-rakkomandazzjoni deskritta hawn taħt tirrigwarda dan it-test għal kejl ta’ antikorpi tal-virus. B’danakollu, enzyme-linked immunosorbent assays (Elisa) jistgħu jkunu użati b’suċċess fis-sejbien ta’ antikorpi tal-virus. Huwa ssuġġerit li jekk ikun hemm ix-xewqa li jkun użat it-test Elisa fl-livell ta’ laboratorju reġjonali, it-test għandu jkun issorveljat mill-laboratorju nazzjonali li hemm refernenza għalih fl-Anness II.

(a)   Kampjuni

Kampjuni tad-demm għandhom jittieħdu mill-għasafar kollha jekk id-daqs tal-merħla jkun anqas minn 20 u minn 20 għasfur minn merħliet akbar (dan jagħti probabbilità ta’ 99 % tas-sejba ta’ mill-anqas serum pożittiv wieħed jekk 25 % jew aktar tal-merħla tkun pożittiva, indipendentament mid-daqs tal-merħla). Id-demm għandu jitħalla li jagħqad u s-serum ikun imneħħi għat-testijiet.

(b)   Eżami għal antikorpi

Kampjunu individwali ta’ serum għandhom ikunu ttestjati għall-abbilità tagħhom biex iżommu l-emagglutinazzjoni ta’ l-antiġenu tal-marda Newcastle f’testijiet normali ta’ inibizzjoni ta’ l-emagglutinazzjoni kif iddefiniti fil-Kapitolu 6.

Hemm xi ftit tad-dibattitu dwar jekk 4 jew 8 unitijaiet ta’ haemagglutinin għandhomx ikunu użati fit-test HI. Jidher li x’aktarx kull waħda minn dawn hija valida u l-għażla għandha titħalla fid-diskrezzjoni tal-laboratorji nazzjonali. B’dana kollu, l-antiġenu użat għandu jaffettwa l-livell li fih serum ikun meqjus pożittiv: għal 4 HAU serum pożittiv huwa kull wieħed minn titre ta’ 24 jew aktar u għal 8 HAU serum pożittiv huwa kull wieħed li juri 23 jew aktar.

KAPITOLU 5

Reaġenti ta’ testijiet ta’ Emagglutinazzjoni (HA)

1.  Isotonic saline buffered with phosphate (PBS) (0,05 M) sa pH 7,0-7,4.

2. Ċelloli ħomor tad-demm (RBC) meħuda u miġbura minn minimu ta’ tliet flieles ħielsa minn patoġeni speċifiċi (jekk ma jkunx disponibbli d-demm jista’ jittieħed minn għasafar li jkunu regolarment issorveljati u juru li huma ħielsa minn antikorpi NVD) f’volum egwali ta’ soluzzjoni Alsever. Ċelloli jistgħu jkunu maħsula tliet darbiet f’PBS qabel l-użu. Għal test sospenzjoni ta’ 1 % (ċellola ppakjata v/v) fil-PBS hija rrakkomandata.

3. Silta NDV Ulster 2C hija rrakkomandata għal użu bħala antiġenu normali.

Proċedura

(a) Xerred 0,025 ml PBS f’kull wieħed mill-vażetti ta’ planċa plastika mikrotitrika (vażetti bil-qiegħ f’għamla “V” għandhom ikunu użati).

(b) Qiegħed 0,025 ml tas-sospenzjoni tal-virus (i.e. likwidu allantojku) fl-ewwel vażett.

(ċ) Uża dilatur ta’ mikrotitrazzjoni biex tagħmel dilwizzjoni fi tnejn (1:2 sa 1:4096) ta’ virus matul il-pjanċa.

(d) Xerred għal darb oħra 0,025 ml ta’ PBS f’kull vażett.

(e) Żid 0,025 ml ta’ 1 % ċelloli ħomor tad-demm ma’ kull vażett.

(f) Ħallat billi ttektek bil-ħlewwa u qiegħed f’4 °C.

(g) Pjanċi huma lesti 30 – 40 minuta aktar tard meta l-kontrolli jkunu qagħdu. Il-qari jsir billi l-pjanċa tkun imxaqilba u tkun osservata l-preżenza jew in-nuqqas ta’ taqtir f’għamla ta’ demgħa ta’ r-RBC. Vażetti mingħajr ebda HA għandhom iferrgħu bl-istess rata għal ċelloli ta’ kontroll mingħajr virus.

(h) It-titre HA hija l-għola dilwizzjoni li toħloq agglutinazzjoni ta’ r-RBC. Dik id-dilwizzjoni tista’ tkun meqjusa bħala li jkun fiha unità HA waħda (HAU). Għal metodu aktar eżatt għad-determinazzjoni tat-titre HA hija li jsiru testijiet HA fuq virus minn viċinanza fil-qrib ta’ dilwizzjonijiet inizjali, i.e. 1:3, 1:4, 1:5, 1:6, eċċ. Dan huwa rrakkommandat għal preparazzjoni eżatta ta’ antiġenu għal testijiet ta’ inibizzjoni emagglutinazzjonali (ara Kapitolu 6).

KAPITOLU 6

Reaġenti ta’ testijiet ta’ inibizzjoni ta’ emagglutinazzjoni (HI)

(ara Kapitolu 5)

(a)  Phosphate buffered saline (PBS) - (Salmura fosfata mħallta)

(b) Fluwidu allantojku li jkun fih il-virus imħallat bi PBS biex ikun fih 4 jew 8 HAU kull 0,025 ml.

(ċ) 1 % RBC tat-tiġieġ.

(d) Kontroll negattiv tas-serum tat-tiġieġ.

(e) Kontroll posittiv ta’ serum.

Proċedura

(a) Xerred 0,025 ml PBS f’kull wieħed mil-vażetti ta’ planċa plastika mikrotitrika (vażetti bil-qiegħ f’għamla “V”).

(b) Qiegħed 0,025 ml ta’ serum fl-ewwel vażett ta’ pjanċa.

(ċ) Uża dilwitur ta’ mikrotitrazzjoni biex tagħmel dilwizzjoni fi tnejn tas-serum matul il-pjanċa.

(d) Żid 0,025 ml ta’ fluwidu allantojku mħallat li jkun fih 4 jew 8 HAU.

(e) Ħallat billi ttektek u qiegħed il-pjanċa f’4 °C għal minimu ta’ 60 minuta jew f’temperatura tal-kamra għal minimu ta’ 30 minuta.

(f) Żid 0,025 ml ta’ 1 % RBC mal-vażetti kollha.

(g) Ħallat billi ttektek bil-ħlewwa u qiegħed f’ 4 °C.

(h) Pjanċi huma lesti 30 – 40 minuta aktar tard meta l-kontrolli RBC jkunu qagħdu. Dan isir bix-xaqlib u l-osservazzjoni tal-preżenza jew nuqqas ta’ tixrid f’għamla ta’ demgħa bl-istess rata bħall-vażetti ta’ kontroll li jkun fihom RBC (0,025 ml) u PBC (0,05 ml) biss.

(i) It-titre HI huwa l-għola dilwizzjoni ta’ antiserum ikkawżat bl-inibizzjoni sħieħa ta’ 4 jew 8 unitajiet ta’ virus (titrazzjoni HA biex tikkonferma l-preżenza ta’ l-HAU meħtieġa għandha tkun inkluża f’kull test).

(j) Il-validità tar-riżultati hija dipendenti mill-akkwist ta’ titre ta’ anqas minn 23 għal 4 HAU jew 22 għal 8 HAU b’serum ta’ kontroll negattiv u ta’ titre f’dilwizzjoni waħda ta’ titre magħruf ta’ serum ta’ kontroll pożittiv.

KAPITOLU 7

Test ta’ indiċi intraċerebrali ta’ patoġeniċità

1. Fluwidu allantojku infettiv miksub frisk (titre HA irid ikun akbar minn 24 huwa mħallat 1:10 f’salmura isotinika sterili (m’għandhomx ikunu użati antikorpi).

2. 0,05 ml ta’ virus imħallat huwa injettat intraċerebralment f’kull wieħed minn 10 flieles ta’ jum (i.e. 24 siegħa; 40 siegħa wara t-tfaqqis). Il-flieles għandhom ikunu faqqsu minn bajd miksub minn merħla speċifika ħielsa minn patoġeni.

3. L-għasafar ikunu eżaminati f’intervalli ta’ 24 siegħa għal tmien ġranet.

4. F’kull osservazzjoni kull għasfur għandu jingħata marka: 0 = normali; 1 = marid; 2 = mejjet.

5. L-indiċi huwa kkalkolat kif muri fl-eżempju li ġej:



Sinjali kliniċi

Jiem wara t-tilqim

(numru ta' għasafar)

1

2

3

4

5

6

7

8

Total

Riżultat

Normali

10

4

0

0

0

0

0

0

14 × 0

= 0

Morda

0

6

10

4

0

0

0

0

20 × 1

= 20

Mejtin

0

0

0

6

10

10

10

10

46 × 2

= 92

 
 

Total = 112

Indiċi hija l-medja tar-riżultat kull għasfur kull osservazzjoni = 112/80 = 1,4

KAPITOLU 8

Assessjar ta’ l-abbilità li tkun iffurmata l-plakka

1. Normalment huwa l-aħjar li tkun użata medda ta’ dilwizzjoni ta’ virus biex tkun assigurata li l-aħjar numru ta’ plakki jkunu preżenti fuq il-pjanċa. Dilwizzjonijiet ta’ parti-minn-għaxra sa 10-7 f’PBS għandhom ikunu biżżejjed.

2. Monosaffi komfluwenti ta’ ċelloli ta’ embrijuni ta’ flieles jew linja ta’ ċelloli addattati (per eżempju Madin-Darby bovine kidney (kilwa tal-bovini)) huwa ppreparat f’dixxijiet Petri ta’ 5 ċm dijametru.

3. 0,2 ml ta’ kull dilwizzjoni tal-virus hija miżjuda ma’ kull wieħed minn żewġ dixxijiet Petri u l-virus imħolli li jassorbi għal 30 minuta.

4. Wara l-ħasil tliet darbiet b’PBS iċ-ċelloli infettati jkunu miksija b’medja relevanti li jkun fiha 1 % u/v agar u jew 0,01 mg/ml trypsin jew l-ebda trypsin. Huwa importanti li l-ebda serum ma jkun miżjud mal-medja tal-kisi.

5. Wara 72 siegħa, inkubazzjoni f’37 °C il-plakki għandhom ikunu ta’ daqs suffiċjenti. Dawn l-aħjar li jidhru billi jitneħħa l-kisja agar u tkun imsoffija ċ-ċellola monosaff bi kristall vjola (0,5 % u/v) f’25 % v/v ethanol.

6. Il-virus kollha għandhom jagħtu plakki ċari meta inkubati fil-preżenza ta’ trypsin fil-kisja. Meta trypsin ikun nieqes mill-kisja, virus biss għal flieles virulenti jipproduċu plakki.

▼M3 —————

▼B




ANNESS V

LABORATORJU TA’ REFERENZA TAL-KOMUNITÀ GĦAL MARDA NEWCASTLE

Isem il-Laboratorju:

Central Veterinary Laboratory (Laboratorju Veterinarju Ċentrali)

New Haw

Weybridge

Surrey

KT15 3NB

Renju Unit

Il-funzjonijiet u d-doveri tal-laboratorju ta’ referenza tal-Komunità għal marda Newcastle għandu jkun:

1. biex jikkoordina, b’konsultazzjoni mal-Kummissjoni tal-Komunità, il-metodi użati fl-Istati Membri għad-dianjożi tal-marda Newcastle. Speċifikament bi:

(a) għażla bit-tipi, ħażna u forniment ta’ tessut tal-virus tal-marda Newcastle għal testijiet seroloġiċi u l-preparazzjoni ta’ antisera;

(b) forniment ta’ sera normali u reaġenti oħra ta’ referenza għal laboratorji nazzjonali ta’ referenza sabiex ikunu nnormalizzati t-testijiet u r-reaġenti użati fl-Istati Membri;

(ċ) il-bini ta’ u ż-żamma ta’ kollezzjoni ta’ tessut u iżolati tal-virus tal-marda Newcastle;

(d) l-organizzazzjoni perjodiċi ta’ testijiet komparattivi ta’ proċeduri dianjostiċi fil-livell tal-Komunità;

(e) ġbir u organizzazzjoni ta’ dettalji u informazzjoni dwar metodi ta’ dianjożi użati u r-riżultat ta’ testijiet imwettqa fil-Komunità;

(f) il-karatterizzazzjoni ta’ iżolati tal-virus tal-marda Newcastle bil-metodi l-aktar aġġornati disponibbli hekk li jippermettu aktar rikonoxximent ta’ l-epiżootoloġija tal-marda Newcastle;

(g) li jinżamm aġġornat ma’ żviluppi fis-sorveljanza tal-marda Newcastle, epiżootoloġija u prevenzjoni matul id-dinja;

(h) iż-żamma ta’ esperjenza dwar il-virus tal-marda Newcastle u virus pertinenti oħra biex jgħinu għal dianjożi ddifferenzjata mħaffa;

(i) il-kisba ta’ tagħrif tal-preperazzjoni u l-użu tal-prodotti ta’ immunoloġija veterenarja użati fl-eradikazzjoni u kontroll tal-marda Newcastle;

2. f’attività biex jgħin fid-dianjożi tat-tfaqqigħ tal-marda Newcastle fi Stati Membri billi jirċievi iżolati tal-virus għal dianjożi konfirmatorja, karatterizzazzjoni u studju epiżootoloġiku;

3. biex jiffaċilita t-taħriġ jew iż-żamma ta’ esperti fid-dianjożi laboratorja bil-għan ta’ l-armonizzazzjoni ta’ tekniki ġewwa l-Komunità kollha.




ANNESS VI

image




ANNESS VII

KRITERJI MINIMI GĦAL PJANIJIET TA’ KONTINĠENZA

Pjanijiet ta’ kontinġenza għandhom mill-anqas jilħqu l-kriterju segwenti:

1. l-istabbiliment ta’ ċentru ta’ kriżi fuq livell nazzjonali, li għandu jikkoordina l-miżuri kollha ta’ kontroll fl-Istat Membru kkonċernat;

2. għandha tkun ipprovduta lista għal ċentri lokali ta’ kontroll tal-mard b’faċilitajiet adegwati biex ikunu kkoordinati l-miżuri ta’ kontroll f’livell lokali;

3. informazzjoni ddetaljata għandha tingħata dwar l-impjegati involuti fil-miżuri ta’ kontroll, il-kapaċità tagħhom u r-responsabbiltajiet tagħhom;

4. kull ċentru lokali ta’ kontroll tal-mard għandu jkun jista’ jikkuntattja malajr persuni jew organizzazzjonijiet li huwa direttament jew indirettament involuti f’xi tfaqqigħ ta’ mard;

5. tagħmir u materjali għandhom ikunu disponibbli biex jitwettqu l-miżuri xierqa ta’ kontroll tal-mard;

6. istruzzjonijiet iddettaljati għandhom ikunu ipprovduti dwar azzjoni li għandha tittieħed mas-suspett u l-konferma ta’ infezzjoni jew kontaminazzjoni, inklużi mezzi proposti ta’ qerda ta’ karkassi;

7. programmi ta’ taħriġ għandhom ikunu stabbiliti biex jinżammu u jiżviluppaw il-kapaċitajiet fi proċeduri fl-irziezet u amministrattivi;

8. laboratorji dianjostiċi għandhom ikollhom faċilitajiet għal eżami post-mortem, il-kapaċità meħtieġa għal seroloġija, istoloġija, eċc., u għandhom jinżammu l-ħiliet għal dianjożi mħaffa. Arranġamenti għandhom isiru għal trasport imħaffef ta’ kampjuni;

9. dettalji għandhom ikunu pprovduti dwar il-kwantità tal-vaċċina għal marda Newcastle li jkun stmati bħala meħtieġa fil-każ ta’ tilqim mill-ġdid b’emerġenza;

10. għandhom isiru disposizzjonijiet biex jassiguraw il-poteri legali meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ kontinġenza.



( 1 ) ĠU C 146, tal-5.6.1991, p. 12.

( 2 ) ĠU C 280, tat-28.10.1991, p. 174.

( 3 ) ĠU C 339, tal-31.12.1991, p. 14.

( 4 ) ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 19; kif emendat b’Deċiżjoni 91/133/KEE (ĠU L 66, tat-13.3.1991, p. 18).

( 5 ) ĠU L 303, tal-31.10.1990, p. 6 kif l-aħħar emendat b’Direttiva 91/496/KEE (ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 56).

( 6 ) Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 li tikkonċerna l-verifiki veterinarji u żootekniċi applikabbli fil-kummerċ intra-Komunitarju f’ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-għan tat-twettiq tas-suq intern (ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 29); kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/496/KEE (ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 56).

( 7 ) Direttiva tal-Kunsill 89/437/KEE ta’ l-20 ta’ Ġunju 1989 dwar problemi ta’ iġjene u saħħa li jaffettwaw il-produzzjoni u t-tqegħid fuq is-suq ta’ prodotti mill-bajd (ĠU L 272, tat-22.7.1989, p. 87); kif emendata bid-Direttiva 89/662/KEE (ĠU L 395, tat-30.12.1989, p. 13).

( 8 ) Direttiva tal-Kunsill 91/494/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1991 dwar kondizzjonijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali li tirregola n-negozju intra-Komunitarju fil-, u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ laħam frisk tat-tjur (ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 35).

( 9 ) ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 19.

( 10 ) ĠU L 255, tat-18.10.1968, p. 23.

( 11 ) ĠU L 31, ta' l-1.2.2002, p. 1.

( 12 ) ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23

( 13 ) Direttiva tal-Kunsill 90/667/KEE tas-27 ta’ Novembru 1990 li tipprovdi r-regoli veterinarji għat-tneħħija u l-ipproċessar ta’ skart ta’ l-annimali, biex jitqiegħed fuq is-suq u għal prevenzjoni ta’ patoġeni f’materjali ta’ l-għalf ta’ oriġini mill-annimali jew mil-ħut u temenda d-Direttiva 90/425/KEE (ĠU L 363, tas-27.12.1990, p. 51).

Top