EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01992L0035-20080903

Consolidated text: Id-Direttiva Tal-Kunsill 92/35/KEE tad– 29 ta’ April 1992 li tistabilixxi r-regoli ta’ kontroll u miżuri biex tkun miġġielda l-marda Afrikana taż- żwiemel

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1992/35/2008-09-03

Dan it-test ikkonsolidat jista’ ma jinkludix l-emendi li ġejjin:

Att li jemenda Tip ta’ emenda Is-subdiviżjoni kkonċernata Data tal-effett
32018R0415 Emendata minn anness II Test 01/01/2019

1992L0035 — MT — 03.09.2008 — 007.002


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 92/35/KEE

tad– 29 ta’ April 1992

li tistabilixxi r-regoli ta’ kontroll u miżuri biex tkun miġġielda l-marda Afrikana taż- żwiemel

(ĠU L 157, 10.6.1992, p.19)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 806/2003 ta' l-14 ta' April 2003

  L 122

1

16.5.2003

 M2

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tal-5 ta' Diċembru 2006

  L 346

41

9.12.2006

 M3

DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2006/104/KE ta’ l-20 ta’ Novembru 2006

  L 363

352

20.12.2006

►M4

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tas-7 ta’ Novembru 2007

  L 294

26

13.11.2007

►M5

DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2008/73/KE Test b’relevanza għaż-ŻEE tal-15 ta’ Lulju 2008

  L 219

40

14.8.2008


Emendat bi:

 A1

  C 241

21

29.8.1994

 A2

  L 236

33

23.9.2003


Ikkoreġut b'

 C1

Rettifika, ĠU L 064M, 10.3.2009, p. 299  (06/104)




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 92/35/KEE

tad– 29 ta’ April 1992

li tistabilixxi r-regoli ta’ kontroll u miżuri biex tkun miġġielda l-marda Afrikana taż- żwiemel



IL-KUNSILL TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’ mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 2 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 3 ),

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 fuq il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn tielet pajjiżi ta’ equidae ( 4 ) tfittex li tilliberaliżża l-moviment ta’ equidae fuq it-territorju tal-Komunità; billi skond l-Artikolu 5(4) ta’ dan, miżuri tal-Komunità jridu jkunu introdotti biex jarmoniżżaw ir-regoli biex jikkontrollaw u miżuri biex jiġġieldu l-marda Afrikana taż- żwiemel;

Billi tali miżuri jagħmluha possibbli li jkun żgurat żvilupp razzjonali tas-settur tal-biedja u jikkontribwixxi għal protezzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali fil-Komunità;

Billi jekk tfaqqa’ din il-marda tista’ fi żmien qasir tassumi proporzjonijiet epiżoloġiċi, filwaqt li tikkawża mewt u tfixkil li jista’ jirriduċi b’ mod qawwi l-profitabbilità tal-produzzjoni ta’ annimali ħajjin;

Billi miżuri ta’ kontroll jridu jkunu meħuda appena l-preżenza tal-marda hi suspettata u billi azzjoni immedjata u effettiva trid tkun implimentata appena hu konfermat sabiex tkun garantita l-protezzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali fil-Komunità;

Billi l-miżuri li għandhom jittieħdu jridu jimmiraw għall-prevenzjoni tat-tixrid tal-marda Afrikana taż-żwiemel; billi l-moviment ta’ annimali li għandhom ċans jittrasmettu l-infezzjoni jridu jkun strettament kontrollati u insetti jridu jkunu eradikati minn postijiet infettati;

Billi l-kundizzjonijiet li taħthom tilqim kontra l-marda Afrikana taż-żwiemel tista’ tkun imwettqa u r- regoli li jirregolaw tali vaċċinazzjoni jridu jkunu speċifikati;

Billi, sabiex ikun żgurat kontroll effettiv tal-marda, trid tittieħed azzjoni biex ikunu stabbiliti żoni ta’ protezzjoni u sorveljanza, filwaqt li jittieħed kont ta’ fatturi ġeografiċi, amminstrattivi, ekoloġiċi u epiżoloġiċi;

Billi inkjesta dettaljata epiżoloġika hi essenzjali sabiex tipprevjeni kwalunkwe tixrid tal-marda;

Billi l-Artikolu 3 tad- Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 fuq l-ispejjeż fil-kamp veterinarju ( 5 ) japplika fil-każ ta’ l-okkorrenza tal-marda Afrikana taż- żwiemel,

ADOTTA DIN ID- DIRETTIVA:



L-Artikolu 1

Din id- Direttiva tistabilixxi r- regoli ta’ kontroll u miżuri biex tkun miġġielda l-marda Afrikana taż- żwiemel.

L-Artikolu 2

Għall-iskop ta’ din id- Direttiva, d- definizzjonijiet mgħotija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 90/426/KEE ser japplikaw kif u meta neċessarju.

Iżda, art agrikola tfisser art agrikola fl-ambitu tat-tifsira tad-Direttiva 90/426/KEE u r-riżervi naturali li equidae jgħixu fihom fil-libertà.

Ukoll:

(a) sid jew min iżomm meżżi kwalunkwe, persuni naturali u legali għandhom pussess ta’ equidae jew għandhom ir-responsabbiltà tagħhom, kemm jekk għal ħlas finanzjarju jew le:

(b)  vector ifisser insett ta’ l-ispeċi imicola Culicoides jew kwalunkwe insett Culicoides li għandu ċ-ċans jittrasmetti l-marda Afrikana taż-żwiemel, identifikabbli skond il-proċedura li għaliha hemm provediment fl-Artikolu 19, b’ mod li tkun segwita l-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku Veterinarju;

(ċ) konferma tfisser id-dikjarazzjoni, mill-awtoritajiet kompetenti, tal-preżenza tal-marda Afrikana taż-żwiemel, bażata fuq riżultati ta’ laboratorju; iżda fil-każ ta’ epidemija l-awtorità kompetenti tista’ wkoll tikkonferma l-marda a bażi ta’ riżultati kliniċi u/jew epidemjoloġiċi;

(d) awtorità kompetenti tfisser l-awtorità ċentrali ta’ Stat Membru responsabbli biex iwettaq kontrolli veterinarji jew kwalunkwe awtorità veterinarja li għaliha hi delegata dik ir- responsabbiltà;

(e) veterinarju uffiċjali jfisser il-veterinarju appuntat mill-awtorità kompetenti.

L-Artikolu 3

Stati Membri għandhom jiżguraw li l-okkorrenza jew suspett tal-marda Afrikana taż-żwiemel hi soġġetta għal notifika ta’ bilfors u immedjata lill-awtorità kompetenti.

L-Artikolu 4

1.  Meta art agrikola tikkontjeni waħda jew aktar equidae suspettati li huma effettwati mill-marda Afrikana taż-żwiemel, l-Istati Membri ser jiżguraw li l-veterinarju uffiċjali immedjatament iwaqqaf meżżi uffiċjali ta’ investigazzjoni biex jikkonferma jew jinnega l-preżenza tal-marda msemmija.

2.  Mill-mument meta l-infezzjoni suspettata hi notifikata, l-veterinarju uffiċjali għandu:

(a) jqiegħed l-artijiet agrikoli suspettati taħt sorveljanza uffiċjali;

(b) jibda:

(i) Ċensiment uffiċjali ta’ l-ispeċi ta’ equidae, filwaqt li jiddikjara fil-każ ta’ kull speċi n-numru ta’ equidae diġa’ mejta, infettati jew li għandhom ċans ikunu infettati, u l-aġġornar ta’ dak iċ-ċensiment biex jikkunsidra l-equidae li jitwieldu jew imutu matul il-perijodu ta’ suspett; l-informazzjoni fiċ-ċensiment trid tkun prodotta fuq rikjesta u tista’ tkun iċċekkjata f’ kull ispezzjoni;

(ii) ċensiment ta’ postijiet li għandhom iċ-ċans jiffaċilitaw is-sorveljanza tal-vector jew biex jakkomodawh u l-użu ta’ meżżi xierqa biex ikunu eradikati insetti f’ tali postijiet;

(iii) inkjesta epiżotjoliġika bi qbil ma’ l-Artikolu 7;

(ċ) visti regolari lill art(ijiet), meta hu għandu:

(i) jeżamina kull equid miżmum hemm;

(ii) iwettaq eżami kimiku dettaljat jew awtopsja fuq is-suspett jew annimali mejta u jieħu l-kampjuni neċessarji għall-eżamijiet tal-laboratorju;

(d) jiżgura li:

(i) l-equidae kollha fuq l-art(ijiet) agrikoli huma miżmuma fil-kwartjieri ta’ abitazzjoni tagħhom jew f’ postijiet oħra protetti mill-vector;

(ii) iċ- ċaqlieq kollu ta’ equidae minn jew għall-art(ijiet) agrikola(i) hu projbit;

(iii) meżżi approprjati biex ikunu eradikati l-insetti huma mwettqa fi u madwar il-bini li jospita l-equidae;

(iv) il-karkassi ta’ equidae li mietu fuq l-art agrikola huma distrutti, mneħħija, maħruqa jew midfuna bi qbil mad-Direttiva tal-Kunsill 90/667/KEE tas-27 ta’ Novembru 1990 li jistabilixxi r-regoli veterinarji għad-disponiment u l-ipproċessar ta’ ħmieġ ta’ l-annimali, għat-tpoġġija tiegħu fuq is-suq u għall-priservazzjoni ta’ patoġeni f’affarijiet ta’ l-ikel ta’ oriġini mill-annimali jew il-ħut li jemenda d-Direttiva 90/425/KEE ( 6 ).

3.  Sakemm ikunu introdotti l-miżuri uffiċjali li għalihom hemm riferenza fil-paragrafu 2, is-sid jew min iżomm kwalunkwe mill-annimali suspettati li għandhom il-marda għandhom jieħdu l-azzjoni prekawzjonarja kollha sabiex jiżguraw qbil mall-paragrafu 2(d).

4.  L-awtorità kompetenti tista’ tapplika kwalunkwe mill-miżuri li għalihom hemm provediment fil-paragrafu 2 għal artijiet agrikoli oħra jekk il-lokazzjoni tagħhom, is-sitwazzjoni ġeografika tagħhom jew kuntatti ma’ l-art agrikola fejn il-marda hi suspettata jagħtu raġuni għal kontaminazzjoni possibbli.

5.  Barra mid-dispożizzjonijiet ta’ paragrafu 2, dispożizzjonijiet speċifiċi jistgħu ikunu stabbiliti bi qbil mal-proċedura li għaliha hemm riferenza fl-Artikolu 19 għal riżervi naturali fejn joqgħodu l-equidae fil-libertà.

6.  Il-miżuri koperti minn dan l-Artikolu ser ikunu uffiċjalment diskontinwati meta l-awtorità kompetenti ma tibqax tissuspetta l-preżenza tal-marda Afrikana taż- żwiemel.

L-Artikolu 5

Vaċċinazzjoni kontra l-marda Afrikana taż-żwiemel tista’ tkun prattikata biss bi qbil mad- dispożizzjonijiet imniżżla f’ din id-Direttiva.

L-Artikolu 6

1.  Fejn il-preżenza tal-marda Afrikana taż-żwiemel hi uffiċjalment konfermata, l-veterinarju uffiċjali:

(a) għandu jipproċedi immedjatament bil-qtil taħt kontroll uffiċjali ta’ kwalunkwe equidae fuq l-art agrikola infettata li huma infettati bi jew jippreżentaw sintomi kliniċi tal-marda Afrikana taż-żwiemel;

(b) għandu jirranġa għad-distruzzjoni, disponiment, ħruq jew dfin tal-karkassi ta’ l-hawn fuq imsemmija equidae bi qbil mad-Direttiva 90/667/KEE u/jew;

(ċ) għandu jestendi l-miżuri stipulati fl-Artikolu 4 għal artijiet agrikoli li jinsabu f’arja ta’ 20km (inklużi fiż-żona protetta) madwar l-art(ijiet) agrikola(i) infettata(i);

(d) għandu jipproċedi, fiż-żona stipulata f’ (ċ) bil-tilqim sistematiku ta’ l-equidae kollha permezz ta’ vaċċin awtoriżżat mill-awtorità kompetenti, u għandu jidentifikhom b’marka ċara indelibbli applikata b’ metodu approvat bi qbil mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 19. Iżda, a bażi taċ-ċirkostanzi epizotjoloġiċi, meterjoloġiċi, geografiċi jew klimatoliġiċi, r-rekwiżiti tat-tilqima jistgħu ikunu kanċellati mill-awtorità kompetenti. L-awtorità kompetenti għandha tinforma’ l Kummissjoni b’dan;

(e) twettaq inkjesta epzotjoloġika bi qbil ma’ l-Artikolu 7.

2.  L-awtorità kompetenti tista’ testendi l-miżuri li għalihom hemm provediment fil-paragrafu 1 oltre ż-żona li għaliha hemm riferenza fil-punt (ċ) ta’ dan jekk, minħabba s-sitwazzjoni jew movimenti geografiċi, ekoloġiċi jew meterjoloġiċi minn jew għal art agrikola fejn il-marda ġiet ikkonfetmata, hemm raġunijiet biex tkun sospettata estensjoni tal-marda Afrikana taż-żwiemel. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’ mod xieraq.

3.  Meta ż-żona li għaliha hemm riferenza fil-paragrafu 1 hi misjuba fit-territorju ta’ aktar minn Stat Membru wieħed, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kompetenti konċernati għandhom jikkolaboraw biex jiddefinixxu din iż-żona. Jekk neċessarju, dawn ta’ l-aħħar għandhom ikunu definiti skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 19.

L-Artikolu 7

1.  L- inkjesta epiżotjoliġika għandha tkopri:

 t-tul ta’ żmien li matulu l-marda Afrikana taż- żwiemel tista’ tkun eżistiet fuq l-art agrikola,

 l-oriġini possibbli tal-marda Afrikana taż-żwiemel fuq l-art agrikola u l-identifikazzjoni ta’ artijiet agrikoli oħra fuq liema hemm equidae li jistgħu jkunu ġew infettati jew kontaminati mill-istess fonti,

 l-preżenza u d-distribuzzjoni tal-vectors tal-marda,

 l-moviment ta’ l-equidae minn jew lejn l-artijiet agrikoli konċernati jew kwalunkwe karkassi ta’ equidae immneħħija minnhom.

2.  Sabiex ikun hemm provediment ta’ kordinazzjoni sħiħa tal-miżuri kollha neċessarji biex tkun żgurata eradikazzjoni tal-marda Afrikana taż-żwiemel l-aktar malajr possibbli u għall-iskopijiet li tkun imwettqa l-inkjesta epiżotjoloġika, unità ta’ kriżi għandha tkun stabbilita.

Ir-regoli ġenerali dwar l-unitajiet ta’ kriżi nazzjonali u unitajiet ta’ kriżi tal-Komunità ser ikunu adottati mill-Kunsill li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni.

L-Artikolu 8

1.  L-Istati membri għandhom jiżguraw li, flimkien mal-miżuri li għalihom hemm riferenza fl-Artikolu 6, l-awtorità kompetenti tistabilixxi żona ta’ protezzjoni u żona ta’ sorveljanza. L-istabiliment taż- żoni għandu jieħu kont tal-fatturi ġeografiċi, amministrattivi, ekoloġiċi u epiżotjoloġiċi konnessi mal-marda Afrikana taż-żwiemel u ta’ l-istrutturi ta’ kontroll.

2.  

(a) Iż-żona ta’ protezzjoni għandha tikkonsisti minn parti mit-territorju tal-Komunità b’ arja ta’ għallinqas 100km madwar l-art agrikola infettata kollha.

(b) Iż-żona ta’ sorveljanza għandha tikkonsisti minn parti mit-territorju tal-Komunità li testendi għallinqas 50km oltre ż-żona protetta, li fiha l-ebda tilqima sistematika ma’ ġiet imwettqa fl-aħħar 12-il xahar.

(ċ) Billi tali żoni jinsabu fuq it-territorju ta’ bosta Stati Membri, l-awtoritajiet komptenti ta’ l-Istati Membri konċernati għandhom jikkollaboraw sabiex jiddefinixxu ż-żoni li għalihom hemm riferenza f’ (a) u (b). Iżda, jekk neċessarju, ż-żona ta’ protezzjoni u ż-żona ta’ sorveljanza għandhom ikunu definiti bi qbil mall-proċedura stipulata fl-Artikolu 19.

3.  Fuq rikjesta xierqa minn Stat Membru deċiżjoni tista’ tittieħed bi qbil mall-proċedura stipulata fl-Artikolu 19, bil għan li tkun emendata ż-żona ta’ demarkazzjoni definita fil-paragrafu 2, filwaqt li tkun ikkunsidrata:

 s-sitwazzjoni ġeografika u l-fatturi ekoloġiċi,

 l-kundizzjonijiet meterjoliġiċi,

 l-preżenza u d-distribuzzjoni tal-vector,

 r-riżultati ta’ l-istudji epiżotjoloġiċi mwettqa bi qbil ma’ l-Artikolu 7,

 r-riżultati ta’ l-eżami tal-laboratorju,

 l-applikazzjoni tal-miżuri ta’ kontroll, b’mod partikolari l-miżuri ta’ eradikazzjoni ta’ l-insetti.

L-Artikolu 9

1.  Stati Membri ser jiżguraw li s-segwenti miżuri huma applikati fiż- żona ta’ protezzjoni:

(a) l-artijiet agrikoli kollha li jikkontjenu l-equidae fiż-żona huma identifikati;

(b) l-kondotti uffiċjali veterinarji:

 visti perjodiċi lill-artijiet agrikoli kollha li jikkontjenu l-equidae,

 eżami kliniku ta’ l-imsemmija equidae kif ukoll, jekk neċessarju, l-kollezzjoni ta’ kampjuni għall-eżami ta’ laboratorju; rekord ta’ viżti u sejbiet iridu jiġu miżmuma;

(ċ) l-equidae iħallu l-art agrikola li fuqha huma miżmuma biss għat-trasport dirett taħt superviżjoni uffiċjali għall-qatla ta’ emerġenza f’ biċċerija misjuba f’ dik iż-żona jew, jekk dik iż-żona m’għandiex dar tal-qtil, f’ biċċerija f’żona ta’ sorveljanza magħżula mill-awtorità kompetenti.

2.  Flimkien mall-miżuri li għalihom hemm provediment fil-paragrafu 1, deċiżjoni li tkun imwettqa tilqima sistematika ta’ equidae kontra l-marda Afrikana taż-żwiemel u biex ikunu identifikati fiż- żona ta’ protezzjoni tista’ tkun meħuda taħt il-proċedura stipulata fl-Artikolu 19.

L-Artikolu 10

L-Istati Membri għandhom jiżuraw li:

1. L-miżuri li għalihom hemm provediment fl-Artikolu 9(1) japplikaw fiż-żona ta’ sorveljanza. Iżda, jekk iż- żona ta’ sorveljanza m’għandha l-ebda biċċerija, l-equidae jistgħu jiġu maqtula fiż-żona ta’ protezzjoni f’ biċċerija magħżula mill-awtorità kompetenti;

2. It-tilqima kontra l-marda Afrikana taż- żwiemel hi projbita fiż-żona ta’ sorveljanza.

L-Artikolu 11

L- perijodu ta’ applikazzjoni u manteniment tal-miżuri li għalihom hemm provediment f’L-Artikoli 6,8,9 u 10 għandhom ikunu determinati mill-proċedura stipulata fl-Artikolu 19. Dan il-perijodu ma’ jista’ fl-ebda każ ikun inqas minn 12-il xahar fejn tilqima ġiet imwettqa bi qbil ma’ l-Artikoli 6(1) u 9 (2).

Iżda, minkejja l-Artikoli 9(1)(ċ) u 19 (1):

(a)  equidae minn żona ta’ protezzjoni u minn żona ta’ sorveljanza jistgħu ikunu trasportati taħt superviżjoni uffiċjali u skond il-kundizzjonijijiet stipulati fl-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 90/426/KEE għall-istazzjon tal-kwarantina li għaliha hemm riferenza fl-Artikolu 5(3)(d) ta’ dik id-Direttiva;

(b) movimenti ta’ equidae bejn iż-żoni ta’ l-istess status għandhom ikunu suġġetti għall-awtoriżżazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti a bażi tar-regoli segwenti:

(i)  equidae għandhom:

 jgħaddu minn kontroll uffiċjali qabel,

 jirrikjedu identifikazzjoni, u

 jkunu akkumpanjati minn dokument uffiċjali;

(ii) Stati Membri għandhom jiżguraw, f’ kull każ, li equidae mlaqqma inqas minn 60 ġurnata qabel ma jistgħux jitilqu l-art agrikola li fuqha huma kienu meta t-tilqima ġiet imwettqa;

(iii) Stati Membri għandhom jinfurmaw’ il Kummissjoni fil-Kumitat Veterinarju Permanenti dwar miżuri meħuda f’ dan il-kamp.

L-Artikolu 12

Meta l-marda Afrikana taż-żwiemel epiżoloġika hi eċċezzjonalment serja f’reġjuni partikolari, kwalunkwe miżuri addizzjonali li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri konċernati għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 19.

L-Artikolu 13

Stati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti tieħu l-passi neċessarji kollha u l-miżuri xierqa għall-persuni kollha stabbiliti fiż-żoni ta’ protezzjoni u sorveljanza biex ikunu informati bis-sħiħ bir-restrizzjonijiet fis-seħħ u biex jieħdu l-passi meħtieġa għall-implimentazzjoni xierqa tal-miżuri in kwistjoni.

▼M5

Artikolu 14

1.  L-Istati Membri għandhom jaħtru laboratorju nazzjonali biex iwettaq l-eżamijiet ta’ laboratorju stipulati f’din id-Direttiva, u għandhom jagħmlu d-dettalji ta’ dak il-laboratorju, u kull tibdil sussegwenti, disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-pubbliku.

Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan il-paragrafu jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19.

2.  Il-funzjonijiet u d-dmirijiet tal-laboratorji nazzjonali maħtura skond il-paragrafu 1 huma stipulati fl-Anness I.

3.  Il-laboratorji nazzjonali indikati skond il-paragrafu 1 għandhom jikkooperaw mal-laboratorju ta’ referenza Komunitarju msemmi fl-Artikolu 15.

▼B

L-Artikolu 15

Il-laboratorju ta’ riferenza tal-Komunità għall-marda Afrikana taż-żwiemel hu msemmi f’L-Anness II. Minkejja d-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 90/424/KEE, u b’mod partikolari l-Artikolu 28 tagħha, l-funzjonijiet u d-doveri tal-laboratorju għandhom ikunu kif definiti f’L-Anness III.

L-Artikolu 16

Esperti mill-Kummissjoni jistgħu, sa fejn neċessarju għall-applikazzjoni uniformi ta’ din id- Direttiva u b’ kooperazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti, jagħmlu kontrolli fuq is-siti. Għal dan il-għan huma jistgħu, billi jispezzjonaw perċentwali rappreżentattiv ta’ l-artijiet agrikoli, jivverifikaw jekk l-awtoritajiet kompetenti qed jimmonitoraw il-qbil mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri bir-riżultati tal-kontrolli mwettqa.

Stat Membru fit-territorju fejn spezzjoni qed tiġi mwettqa għandu jagħti l-assitenza kollha neċessarja lill-esperti fit-twettieq tad-doveri tagħhom.

Ir-regoli ġenerali għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 19.

L-Artikolu 17

1.  Kull Stat Membru għandu jfassal pjan alternattiv, li jispeċifika kif hu ser jimplimenta l-miżuri stipulati f’ din id-Direttiva.

Dan il-pjan jippermetti aċċess għall-faċilitajiet, ekwipaġġament, persunal u kull materjal ieħor xieraq għall-eradikazzjoni mgħaġġla u effiċjenti tal-marda.

2.  Il-kriterji li għandhom ikunu applikati għat-tifsil tal-pjanijiet li għalihom hemm riferenza huma stipulati f’L-Anness IV.

Pjanijiet imfassla bi qbil ma’ dawn il-kriterji għandhom ikunu sottomessi lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn tlett xhur wara din id-Direttiva tieħu effett.

Il-Kummissjoni għandha teżamina l-pjanijiet sabiex tiddetermina jekk jippermettux li l-għan mixtieq ikun miksub u ser jissuġġerixxu lill-Istat Membru kkonċernat kwalunkwe emendi bżonjużi, b’mod partikolari biex jiżguraw li huma kompatibbli ma’ dawk ta’ l-Istati Membri l-oħra.

Il-Kummissjoni għandha tapprova l-pjanijiet, jekk neċessarju emendati skond il-proċedura stipulati fl-Artikolu 19.

Il-pjanijiet jistgħu sussegwentement ikunu emendati jew miżjuda bi qbil ma’ l-istess proċedura biex ikun ittieħed kont tal-iżvilupp fis-sitwazzjoni.

L-Artikolu 18

L- l-Annessi għandhom ikunu emendati mill-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni.

▼M1

L-Artikolu 19

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat Pemanenti tal-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali stabbilit skond l-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 ( 7 ).

2.  Meta jsir riferiment għal dan l-Artikolu għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE ( 8 ).

Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal tliet xhur.

3.  Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli tiegħu ta' Proċedura.

▼B

L-Artikolu 20

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jaderixxu ma’ din id-Drettiva qabel il-31 ta’ Diċembru 1992. Huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummisjoni b’ dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, huma għandu jkollhom riferenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali riferenza fil-ħin tal-publikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi għall-għemil ta’ tali riferenza għandhom ikunu stipulati mill-Istati Membri.

L-Artikolu 21

Il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kunsill, qabel l-1 ta’ Ottubru 1993 u bażat fuq esperjenza akkwistata, rapport fuq l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva flimkien ma’ kwalunkwe proposti xierqa.

L-Artikolu 22

Din id- Direttiva hi ndirizzata lill-Istati Membri.




L-ANNESS I

▼M5 —————

▼B

B.   FUNZJONIJIET U DOVERI TAL-LABORATORJI GĦALL-MARDA AFRIKANA TAŻ-ŻWIEMEL

Il-laboratorji nazzjonali għall-marda Afrikana taż-żwiemel huma responsabbli biex jikkordinaw l-i standards u l-metodi djanjostiċi stipulati f’ kull laboratorju djanjostiku ta' l-Istat Membru, għall-użu ta' reaġenti u għat-testijiet ta' vaċċini. Għal dan il-għan, huma:

(a) jistgħu jipprovdu reaġenti għall-laboratorji djanjostiċi li jirrikjeduhom;

(b) jikkontrollaw il-kwalità ta' reaġenti djanjostiċi użati f’ dak l-Istat Membru;

(ċ) jirranġaw testijiet komparattivi perjodiċi;

(d) jżommu iżolati tal-virus tal-marda Afrikana taż-żwiemel minn każijiet konfermati f’ dak l-Istat Membru;

(e) jiżguraw il-konferma ta' riżultati pożittivi miksuba minn laboratorji reġjonali djanjostiċi.

▼M4




ANNESS II

LABORATORJU TA’ REFERENZA KOMUNITARJU

Laboratorio Central de Sanidad Animal de Algete

Carretera de Algete, km 8

E-28110 Algete (Madrid)

Tel. (34) 916 29 03 00

Fax (34) 916 29 05 98

Correo electrónico: lcv@mapya.es

▼B




L-ANNESS III

IL-FUNZJONIJIET U D-DOVERI TAL- LABORATORJU TA’ RIFERENZA TAL- KOMUNITÀ GĦALL-MARDA AFRIKANA TAŻ-ŻWIEMEL

Il-laboratorju ta’ riferenza tal-Komunità għandu s-segwenti funzjonijiet u doveri:

1. Biex jikkordina, flimkien mal-Kummissjoni, l-metodi wżati fl-Istati Membri għad-djanjożi tal-marda Afrikana taż-żwiemel, speċifikatament minn:

(a) ittajpjar, l-immagażżinar u l-forniment ta’ partijiet ta’ virus tal-marda Afrikana taż- żwiemel għal testijiet seroloġiċi u l-preparazzjoni ta’ l-antiserum;

(b) l-forniment ta’ serums standard u reaġenti oħra ta’ riferenza lill-laboratorji ta’ riferenza sabiex ikunu standardiżżati t-testijiet u r-reaġenti użati f’ kull Stat Membru;

(ċ) l-bini u l-manteniment ta’ kollezzjoni ta’ partijiet u iżolati tal-marda Afrikana taż- żwiemel;

(d) l-organiżżazzjonijiet ta’ testijiet perjodiċi ta’ proċeduri djanjostiċi fuq livel ta’ Komunità;

(e) l-ġbir u l-kollezzjoni ta’ informazzjoni fuq il-metodi ta’ djanjożi wżata u r-riżultati tat-testijiet imwettqa fil-Komunità;

(f) il-karatteriżżazzjoni ta’ iżolati tal-marda Afrikana taż-żwiemel bil-metodi l-aktar avvanzati disponibbli biex jippermettu għarfien aktar vast ta’ l-epiżotjoloġija tal-marda Afrikana taż- żwiemel;

(g) il-kontroll ta’ żviluppi fil-marda Afrikana taż-żwiemel, sorveljanza, epiżotjoloġija u prevenzjoni fid- dinja;

2. Biex jassisti b’ mod attiv id- djanjożi ta’ splużjoni tal-marda Afrikana taż- żwiemel fi Stati Membri billi jirċievi iżolati tal-virus għal djanjożi konfermatorja, studji ta’ karateriżżazzjoni u epiżotjoloġija;

3. Biex jiffaċilita t-taħriġ jew it-taħriġ mill-ġdid ta’ esperti fi djanjożi ta’ laboratorju bil-għan li jkunu armoniżżati t-tekniċi fil-Komunità;

4. Biex iwettaq skambju mutwu u reċiproku ta’ informazzjoni mall-laboratorju dinji għall-marda Afrikana taż- żwiemel magħżul mill-Uffiċju Internazzjonali ta’ l-Epiżotika (IOE), b’ mod partikolari fejn għandhom x’ jaqsmu l-iżviluppi fis-sitwazzjoni dinjija fejn għandha x’ taqsam il-marda Afrikana taż- żwiemel.




L-ANNESS IV

KRITERJI GĦAL PJANIJIET TA’ KONTINĠENZA

Pjanijiet ta’ kontinġenza għandhom jissodosfaw ta’ l-anqas is-segwenti kriterji:

1. L-istabbiliment ta’ ċentru ta’ kriżi fuq livell nazzjonali, li għandu jikkordina l-miżuri kollha ta’ kontroll fl-Istat Membru konċernat;

2. Lista għandha tkun provduta taċ- ċentri ta’ kontroll ta’ mard lokali b’ faċilitajiet adegwati biex jikkordinaw il-miżuri ta’ kontroll ta’ mard fuq livell lokali;

3. Informazzjoni dettaljata għandha tkun mgħotija fuq il-persunal involut f’ miżuri ta’ kontroll; il-kapaċitajiet tagħhom u r-responsabbiltajiet tagħhom;

4. Kull ċentru ta’ kontroll ta’ mard lokali jrid ikun kapaċi jikkuntattja minnufih persuni/organiżżazzjonijiet li huma direttament jew indirettament involuti fit-tifqigħa;

5. Ekwipaġġament u materjali għandhom ikunu disponibbli biex il-miżuri ta’ kontroll tal-mard ikunu mwettqa sew;

6. Istruzzjonijiet dettaljati għandhom ikunu provduti fuq azzjoni li għandha tkun meħuda, kif ukoll meżżi ta’ disponiment ta’ karkassi, fuq suspett u konferma ta’ l-infezzjoni jew kontaminazzjoni;

7. Programmi ta’ taħriġ għandhom ikunu stabbiliti biex imantnu u jiżviluppaw kapaċitajiet fil-kamp u proċeduri amministrattivi;

8. Laboratorji djanjostiċi jrid ikollhom faċilitajiet għall-eżami wara l-mewt, il-kapaċità neċessarja għas-seroloġija, istoloġija, eċċ., u jridu jmantnu l-kapaċitajiet għal djanjożi mgħaġġla (għal dak il-għan ftehim suppost isir għal trasportazzjoni rapida ta’ kampjuni);

9. Dettalji għandhom ikunu provduti tal-kwantità ta’ vaċċin tal-marda Afrikana taż-żwiemel stmati li hemm bżonn fil-każ ta’ bżonn ta’ tilqima ta’ emerġenza;

10. Dispożizzjonijiet għandhom isiru biex ikunu żgurati l-poteri legali, meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ kontinġenza.



( 1 ) ĠU C 312, tat-3.12.1991, p. 12.

( 2 ) Opinjoni mwassla fl-10 ta’ April 1992 (għadha mhux ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

( 3 ) Opinjoni mwassla fid– 29 ta’ April 1992 (għadha mhux ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

( 4 ) ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 42. Direttiva kif l-aħħar emendata mid- Deċiżjoni 92/130 KEE (ĠU L 47, tat-22.2.1992, p. 26).

( 5 ) ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 19. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata mir- Regolament (KEE) Nru. 3763/91 (ĠU L 356, ta’ l-24.12.1991, p. 1.).

( 6 ) ĠU L 363, tas-27.12.1990, p. 51.

( 7 ) ĠU L 31, ta' l-1.2.2002, p. 1.

( 8 ) ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

Top