EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01991L0383-20070628

Consolidated text: Id-Direttiva tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju ta' l-1991 li tissupplementa l-miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-sigurtà u s-saħħa fix-xogħol tal-ħaddiema li għandhom relazzjoni ta' mpjieg b'dewmien fiss jew ta' mpjieg temporanju (91/383/KEE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1991/383/2007-06-28

1991L0383 — MT — 28.06.2007 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

tal-25 ta' Ġunju ta' l-1991

li tissupplementa l-miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-sigurtà u s-saħħa fix-xogħol tal-ħaddiema li għandhom relazzjoni ta' mpjieg b'dewmien fiss jew ta' mpjieg temporanju

(91/383/KEE)

(ĠU L 206, 29.7.1991, p.19)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

DIRETTIVA 2007/30/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b’relevanza għaż-ŻEE ta’ l-20 ta’ Ġunju 2007

  L 165

21

27.6.2007




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

tal-25 ta' Ġunju ta' l-1991

li tissupplementa l-miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-sigurtà u s-saħħa fix-xogħol tal-ħaddiema li għandhom relazzjoni ta' mpjieg b'dewmien fiss jew ta' mpjieg temporanju

(91/383/KEE)



IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 118a,

Wara li kkunsidra il-proposta tal-Kummissjoni ( 1 ),

B'koperazzjoni mal-Parlament Ewropew ( 2 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali ( 3 ),

Billi l-Artikolu 118a tat-Trattat jipprovdi li l-Kunsill għandu jadotta, permezz ta' Direttivi, il-ħtiġijiet minimi li jħeġġu titjib, speċjalment fl-ambjent tax-xogħol, sabiex jiggarantixxu livell aħjar tal-protezzjoni tas-sigurtá u saħħa tal-ħaddiema;

Billi, skond l-imsemmi Artikolu, Direttivi għandhom jevitaw milli jimponu limiti amministrattivi, finanzjarji u legali b'tali mod li jżommu lura l-ħolqien u l-iżvilupp ta' impriżi żgħar u ta' daqs medju;

Billi l-użu ta' forom ta' mpjieg bħal dak ta' dewmien fiss u mpjieg temporanju żdied b'mod konsiderevoli;

Billi riċerki urew li inġenerali, ħaddiema b'relazzjoni ta' mpjieg ta' dewmien fiss jew relazzjoni ta' mpjieg temporanju huma, f'ċerti setturi, iktar esposti għal riskju ta' inċidenti fuq ix-xogħol u mard minħabba x-xogħol minn ħaddiema oħra;

Blli dawn ir-riskji żejda f'ċerti setturi huma konnessi inparti ma' ċerti metodi partikolari ta' integrazzjoni ta' ħaddiema ġodda fl-impriża; fejn dawn ir-riskji jistgħu jitnaqqsu permezz ta' l-għotja xierqa ta' informazzjoni u taħriġ mill-bidu ta' l-impjieg;

Billi d-Direttivi dwar is-saħħa u s-sigurtá fuq il-post tax-xogħol, partikolarment id-Direttiva tal-Kunsill 89/39/1/KEE tat-12 ta' Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni tal-miżuri biex iħeġġu titjib fis-sigurtá u s-saħħa ta' ħaddiema fuq ix-xogħol ( 4 ), fihom dispożizzjonijiet maħsuba biex itejbu s-sigurtá u s-saħħa tal-ħaddiema inġenerali;

Billi s-sitwazzjoni speċifika tal-ħaddiema f'relazzjoni ta' impjieg ta' dewmien fiss jew ta' impjieg temporanju u n-natura speċjali tar-riskji li jiltaqgħu magħhom f'ċerti setturi jeħtieġu regoli speċjali addizzjonali, partikolarment rigward l-għotja ta' informazzjoni, il-taħriġ u s-sorveljanza medika tal-ħaddiema kkonċernati;

Billi din id-Direttiva tikkostitwixxi pass prattiku fil-qafas tal-ksib tad-dimensjoni soċjali tas-suq intern,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:



IT-TAQSIMA 1

SKOP U GĦAN

L-Artikolu 1

Skop

Din id-direttiva għandha tapplika għal:

1. relazzjonijiet ta' mpjieg iggvernati minn kuntratt ta' mpjieg ta' dewmien fiss konkluż direttament bejn min iħaddem u l-ħaddiem, fejn t-tmiem tal-kuntratt huwa stabbilit minn kundizzjonijiet oġġettivi bħal: li tintlaħaq data speċifika, il-kompletar ta' dmir speċifiku jew is-seħħa ta' avveniment speċifiku;

2. relazzjonijiet ta' mpjieg temporanji bejn impriża ta' mpjieg temporanju li hija min iħaddem u l-ħaddiem, fejn ta' l-aħħar huwa assenjat xogħol għal u taħt il-kontroll ta' mpriża u/jew ta' stabbiliment li jagħmlu użu minn dawn is-servizzi.

L-Artikolu 2

L-GĦAN

1.  L-għan ta' din id-Direttiva huwa biex jassigura li ħaddiema b'relazzjoni ta' mpjieg kif imsemmi fl-Artikolu 1 jingħatalhom, f'dak li għandu x'jaqsam mas-sigurtà u s-saħħa fix-xogħol, l-istess livell ta' protezzjoni bħal dik ta' ħaddiema oħra fl-impriża u/jew l-istabbiliment utenti.

2.  L-eżistenza ta' relazzjoni ta' mpjieg kif imsemmi fl-Artikolu 1 m' għandhiex tiġġustifika trattamenti differenti fir-rigward tal-kundizzjonijiet tax-xogħol f'dak li għandu x'jaqsam mal-protezzjoni tas-sigurtá u tas-saħħa fuq ix-xogħol, speċjalment rigward l-aċċess għal tagħmir protettiv ta' protezzjoni personali.

3.  Direttiva 89/391/KEE u d-Direttivi individwali fit-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tiegħu għandhom japplikaw bis-sħiħ għall-ħaddiema b'relazzjoni ta' mpjieg kif imsemmi f'Artikolu 1, mingħajr preġudizzju għal iktar rabtiet u/jew iktar dispożizzjonijiet speċifiċi msemmija f'din id-Direttiva.



IT-TAQSIMA II

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

L-Artikolu 3

L-għotja ta' informazzjoni lill-ħaddiema

Mingħajr preġudizzju għal Artikolu 10 tad-Direttiva 89/391/KEE, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi neċessarji biex jiżguraw li:

1. qabel ħaddiem b'relazzjoni ta' l-impjieg kif imsemmi fl-Artikolu 1 jidħol f'din l-attivitá, huwa jkun infurmat mill-impriża u/jew l-istabbiliment li tagħmel użu mis-servizzi tiegħu bir-riskji li jista' jiltaqa' magħhom;

2. din l-informazzjoni:

 tkopri, b'mod partikolari, kull kwalifika jew abbilità jew kontroll mediku speċjali meħtieġ għax-xogħol, kif definiti fil-leġislazzjoni nazzjonali, u

 tiddikjara b'mod ċar kull żjieda speċifika ta' riskji, kif definiti fil-leġislazzjoni nazzjonali, li jista' jkollu x-xogħol

L-Artikolu 4

Taħriġ tal-ħaddiema

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12 tad-Direttiva 89/391/KEE, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 3, kull ħaddiem jirċievi taħriġ suffiċjenti li huwa xieraq sikond il-karatteristiċi tax-xogħol, tenut kont tal-kwalifiki u l-esperjenza.

L-Artikolu 5

Użu mis-servizzi tal-ħaddiema u kontroll mediku tal-ħaddiema

1.  L-Istati Membri għandu jkollhom l-għażla li jipprojibixxu ħaddiema b'relazzjoni ta' mpjieg kif referuti fl-Artikolu 1 milli jintużaw għal ċerti xogħlijiet kif definiti fil-leġislazzjoni nazzjonali, u partikolarment għal ċerti xogħlijiet li jirrekjedu sorveljanza medika speċjali, kif definit fil-leġislazzjoni speċifika.

2.  Billi l-Istati Membri ma japprofittawx ruħhom mill-għażla referuta f'paragrafu 1, għandhom, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14 tad-Direttiva 89/391/KEE, jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-ħaddiema b'relazzjoni ta' mpjieg kif iddikjarat fl-Artikolu 1 li huma użati għax-xogħol li jirrekjedi sorveljanza medika speċifika, kif definiti fil-leġislazzjoni nazzjonali, huma pprovduti b'sorveljanza speċjali medika kif xieraq.

3.  Għandha tkun miftuħa għall-Istati Membri biex jipprovdu li s-sorveljanza speċjali medika kif xieraq referuta f'paragrafu 2 testendi iktar mit-tmiem tar-relazzjoni ta' l-impjieg tal-ħaddiem ikkonċernat.

L-Artikolu 6

Servizzi ta' Protezzjoni u prevenzjoni

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-ħaddiema, is-servizzi jew il-persuni maħtura, skond l-Artikolu 7 tad-Direttiva 89/391/KEE, biex jagħmlu s-servizzi relatati mal-protezzjoni minn u prevenzjoni minn riskji okkupazzjonali huma infurmati mill-assenjazzjoni tal-ħaddiema b'relazzjoni ta' mpjieg kif imsemmi fl-Artikolu 1, sakemm hu meħtieġ biex il-ħaddiema, is-servizzi jew il-persuni assenjati jkunu jistgħu jagħmlu l-attivitajiet tal-protezzjoni u prevenzjoni tagħhom għall-ħaddiema kollha fl-impriża u/jew stabbiliment b'mod xieraq.



IT-TAQSIMA III

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI

L-Artikolu 7

Relazzjonijiet ta' mpjieg temporanji: informazzjoni

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li:

1. qabel ma jingħataw ħaddiema b'relazzjoni ta' mpjieg kif referuti fl-Artikolu 1(2), l-impriża u/jew l-istabbiliment utenti jispeċifikaw lill-impriża ta' impjieg temporanju, inter alia, il-kwalifiki tax-xogħol meħtieġa u l-fatturi speċifiċi tax-xogħol li għandu jittieħed;

2. l-impriża ta' impjieg temporanju għandha ġġib dawn il-fatti kollha għall-attenzjoni tal-ħaddiema konċernati.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li d-dettalji li jridu jingħataw mill-impriża u/jew l-istabbiliment utenti lill-impriża ta' mpjieg temporanju skond il-punt 1 ta' l-ewwel paragrafu għandhom jidhru fil-kuntratt ta' l-assenjazzjoni.

L-Artikolu 8

Relazzjonijiet ta' mpjieg temporanji: responsabbiltà

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li:

1. mingħajr preġudizzju għal responsabbiltà ta' l-impriża ta' mpjieg temporanju kif imniżżel fil-leġislazzjoni nazzjonali, l-utent ta' l-impriża u/jew l-istabbiliment hija/huma responsabbli, tul l-assenja, għall-kundizzjonijiet li jiggvernaw il-qadi tad-dmirijiet;

2. għall-applikazzjoni ta' punt numru 1, il-kundizzjonijiet li jiggvernaw il-qadi tax-xogħol għandhom jiġu limitati għal dawk li għandhom x'jaqsmu mas-sigurtà, l-iġjene u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol.



IT-TAQSIMA IV

DISPOŻIZZJONIJIET MIXXELLANJI

L-Artikolu 9

Dispożizzjonijiet iktar favorevoli

Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet eżistenti jew futuri nazzjonali jew tal-Komunità li huma iktar favorevoli għas-sigurtà u l-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema b'relazzjoni ta' mpjieg kif imsemmija fl-Artikolu 1.

L-Artikolu 10

Dispożizzjonijiet finali

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jaqblu ma' din id-Direttiva fil-31 ta' Diċembru 1992 l-iktar tard. Huma għandhom jinfurmaw il-Kummissjoni dwarhom.

Meta l-Istati Membri jaddottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandu jkollhom magħhom din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi għall-għamla ta' din ir-referenza għandha titniżżel mill-Istati Membri.

2.  L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li diġà adottaw jew sejrin jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

▼M1 —————

▼M1

L-Artikolu 10a

Rapport ta’ implimentazzjoni

Kull ħames snin, l-Istati Membri għandhom jissottomettu rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni prattika ta’ din id-Direttiva fil-forma ta’ kapitolu speċifiku tar-rapport uniku msemmi fl-Artikolu 17a (1), (2) u (3) tad-Direttiva 89/391/KEE li jservi ta’ bażi għall-valutazzjoni li trid issir mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 17a (4) ta’ dik id-Direttiva.

▼B

L-Artikolu 11

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.



( 1 ) ĠU C 224, tat-8.9.1990, p. 4.

( 2 ) Opinjoni mogħtija fl-20 ta' Novembru 1990 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u ĠU C 158, tas-17.6.1991.

( 3 ) ĠU C 332, tal-31.12.1990, p. 167

( 4 ) ĠU L 183, tad-29.6.1989, p. 1.

Top