EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01989L0666-20120706

Consolidated text: Il-Ħdax il-Direttiva tal-Kunsill tal- 21 ta’ Diċembru 1989 dwar il-ħtiġiet ta’ l-iżvelar rigward il-fergħat miftuħa fi Stat Membru minn ċerti tipi ta’ kumpanniji rregolati bil-liġijiet ta’ Stat ieħor (89/666/KEE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1989/666/2012-07-06

01989L0666 — MT — 06.07.2012 — 001.004


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

IL-ĦDAX IL-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

tal-21 ta’ Diċembru 1989

dwar il-ħtiġiet ta’ l-iżvelar rigward ►C1  il-fergħat ◄ miftuħa fi Stat Membru minn ċerti tipi ta’ kumpanniji rregolati bil-liġijiet ta’ Stat ieħor

(89/666/KEE)

(ĠU L 395 30.12.1989, p. 36)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DIRETTIVA 2012/17/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b’relevanza għaż-ŻEE tat-13 ta’ Ġunju 2012

  L 156

1

16.6.2012


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 333, 12.12.2013, p.  83  (1989/666)

►C2

Rettifika, ĠU L 010, 14.1.2017, p.  10  (1989/666)




▼B

IL-ĦDAX IL-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

tal-21 ta’ Diċembru 1989

dwar il-ħtiġiet ta’ l-iżvelar rigward ►C1  il-fergħat ◄ miftuħa fi Stat Membru minn ċerti tipi ta’ kumpanniji rregolati bil-liġijiet ta’ Stat ieħor

(89/666/KEE)



TAQSIMA I

►C1  Il-fergħat ◄ tal-kumpanniji minn Stati Membri oħra

Artikolu 1

1.  Id-dokumenti u l-partikolaritajiet li għandhom x’jaqsmu ma’ fergħa miftuħa fi Stat Membru minn kumpannija li hija rregolata bil-liġijiet ta’ Stat Membru ieħor u li għalihom tapplika d-Direttiva 68/151/KEE għandhom jiġu żvelati skond il-liġijiet ta’ l-Istat Membru tal-fergħa, skond l-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva.

2.  Meta l-ħtiġiet ta’ l-iżvelar rigward il-fergħa jiddifferixxu minn dawk rigward il-kumpannija, il-ħtiġiet ta’ l-iżvelar rigward il-fergħa, il-ħtiġiet ta’ l-iżvelar tal-fergħa għandhom jieħdu preċedenza rigward it-transazzjonijiet imwettqa mal-fergħa.

▼M1

3.  Id-dokumenti u l-partikolaritajiet imsemmija fl-Artikolu 2(1) għandhom jiġu magħmula disponibbli pubblikament permezz tas-sistema ta’ interkonnessjoni ta’ reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpanniji stabbilita skont l-Artikolu 4a(2) tad-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi tal-membri u ta’ partijiet terzi, huma mitluba mill-Istati Membri mingħand il-kumpanniji tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 54 tat-Trattat bl-għan li tali salvagwardji jkunu magħmula ekwivalenti ( 1 ) (“is-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri”). L-Artikolu 3b u l-Artikolu 3c(1) ta’ dik id-Direttiva għandhom japplikaw mutatis mutandis.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fergħat ikollhom identifikatur uniku li jippermettilhom li jiġu identifikati bla ekwivoku fil-komunikazzjonijiet bejn ir-reġistri permezz tas-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri. Dak l-identifikatur uniku għandu jinkludi, tal-anqas, elementi li jagħmlu possibbli li jiġi identifikat l-Istat Membru tar-reġistru, ir-reġistru domestiku ta’ oriġini, u n-numru tal-fergħa f’dak ir-reġistru, u, fejn xieraq, karatteristiċi sabiex ikunu evitati żbalji ta’ identifikazzjoni.

▼B

Artikolu 2

1.  L-iżvelar obbligatorju pprovvdut fl-Artikolu 1 għandu jkopri biss id-dokumenti u l-partikolaritajiet li ġejjin:

(a) l-indirizz tal-fergħa;

(b) l-attivitajiet tal-fergħa;

(ċ) ir-reġistru li fih jinżamm il-fajl tal-kumpannija msemmi fl-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 68/151/KEE, flimkien man-numru tar-reġistrazzjoni f’dan ir-reġistru;

(d) l-isem u l-għamla legali tal-kumpannija u l-isem tal-fergħa jekk dan ikun differenti mill-isem tal-kumpannija;

(e) il-ħatra, it-tmiem tal-kariga u l-partikolaritajiet tal-persuni li huma awtorizzati li jirrappreżentaw lill-kumpannija meta tittratta ma’ parijiet terzi u fi proċeduri legali;

 bħala organu tal-kumpannija kkostitwita skond il-liġi jew bħala membri ta’ kull organu minn dan, skond l-iżvelar mill-kumpannija kif ipprovvdut fl-Artikolu 2(1)(d) tad-Direttiva 68/151/KEE,

 bħala rappreżentanti permanenti tal-kumpannijia għall-attivitajiet tal-fergħa, b’indikazzjoni ta’ safejn u sakemm jaslu l-poteri tagħhom;

(f) l-istralċ tal-kumpannija, il-ħatra ta’ l-istralċjarji, il-partikolaritajiet li jirrigwardawhom u l-poteri tagħhom u t-tmiem tal-likwidazzjoni skond l-iżvelar mill-kumpannija kif ipprovvdut fl-Artikolu 2(1)(h), (j) u (k) tad-Direttiva 68/151/KEE,

 il-proċeduri tal-falliment, l-arranġamenti, il-kompożizzjonijiet, jew kull proċediment ieħor analogu li għalihom il-kumpannija hija bla ħsara;

(g) id-dokumenti ta’ kontijiet skond l-Artikolu 3;

(h) il-għeluq tal-fergħa;

2.  L-Istat Membru li fih tkun infetħet il-fergħa jista’ jipprovdi l-iżvelar, kif riferit fl-Artikolu 1,

(a) tal-firma tal-persuni riferiti fil-paragrafu 1 (e) u (f) ta’ dan l-Artikolu;

(b) l-istrumenti tal-kostituzzjoni u l-memorandum u l-artikoli ta’ l-assoċjazzjoni jekk ikunu jinsabu fi strument separat skond l-Artikolu 2(1)(a), (b) u (ċ) tad-Direttiva 68/151/KEE, flimkien ma’ l-emendi għal dawn id-dokumenti;

(ċ) attestat mir-reġistru riferit fil-paragrafu 1 (ċ) ta’ dan l-Artikolu li jkollu x’jasam ma’ l-eżistenza tal-kumpannija;

(d) indikazzjoni tat-titoli fuq il-proprjetà tal-kumpannija li tkun tinsab f’dan l-Istat Membru, sakemm l-iżvelar jirrigwarda l-validità ta’ dawn it-titoli.

Artikolu 3

L-iżvelar obbligatorju pprovvdut bl-Artikolu 2(1)(ġ) għandu jiġi llimitat għad-dokumenti tal-kontijiet tal-kumpannija kif imfassla, ivverifikati u żvelati skond il-liġijiet ta’ l-Istat Membru li bihom tkun irregolata l-kumpannija skond id-Direttivi 78/660/KEE, 83/349/KEE u 84/253/KEE.

Artikolu 4

L-Istat Membru li fih tkun infetħet il-fergħa jista’ jistabbilixxi illi d-dokumenti riferiti fl-Artikolu 2(2)(b) u l-Artikolu 3 jridu jiġu ppubblikati f’ilsien ieħor uffiċjali Komunitarju u li t-traduzzjoni ta’ dawn id-dokumenti trid tiġi ċċertifikata.

Artikolu 5

Meta kumpannija tkun fetħet iktar minn fergħa waħda fi Stat Membru, l-iżvelar riferit fl-Artikolu 2(2)(b)u l-Artikolu 3 jista’ jsir fir-reġistru tal-fergħa bil-għażla tal-kumpannija.

F’dan il-każ, l-iżvelar obbligatorju ►C1  mill-fergħat ◄ l-oħra għandu jkopri l-partikolaritajiet tar-reġistru tal-fergħa li tagħha kien sar l-iżvelar, flimkien man-numru ta’ din il-fergħa f’dan ir-reġistru.

▼M1

Artikolu 5a

1.  Ir-reġistru tal-kumpannija għandu, permezz tas-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri u mingħajr dewmien, jagħmel disponibbli l-informazzjoni dwar il-ftuħ u l-għeluq ta’ kwalunkwe proċediment ta’ stralċ jew insolvenza tal-kumpannija u dwar it-tneħħija tal-kumpannija minn fuq ir-reġistru, jekk dan ikun iġib miegħu konsegwenzi legali fl-Istat Membru tar-reġistru tal-kumpannija.

2.  Ir-reġistru tal-fergħa, permezz tas-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri, għandu jiżgura mingħajr dewmien li rċieva l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

3.  L-iskambju ta’ informazzjoni msemmi fil-paragrafi 1 u 2 għandu jkun mingħajr ħlas għar-reġistri.

4.  L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-proċedura li għandha tiġi segwita malli tasal l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2. Din il-proċedura għandha tiżgura li fejn kumpannija tkun ġiet xolta jew b’xi mod ieħor tneħħiet mir-reġistru, il-fergħat tagħha jitneħħew ukoll mir-reġistru mingħajr ebda dewmien bla bżonn.

5.  It-tieni sentenza tal-paragrafu 4 m’għandhiex tapplika għall-fergħat ta’ kumpanniji li tneħħew mir-reġistru b’konsegwenza ta’ xi bidla fil-forma legali tal-kumpannija konċernata, merger jew diviżjoni, jew trasferiment transkonfinali tal-uffiċċju reġistrat tagħha.

▼B

Artikolu 6

L-Istati Membri għandhom jistabbilixu illi l-ittri u formoli ta’ l-ordnijiet użati minn fergħa għandhom jiddikjaraw, b’żieda mat-tagħrif stabbilit bl-Artikolu 4 tad-Direttiva 68/151/KEE, ir-reġistru li fih jinżamm il-fajl rigward il-fergħa flimkien man-numru tal-fergħa f’dan ir-reġistru.



TAQSIMA II

►C1  Il-fergħat ◄ ta’ kumpanniji minn pajjiżi terzi

Artikolu 7

1.  Id-dokumenti u l-partikolaritajiet li jirrigwardaw fergħa miftuħa fi Stat Membru minn kumpannija li mhix irregolata mill-liġijiet ta’ Stat Membru iżda li hija ta’ għamla legali li tista’ titqabbel mat-tipi tal-kumpanniji li għalihom tapplika d-Direttiva 68/151/KEE għandhom jiżu żvelati skond il-liġijiet ta’ l-Istat Membru tal-fergħa kif stabbilit fl-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva.

2.  Għandu japplika l-Artikolu 1(2).

Artikolu 8

L-iżvelar obbligatorju pprovvdut fl-Artikolu 7 għandu jkopri mill-inqas id-dokumenti u l-partikolaritajiet li ġejjin:

(a) l-indirizz tal-fergħa;

(b) l-attivitajiet tal-fergħa;

(ċ) il-liġijiet ta’ l-Istat li bihom hija rregolata l-kumpannija;

(d) meta dawn il-liġijiet jipprovdu dan, ir-reġistru li fih tkun irreġistrata l-kumpannija u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpannija f’dan ir-reġistru;

(e) l-istrumenti tal-kostituzzjoni, u l-memorandum u l-artikoli ta’ l-assoċjazzjoni jekk ikunu jinsabu fi strument separat, bl-emendi kollha għal dawn id-dokumenti;

(f) il-għamla legali tal-kumpannija, il-post prinċipali tal-kummerċ tagħha u l-għan tagħha u, għall-inqas kull sena, l-ammont tal-kapital sottoskritt jekk dawn il-partikolaritajiet ma jingħatawx fid-dokumenti riferiti fis-subparagrafu (e);

(g) l-isem tal-kumpannija u l-isem tal-fergħa jekk dan ikun differenti mill-isem tal-kumpannijia;

(h) il-ħatra, it-tmiem tal-kariga u l-partikolaritajiet tal-persuni li jkunu awtorizzati li jirrappreżentaw lill-kumpannija meta tittratta ma’ partijiet terzi u fil-proċeduri legali:

 bħala organu tal-kumpannija kkostitwit skond il-liġi jew bħala membri ta’ kull organu minn dan,

 bħala rappreżentanti permanenti tal-kumpannija għall-attivitajiet tal-fergħa.

Għandu jiġi ddikjarat safejn u sakemm jaslu l-poteri tal-persuni awtorizzati biex jirrappreżentaw lill-kumpannija, flimkien ma’ jekk jistgħux jagħmlu hekk waħedhom jew jekk għandhomx jaġixxu konġuntement;

(i)

 

 l-istralċ tal-kumpannijia u l-ħatra ta’ l-istralċjarji, il-partikolaritajiet li jiirigwardawhom u l-poteri tagħhom u t-tmiem tal-likwidazzjoni;

 il-proċeduri tal-falliment, l-arranġamenti, il-kompożizzjonijiet jew kull proċediment ieħor analogu li għalih il-kumpannijan hija bla ħsara;

▼C2

(j) id-dokumenti tal-kontijiet skont l-Artikolu 9;

▼B

(k) l-għeluq tal-fergħa.

Artikolu 9

1.  L-iżvelar obbligatorju pprovvdut bl-Artikolu 8(1)(j) għandu japplika għad-dokumenti tal-kontijiet tal-kumpannija kif imfassla, ivverifikati u żvelati skond il-liġijiet ta’ l-Istat li jirregola l-kumpannija. Meta dawn ma’ jitfasslux skond jew b’mod ekwivalenti għad-Direttivi 78/660/KEE u 83/349/KEE, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu illi d-dokumenti tal-kontijiet li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-attivitajiet tal-fergħa għandhom jitfasslu u jiġu żvelati.

2.  Għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 5.

Artikolu 10

Ll-Istati Membri għandhom jistabbilixxu illi l-ittri u l-formoli ta’ l-ordnijiet użati minn fergħa għandhom jiddikjaraw ir-reġistru li fih jinżamm il-fajl dwar il-fergħa flimkien man-numru tal-fergħa f’dan ir-reġistru. Meta l-liġijiet ta’ l-Istat li bihom tkun irregolata l-kumpannija jeħtieġu d-dħul f’reġistru, iridu jiġu ddikjarati wkoll ir-reġistru li fih tkun irreġistrata l-kumpannija, u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpannija f’dan ir-reġistru.



TAQSIMA III

L-indikazzjoni ►C1  tal-fergħat ◄ fir-rapport annwali tal-kumpannija

Artikolu 11

Is-subparagrafu li ġej jiżdied ma’ l-Artikolu 46(2) tad-Direttiva 78/660/KEE:

“(e) l-eżistenza ►C1  ta’ fergħat ◄ tal-kumapanija”.

▼M1



TAQSIMA IIIA

PROTEZZJONI TAD-DATA

Artikolu 11a

Il-proċessar tad-data personali li jsir fil-kuntest ta’ din id-Direttiva għandu jkun soġġett għad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data ( 2 ).

▼B



TAQSIMA IV

Dispożizzjonijiet transitorji u finali

Artikolu 12

L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal penali xierqa fil-każ ta’ nuqqas ta’ żvelar tal-materiji ddikjarati fl-Artikoli 1, 2, 3, 7, 8 u 9 u tat-tħollija barra mill-ittri u l-forom ta’ l-odnijiet rigward il-partikolaritajiet obbligatorji pprovvduti fl-Artikoli 6 u 10.

Artikolu 13

Kull Stat Membru għandu jiddeċiedi dwar min għandu jwettaq il-formalitajiet ta’ l-iżvelar ipprovvduti f’din id-Direttiva

Artikolu 14

1.  L-Artikoli 3 u 9 ma għandhomx japplikaw ►C1  għall-fergħat ◄ miftuħa minn istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji koperti bid-Direttiva 89/117/KEE ( 3 ).

2.  Sakemm ikun hemm kordinament sossegwenti, l-Istati Membri ma għandhomx għalfejn japplikaw l-Artikoli 3 u 9 ►C1  għall-fergħat ◄ miftuħa minn kumpanniji ta’ l-assigurazzjoni.

Artikolu 15

L-Artikolu 54 tad-Direttiva 78/660/KEE u l-Artikolu 48 tad-Direttiva 83/349/KEE għandhom jitħassru.

Artikolu 16

1.  L-Istati Membri għandhom jadottaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex iħarsu din id-Direttiva mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 1992. Huma għandhom jgħarrfu b’dan lill-Kummissjoni minnufih.

2.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu li d-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 1993 u, rigward id-dokumenti tal-kontijiet, għandhom japplikaw għall-ewwel darba għall-kontijiet annwali tas-sena finanzjarja li tibda fl-1 ta’ Jannar 1993 jew matul is-sena 1993.

3.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet tal-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-kamp kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 17

Il-Kumitat tal-Kuntatt stabbilit skond l-Artikolu 52 tad-Direttiva 78/660/KEE għandu wkoll:

(a) iħaffef, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 169 u 170 tat-Trattat, l-applikazzjoni armonizzata ta’ din id-Direttiva, permezz ta’ laqgħat regolari li jittrattaw, b’mod partikolari, il-problemi prattiċi li jinħolqu b’konnessjoni ma’ l-applikazzjoni tagħha;

(b) jagħti parir lill-Kummissjoni, jekk meħtieġ, dwar kull żjieda jew emenda għal din id-Direttiva.

Artikolu 18

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.



( 1 ) ĠU L 258, 1.10.2009, p. 11.

Nota editorjali: It-titolu tad-Direttiva 2009/101/KE ġie aġġustat biex jieħu kont tar-rinumerazzjoni tal-Artikoli tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, b’konformità mal-Artikolu 5 tat-Trattat ta’ Lisbona; ir-referenza oriġinali kienet għat-tieni paragrafu tal-Artikolu 48 tat-Trattat.

( 2 ) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

( 3 ) ĠU L 44, tas-16.2.1989, p. 40.

Top