EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01965R0019-20040501

Consolidated text: Ir-Regolament Nru 19/65/KEE tal-Kunsill tat-2 ta' Marzu 1965 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 85 (3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta' ftehim u prattiċi miftiehma

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1965/19/2004-05-01

1965R0019 — MT — 01.05.2004 — 006.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT Nru 19/65/KEE TAL-KUNSILL

tat-2 ta' Marzu 1965

dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 85 (3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta' ftehim u prattiċi miftiehma

(ĠU P 036, 6.3.1965, p.533)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1215/1999 ta' l-10 ta' Ġunju 1999

  L 148

1

15.6.1999

►M2

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta'Diċembru 2002

  L 1

1

4.1.2003


Emendat bi:

►A1

Att ta’ Adeżjoni tad-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

  L 73

14

27.3.1972

►A2

  L 291

17

19.11.1979

►A3

  L 302

23

15.11.1985

►A4

  C 241

21

29.8.1994




▼B

IR-REGOLAMENT Nru 19/65/KEE TAL-KUNSILL

tat-2 ta' Marzu 1965

dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 85 (3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta' ftehim u prattiċi miftiehma



IL-KUNSILL TAL-KOMUNITÀ EKONOMIKA EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 87 Tiegħu;

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni;

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 2 );

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 3 );

Billi l-Artikolu 85(1) tat-Trattat jista' skond l-Artikolu 85(3) jiġi ddikjarat bħala inapplikabbli għal ċerti kategoriji ta' ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma li jissodisfaw il-kondizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 85(3);

Billi d-disposizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 85(3) iridu jiġu implimentati permezz ta' regolament in segwitu ta' l-Artikolu 87;

Billi fid-dawl tan-numru kbir ta' notifikazzjonijiet sottomessi in segwitu tar-Regolament Nru 17 ( 4 ) huwa mixtieq illi sabiex tiġi faċilitata l-biċċa tax-xogħol tal-Kummissjoni din għandha tingħata s-setgħa li tiddikjara permess ta' regolament illi d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 85(1) ma japplikawx għal ċerti kategoriji ta' ftehim u prattiċi miftiehma;

Billi għandu jitniżżel taħt liema kondizzjonijiet il-Kummissjoni, f'relazzjoni mill-qrib u kostanti ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, tista' teżerċita dawn il-poteri wara li tkun giet akkwistata biżżejjed esperjenza fid-dawl ta' deċiżjonijiet individwali u li jsir possibli li jiġu definiti kategoriji ta' ftehim u prattiċi miftiehma li fir-rigward tagħhom il-kondizzjonijiet ta' l-Artikolu 85(3) jistgħu jiġu kkonsidrati bħala sodisfatti;

Billi l-Kummissjoni ndikat bl-azzjoni li ħadet, partikolarment permess ta' Regolament Nru 153 ( 5 ), li ma jistax ikun hemm illaxkar tal-proċeduri preskritti minn Regolament Nru 17 fir-rigward ta' ċerti tipi ta' ftehim u prattiċi miftiehma li b'mod partikolari jistgħu jfixklu l-kompetizzjoni fis-suq komuni;

Billi permezz ta' l-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 17 il-Kummissjoni tista tipprovdi li deċiżjoni meħuda in segwitu ta' l-Artikolu 85(3) tat-Trattat għandha tapplika b'effett retroattiv; billi huwa mixtieq li l-Kummissjoni jkollha wkoll is-setgħa li taddotta, permess ta' Regolament, disposizzjonijiet bl-istess effett;

Billi taħt l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 17 ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma jistgħu, permess ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni jkunu eżenti mil-projbizzjoni partikolarment jekk huma jkunu modifikati b'tali mod li jissodisfaw il-ħtiġijiet ta' l-Artikolu 85(3): billi huwa mixtieq li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tagħti eżenzjoni bħal din permess ta' regolament lil dawk il-ftehim u prattiċi miftiehma jekk dawn ikunu modifikati b'mod illi jaqgħu taħt kategorija definita f'regolament ta' eżenzjoni;

Billi, ma jista' jkun hemm l-ebda eżenzjoni jekk il-kondizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 85(3) ma jkunux sodisfatti, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tniżżel permess ta' deċiżjoni l-kondizzjonijiet li għandhom ikunu sodisfatti minn ftehim jew prattika miftiehma li minħabba ċirkostanzi speċjali jkollha ċerti effetti nkompatibbli ma' l-Artikolu 85(3);

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

▼M1

1.  Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-Regolament Nru 17 u f'konformità ma' l-Artikolu 81(3) tat-Trattat il-Kummissjoni tista' permezz ta' regolament tiddikkjara li l-Artikolu 81(1) m'għandux japplika lil:

(a) kategoriji ta' ftehim li huma entrati fih permezz ta' żewġ impriżi jew aktar, kull wieħed jopera, għall-għanijiet tal-ftehim, f'livell differenti tal-katina ta' produzzjoni jew distribuzzjoni, u li jirrelataw mal-kondizzjonijiet li fihom il-partijiet jistgħu jixtru, ibigħu jew jerġgħu ibigħu ċerti oġġetti jew servizzi,

(b) kategoiji ta' ftehim li għalihom huma parti żewġ impriżi biss u li jinkludu restrizzjonijiet imposti f'relazzjoni ma' l-akkwist jew użu ta' drittijiet ta' proprjetà industriali, b'mod partikolari ta' patenti, mudelli ta' utilità, disinji jew marki tad-ditti, jew għad-drittijiet li jitqajjmu minn kutratti għall-għotja ta', jew id-dritt ta' użu, metodu ta' manifattura jew għarfien relatat ma' l-użu jew l-applikazzjoni ta' proċessi industrijali.

▼B

2.  Ir-regolament għandu jsemmi u jispjega l-kategoriji ta' ftehim li japplika għalihom u għandu jispeċifika partikolarment:

(a) ir-restrizzjonijiet jew klawsoli li m' għandhomx ikunu fil-ftehim;

(b)  ►M1  ————— ◄ il-kondizzjonijiet l-oħra li għandhom ikunu sodisfatti.

▼M1

3.  Il-Paragrafi 1 u 2 għandhom jgħoddu b'analoġija lil ċerti kategoriji ta' prattiċi miftiehma.

▼M1

Artikolu 1a

Regolament skond l-Artikolu 1 jista' jistipula l-kondizzjonijiet li jistgħu jwasslu għall-esklużjoni mill-applikazzjoni tiegħu ċerti xbieki paralleli ta' ftehim simili jew prattiċi miftiehma li joperaw fuq suq partikolari; meta dawn iċ-ċirkustanzi jkunu sodisfatti l-Kummissjoni tista' twaqqaf dan permezz ta' regolament u tiffissa perjodu li meta jiskadi, ir-Regolament skond l-Artikolu 1 ma jibqgħax jgħodd f'rispett tal-ftehim relevanti jew prattiċi miftiehma f'dak is-suq; dan il-perjodu ma jistgħax ikun anqas minn sitt xhur.

▼B

Artikolu 2

1.  Regolament in segwitu ta' l-Artikolu 1 għandu jiġi magħmul għal perjodu speċifiku.

2.  Jista' jiġi mħassar jew emendat fejn iċ-ċirkostanzi jkunu nbidlu fir-rigward ta' xi fattur li kien bażilari fl-għamla tiegħu; f'każ bħal dan, għandu jiġi stabbilit perjodu għall-modifikazzjoni tal-ftehim u l-prattiċi miftiehma li japplika għalihom ir-regolament ta' qabel.

Artikolu 3

Regolament in segwitu ta' l-Artikolu 1 jista jistipula li dan għandu japplika b'effett retroattiv għall-ftehim u prattiċi miftiehma li għalihom, fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dak ir-regolament, kieku kienet tapplika deċiżjoni maħruġa b'effett retroattiv in segwitu ta' l-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 17.

Artikolu 4

1.  Regolament in segwitu ta' l-Artikolu 1 jista' jistipula li l-projbizzjoni fl-Artikolu 85(1) tat-Trattat ma tapplikax, għal dak il-perjodu li għandu jiġi stabilit minn dak ir-regolament, għal ftehim u prattiċi miftiehma diġà eżistenti fit-13 ta' Marzu 1962 li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet ta' l-Artikolu 85(3), fejn:

 fi żmien tliet xhur mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament, huma jkunu modifikati b'mod illi jissodisfaw il-kondizzjonijiet imsemmija skond id-disposizzjonijiet tar-regolament: u

 il-modifikazzjonijiet ikunu ġew innotifikati lill-Kummissjoni fil-limitu taż-żmien stabilit mir-regolament.

▼A1

Regolament skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 1 jista' jistipula li l-projbizzjoni msemmija fl-Artikolu 85(1) tat-trattat m' għandhiex tapplika, għal dak il-perjodu ta' żmien stabbilit minn dak ir-Regolament, għal ftehim u prattiċi miftehma li jkunu diġà jeżistu fid-data ta' l-adeżjoni u li japplika għalihom l-Artikolu 85 permezz ta' l-adeżjoni u li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet ta' l-Artikolu 85 (3), meta.

▼A3

Id-disposizzjonijiet tas-subparagrafu preċedenti għandhom japplikaw bl-istess mod fil-każ ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiża.

▼A4

Id-disposizzjonijiet tas-subparagrafi preċedenti għandhom ikunu applikabbli bl-istess mod fil-każ ta' l-Adeżjoni ta' l-Awstrija, tal-Finlandja u ta' l-Isvezja.

▼B

2.  Il-paragrafu 1 għandu japplika għal ftehim u prattiċi miftiehma li kellhom jiġu notifikati qabel l-1 ta' Frar 1963, skond l-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 17, biss jekk dawk ikunu ġew notifikati hekk qabel dik id-data.

▼A1

Il-paragrafu 1 m'għandux japplika għal ftehim u prattiċi miftehma li għalihom japplika l-Artikolu 85 (1) tat-trattat permezz ta' l-adeżjoni u li għandhom jiġu notifikati qabel l-1 ta' Lulju 1973, skond l-Artikoli 5 u 25 tar-Regolament Nru 17, kemm-il darba jkunu ġew notifikati qabel dik id-data.

▼A2

Il-paragrafu 1 m'għandux japplika għall-Ftehim u l-prattiċi konċertati li għalihom l-Artikolu 85 (1) tat-Trattat japplika permezz ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ellenika u li għandu jiġi nnotifikat qabel l-1 ta' Lulju 1981, skond l-Artikoli 5 u 25 ir-Regolament Nru 17, sakemm dawn ma jkunux hekk ġew innotifikati qabel dik id-data.

▼A3

Il-paragrafu 2 m'għandux japplika għall-ftehim u l-prattiċi miftiehma li għalihom l-Artikolu 85 (1) tat-Trattat japplika minħabba l-adeżjoni tar-Renju ta' Spanja u tar-Repubblika Portugiża u li għandhom ikunu notifikati qabel l-1 ta' Lulju 1986, skond l-Artikolu 5 u 25 tar-Regolament Nru 17, kemm-il darba ma ġewx hekk innotifikati qabel dik id-data.

▼A4

Il-Paragrafu 1 m'għandux ikun applikabbli għal ftehim u prattiċi miftiehma li għalihom l-Artikolu 85 (1) tat-Trattat ikun applikabbli bis-saħħa ta' l-Adeżjoni ta' l-Awstrija, tal-Finlandja u ta' l-Isvezja u li għandhom ikunu notifikati fi żmien sitt xhur mill-Adeżjoni, skond l-Artikoli 5 u 25 ta' Regolament Nru 17, sakemm dawn jiġu notifikati f'dak it-terminu. Il-paragrafu preċedenti m'għandux ikun applikabbli għal ftehim u prattiċi miftiehma li fid-data ta' l-Adeżjoni diġà jaqgħu taħt l-Artikolu 53 (1) tal-Ftehim KEE.

▼B

3.  Il-benefiċċju tad-disposizzjonijiet imniżżla in segwitu tal-paragrafu 1 ma jistax jintalab f'azzjonijiet pendenti fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' regolament adottat in segwitu ta' l-Artikolu 1; lanqas ma jistgħu jintużaw bħala bażi għal talbiet ta' danni kontra terzi persuni.

Artikolu 5

Qabel ma tadotta regolament, il-Kummissjoni għandha tippubblika abbozz ta' dan u tistieden lill-persuni kollha konċernati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom fil-limitu taż-żmien, li ma jkunx anqas minn xahar, li l-Kummissjoni għandha tistabbilixxi.

Artikolu 6

▼M1

1.  Il-Kummissjoni għanhda tikkonsulta ‘l-Kumitat Konsulenti dwar Prattiċi u Monopolji Ristrettivi:

(a) fir-rigward għar-regolament skond l-Artikolu 1 qabel ma tippublika abbozz ta' regolament u qabel ma tadotta regolament;

(b) fir-rigward għal regolament skond l-Artikolu 1a qabel ma tippublika abbozz ta' regolament jekk meħtieġ minn Stat Membru, u qabel ma tadotta regolament.

▼B

2.  L-Artikolu 10(5) u (6) tar-Regolament Nru 17, dwar il-konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, għandhom japplikaw b'analoġija, ladarba huwa mifhum li l-laqgħat konġunti mal-Kummissjoni għandhom isiru mhux qabel xahar wara t-tluq tan-nota ta' avviż dwar il-laqgħat.

▼M2 —————

▼B

Artikolu 8

Il-Kummissjoni għandha, qabel l-1 ta' Jannar 1970, tissottometti lill-Kunsill proposta għal Regolament għal dak it-tibdil ta' dan ir-Regolament li jista jkun meħtieġ in vista ta' l-esperjenza.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.



( 1 ) Nota Editorjali: It-titolu tar-Regolament Nru 19/65/KEE ġie aġġustat sabiex jikkunsidra n-numerar mill-ġdid ta' l-Artikoli tat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea f'konformità ma' l-Artikolu 12 tat-Trattat ta' Amsterdam; ir-referenza oriġinali kienet għall-Artikolu 85(3) tat-Trattat.

( 2 ) ĠU C 81, tas-27.5.1964, p. 1275/64.

( 3 ) ĠU C 197, tat-30.11.1964, p. 3320/64.

( 4 ) ĠU C 13, tal-21.2.1962, p. 204/62 (Regolament Nru 17 kif emendat minn Regolament Nru 59 - ĠU C 58, ta' l-10.7.1962, p. 1655/62 - u Regolament Nru 118/63/KEE - ĠU C 162, tas-7.11.1963, p. 2696/63.

( 5 ) ĠU C 139, ta' l-24.12.1962, p. 2918/62.

Top