EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02004R0026-20061214

Consolidated text: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 26/2004 tat-30 ta' Diċembru 2003 dwar ir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/26/2006-12-14

2004R0026 — MT — 14.12.2006 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 26/2004

tat-30 ta' Diċembru 2003

dwar ir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità

(ĠU L 005, 9.1.2004, p.25)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1799/2006 tas-6 ta' Diċembru 2006

  L 314M

406

1.12.2007




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 26/2004

tat-30 ta' Diċembru 2003

dwar ir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd taħt il-politika komuni dwar is-sajd ( 1 ), u b'mod partikolari Artikolu 15 (3) u (4) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tar-regoli tal-politika komuni dwar is-sajd, skond l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, kull Stat membru huwa meħtieġ li jżomm reġistru tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu u l-Kummissjoni hija meħtieġa li tistabbilixxi reġistru tal-flotta tal-Komunità fuq il-bażi tar-reġistri nazzjonali.

(2)

Sabiex din tkun għodda komprensiva u effettiva għall-implimentazzjoni tar-regoli tal-politika komuni dwar is-sajd, ir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità għandu jinkludi l-bastimenti tas-sajd kollha tal-Komunità, inklużi dawk użati esklussivament fl-akwakultura.

(3)

Sabiex tkun tista' ssir disponibbli l-informazzjoni essenzjali għall-amministrazzjoni tal-kapaċità tal-flottot tas-sajd u l-attività tagħhom, l-informazzjoni dwar il-karatteristiċi tal-bastiment li għandha tidher fir-reġistru għal kull Stat Membru skond l-Artikolu 15 (1) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 għandha tkun identifikata.

(4)

It-tifsira tal-proċeduri biex tintbagħat lill-Kummissjoni l-informazzjoni li tidher fir-reġistru ta' kull Stat Membru hija meħtieġa biex tiżgura aġġornar regolari tar-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità.

(5)

Il-karatteristiċi u l-immarkar esterni rekordjati fir-reġistru miżmum minn kull Stat Membru għandhom ikunu speċifikati skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) 2930/86 tat-22 ta' Settembru ta' l-1986 li jiddefinixxi l-karatteristiċi għall-bastimenti tas-sajd ( 2 ), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 3259/94 ( 3 ), u r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1381/87 ta' l-20 ta' Mejju 1987 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-immarkar u d-dokumentazzjoni ta' bastimenti tas-sajd ( 4 ).

(6)

L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw il-ħin kollu l-kwalità ta' l-informazzjoni mogħtija fir-reġistri nazzjonali tagħhom u jiżguraw li tiġi verifikata mill-Kummissjoni malli tiġi rċevuta.

(7)

Sabiex jiġu segwiti l-movimenti ta' bastimenti bejn Stati Membri u biex tiġi żgurata l-rabta mhix ekwivoka bejn l-informazzjoni li tinsab fir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità u d-data minn sistemi oħra ta' informazzjoni li tirrelata ma' attivitajiet tas-sajd, huwa importanti li jiġi allokat numru uniku ta' identifikazzjoni għal kull bastiment tas-sajd tal-Komunità, li ma jista' taħt l-ebda ċirkostanza jiġi assenjat mill-ġdid jew jinbidel.

(8)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament u tiġi simplifikata l-amministrazzjoni ta' l-informazzjoni, l-għodda tal-komunikazzjoni li għandhom jintużaw bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni iridu jkunu definiti.

(9)

Għandu jiġi stipulat li l-Kummissjoni għandha tiżgura l-aċċess mill-Istati Membri għall-informazzjoni kollha fir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità bl-osservanza tad-dispożizzjonijiet li jirrelataw mal-protezzjoni tad-data personali stipulata fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ).

(10)

Fid-dawl tal-bidliet magħmula permezz tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 tal-metodu għall-amministrazzjoni tar-reġistri tal-bastimenti tas-sajd, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2090/98 tat-30 ta' Settembru 1998 dwar ir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità ( 6 ), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 839/2002 ( 7 ), għandu jitħassar.

(11)

Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sajd u l-Akwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Suġġett

1.  Dan ir-Regolament:

(a) jistabbilixxi l-informazzjoni minima dwar il-karatteristiċi u l-attività li għandhom jidhru fir-reġistru li kull Stat Membru għandu jżomm dwar il-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu (hawnhekk iżjed ‘l quddiem imsejjaħ “ir-reġistru nazzjonali”);

(b) jippreskrivi l-obbligi ta' l-Istati membri fir-rigward tal-ġbid, validazzjoni u trasmissjoni ta' data mir-reġistru nazzjonali tagħhom lill-Kummissjoni;

(ċ) jippreskrivi l-obbligi tal-Kummissjoni fir-rigward ta' l-amministrazzjoni tar-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità (hawnhekk iżjed ‘l quddiem imsejjaħ “ir-reġistru tal-Komunità”).

2.  Id-data mir-reġistru tal-Komunità għandha sservi bħala referenza għall-applikazzjoni tar-regoli tal-politika komuni dwar is-sajd.

Artikolu 2

Skop

Dan ir-Regolament għandu jgħodd għall-bastimenti kollha tas-sajd tal-Komunità, inklużi dawk użati esklussivament fl-akwakultura kif definit fil-punt 2.2 tal-Anness III li jinsab mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2792/1999 ( 8 )

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom jgħoddu d-definizzjonijiet li ġejjin:

1. “avveniment”: kull dħul jew ħruġ mill-flotta ta' bastiment jew reġistrazzjoni jew bidla fil-karatteristiċi tiegħu kif definiti fl-Anness I;

2. “transmissjoni”: it-trasferiment diġitali ta' avveniment wieħed jew aktar tan-network ta' telekomunikazzjonijiet stabbilit bejn l-amministrazzjonijiet nazzjonali u l-Kummissjoni;

3. “stampa”: il-ġrajjiet kollha rekordjati għall-bastimenti li jikkomprendu l-flotta ta' Stat membru bejn iċ-ċensiment imsemmi fl-Anness I u d-data tat-trasmissjoni;

4. data personali”: l-ismijiet u l-indirizzi ta' l-aġenti u l-proprjetarji ta' bastimenti tas-sajd.

Artikolu 4

Ġbid ta' data

Kull Stat membru għandu jiġbor mingħajr dewmien id-data msemmija fl-Anness II għall-bastimenti tal-Komunità li jtajru l-bandiera tiegħu.

Artikolu 5

Rekordjar fir-reġistru nazzjonali

Kull Stat Membru għandu jivvalida d-data miġbura skond Artikolu 4 u jirrekordjha fir-reġistru nazzjonali tiegħu.

Artikolu 6

Trasmissjoni perjodika

Kull Stat membru għandu jittrasmetti stampa lill-Kummissjoni fl-ewwel jum utli ta' Marzu, Ġunju, Settembru u Diċembru ta' kull sena.

Artikolu 7

Rekordjar fir-reġistru tal-Komunità

1.  Malli tirċievi l-istampa, l-Komunità għandha tivverifika d-data li jkun fiha u ddaħħalha fir-reġistru tal-Komunità. Jekk ma jinkixef ebda żball din l-istampa għandha tissostitwixxi dik ta' qabel.

Jekk jinkixfu żbalji, l-Kummissjoni għandha tibgħat il-kummenti tagħha lill-Istat Membru li għandu jagħmel il-korrezzjonijiet meħtieġa fir-reġistru nazzjonali tiegħu u jibgħat lill-Kummissjoni stampa ġdida fi żmien għaxart ijiem utli min-notifikazzjoni tal-Kummissjoni.

2.  Wara li tirċievi u tivverifika l-istampa l-ġdida, l-Kummissjoni għandha tirreġistraha jew tirrifjutaha jekk l-istampa jkun fiha żbalji mhux kompatibbli mal-politika komuni dwar is-sajd.

Jekk l-istampa aċċettata jkun għad fiha l-iżbalji, dawn għandhom jiġu notifikati lill-Istat membru li għandu jimpenja ruħu li jikkoreġihom minnufih skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 8.

3.  Ir-reġistru tal-Komunità għandu jkun disponibbli għall-Istati Membri, skond ir-regoli stabbiliti bl-Artikolu 11, madwar xi 20 jum utli wara d-data tat-trasmissjoni perjodika ta' l-istampa.

Artikolu 8

Trasmissjoni temporanja

1.  Fejn l-implimentazzjoni ta' miżuri speċjali taħt il-politka komuni dwar is-sajd hekk teħtieġ, l-Istat Membru, jew minn jeddu, jew fuq it-talba tal-Kummissjoni, għandu jittrasmetti mingħajr dewmien mir-reġistru nazzjonali tiegħu it-tagħrif aġġornat għall-bastimenti konċernati.

2.  It-tagħrif trasmess għandu jkun fih għal kull bastiment il-partikolaritajiet tal-ġrajjiet kollha mid-data tad-daħla tiegħu fil-flotta sad-data tat-trasmissjoni.

3.  Malli tirċievi l-istampa, l-Kummissjoni għandha tivverifika t-tagħrif u tissostitwih fir-reġistru tal-Komunità.

Artikolu 9

Għodda ta' komunikazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri

1.  It-trasmissjoni ta' data bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandha tkun immaniġġata permezz ta' l-applikazzjoni tal-IT żviluppata mill-Kummissjoni.

2.  Ir-reġistru tal-Komunità u d-data li tikkonċerna l-verifiki u l-moniteragg tat-trasmissjonijiet għandhom ikunu aċċessibbli għall-Istati membri fuq l-Internet.

Artikolu 10

Numru ta' identifikazzjoni “CFR”

In-numru CFR imsemmi fl-Anness I għandu jidentifika l-bastimenti tas-sajd b'mod uniku. Dan għandu jkun inkluż fit-trasmissjonijiet kollha ta' data bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni li tikkonċerna l-karatteristiċi u l-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd.

In-numru għandu jiġi assenjat definittavament meta bastiment jiġi reġistrat għall-ewwel darba fir-reġistru nazzjonali. Dan ma jistax jinbidel jew jiġi assenjat mill-ġdid lil xi bastiment ieħor.

Artikolu 11

Aċċess

1.  L-Istati Membri għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni kollha li tkun tinsab fir-reġistru tal-Komunità bil-kundizzjoni li dawn josservaw id-dispożizzjonijiet li jirrelataw mal-protezzjoni ta' data personali li jirriżultaw mir-Regolament (KE) Nru 45/2001, u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu.

2.  Il-pubbliku għandu jkollu aċċess għal verżjoni tar-reġistru tal-Komunità li ma jkunx fih data personali.

3.  Talbiet għall-aċċess għad-data personali fir-reġistru tal-Komunità għandhom jiġu trattati mill-Kummissjoni skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Artikolu 12

Tħassir

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2090/98 huwa b'dan imħassar.

Artikolu 13

Dhul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I



DEFINIZZJONI TA' DATA U DESKRIZZJONI TA' REĠISTRAZZJONI

Isem taż-żona

Numru massimu ta' karattri

Allinjament (1)

L(xellug)/R (lemin)

Definizzjoni u kummenti

Pajjiż ta' reġistrazzjoni

3

Stat Membru (Kodiċi Alpha-3 ISO) li fih il-bastiment huwa reġistrat għas-sajd skond ir-Regolament (KE) Nru 2371/2002.

Dejjem il-pajjiż li jirrapporta.

CFR (2)

12

(Numru tar-reġistru tal-flotta tal-Komunità).

Numru uniku ta' identifikazzjoni ta' bastiment tas-sajd.

Stat Membru (Kodiċi Alpha-3 ISO) segwit b'serje ta' identifikazzjoni (disa' karattri). Fejn serja jkollha anqas minn disa' karattri, għandhom jiddaħħlu żerijiet addizzjonali man-naħa tax-xellug.

Kodiċi ta' incident

3

Kodiċi li tidentifika t-tip ta' incident rapportat.

(Tabella 1)

Data ta'l-incident (3)

8

Data (SSSSXXJJ) meta jkun seħħ

Indikatur tal-liċenza

1

Bastiment b'liċenza tas-sajd skond ir-Regolament (KE) Nru 3690/93:

I(iva)/L(le)

Numru tar-reġistrazzjoni

14

L

 

Immarkar estern

14

L

Skond ir-Regolament (KEE) Nru 1381/87

Isem tal-bastiment

40

L

 

Port ta' reġistrazzjoni

5

L

Kodiċi nazzjonali (4)

Indikatur IRCS

1

Bastiment b'radju internazzjonali abbord:

I(Iva)/L(Le)/MM(Mhux magħruf) (7)

IRCS

7

L

(Sinjal tas-sejħa internazzjonali bir-radju). Sinjal tas-sejħa

internazzjonali bir-radju

Indikatur VMS

1

(Sistema ta' moniteragg tal-bastiment) Bastiment b'sistema ta' moniteragg permezz tas-satellita skond l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002:

I(iva)/L(le)

Tagħmir prinċipali tas-sajd (5)

3

L

Kodiċi tat-tagħmir prinċipali (Tabella 3)

Tagħmir tas-sajd sussidjarju

3

L

Kodiċi tat-tagħmir tas-sajd sussidjarju (Tabella 3)

LOA

6

R

(Tul kollu)

It-tul kollu f'metri definit skond ir-Regolament (KEE) Nru 2930/86.

LBP

6

R

(It-tul bejn il-perpendikolari)

It-tul bejn il-perpendikolari f'metri, skond ir-Regolament (KEE) Nru 2930/86.

Tunnellaġġ TG

8

R

Fit-TG, definit skond ir-Regolament (KEE) Nru 2930/86.

Tunellaġġ ieħor (6)

8

R

F'tunnellati metriċi skond il-Konvenzjoni ta' Oslo jew skond id-definizzjoni li għandha tiġi preskritta mill-Istat Membru.

TG (6)

7

R

Fit-TG, żieda fit-tunnellaġġ permessa fuq il-bażi ta' sigurezza skond l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002.

Saħħa tal-makna prinċipali (6)

8

R

F'kW, skond ir-Regolament (KEE) Nru 2930/86.

Saħħa tal-makna awżiljari (6)

8

R

F'kW. Tinkludi s-saħħa kollha tal-makni stallati mhix taħt l-intestatura “Saħħa tal-makna prinċipali.”

Materjal tal-buq

1

Kodiċi (Tabella 4)

Sena li fih ġie kummissjonat

4

Skond ir-Regolament (KEE) Nru 2930/86.

Xahar li fih ġie kummissjonat

2

Skond ir-Regolament (KEE) Nru 2930/86.

Jum li fih ġie kummissjonat

2

Skond ir-Regolament (KEE) Nru 2930/86.

Segment

3

Kodiċi (Tabella 5)

Pajjiż ta' importazzjoni/esportazzjoni

3

Kodiċi Alpha-3 ISO għall-pajjiż importatur jew esportatur.

Tip ta' esportazzjoni

2

Kodiċi (Tabella 6)

Kodiċi għal għajnuna pubblika

2

Kodiċi (Tabella 7)

Data tad-deċiżjoni amministrattiva

8

Data (SSSSXXJJ) tad-deċiżjoni amministrattiva msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1438/2003, Artikolu 6.

Segment kopert bid-deċiżjoni amministrattiva

3

Kodiċi tas-segment MAGP li għandu jiġi notifikat skond ir-Regolament (KE) Nru 1438/2003.

Sena ta' kostruzzjoni

4

 

Lok ta' kostruzzjoni

100

L

Test liberu. L-isem tat-tarznar, belt u pajjiż fejn inbena l-buq.

L-isem ta'l-aġent tal-bastiment

100

L

Aġent tal-bastiment:

Persuna naturali: kunjom, isem,

Persuna ġuridika: isem

Indirizz ta'l-aġent tal-bastiment

100

L

Test liberu. L-indirizz għandu jkun ċar biżżejjed biex jippermetti li l-aġent jiġi kuntattjat: triq, numru, kaxxa, kodiċi postali, belt u pajjiż.

Indikatur tal-proprjetarju

1

Bastiment li l-aġent tiegħu huwa wkoll il-proprjetarju

I(iva)/L(le)

Isem tal-proprjetarju

100

L

Proprjetarju tal-bastiment:

Persuna naturali: kunjom, isem

Persuna ġuridika: isem

Indirizz tal-proprjetarju

100

L

Test liberu. L-indirizz għandu jkun ċar biżżejjed biex jippermetti li l-proprjetarju jiġi kkuntattjat: triq, numru, kaxxa, kodiċi postali, belt u pajjiż.

(1)   Informazzjoni rilevanti għat-trasmissjoni ta' data permezz ta' formattjar b'tul fiss.

(2)   Numru Intern ta' qabel.

(3)   Fil-każ ta' ċensiment tal-flotta din hija id-data taċ-ċensiment fl-Istat Membru (Tabella 2). Għat-tipi l-oħra kollha ta' incidenti, d-data tad-dokument uffiċjali li jirrekordja l-ġrajja għandha tiġi notifikata.

(4)   Il-bidliet kollha fil-kodiċi nazzjonali jeħtieġu l-approvazzjoni tal-Kummissjoni.

(5)   It-tagħmir tas-sajd kunsidrat li huwa l-aktar wieħed li jintuża ta' spiss abbord il-bastiment għall-perjodu ta' sena jew għal kamppanja tas-sajd.

(6)   Valur numeriku b'żewġ punti deċimali mhux obbligatorji. Is-separatur għall-figuri deċimali huwa l-punt. Ebda separatur ma huwa aċċettat għall-eluf. Valur numeriku b'żewġ punti deċimali mhux obbligatorji. Is-separatur għall-figuri deċimali huwa l-punt. Ebda separatur ma huwa aċċettat għall-eluf.

(7)   Mhux validu għall-bastimenti kollha tal-flotta jew rapportat mill-1 ta' Jannar 2003.



Tabella 1  Kodiċi tat-tip ta' incident

Daħla tal-flotta

Censiment

CEN

Kostruzzjoni ġdida

CST

Bdil ta' attività

CHA

Importazzjoni intra-Komunitarja, trasferiment

IMP

Fi ħdan il-flotta

Modifikazzjoni

MOD

Ħruġ mill-flotta

Tkissir, għarqa

DES

Bdil ta' attività

RET

Esportazzjoni intra-Komunitarja, trasferiment

EXP

▼M1



Tabella 2  Data taċ-ċensiment iffissata skond il-pajjiż

BEL, DNK, FRA, GBR, PRT

1.1.1989

NLD

1.9.1989

DEU, ESP

1.1.1990

IRL

1.10.1990

ITA

1.1.1991

GRC

1.7.1991

SWE, FIN

1.1.1995

CYP, EST, LTU, LVA, MLT, POL, SVN

1.5.2004

Stati Membri msieħba wara l-1 ta’ Mejju 2004

Data ta’ l-adeżjoni



Tabella 3  Kodiċijiet għal irkapti tas-sajd

Kategoriji ta’-rkapti tas-sajd

Irkaptu tas-sajd

Kodiċi

Statiku (S) jew irmunkat (T) jew imħaddem (M)

Pelaġiku (P) jew demersali (D)

Għezula tat-tidwir

Purse Seines

PS

M

P

Xbieki tal-Lampara

LA

M

P

Tartaruni

Tartaruni tax-xatt (Beach seines)

SB

T

D/P

Tartaruni Daniżi

SDN

T

D/P

Tartaruni Skoċċiżi

SSC

T

D/P

Tartaruni tal-par

SPR

T

D/P

Xbieki rmunkati

Xbieki tat-tkarkir bit-travu (beam trawls)

TBB

T

D

Xbieki tat-tkarkir bid-diverġenti

OTB

T

D

Xbieki tat-tkarkir tal-par

PTB

T

D

Xbieki rmunkati bid-diverġenti fil-fond nofsani (Midwater otter trawls)

OTM

T

D/P

Xbieki rmunkati tal-par għas-sajd pelaġiku (Pelagic pair trawls)

PTM

T

D/P

Xbieki rmunkati tal-par bid-diverġenti (Otter twin trawls)

OTT

T

D/P

Ħammiela

Ħammiela tad-dgħajjes

DRB

T

D

Ħammiela ta’ l-idejn li jintużaw fuq bastiment

DRH

T

D

Ħammiela mekkanizzati li jinkludu ħammiela tal-ġbid (suction)

HMD

T

D

Xbieki ta’ l-irfigħ

Xbieki ta’ l-irfigħ imħaddma permezz tad-dgħajjes

LNB

M

P

Xbieki ta’ l-irfigħ tal-post imħaddma mill-art

LNS

M

P

Għeżula

Xkitti fissi (ankrati)

GNS

S

D

Għezula tal-mitlaq

GND

S

D/P

Xkitti tat-tidwir

GNC

S

D/P

Pariti

GTR

S

D/P

Parit-Xkitt

GTN

S

D/P

Nases

Nases

FPO

S

D

Snanar u xolfa

Xolfa ta’ l-idejn u xolfa tal-qasba (imħaddma bl-idejn)

LHP

S

D/P

Xolfa ta’ l-idejn u xolfa tal-qasba (mekkanizzati)

LHM

S

D/P

Konzijiet fissi

LLS

S

D

Konzijiet (mitluqa)

LLD

S

P

Rix

LTL

M

P

Irkaptu tas-sajd mhux magħruf (1)

 

NK

 
 

L-ebda rkaptu tas-sajd (2)

 

NO

 
 

(1)   Mhux validu għall-bastimenti kollha fil-flotta jew rappurtat mill-1.1.2003.

(2)   Validu biss għal irkaptu tas-sajd sussidjarju.

▼B



Tabella 4  Kodiċi għall-materjal tal-buq

Injam

1

Metall

2

Fibra tal-ħġieġ/plastik

3

Oħrajn

4

Mhux magħruf (1)

5

(1)   Mhux validu għall-bastimenti kollha tal-flotta jew rapportat mill-1 ta' Jannar 2003.



Tabella 5  Kodiċi ta' segmentazzjoni

Data ta' incident qabel il-31.12.2002

Kodiċi MAGP

Data ta'l-incident mill-1.1.2003

Flotta tal-pajjiż prinċipali

MFL

Reġjun l-aktar imbiegħed (1)

Franza

Kodiċi MAGP IV

Il-Portugall

Kodiċi MAGP IV

Spanja

CAN1 à CANn

Akwakultura

AQU

(1)   Kodiċi provviżorji suġġetti għall-adozzjoni ta' segmentazzjoni għall-Gżejjer Kanarji u segmentazzjonijiet differenti għal dawk tal-MAGPs IV għar-reġjuni l-aktar imbiegħda ta' Franza u l-Portugall wara l-adozzjoni ta'l-abbozz tar-regolament tal-Kunsill dwar l-amministrazzjoni tal-flottot reġistrati fir-reġjuni l-aktar imbiegħda (COM(2003) 175 finali).



Tabella 6  Kodiċi għat-tipi ta' esportazzjoni

Esportazzjoni intra-Komunitarja jew trasferiment

EX

Esportazzjoni fi ħdan negozju bi sħab

SM

▼M1



Tabella 7  Kodiċijiet għall-għajnuna pubblika

Għajnuna mhux iffinanzjata parzjalment mill-Komunità

AE

Għajnuna ffinanzjata parzjalment mill-Komunità

AC

L-ebda għajnuna pubblika

PA

Għajnuna għas-sostituzzjoni tal-magna bil-kundizzjoni li titnaqqas is-saħħa (għażla individwali)

EI

Għajnuna għas-sostituzzjoni tal-magna bil-kundizzjoni li titnaqqas is-saħħa (għażla għal grupp)

EG

▼B




ANNESS II



DATA LI GĦANDHA TIĠI PROVDUTA SKOND IT-TIP TA INCIDENT DEFINIT FL-ANNESS I, IT-TABELLA 1

 

Dħul tal-flotta

Fi ħdan il-flotta

Ħruġ mill-flotta

 

CEN

CST

CHA

IMP

MOD

DES

RET

EXP

Pajjiż ta' reġistrazzjoni

X

X

X

X

X

X

X

X

CFR

X

X

X

X

X

X

X

X

Kodiċi ta l-incident

X

X

X

X

X

X

X

X

Data ta l-incident

X

X

X

X

X

X

X

X

Indikatur tal-liċenza (1)

X

X

X

X

X

X

X

X

Numru tar-reġistrazzjoni

X

X

X

X

X

X

X

X

Immarkar estern

X

X

X

X

X

X

X

X

Isem tal-bastiment

X

X

X

X

X

X

X

X

Port ta' reġistrazzjoni

X

X

X

X

X

X

X

X

Indikatur IRCS

X

X

X

X

X

X

X

X

IRCS (2)

X

X

X

X

X

X

X

X

Indikatur VMS (1)

X

X

X

X

X

X

X

X

Tagħmir prinċipali tas-sajd

X

X

X

X

X

X

X

X

Tagħmir tas-sajd sussidjarju

X

X

X

X

X

X

X

X

LOA (1) (3)

X

X

X

X

X

X

X

X

LBP (3)

X

X

X

X

X

X

X

X

Tunellaġġ Gross GT (4) (5)

X

X

X

X

X

X

X

X

Tunellaġġ ieħor (4)

X

X

X

X

X

X

X

X

TG

X

X

X

X

X

X

X

X

Saħħa tal-makni

X

X

X

X

X

X

X

X

Saħħa tal-makna awżiljari

X

X

X

X

X

X

X

X

Materjal tal-buq

X

X

X

X

X

X

X

X

Sena li fih ġie kummissjonat (6)

X

 (1)

 (1)

 (1)

X

X

X

X

Xahar li fih ġie kummissjonat

X

 (1)

 (1)

 (1)

X

X

X

X

Jum li fih ġie kummissjonat

X

 (1)

 (1)

 (1)

X

X

X

X

Segment

X

X

X

X

X

X

X

X

Pajjiż ta' importazzjoni/esportazzjoni

X

X

Tip ta' esportazzjoni (1)

X

Kodiċi għal għajnuna pubblika

X

X

X

 (11)

X

X

X

Data tad-deċiżjoni amministrattiva (12)

X

X

X

Segment kopert b'decizjoni amministrattiva (10)

X

X

X

(1)   Tagħrif mandatorju għall-bastimenti kollha fil-flotta jew rapportat mill-1 ta' Jannar 2003.

(2)   Ħalli vojta jekk “l-indikatur IRCS” huwa “L”.

(3)   Wieħed miż-żewġ tulijiet għandu jiġi rapportat għall-incidenti kollha qabel il-31 ta' Diċembru 2002.

(4)   Wieħed miż-żewġ tunellaġġi grossi għandu jiġi rapportat għall-ġrajjiet kollha qabel il-31 ta' Diċembru 2003.

(5)   Tagħrif mandatorju għall-bastimenti kollha fil-flotta qabel l-1 ta' Jannar 2004.

(6)   Is-sena li fiha l-bastiment ġie kummissjonat jew mibni għandha tiġi rapportata għall-incidenti kollha qabel il-31 ta' Diċembru 2002.

(7)   Tagħrif mandatorju għall-bastimenti kollha fil-flotta jew rapportati mill-1 ta' Jannar 2003 b'tul sħiħ ta' mhux anqas minn 15-il metru jew ta' tul bejn il-perpendikulari ta‘ mhux anqas minn 12-il metru.

(8)   Tagħrif mandatorju għall-bastimenti kollha fil-flotta jew rapportati mill-1 ta' Jannar 2003 b'tul sħiħ ta' mhux anqas minn 27-il metru jew ta' tul bejn il-perpendikulari ta‘ mhux anqas minn 24 metru.

(9)   Halli vojta jekk “l-indikatur tal-proprjetarju” huwa “I”.

(10)   Għandha timtela biss għal daħliet fil-flotta mill-1 ta' Jannar 2003 wara deċiżjoni amministrattiva meħuda bejn l-1 ta' Jannar 2000 u l-31 ta' Dicembru, 2002.

(11)   Tagħrif mandatorju biss fejn żieda fit-tunnellaġġ tiġi awtorizzata għal raġunijiet ta’ sigurezza.

(12)   Timtela biss għal dħul fil-flotta mill-1 ta' Jannar 2003 wara deċiżjoni amministrattiva meħuda mill-1 ta' Jannar 2000.



( 1 ) ĠU L 358, tal-31.12.2002, p. 59.

( 2 ) ĠU L 274 25.9.1986, p. 1.

( 3 ) ĠU L 339, 29.12.1994, p. 11.

( 4 ) ĠU L 132, 21.5.1987, p. 9.

( 5 ) ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

( 6 ) ĠU L 266, 1.10.1998, p. 27.

( 7 ) ĠU L 134, tat-22.5.2002, p. 5.

( 8 ) ĠU L 337, 30.12.1999, p. 10.

Top