EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-UE u l-Istati Uniti tal-Amerka

Kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-UE u l-Istati Uniti tal-Amerka

 

SOMMARJU TA’:

Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka

Id-Deċiżjoni 98/591/KE — konklużjoni tal-ftehim għall-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika

Id-Deċiżjoni 2004/756/KE — konklużjoni ta’ ftehim li jġedded il-ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika

Id-Deċiżjoni 2009/306/KE — estensjoni u emenda tal-ftehim għall-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika

Id-Deċiżjoni 2014/240/KE — estensjoni tal-ftehim għall-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika

Id-Deċiżjoni (UE) 2018/1578 — estensjoni tal-ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka

Id-Deċiżjoni (UE) 2023/2073 — estensjoni tal-ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka

X’INHU L-GĦAN TAL-FTEHIM U TAD-DEĊIŻJONIJIET?

Il-ftehim jistabbilixxi qafas formali għall-kooperazzjoni, bil-għan li jħeġġeġ, jiżviluppa u jiffaċilita attivitajiet fl-oqsma tax-xjenza u tat-teknoloġija.

Permezz tad-Deċiżjoni 98/591/KE, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea approva l-konklużjoni tal-ftehim f’isem il-Komunità Ewropea (issa l-Unjoni Ewropea (UE)).

Il-Kunsill approva estensjonijiet suċċessivi fl-2004 (Deċiżjoni 2004/756/KE), fl-2009 (Deċiżjoni 2009/306/KE — inkluża emenda għall-Ftehim), 2014 (Decision 2014/240/UE), fl-2018 (Deċiżjoni (UE) 2018/1578) u fl-2023 (Deċiżjoni (UE) 2023/2073).

PUNTI EWLENIN

Attivitajiet imwettqa skont il-ftehim huma bbażati fuq il-prinċipji li ġejjin:

  • benefiċċju reċiproku;
  • opportunitajiet reċiproċi għall-parteċipazzjoni f’attivitajiet ta’ kooperazzjoni;
  • trattament ekwitabbli u ġust;
  • skambju f’waqtu ta’ informazzjoni.

Koperazzjoni

L-oqsma tal-attivitajiet koperattivi huma:

  • l-ambjent (inkluż ir-riċerka dwar il-klima);
  • il-bijomediċina u s-saħħa (inkluż l-AIDS, il-mard infettiv u l-abbuż mid-droga);
  • l-agrikoltura;
  • ix-xjenza tas-sajd;
  • ir-riċerka fl-inġinerija;
  • l-enerġija mhux nukleari;
  • ir-riżorsi naturali;
  • ix-xjenzi tal-materjali (inkluż in-nanoteknoloġija) u l-metroloġija;
  • teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni;
  • it-telematika;
  • il-bijoteknoloġija;
  • ix-xjenzi u t-teknoloġiji marittimi;
  • ir-riċerka dwar ix-xjenzi soċjali;
  • it-trasport;
  • ir-riċerka dwar is-sigurtà;
  • ir-riċerka dwar l-ispazju;
  • il-politika dwar ix-xjenza u t-teknoloġija, l-immaniġġjar, it-taħriġ u l-mobbiltà tax-xjenzjati.

Attivitajiet

Attivitajiet kooperattivi jistgħu jinkludu:

  • proġetti ta’ riċerka kkoordinati u proġetti ta’ riċerka konġunti;
  • task forces konġunti;
  • studji konġunti;
  • organizzazzjoni konġunta ta’ seminars xjentifiċi, konferenzi, simpożji u workshops;
  • taħriġ ta’ xjenzati u esperti tekniċi;
  • skambju jew qsim ta’ tagħmir u materjali;
  • żjarat u skambji ta’ xjenzati, inġiniera jew persunal ieħor kif xieraq;
  • skambji ta’ informazzjoni xjentifika u teknoloġika u ta’ informazzjoni dwar prattiki, liġijiet, regolamenti u programmi rilevanti għall-kooperazzjoni skont dan il-ftehim.

DATA TAD-DĦUL FIS-SEĦĦ

Il-ftehim daħal fis-seħħ fl-14 ta’ Ottubru 1998 għal perjodu inizjali ta’ ħames (5) snin u jista’ jiġi estiż b’emendi possibbli għal perjodi addizzjonali ta’ ħames (5) snin.

Il-ftehim ġie etiż ħames darbiet, l-aħħa darba fl-2023, għal perjodu addizzjonali ta’ ħames snin kull darba. It-tieni estensjoni kienet tinkludi emenda — li żiedet ir-riċerka dwar is-sigurtà u l-ispazju mal-lista ta’ setturi għall-attivitajiet koperattivi.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

Għal aktar informazzjoni dwar il-kooperazzjoni fir-riċerka u l-innovazzjoni mal-Istati Uniti, ara:

DOKUMENTI PRINĊIPALI

Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika (ĠU L 284, 22.10.1998, pp. 37–44).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/591/KE tat-13 ta’ Ottubru 1998 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika (ĠU L 284, 22.10.1998, pp. 35–36).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/756/KE tal-4 ta’ Ottubru 2004 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim li jġedded il-Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 335, 11.11.2004, pp. 5–6).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/306/KE tat-30 ta’ Marzu 2009 dwar l-estensjoni u l-modifikazzjoni tal-Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika (ĠU L 90, 2.4.2009, pp. 20–21).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/240/UE tal-14 ta’ April 2014 li tikkonċerna l-estensjoni tal-Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika (ĠU L 128, 30.4.2014, pp. 43–44).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1578 tat-18 ta’ Settembru 2018 dwar l-estensjoni tal-Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 263, 22.10.2018, pp. 1–2).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/2073 tat-It-Tnejn, 25 ta’ Settembru 2023 dwar l-estensjoni tal-Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 239, 28.9.2023, pp. 26–27).

DOKUMENTI RELATATI

Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-estensjoni tal-Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka [2023/2436] (ĠU L, 2023/2436, 27.10.2023).

Ftehim ta’ Implimentazzjoni bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka għall-kooperazzjoni bejn riċerkaturi ffinanzjati b’mod separat mill-Programmi ta’ Qafas tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Uniti dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni, 17 ta’ Ottubru 2016.

l-aħħar aġġornament 22.12.2023

Top