EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-UE u l-Afrika t’Isfel

Koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-UE u l-Afrika t’Isfel

 

SOMMARJU TA’:

Ftehim ta’ koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Afrika t’Isfel

Deċiżjoni 97/763/KE li tikkonkludi l-Ftehim ta’ koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Afrika t’Isfel

X’INHU L-GĦAN TAL-FTEHIM U TAD-DEĊIŻJONI?

Il-ftehim jistabbilixxi qafas formali għal koperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bl-għan li jinkoraġġixxi, jiżviluppa u jiffaċiita attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp koperattivi fl-oqsma ta’ interess komuni.

Id-deċiżjoni tadotta l-ftehim f’isem il-Komunità Ewropea (issa l-UE).

PUNTI EWLENIN

L-attivitajiet imwettqa taħt il-ftehim huma bbażati fuq:

  • benefiċċju reċiproku;
  • skambju ta’ informazzjoni f’waqtu;
  • protezzjoni effettiva ta’ proprjetà intellettwali u qsim ġust ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali.

Oqsma ta’ koperazzjoni

Il-ftehim ikopri l-attivitajiet kollha ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (RŻT) relatati mal-Programm Qafas tal-UE għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u l-attivitajiet RŻT simili kollha fl-Afrika t’Isfel.

Attivitajiet

Attivitajiet koperattivi jistgħu jinkludu:

  • parteċipazzjoni reċiproka ta’ entitajiet ta’ riċerka (jiġifieri ċentri ta’ riċerka, kumpaniji, universitajiet) fi proġetti;
  • użu konġunt ta’ faċilitajiet ta’ riċerka;
  • żjarat u skambji ta’ riċerkaturi, inġiniera u tekniċi;
  • parteċipazzjoni minn esperti f’seminars, simpożji u workshops;
  • netwerks xjentifiċi u t-taħriġ ta’ riċerkaturi;
  • skambju ta’ informazzjoni dwar prattiki, liġijiet, regolamenti u programmi rilevanti għall-koperazzjoni taħt dan il-ftehim;
  • attivitajiet oħra kif jistgħu jiġu rrakkomandati mill-Kumitat Konġunt għall-koperazzjoni fix-Xjenza u t-Teknoloġija mwaqqaf taħt dan il-ftehim.

DATA TAD-DĦUL FIS-SEĦĦ

Il-ftehim daħal fis-seħħ fil‑11 ta’ Novembru 1997. Ġie konkluż għat-tul tar-Raba’ Programm ta’ Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u jiġġedded għal kull programm ta’ qafas ġdid.

SFOND

Dan il-ftehim jikkumplimenta l-Ftehim dwar il-Kummerċ, l-Iżvilupp u l-koperazzjoni.

Għal aktar informazzjoni, ara:

Għal aktar informazzjoni dwar il-koperazzjoni fir-Riċerka u l-Innovazzjoni (R&I) mal-Afrika t’Isfel, ara:

DOKUMENTI EWLENIN

Ftehim dwar koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Afrika t’Isfel (ĠU L 313, 15.11.1997, p. 26‑37)

Deċiżjoni tal-Kunsill 97/763/KE tal-10 ta’ Novembru 1997 tikkonkludi l-Ftehim dwar koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Afrika t’Isfel (ĠU L 313, 15.11.1997, p. 25)

Informazzjoni dwar id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim għall-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Afrika t’Isfel (ĠU L 313, 15.11.1997, p. 38)

l-aħħar aġġornament 06.11.2018

Top