EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Wider access to copyright material — orphan works
Aċċess usa’ għal materjal bid-drittijiet tal-awtur — xogħlijiet orfni
Aċċess usa’ għal materjal bid-drittijiet tal-awtur — xogħlijiet orfni
Id-Direttiva 2012/28/UE — ċerti użi permessi ta’ xogħlijiet orfni
Din id-direttiva hija ddisinjata biex tippromwovi d-diġitalizzazzjoni ta’ u l-aċċess online intra-UE legali għal xogħlijiet orfni* li jkun hemm fil-kollezzjonijiet tal-libreriji, stabbilimenti edukattivi, mużewijiet, arkivji, istituzzjonijiet ta’ wirt awdjoviżiv u organizzazzjonijiet tax-xandir tas-servizz pubbliku.
Dawn l-organizzazzjonijiet għandhom missjoni ta’ interess pubbliku li:
Wara li jwettqu t-tfittxija diliġenti* dawn l-organizzazzjonijiet jitħallew jużaw xogħlijiet orfni għall-finijiet tagħhom.
Kamp ta’ applikazzjoni
Id-direttiva tapplika għal xogħlijiet protetti mid-drittijiet tal-awtur li jiġu l-ewwel ippubblikati jew, fl-assenza ta’ pubblikazzjoni, imxandra (murija fuq it-televixin jew onlajn, jiġifieri midja viżiva, minflok midja testwali) f’pajjiż tal-UE.
Id-direttiva tapplika għal diversi kategoriji ta’ xogħlijiet:
Status tax-xogħol orfni
Bażi ta’ data
Se tinħoloq bażi ta’ data onlajn aċċessibbli għall-pubbliku, mal-UE kollha u unika, b’informazzjoni dwar xogħlijiet orfni, inkluż:
Dan jiżgura li kemm l-organizzazzjonijiet li jwettqu dawn it-tfittxijiet kif ukoll id-detenturi tad-drittijiet ikunu jistgħu jsibu informazzjoni dwar l-identifikazzjoni u l-użu tax-xogħlijiet orfni.
Użi permessi
L-organizzazzjonijiet koperti mid-direttiva jistgħu jużaw xogħol orfni biss biex jiksbu għanijiet relatati mal-missjonijiet ta’ interess pubbliku tagħhom:
L-organizzazzjonijiet jistgħu jiġġeneraw dħul matul tali użi, għall-għan esklussiv li jkopru l-ispejjeż ta’ diġitalizzazzjoni tax-xogħlijiet orfni tagħhom u jagħmluhom disponibbli għall-pubbliku.
Id-direttiva ilha tapplika mid-29 ta’ Ottubru 2014 u kellha ssir liġi fil-pajjiżi tal-UE fl-istess jum.
Id-Direttiva 2012/28/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ċerti użi permessi ta’ xogħlijiet orfni (ĠU L 299, 27.10.2012, pp. 5-12)
Ir-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 154, 16.6.2017, pp. 1-99)
Ir-Regolament (UE) Nru 386/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ April 2012 li permezz tiegħu l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinji) jiġi fdat b’ċerti kompiti relatati mal-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, inkluż it-tlaqqigħ ta’ rappreżentanti mis-settur pubbliku u privat bħala Osservatorju Ewropew tal-Ksur tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali (ĠU L 129, 16.5.2012, pp. 1-6)
Id-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU L 167, 22.6.2001, pp. 10-19)
l-aħħar aġġornament 14.06.2018