EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Interoperability of the European air traffic management network
L-Interoperabilità tax-xibka Ewropea ta’ amministrazzjoni ta’ traffiku tal-ajru
L-Interoperabilità tax-xibka Ewropea ta’ amministrazzjoni ta’ traffiku tal-ajru
This summary has been archived and will not be updated. See 'Ir-regoli tal-avjazzjoni ċivili u l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza fl-Avjazzjoni' for an updated information about the subject.
Bħala parti minn pakkett ta’ leġiżlazzjoni dwar il-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru mmirat lejn il-ħolqien ta’ ajru uniku Ewropew, dan ir-regolament jiddefinixxi rekwiżiti komuni biex tiġi ggarantita l-interoperabilità bejn id-diversi sistemi ta’ ġestjoni tat-traffiku tal-ajru użati.
Dan jistabbilixxi sistema armonizzata ta’ ċertifikazzjoni għall-komponenti u s-sistemi, u l-għan tiegħu huwa doppju:
Għandu jiġi nnotat li r-regolament tħassar bir-Regolament (UE) 2018/1139 (ara s-sommarju) b’effett minn Settembru 2018, għalkemm xi wħud mir-regoli tiegħu jibqgħu applikabbli sat-12 ta’ Settembru 2023.
Rekwiżiti essenzjali
In-network Ewropew għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru, is-sistemi tiegħu u l-kostitwenti tagħhom iridu jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali. Dawn huma ta’ żewġ tipi.
Regoli ta’ implimentazzjoni għall-interoperabilità
Ir-regoli ta’ implimentazzjoni għall-interoperabilità jridu:
Speċifikazzjonijiet komunitarji
Dawn l-ispeċifikazzjonijiet jistgħu jkunu:
Dikjarazzjoni tal-Komunità Ewropea ta’ konformità jew ta’ idoneità għall-użu ta’ komponenti
Salvagwardji
Arranġamenti tranżitorji
Dan ilu japplika mill-20 ta’ April 2004.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Ir-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta’ Amministrazzjoni ta’ Traffiku tal-Ajru (Ir-Regolament dwar l-interoperabilità) (ĠU L 96, 31.3.2004, pp. 26-42)
L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 552/2004 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/469 tal-14 ta’ Frar 2020 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 923/2012, ir-Regolament (UE) Nru 139/2014 u r-Regolament (UE) 2017/373 fir-rigward tar-rekwiżiti għas-servizzi ta’ ġestjoni tat-traffiku tal-ajru/tan-navigazzjoni tal-ajru, id-disinn tal-istrutturi tal-ispazju tal-ajru, il-kwalità tad-data u s-sikurezza tar-runways u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 73/2010 (ĠU L 104, 3.4.2020, pp. 1-243)
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (ĠU L 212, 22.8.2018, pp. 1-122).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1079/2012 tas-16 ta’ Novembru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti ta’ spazjar bejn il-kanali ta’ komunikazzjoni vokali għall-Ajru Uniku Ewropew (ĠU L 320, 17.11.2012, pp. 14-24)
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 262/2009 tat-30 ta’ Marzu 2009 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-allokazzjoni koordinata u għall-użu ta’ kodiċijiet tal-interrogatur Mode S għall-ajru uniku Ewropew (ĠU L 84, 31.3.2009, pp. 20-32)
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 29/2009 tas-16 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar servizzi ta’ kollegament tad-data għall-Ajru Uniku Ewropew (ĠU L 13, 17.1.2009, pp. 3-19).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 633/2007 tas-7 ta’ Ġunju 2007 li jistipula rekwiżiti għall-applikazzjoni ta’ protokoll ta’ trasferiment ta’ messaġġ tat-titjira użat għan-notifika, il-koordinazzjoni u t-trasferiment ta’ titjiriet bejn ċentri ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru (ĠU L 146, 8.6.2007, pp. 7-13).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1033/2006 tal-4 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar il-proċeduri għall-pjanijiet ta’ titjiriet fil-fażi ta’ qabel it-titjira għall-Ajru Uniku Ewropew (ĠU L 186, 7.7.2006, pp. 46-50).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1032/2006 tas-6 ta’ Lulju 2006 li jistipula rekwiżiti għal sistemi awtomatiċi għall-iskambju ta’ tagħrif dwar it-titjiriet bejn ċentri tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru għall-iskopijiet ta’ notifikazzjoni, koordinazzjoni u trasferiment ta’ titjiriet (ĠU L 186, 7.7.2006, pp. 27-45).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) — Dikjarazzjoni mill-Istati Membri dwar kwistjonijiet militari relatati mal-Ajru Uniku Ewropew (ĠU L 96, 31.3.2004, pp. 1-9).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-forniment ta’ servizz) (ĠU L 96, 31.3.2004, pp. 10-19)
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu tal-ispazju tal-arja fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-ispazju tal-arja) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) — Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni (ĠU L 96, 31.3.2004, pp. 20-25).
Ara l-verżjoni konsolidata.
l-aħħar aġġornament 24.06.2022