EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Kummerċ internazzjonali f’kimiċi perikolużi (Il-Konvenzjoni ta’ Rotterdam)

Kummerċ internazzjonali f’kimiċi perikolużi (Il-Konvenzjoni ta’ Rotterdam)

 

SOMMARJU TA’:

Il-Konvenzjoni ta’ Rotterdam

Deċiżjoni 2003/106/KE dwar l-approvazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Rotterdam

Deċiżjoni 2006/730/KE dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni ta’ Rotterdam

X’INHU L-GĦAN TAL-KONVENZJONI U TAD-DEĊIŻJONIJIET?

  • Il-konvenzjoni tipprovdi għal proċedura għall-kunsens infurmat bil-quddiem (PIC) għal ċerti kimiċi u pestiċidi perikolużi kkummerċjalizzati fuq livell internazzjonali.
  • Id-deċiżjonijiet jiżguraw li l-UE tapprova, tikkonkludi u tipparteċipa fil-Konvenzjoni ta’ Rotterdam billi l-Qorti tal-Ġustizzja annullat id-deċiżjoni leġiżlattiva oriġinali fuq punt tal-liġi.

PUNTI EWLENIN

Il-konvenzjoni:

  • tirregola l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ 52 sustanza kimika u pestiċida perikolużi.
  • teħtieġ li kwalunkwe sustanza kimika li telenka tkun irċeviet il-kunsens bil-quddiem minn importatur qabel ma tkun tista’ tiġi esportata.
  • tistabbilixxi proċedura għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar id-deċiżjonijiet meħuda mill-pajjiżi tal-importazzjoni,
  • titlob lil kull firmatarju għall-konvenzjoni biex jaħtar awtorità nazzjonali li tiżgura li din tiġi implimentata b’mod sħiħ,
  • tistaqsi lil kull firmatarju dwar jekk huwiex lest jew le li jaċċetta importazzjonijiet tas-sustanzi kimiċi u tal-pestiċidi li huwa jelenka;
  • teħtieġ li l-esportaturi jiżguraw li s-sustanzi kimiċi elenkati ma jiġux esportati jekk il-pajjiż tal-importazzjoni ma jkunx ta l-approvazzjoni formali tiegħu;
  • teħtieġ li l-partijiet li jkunu pprojbixxew jew illimitaw severament is-sustanza kimika jinnotifikaw dan lis-Segretarjat tal-konvenzjoni;
  • tipprevedi l-iskambju tal-informazzjoni xjentifika, teknika, ekonomika u legali dwar il-kimiċi li tkopri u l-possibbiltà tal-assistenza teknika għall-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw dwar ir-regolament tal-kimiċi;
  • tippermetti lil firmatarju jirtira mill-konvenzjoni sena wara li tirċievi n-notifika tiegħu biex jagħmel hekk;
  • ma tkoprix narkotiċi, materjali radjuattivi, skart, armi kimiċi, ikel u additivi tal-ikel, organiżmi ġenetikament modifikati jew kimiċi esportati għar-riċerka.

DATA TAD-DĦUL FIS-SEĦĦ

Il-konvenzjoni daħlet fis-seħħ fl-24 ta’ Frar 2004.

SFOND

  • Fl-10 ta’ Jannar 2006, l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tat sentenza fil-kawża C-94/03. Il-Kummissjoni Ewropea ġabet il-każ kontra l-Kunsill u talbet lill-Qorti tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/106/KE, li kienet approvat il-Konvenzjoni ta’ Rotterdam f’isem l-UE.
  • Il-Kummissjoni sostniet li d-deċiżjoni kellha tkun ibbażata esklussivament fuq l-artikolu tat-trattat dwar il-politika kummerċjali komuni (f’dak iż-żmien, l-Artikolu 133 tat-Trattat ta’ Amsterdam) u mhux fuq l-artikolu użat, li kien ikopri l-politika ambjentali (l-Artikolu 175 tal-istess trattat).
  • Il-Qorti ddeċidiet li ż-żewġ artikoli kienu meħtieġa biex jagħtu l-bażi legali neċessarja u annullat id-deċiżjoni oriġinali tal-Kunsill. Id-deċiżjoni l-ġdida, li daħlet fis-seħħ fil-ġurnata ta’ meta ġiet adottata l-predeċessur tagħha, tiżgura li m’hemm l-ebda lakuna ġuridika.

Għal aktar tagħrif ara:

DOKUMENTI EWLENIN

Il-konvenzjoni ta’ Rotterdam dwar il-proċedura għall-kunsens infurmat bil-quddiem għal ċerti kimiċi u pestiċidi perikolużi kkummerċjalizzati fuq livell internazzjonali (ĠUL 63, 6.3.2003, pp. 29-47)

Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/106/KE tad-19 ta’ Diċembru 2002 dwar l-approvazzjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni ta’ Rotterdam dwar il-Proċedura għall-Kunsens Infurmat bil-Quddiem għal ċerti kimiċi u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali (ĠU L 63, 6.3.2003, pp. 27-28)

Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/730/KE tal-25 ta’ Settembru 2006 dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni ta’ Rotterdam dwar il-Proċedura għall-Kunsens Infurmat bil-Quddiem għal ċerti kimiċi u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali (ĠU L 299, 28.10.2006, pp. 23-25)

DOKUMENTI RELATATI

Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 rigward l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi kimiċi perikolużi (ĠU L 201, 27.7.2012, pp. 60-106)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 649/2012 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament 06.08.2020

Top