EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Il-ġlieda kontra l-marda Newcastle

Legal status of the document This summary has been archived and will not be updated. See 'Il-Liġi tal-UE dwar is-saħħa tal-annimali' for an updated information about the subject.

Il-ġlieda kontra l-marda Newcastle

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Direttiva 92/66/KEE — miżuri tal-UE għall-kontroll tal-marda Newcastle

X’INHU L-GĦAN TA’ DIN ID-DIRETTIVA?

Il-marda Newcastle hija marda infettiva ħafna fit-tjur u għasafar oħra, li b’mod partikolari taffettwa l-produzzjoni tal-bajd, b’konsegwenzi soċjoekonomiċi serji. Id-direttiva għandha l-għan li tiddefinixxi r-rispons tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea (UE) f’każijiet suspettati jew ikkonfermati.

PUNTI EWLENIN

  • Id-direttiva tapplika għat-tjur u għasafar oħra miżmuma fil-kattività, inkluż ħamiem tat-tlielaq.
  • Jekk it-tjur f’qasam ikun suspettat li huwa infettat jew ikkontaminat bil-marda Newcastle, l-awtoritajiet rilevanti għandhom jiġu nnotifikati immedjatament, il-qasam għandu jitqiegħed taħt sorveljanza u jiġu stabbiliti l-miżuri segwenti:
    • it-tjur ikkonċernat għandu jiġi magħluq mingħajr kuntatt ma’ tjur ieħor;
    • ma għandux ikun hemm moviment mhux awtorizzat ta’ persuni, vetturi, annimali oħra, laħam tat-tjur, bajd, għalf, skart, għodda jew kwalunkwe ħaġa oħra li tista’ tittrażmetti l-marda;
    • ikun hemm arranġamenti ta’ diżinfettazzjoni fid-dħul u l-ħruġ ta’ bini fejn jinżamm it-tjur u tar-razzett innifsu;
    • azjendi oħra jistgħu jitqiegħdu taħt sorveljanza jekk ma jkunx hemm raġuni biex wieħed jissuspetta l-kontaminazzjoni.
  • Jekk il-marda tiġi kkonfermata, il-miżuri stabbiliti għandhom jinkludu:
    • it-tjur fl-azjenda għandu jinqatel;
    • il-materjali kkontaminati jridu jinqerdu jew jiġu trattati;
    • il-bajd jew laħam mit-tjur maqtul matul il-preżunt perjodu ta’ inkubazzjoni jrid jinqered;
    • il-bini użat biex jinżamm it-tjur irid jitnaddaf u jiġi diżinfettat;
    • it-tjur ma jistax jerġa’ jidħol fil-qasam sa mill-inqas 21 ġurnata wara t-tindif;
    • żona ta’ protezzjoni minima ta’ 3 km, fi ħdan żona ta’ sorveljanza ta’ 10 km, trid tiġi stabbilita madwar is-sit għal mill-inqas 21 ġurnata, filwaqt li jsiru kontrolli uffiċjali, eżamijiet kliniċi u jiġi iżolat it-tjur.
  • Il-pajjiżi tal-UE għandhom jaħtru laboratorju nazzjonali biex jikkoordina r-rispons għall-marda, li jaħdem b’kooperazzjoni ma’ pajjiżi tal-UE oħrajn u mal-laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-marda ta’ Newcastle, li jinsab fir-Renju Unit (1).
  • Jista’ jsir tilqim approvat kontra l-marda kif ukoll tilqim ta’ emerġenza fil-każ li tfeġġ il-marda.
  • Kull pajjiż tal-UE jrid ifassal il-pjan ta’ kontinġenza tiegħu stess biex jirreaġixxi għall-marda, filwaqt li jikkonforma mal-proċeduri f’din id-direttiva, inkluż l-istabbiliment ta’ ċentru ta’ kriżi u ċentri lokali ta’ kontroll tal-marda. Esperti tal-Kummissjoni Ewropea jistgħu jwettqu verifiki fuq il-post biex jiżguraw li dawn l-istabbilimenti qed iwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom bis-sħiħ.
  • Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jitolbu għajnuna finanzjarja biex tgħinhom jimmaniġġaw il-marda Newcastle bi qbil mad-Direttiva 90/424/KEE.
  • Il-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf jassisti lill-Kummissjoni fil-ġestjoni tal-marda Newcastle.

Revoka

Din id-direttiva se tiġi revokata u sostitwita bir-Regolament (UE) 2016/429 mill-21 ta’ April 2021.

MINN META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Din ilha tapplika mid-29 ta’ Lulju 1992. Il-pajjiżi tal-UE kellhom jinkorporawha fil-liġi nazzjonali sal-1 ta’ Ottubru 1993.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/66/KEE tal-14 ta’ Lulju 1992 li tintroduċi miżuri tal-Komunità għal kontroll tal-marda Newcastle (ĠU L 260, 5.9.1992, p. 1-20)

L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 92/66/KEE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija biss ta’ valur dokumentarju.

DOKUMENTI RELATATI

Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.3.2016, pp. 1–208)

Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġiettal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, pp. 1–24)

Ara l-verżjoni konsolidata

l-aħħar aġġornament 26.10.2016



(1) Ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea u jsir pajjiż terz (pajjiż mhux tal-UE) mill-1 ta’ Frar 2020.

Top