EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Convention on a common transit procedure
Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta’ tranżitu
Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta’ tranżitu
Konvenzjoni dwar proċedura ta’ transitu komuni
Id-Deċiżjoni 87/415/KEE - il-konklużjoni ta’ konvenzjoni dwar proċedura ta’ transitu komuni
Il-konvenzjoni tipprovdi l-qafas legali li jistabbilixxi l-obbligi tan-negozjanti u l-awtoritajiet doganali għal oġġetti fi tranżitu* doganali minn parti kontraenti għal oħra. Din tkopri l-EU-27 (bħala parti kontraenti waħda) u tmien pajjiżi ta’ tranżitu komuni (l-Iżlanda, il-Maċedonja ta’ Fuq, in-Norveġja, is-Serbja, l-Iżvizzera, t-Turkija, l-Ukrajna u r-Renju Unit) bħala partijiet kontraenti separati.
Id-deċiżjoni tapprova l-konvenzjoni f’isem il-Komunità Ewropea (illum l-Unjoni Ewropea).
Il-konvenzjoni:
Tintuża sistema elettronika ta’ tranżitu biex jitwettqu formalitajiet doganali, ħlief f’ċirkostanzi speċifiċi (eż. oġġetti trasportati permezz tal-ferrovija meta l-karti huma permissibbli).
Simplifikazzjonijiet tat-tranżitu jistgħu japplikaw għal negozjanti affidabbli
Il-pajjiżi jistgħu jaqblu li jpoġġu fis-seħħ proċeduri simplifikati bejniethom permezz ta’ ftehimiet bilaterali jew multilaterali.
Il-pajjiżi għandhom jikkooperaw ma’ xulxin rigward assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet.
Il-konvenzjoni daħlet fis-seħħ u ilha tapplika mill-1 ta’ Jannar 1988.
Il-proċedura komuni tat-tranżitu doganali tippermetti t-tmexxija effiċjenti tal-oġġetti mill-fruntieri tal-partijiet kontraenti u tissimplifika l-formalitajiet doganali.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/415/KEE tal-15 ta’ Ġunju 1987 dwar il-konklużjoni ta’ Konvenzjoni bejn il-Komunità Ewropea, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Repubblika tal-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Renju tal-Isvezja u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar proċedura ta’ transitu komuni (ĠU L 226, 13.8.1987, p. 1)
Konvenzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Repubblika tal-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Renju tal-Isvezja u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar proċedura ta’ transitu komuni (ĠU L 226, 13.8.1987, p. 2-117)
Emendi suċċessivi għall-Konvenzjoni ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija biss għal skopijiet ta’ referenza.
Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Ġunju 1999 rigward ir-riforma tas-sistemi ta’ transitu doganali (ĠU C 193, 9.7.1999, pp. 1-2)
Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 1995 rigward il-kompjuterizzazzjoni tas-sistemi ta’ transitu doganali (ĠU C 327, 7.12.1995, pp. 2-3)
l-aħħar aġġornament 30.09.2022