EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika

Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika

 

SOMMARJU TA’:

id-Deċiżjoni Nru 234/2008/KE li tistabbilixxi l-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika

X’INHU L-GĦAN TAD-DEĊIŻJONI?

Tistabbilixxi l-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika, korp konsultattiv li jikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika tal-UE dwar l-informazzjoni statistika.

Tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 91/116/KEE.

PUNTI EWLENIN

Il-kumitat jikkontribwixxi għall-kooperazzjoni mill-qrib fi ħdan il-proċess ta’ tfassil tal-programmi statistiċi bil-għan li jittejbu l-governanza tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika u l-kwalità tal-istatistika Ewropea.

Il-kumitat iservi ta’ mezz ta’ konsultazzjoni mill-utenti, mir-rispondenti u mill-produtturi tal-informazzjoni statistika dwar l-għanijiet tal-politika tal-UE dwar l-informazzjoni statistika.

Missjoni

Il-Kummissjoni Ewropea jeħtiġilha tikkonsulta lill-kumitat waqt it-tħejjija tal-programm statistiku tal-UE.

Huwa jwassal opinjonijiet dwar il-programm li jindirizzaw b’mod partikolari:

  • ir-rilevanza tal-programm għar-rekwiżiti tal-iżvilupp Ewropew u l-integrazzjoni Ewropea;
  • ir-rilevanza tal-programm għall-attivitajiet tal-UE b’rabta mal-iżviluppi ekonomiċi, soċjali u tekniċi;
  • il-bilanċ rigward il-prijoritajiet u r-riżorsi bejn l-oqsma differenti fi ħdan il-programm;
  • l-adegwatezza tar-riżorsi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-programm;
  • l-ispejjeż tal-produzzjoni li jġarrbu l-fornituri tal-informazzjoni statistika.

Il-kumitat jipprovdi pariri lill-Kummissjoni dwar l-iżvilupp u l-użu tal-informazzjoni statistika tal-UE.

Relazzjonijiet ma’ korpi u istituzzjonijiet oħrajn

Fuq talba tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni, il-kumitat jagħti l-opinjoni tiegħu dwar:

  • il-politika tal-UE dwar l-informazzjoni statistika;
  • il-prijoritajiet tal-Programm Ewropew tal-Istatistika;
  • l-evalwazzjoni tal-istatistika eżistenti;
  • il-kwalità tad-dejta u l-politika ta’ tixrid.

Jaqdi dmiru billi jikkoopera mal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika.

Kompożizzjoni

Il-Kumitat ikun magħmul minn 24 membru maħtura għal perjodu ta’ ħames snin, li jista’ jiġġedded darba.

Il-membri jingħażlu b’mod ibbilanċat fost:

Il-Kumitat jaħtar il-President tiegħu għal perjodu ta’ ħames snin, li jista’ jiġġedded darba.

Is-segretarjat tal-Kumitat qed jiġi pprovdut mill-Kummissjoni.

MINN META TAPPLIKA D-DEĊIŻJONI?

Ilha tapplika mill-15 ta’ Ġunju 2008.

SFOND

Il-Bord Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika jissostitwixxi l-Kumitat Konsultattiv Ewropew dwar it-Tagħrif Statistiku fl-Ambiti Ekonomiċi u Soċjali.

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Ex officio: bis-saħħa tal-pożizzjoni jew tal-kariga tiegħu/tagħha, f’dan il-każ bħala Direttur Ġenerali.

DOKUMENT EWLIENI

Deċiżjoni Nru 234/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li tistabbilixxi l-Kumitat Ewropew ta’ Konsultazzjoni dwar il-Politika Komunitarja ta’ Tagħrif Statistiku u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 91/116/KEE (ĠU L 73, 15.3.2008, pp. 13-16)

l-aħħar aġġornament 18.04.2018

Top