EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Il-korpi konsultattivi tal-UE

Il-korpi konsultattivi tal-UE

 

SOMMARJU

PUNTI EWLENIN

L-Ewropa għandha 7 istituzzjonijiet responsabbli għal oqsma differenti ta’ tfassil ta’ liġijiet u tfassil ta’ politika.

Barra minn hekk għandha 2 korpi konsultattivi li jirrappreżentaw partijiet differenti tas-soċjetà Ewropea li jagħtu opinjonijiet dwar politiki u leġiżlazzjoni iżda li mhumiex legalment vinkolanti.

Rwol

Il-KESE għandu 3 responsabilitajiet ewlenin:

  • li jagħti pariri lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill tal-UE u lill-Kummissjoni Ewropea,
  • li jippromwovi l-iżvilupp ta’ UE li hija aktar f’kuntatt mal-opinjonijiet taċ-ċittadini Ewropej billi tagħti lill-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u lill-impjegati u lil gruppi oħrajn ta’ interess, vuċi fid-diskussjonijiet politiċi,
  • li jassigura djalogu kontinwu bejn l-UE u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u li jappoġġja l-irwol tagħhom u l-irwol ta’ parteċipazzjoni usa' fid-demokrazija.

Kompożizzjoni

  • Il-KESE huwa magħmul minn 350 membru. Id-distribuzzjoni tas-siġġijiet għal kull pajjiż fl-UE tiġi deċiża mill-Kunsill.
  • Il-membri jirrappreżentaw kemm l-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema kif ukoll tal-impjegati, kif ukoll il-gruppi ta’ interess minn soċjetà ċivili, parikolarment f’oqsma soċjo-ekonomiċi, ċiviċi, professjonali u kulturali.
  • Il-membri huma nnominati mill-gvernijiet nazzjonali tagħhom u maħturin mill-Kunsill għal mandat li jiġġedded ta' 5 snin.

Azzjoni

  • Il-KESE għandu 9 sessjonijiet plenarji kull sena.
  • Il-KESE jiġi kkonsultat mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni fuq firxa ta’ suġġetti.
  • Joħroġ ukoll opinjonijiet fuq l-inizjattiva tiegħu stess.

Rwol

Il-KtR jagħti vuċi formali lir-reġjuni u l-ibliet fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet fl-UE, u jirrifletti l-pożizzjonijiet u l-ħtiġijiet tal-awtoritajiet reġjunali u lokali fl-opinjonijiet li jagħti lil istituzzjonijiet tal-UE.

Kompożizzjoni

  • Il-KtR huwa magħmul minn 350 membru. Id-distribuzzjoni tas-siġġijiet għal kull pajjiż fl-UE tiġi deċiża mill-Kunsill.
  • Il-membri huma rappreżentanti eletti ta’ awtoritajiet lokali u reġjunali.
  • Il-membri huma nnominati mill-gvernijiet nazzjonali tagħhom u maħturin mill-Kunsill għal mandat li jiġġedded ta' 5 snin.

Azzjoni

Il-KtR għandu 6 sessjonijiet plenarji kull sena.

Il-KtR jiġi kkonsultat fuq bażi obbligatorja mill-Kummissjoni, il-Kunsill jew il-Parlament Ewropew dwar proposti leġiżlattivi li jikkonċernaw oqsma politiċi bħal:

  • is-saħħa,
  • l-edukazzjoni,
  • l-impjiegi,
  • il-politika soċjali
  • it-trasport,
  • l-enerġija.

Il-KtR jista' jiġi kkonsultat ukoll mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill jew il-Kummissjoni fuq kwistjonijiet oħrajn barra dawn l-oqsma Jista’ joħroġ ukoll opinjonijiet fuq l-inizjattiva tiegħu stess.

Ladarba l-KtR jirċievi proposta għal leġiżlazzjoni huwa joħroġ opinjoni li tintbagħat lill-istituzzjonijiet relevanti.

Il-KtR jista’ jieħu 2 tipi ta’ azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE:

l-aħħar aġġornament 20.01.2016

Top