EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissjoni Ewropea

 

SOMMARJU TA’:

L-Artikolu 17 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

L-Artikolu 18 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

L-Artikolu 244 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) - — rwol, kompożizzjoni, setgħat u funzjonament tal-Kummissjoni Ewropea

L-Artikolu 245 tat-TFUE — rwol, kompożizzjoni, setgħat u funzjonament tal-Kummissjoni Ewropea

L-Artikolu 246 tat-TFUE — rwol, kompożizzjoni, setgħat u funzjonament tal-Kummissjoni Ewropea

L-Artikolu 247 tat-TFUE — rwol, kompożizzjoni, setgħat u funzjonament tal-Kummissjoni Ewropea

L-Artikolu 248 tat-TFUE — rwol, kompożizzjoni, setgħat u funzjonament tal-Kummissjoni Ewropea

L-Artikolu 249 tat-TFUE — rwol, kompożizzjoni, setgħat u funzjonament tal-Kummissjoni Ewropea

L-Artikolu 250 tat-TFUE — rwol, kompożizzjoni, setgħat u funzjonament tal-Kummissjoni Ewropea

X’INHU L-GĦAN TA’ DAWN L-ARTIKOLI TAT-TRATTAT?

Dawn jistabbilixxu l-irwol, il-kompożizzjoni, is-setgħat, il-proċeduri ta’ ħatra u l-funzjonament tal-Kummissjoni Ewropea, il-fergħa eżekuttiva tal-UE.

PUNTI EWLENIN

Rwol

1. Tipproponi liġijiet ġodda — il-Kummissjoni hija l-unika istituzzjoni tal-UE li formalment tippreżenta l-liġijiet għall-adozzjoni mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill.

2. Timmaniġġja l-politiki tal-UE u talloka l-finanzjament tal-UE — il-Kummissjoni tistabbilixxi l-prijoritajiet tal-infiq mal-Kunsill u mal-Parlament u tfassal u teżegwixxi l-baġit annwali.

3. Tinforza d-dritt tal-Unjoni — flimkien mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE, il-Kummissjoni tiżgura li d-dritt tal-Unjoni jiġi applikat kif xieraq fil-pajjiżi kollha tal-UE.

4. Tirrappreżenta lill-UE fuq livell internazzjonali — titkellem f’isem il-pajjiżi kollha tal-UE f’korpi internazzjonali (bħall-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ — WTO).

Kompożizzjoni

  • Il-Kummissjoni hija mmexxija politikament minn tim ta’ 28 Kummissarju. Il-Kulleġġ tal-Kummissarji jinkludi Kummissarju wieħed minn kull pajjiż tal-UE u jinkludi:
  • Il-ħidma tal-Kummissjoni hija organizzata f’dipartimenti magħrufa bħala direttorati ġenerali (DĠ), kull wieħed responsabbli minn qasam ta’ politika speċifiku.

Il-President

  • Il-Kunsill Ewropew jipproponi kandidat għal president, filwaqt li jqis ir-riżultati tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Il-kandidat irid ikollu l-appoġġ tal-maġġoranza tal-membri tal-Parlament Ewropew biex jiġi elett. Il-president huwa responsabbli għal:
    • l-istabbiliment ta’ linji gwida politiċi għall-Kulleġġ tal-Kummissarji;
    • deċiżjonijiet rigward l-organizzazzjoni interna tal-Kummissjoni u li jiddelega r-responsabbiltà għal oqsma ta’ politika partikolari lill-Kummissarji individwali — dawn il-kompiti jistgħu jiġu riallokati matul il-mandat kollu tiegħu/tagħha;
    • il-ħatra ta’ viċi presidenti minn fost il-Membri tal-Kummissjoni, bl-eċċezzjoni tal-HR/VP.
  • Il-president jista’ jitlob ukoll lil Kummissarju biex dan jitlaq mill-kariga tiegħu mingħajr l-approvazzjoni tal-Kulleġġ.

Ħatra

  • Bi ftehim komuni mal-president elett, il-Kunsill jadotta l-lista ta’ persuni li jipproponi li jinħatru bħala Membri tal-Kummissjoni, bl-eċċezzjoni tal-HR/VP.
  • L-HR/VP jinħatar mill-Kunsill Ewropew, bi ftehim mal-President tal-Kummissjoni.
  • Il-Membri tal-Kummissjoni jintgħażlu għall-kompetenza ġenerali u l-indipendenza tagħhom.
  • Il-Kulleġġ kollu jiġi approvat b’vot parlamentari Ewropew.

Tabella ta’ rikapitulazzjoni

It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

17

Ir-rwol u l-kompożizzjoni tal-Kummissjoni; il-ħatra u setgħat tal-President tal-Kummissjoni

It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

18

Il-ħatra u s-setgħat tal-HR/VP

It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE

244, 245, 246, 247, 248, 249, 250

Kif taħdem il-Kummissjoni

DOKUMENTI EWLENIN

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea — Titolu III — Dispożizzjonijiet dwar l-istituzzjonijiet — Artikoli 17 u 18 (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 26-27)

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — Is-Sitt Parti — Dispożizzjonijiet Istituzzjonali u Finanzjarji — Titolu I — Dispożizzjonijiet istituzzjonali — Kapitolu 1 — L-istituzzjonijiet — Taqsima 4 — Il-Kummissjoni — l-Artikoli 244, 245, 246, 247, 248, 249 u 250 (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 155-157)

DOKUMENTI RELATATI

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2013/272/UE tat-22 ta’ Mejju 2013 dwar in-numru ta’ membri tal-Kummissjoni Ewropea (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 98)

l-aħħar aġġornament 11.10.2017

Top