EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

L-aġenda tal-UE għal regolamentazzjoni aħjar

L-aġenda tal-UE għal regolamentazzjoni aħjar

 

SOMMARJU TA’:

Komunikazzjoni COM(2015) 215 final — l-aġenda tal-UE għal regolamentazzjoni aħjar

X’INHU L-GĦAN TAL-KOMUNIKAZZJONI?

Din il-komunikazzjoni tistabbilixxi pakkett ta’ riformi għat-titjib tal-liġijiet u tat-tfassil tal-politika tal-UE sabiex jiġi żgurat li l-liġijiet u l-politiki jkunu bbażati fuq evidenza soda, ikunu mfasslin sew u jwasslu għal benefiċċji tanġibbli u sostenibbli għaċ-ċittadini tal-UE.

PUNTI EWLENIN

Il-pakkett jibni fuq proċeduri u fuq proċessi eżistenti għat-titjib tal-liġijiet u tat-tfassil tal-politika tal-UE, inklużi valutazzjonijiet tal-impatt, valutazzjonijiet, konsultazzjonijiet pubbliċi u l-programm dwar l-idoneità u l-prestazzjoni tar-regolamentazzjoni (REFIT).

Speċifikament, il-pakkett jipprevedi:

  • aktar ftuħ u trasparenza permezz ta’ konsultazzjoni pubblika aktar estensiva u spjegazzjonijiet aħjar tal-liġijiet u tal-politiki proposti;
  • skrutinju aktar mill-qrib tal-liġijiet u tal-politiki eżistenti, pereżempju permezz tal-istabbiliment ta’ Bord tal-Iskrutinju Regolatorju ġdid u msaħħaħ biex jivvaluta l-kwalità tal-valutazzjonijiet tal-impatt u jiċċekkja l-valutazzjonijiet ta’ liġijiet eżistenti;
  • proposta għal ftehim interistituzzjonali ġdid bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea li l-għan tiegħu huwa li jiġi żgurat li l-partijiet kollha jilleġiżlaw aħjar, pereżempju, billi jiġu prijoritizzati inizjattivi għat-titjib tal-liġijiet eżistenti u t-twettiq ta’ valutazzjonijiet tal-impatt ta’ kull emenda sostanzjali mill-Parlament jew mill-Kunsill għal-leġiżlazzjoni proposta mill-Kummissjoni;
  • valutazzjoni aħjar tal-leġiżlazzjoni eżistenti b’mod partikolari permezz ta’ programm REFIT imsaħħaħ. Permezz ta’ REFIT, l-UE tivvaluta l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE biex din tkun aktar effettiva u effiċjenti mingħajr ma jiġu kompromessi l-objettivi tal-politika. REFIT se jsir aktar immirat, billi jħares lejn is-sorsi l-aktar serji ta’ ineffiċjenza u piżijiet bla bżonn, u jkun integrat aħjar fil-proċess deċiżjonali tal-Kummissjoni u se jikkwantifika wkoll il-kostijiet u l-benefiċċji tal-azzjonijiet kull fejn dan ikun possibbli;
  • il-ħolqien ta’ Pjattaforma REFIT li tagħti pariri lill-Kummissjoni dwar l-identifikazzjoni ta’ inizjattivi biex il-liġi tal-UE tkun aktar effettiva u effiċjenti;
  • azzjonijiet ġodda biex jitnaqqsu l-piżijiet f’oqsma bħall-akkwist pubbliku, pereżempju, permezz tal-ħolqien ta’ formola standard għall-ġbir ta’ data għan-negozji ż-żgħar u ta’ daqs medju minflok id-dokumentazzjoni kumplessa attwali għall-akkwisti;
  • implimentazzjoni aħjar tal-liġijiet tal-UE permezz ta’ kooperazzjoni msaħħa mal-pajjiżi tal-UE dwar modi kif tiġi żgurata l-konformità magħhom.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Regolamentazzjoni aħjar għal riżultati aħjar — Aġenda tal-UE” (COM(2015) 215 final tad-19.5.2015)

DOKUMENTI RELATATI

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Kompletar tal-Aġenda għal Regolamentazzjoni Aħjar: Soluzzjonijiet aħjar għal riżultati aħjar (COM(2017) 651 final, 24.10.2017)

Dokument ta’ ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni — Ħarsa ġenerali lejn l-isforzi tal-Unjoni għas-simplifikazzjoni u għat-tnaqqis tal-piżijiet regolatorji li jakkumpanja d-dokument Komunikazzjoni dwar l-Ikkompletar tal-Aġenda għal Regolamentazzjoni Aħjar: Soluzzjonijiet aħjar għal riżultati aħjar (SWD(2017) 675 final, 24.10.2017) [Traduzzjoni mhux uffiċjali]

l-aħħar aġġornament 28.09.2015

Top