EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ ordnijiet ta’ konfiska

Legal status of the document This summary has been archived and will not be updated, because the summarised document is no longer in force or does not reflect the current situation.

Ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ ordnijiet ta’ konfiska

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2006/783/GAI — l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku għal ordnijiet ta’ konfiska

X’INHU L-GĦAN TAD-DEĊIŻJONI KWADRU?

Din tippermetti lil awtorità ġudizzjarja f’pajjiż wieħed tal-Unjoni Ewropea (UE) jibgħat ordni biex tiġi ffriżata jew ikkonfiskata l-proprjetà direttament lil awtorità ġudizzjarja f’pajjiż tal-UE ieħor fejn din tiġi rikonoxxuta u mwettqa mingħajr formalitajiet sussegwenti.

PUNTI EWLENIN

X’inhi ordni ta’konfiska?

Din hija miżura permanenti biex il-proprjetà miksuba illegalment tittieħed mingħand il-kriminali jew il-kompliċi tagħhom.

Reati

  • Għal għadd ta’ reati serji,eżekuzzjoni ma huwiex neċessarju li r-reat ikun kriminalità kemm fil-pajjiż tal-UE li joħroġ l-ordni (il-pajjiż emittentieżekuzzjoni) u dak li jeżegwiha (il-pajjiż ta’eżekuzzjoni). Madankollu, ir-reat irid ikun jista’ jiġi kkastigat fil-pajjiż emittenti permezz ta’ sentenza ta’ ħabs għal perjodu massimu ta’ tliet snin. Ir-reati jinkludu:
    • parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali;
    • terroriżmu.
    • korruzzjoni u frodi;
    • traffikar ta’ bnedmin;
    • razziżmu u ksenofobija;
    • stupru.

Trażmissjoni

  • Ordni ta’ konfiska għal flus jew proprjetà tista’ tintbagħat lil-pajjiż tal-UE meta jkun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jemmen li l-persuna jew il-kumpanija kkonċernata għandha proprjetà jew dħul. Jekk ma jkun hemm ebda raġuni raġonevoli, l-ordni tista’ tintbagħat lill-pajjiż tal-UE fejn tkun residenti l-persuna jew fejn il-kumpanija jkollha s-sede rreġistrata tagħha.
  • Ordni ta’ konfiska li tikkonċerna l-proprjetà tista’ tintbagħat lil aktar minn pajjiż tal-UE wieħed fl-istess ħin meta:
    • ikun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jemmen li partiti differenti koperti mill-ordni jinsabu f’diversi pajjiżi tal-UE;
    • il-konfiska ta’ partita speċifika tinvolvi azzjoni f’aktar minn pajjiż tal-UE wieħed; jew
    • il-partita kkonċernat tkun tista’ tinsab f’wieħed minn żewġ pajjiżi tal-UE jew aktar.
  • Ordni ta’ konfiska li tikkonċerna l-flus tista’ tintbagħat lil aktar minn pajjiż tal-UE wieħed fl-istess ħin meta:
    • il-proprjetà kkonċernata ma tkunx ġiet iffriżata taħt id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2003/577/JHA; jew
    • il-valur tal-proprjetà li għandha tiġi kkonfiskata fl-istat emittenti u fi kwalunkwe wieħed mill-istati ta’ eżekuzzjoni x’aktarx li ma jkunx biżżejjed biex ikopri l-ammont sħiħ tal-ordni ta’ konfiska.

Rikonoxximent u eżekuzzjoni

  • L-awtorità ġudizzjarja ta’ kwalunkwe pajjiż emittenti trid tibgħat ċertifikat, abbażi tal-formola standard annessa ma’ din id-deċiżjoni, lill-awtorità ġudizzjarja tal-pajjiż ta’ eżekuzzjoni biex titlob l-eżekuzzjoni tal-ordni.
  • Il-pajjiż ta’ eżekuzzjoni jrid jirrikonoxxi l-ordni mingħajr formalitajiet sussegwenti u jieħu l-passi neċessarji biex jeżegwiha immedjatament.

Nuqqas ta’rikonoxximent u nuqqas ta’eżekuzzjoni

L-eżekuzzjoni ta’ ordni tista’tiġi miċħuda jekk iċ-ċertifikat ma jiġix prodott, ma jkunx komplut jew b’mod ċar ma jikkorrispondix għall-ordni. Tista’ tiġi miċħuda wkoll f’għadd ta’ sitwazzjonijiet oħra, inkluż meta:

  • l-eżekuzzjoni tkun kontra regoli li jipproteġu liċ-ċittadini milli jgħaddu minn prosekuzzjoni darbtejn għall-istess reat;
  • l-ordni ma tkunx reat fil-pajjiż ta’ eżekuzzjoni;
  • ikun hemm immunità jew privileġġ taħt il-liġi tal-pajjiż ta’ eżekuzzjoni li jipprevjeni l-eżekuzzjoni ta’ ordni ta’ konfiska fuq il-proprjetà;
  • taħt il-liġi tal-pajjiż ta’ eżekuzzjoni, ir-reat huwa meqjus li jkun sar kollu jew parzjalment fi ħdan it-territorju tiegħu;
  • ir-reat ma jkunx sar fit-territorju tal-istat emittenti u, taħt il-liġi tal-istat ta’ eżekuzzjoni, dan ma jkunx meqjus bħala raġuni għal proċedimenti legali.

Il-posponiment tal-eżekuzzjoni

L-eżekuzzjoni tista’ tiġi posposta f’diversi każijiet inkluż meta:

  • tista’ tagħmel ħsara lil investigazzjoni kriminali li tkun għaddejja:
  • il-proprjetà tkun diġà s-suġġett ta’ proċedimenti ta’ konfiska fil-pajjiż ta’ eżekuzzjoni;
  • l-ordni jew parti mill-ordni tkun trid tiġi tradotta.

Partijiet interessati

Il-pajjiżi tal-UE jridu jiżguraw li kwalunkwe parti interessata, inklużi partijiet terzi leġittimi, ikollhom rimedji legali kontra r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ ordni ta’ konfiska, sabiex iżommu d-drittijiet tagħhom.

MINN META TAPPLIKA D-DEĊIŻJONI KWADRU?

Din ilha tapplika mill-24 ta’ Novembru 2006 Il-pajjiżi tal-UE kellhom jinkorporawha fil-liġi nazzjonali sal-24 ta’ Novembru 2008.

SFOND

DOKUMENT EWLIENI

Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2006/783/GAI tas-6 ta’ Ottubru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku għal ordnijiet ta’ konfiska (ĠU L 328, 24.11.2006, pp. 59–78)

L-emendi sussegwenti għad-Direttiva Kwadru 2006/783/GAI ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata hija biss ta’ valur dokumentarju.

DOKUMENTI RELATATI

Id-Deċiżjoni kwadru tal-Kunsill 2003/577/JHA tat-22 ta’ Lulju 2003 dwar it-twettiq fl-Unjoni Ewropea tal-mandati li jiffriżaw xi proprjetà jew xi evidenza (ĠU L 196, 2.8.2003, pp. 45-55)

Ara l-verżjoni konsolidata

Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ibbażat fuq l-Artikolu 22 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2006/783/GAI tas-6 ta’ Ottubru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku għal ordnijiet ta’ konfiska (COM(2010) 428 final, 23.8.2010)

l-aħħar aġġornament 07.12.2016

Top