EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Trattament tal-ilma urban mormi

Trattament tal-ilma urban mormi

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Direttiva 91/271/KEE – trattament tal-ilma urban mormi

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

  • Din għandha l-għan li tipproteġi l-ambjent fl-Unjoni Ewropea (UE) mill-effetti avversi (bħall-ewtrofikazzjoni*) tal-ilma urban mormi
  • Din tistabbilixxi regoli mifruxa mal-UE kollha għall-ġbir, it-trattament u l-iskariku tal-ilma mormi. Il-liġi tkopri wkoll l-ilma mormi li jiġi ġġenerat minn industriji bħall-industriji tal-ikel agrikolu (bħal dawk li jipproċessaw l-ikel u li jipproduċu l-birra).

PUNTI EWLENIN

  • Il-pajjiżi tal-UE għandhom:
    • jiġbru u jittrattaw l-ilma mormi f’abitazzjonijiet urbani b’popolazzjoni ta’ mill-inqas 2,000 ruħ u japplikaw trattament sekondarju* fuq l-ilma mormi li jinġabar;
    • japplikaw trattament aktar avvanzat f’abitazzjonijiet urbani b’popolazzjonijiet ta’ aktar minn 10,000 ruħ li jinsabu f’żoni sensittivi* magħżula;
    • jiżguraw li l-impjanti tat-trattament issirilhom manutenzjoni xierqa sabiex jiġi żgurat li dawn ikollhom prestazzjoni suffiċjenti u jkunu jistgħu jitħaddmu taħt il-kundizzjonijiet tat-temp normali kollha;
    • jieħdu miżuri li jillimitaw it-tniġġis tal-ilmijiet riċeventi mit-tifwir tal-ilma wara maltempata taħt sitwazzjonijiet estremi, bħal xita qawwija mhux tas-soltu;
    • jimmonitorjaw il-prestazzjoni tal-impjanti tat-trattament u l-ilmijiet riċeventi;
    • jimmonitorjaw ir-rimi u l-użu mill-ġdid tal-ħama tad-drenaġġ.
  • Minbarra li jiddeskrivi l-metodi għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tar-riżultati, l-Anness I jelenka r-rekwiżiti ġenerali:
    • għas-sistemi tal-ġbir,
    • għall-iskariki mill-impjanti għat-trattament tal-ilma urban mormi, inklużi l-valuri tal-limitu tal-emissjonijiet għal dawn,
    • għall-ilma industrijali mormi f’sistemi intiżi għall-ġbir tal-ilma urban.
  • L-Anness II jiddeskrivi l-kriterji għall-identifikazzjoni ta’ żoni sensittivi u inqas sensittivi.
  • L-aħħar rapport disponibbli mill-Kummissjoni Ewropea dwar l-istatus tal-implimentazzjoni u l-programmi ta’ implimentazzjoni, ippubblikat fl-2016, jinnota li din id-Direttiva kellha rwol essenzjali x’taqdi fit-titjib tal-kwalità tal-ilma tal-UE. Madankollu, xorta għad hemm distakki fl-implimentazzjoni, speċjalment dwar il-livell xieraq ta’ trattament. L-investimenti li twettqu s’issa u ppjanati mill-pajjiżi tal-UE huma konsiderevoli, iżda huma indispensabbli biex jimtela d-distakk imsemmi hawn fuq u wkoll biex tinżamm il-konformità. Barra minn hekk, il-kontribut sostanzjali mis-settur tal-ilma urban mormi għat-tkabbir ekonomiku l-ħolqien tal-impjiegi hu sinifikanti.

META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Mid-29 ta’ Mejju 1991, b’bosta skadenzi differenti għad-diversi rekwiżiti. Fl-1998, il-Kummissjoni adottat id-Direttiva 98/15/KE sabiex tikkjarifika wħud mir-regoli minħabba l-interpretazzjonijiet differenti fil-pajjiżi tal-UE. Din daħlet fis-seħħ fis-27 ta’ Marzu 1998. Hemm skadenzi oħrajn li japplikaw għall-pajjiżi li ssieħbu fl-UE mill-2004 ’il quddiem. Dawn huma speċifikati fit-Trattati ta’ Adeżjoni ma’ kull wieħed mill-pajjiżi kkonċernati.

SFOND

Għal aktar tagħrif:

* TERMINI EWLENIN

Ewtrofikazzjoni: l-ilma li jiġi arrikkit bin-nutrijenti, li fost oħrajn jikkawża, tkabbir aċċellerat tal-alga li jfixkel il-bilanċ tal-organiżmi fl-ilma u l-kwalità tal-ilma.

Trattament sekondarju: proċess li ġeneralment ikun jinvolvi trattament bijoloġiku, sabiex jinkisbu r-rekwiżiti fl-Anness I tad-Direttiva.

Żoni sensittivi: ilma naturali li huwa ewtrofikat jew jista’ jsir ewtorifikat fil-futur qarib jekk ma tittiħidx azzjoni ta’ protezzjoni, jew dak li għandu bżonn aktar trattament avvanzat sabiex jissodisfa konformità ma’ Direttivi oħra tal-UE (eż., id-Direttiva dwar l-Ilma għall-Għawm)

DOKUMENT EWLIENI

Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE ta’ l-21 ta’ Mejju 1991dwar it-trattament ta’ l-ilma urban mormi (GU L 135, 30.5.1991, p. 40–52)

L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 91/271/KEE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija biss ta’ valur dokumentarju.

DOKUMENTI RELATATI

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/431/UE tas-26 ta’ Ġunju 2014dwar formati għar-rappurtar dwar il-programmi nazzjonali għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE (ĠU L 197, 4.7.2014, p. 77–86)

Rapport mill-Kummissjoni — L-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta’ Mejju 1991dwar it-trattament tal-ilma urban mormi, kif emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 98/15/KE tas-27 ta’ Frar 1998— Sommarju tal-miżuri implimentati mill-Istati Membri u valutazzjoni tal-informazzjoni riċevuta skont l-Artikoli 17 u 13 tad-Direttiva (COM(98) 775 finali, 15.1.1999)

Rapport mill-Kummissjoni — L-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta’ Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma urban mormi, kif emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 98/15/KE tas-27 ta’ Frar 1998 (COM(2001) 685finali, 21.11.2001)

Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — L-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta’ Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma urban mormi, kif emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 98/15/KE tas-27 ta’ Frar 1998 (COM(2004) 248finali, 23.4.2004)

Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni — Dokument ta’ akkumpanjament għall-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – “Lejn Ġestjoni Sostenibbli tal-Ilma fl-Unjoni Ewropea” — L-ewwel stadju fl-implimentazzjoni tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma 2000/60/KE [COM(2007) 128 finali] [SEC(2007) 363] (SEC(2007) 362 finali, 22.3.2007))

Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni — il-5 Sommarju tal-Kummissjoni dwar l-Implimentazzjoni tad-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi (SEC(2009) 1114 finali, 3.8.2009)

Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni — is-6 Sommarju tal-Kummissjoni dwar l-Implimentazzjoni tad-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi (SEC(2011) 1561 finali, 7.12.2011)

Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Is-Seba’ Rapport dwar l-Implimentazzjoni tad-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi (91/271/KEE) (COM(2013) 574 final, 7.8.2013)

Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — It-Tmien Rapport dwar l-Istatus tal-Implimentazzjoni u l-Programmi għall-Implimentazzjoni (kif rikjest mill-Artikolu 17) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (COM(2016) 105 final, 4.3.2016)

l-aħħar aġġornament 13.02.2017

Top