EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Awards of public contracts and concessions — water, energy, transport and telecommunications sectors
Għotjiet ta’ kuntratti u konċessjonijiet pubbliċi — is-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni
Għotjiet ta’ kuntratti u konċessjonijiet pubbliċi — is-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni
Din tirrikjedi li l-pajjiżi tal-UE jiżguraw li deċiżjonijiet dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi u konċessjonijiet fis-settur tal-utilitajiet, kif ukoll deċiżjonijiet preliminari ta’ proċedura f’dak il-kuntest, ikunu jistgħu jiġu riveduti malajr u b’mod effettiv għar-raġuni li dawk id-deċiżjonijiet ikunu kisru l-liġi tal-UE dwar il-kuntratti pubbliċi.
Ilha tapplika mis-6 ta’ Marzu 1992 u kellha ssir liġi fil-pajjiżi tal-UE sal-1 ta’ Jannar 1993.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/13/KEE tal-25 ta’ Frar 1992 li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għall-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar il-proċeduri ta’ akkwist ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi ta’ l-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni (ĠU L 76, 23.3.1992, pp. 14-20)
L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 92/13/KEE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.
Id-Direttiva 2014/23/UE 2014/23/UE tal-Parlament Eropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, pp. 1-64)
Ara l-verżjoni konsolidata.
Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, pp. 65-242)
Ara l-verżjoni konsolidata.
Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Eropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u posta u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, pp. 243-374)
Ara l-verżjoni konsolidata.
l-aħħar aġġornament 09.01.2020