EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Is-sikurezza tal-makkinarju

Is-sikurezza tal-makkinarju

 

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva 2006/42/KE dwar il-makkinarju

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

  • Hija tgħin il-makkinarju li jilħaq ir-rekwiżiti ta’ saħħa u sigurtà tal-Unjoni Ewropea (UE) biex ikun jista’ jitmexxa liberament madwar l-UE. Dan ifisser li l-ħaddiema u l-pubbliku huma protetti sewwa meta jużaw jew jiġu f’kuntatt mal-makkinarju.
  • Ir-rekwiżiti tas-saħħa u tas-sikurezza huma mandatorji, iżda l-istandards jagħtu l-preżunzjoni tal-konformità* bir-rekwiżiti, ta’ liema referenzi jkunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma voluntarji.
  • Dan japplika biss għal prodotti meta l-ewwel jitpoġġew fuq is-suq tal-UE.
  • Dan ser jgħin l-UE tkun iktar innovattiva, effiċjenti u kompetittiva.
  • Dan tħassar mir-Regolament (UE) 2023/1230 (ara s-sommarju), għalkemm dan ser jibqa’ applikabbli sad-19 ta’ Jannar 2027.

PUNTI EWLENIN

Kamp ta’ applikazzjoni

  • Id-direttiva tkopri makkinarju, tagħmir interkambjabbli, komponenti tas-sigurtà, aċċessorji għall-irfigħ, ktajjen, żbula u webbing, tagħmir li jitneħħa għal trażmissjoni mekkanika u makkinarju parzjalment lest.
  • Ma tkoprix tip ieħor ta’ makkinarju, bħal dak li jintuża fil-postijiet fejn isiru l-fieri, l-industrija nukleari, il-laboratori u minjieri jew mill-militar jew mill-pulizija.

L-obbligi tal-manifatturi

Il-manifatturi għandhom:

  • iwettqu valutazzjoni tar-riskju biex jidentifikaw liema rekwiżiti tas-saħħa u sigurtà japplikaw għall-makkinarju tagħhom;
  • Iżommu l-valutazzjoni tar-riskju f’moħħhom meta jfasslu u jibnu l-makkinarju tagħhom;
  • Jiddeterminaw il-limiti dwar l-użu tal-makkinarju’
  • Jidentifikaw kwalunkwe perikli li jista’ jkun hemm;
  • Jivvalutaw ir-riskju tal-makkinarju tagħhom li jikkawża ġrieħi gravi jew jagħmel ħsara jew jieħu miżuro biex isir iktar sigur;
  • Jassiguraw ruħhom li l-makkinarju tagħhom jikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sigurtà elenkati fl-Anness I mad-direttiva;
  • Jipprovdu dokument tekniku li jikkonferma li l-makkinarju jilżaq ir-rekwiżiti tad-direttiva;
  • Jassigura li japplikaw proċeduri ta’ assessjar għall-konformità u jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa, inkluż l-istruzzjonijiet għall-assemblaġġ u għall-użu;
  • Imla d-dikjarazzjoni ta’ konformità u assigura li l-marka tal-konformità CE tpoġġiet fuq il-makkinarju, ħalli jkun jista’ jintuża’ kullimkien fl-UE.

Il-Kummisjoni Ewropea qed tħejji li tadotta atti delegati u ta’ implimentazzjoni

Under amending Regulation (EU) 2019/1243, the European Commission is given the power to adopt delegated acts to amend the indicative list of safety components in Annex V to Directive 2006/42/EC.

Biex jiġu assigurati l-istess kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni tad-DIrettiva 2006/42/KE, il-Kummissjoni tingħata setgħat li tintroduċi l-miżuri meħtieġa biex tittratta makkinarju li jista’ jkun perikoluż permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawn is-setgħat jeħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru. 182/2011 (ara s-sommarju).

Revoka

Id-Direttiva 2006/42/KE ġiet imħassra u sostitwita mir-Regolament (UE) 2023/1230 (ara s-sommarju) mill-20 ta’ Jannar 2027.

MINN META JAPPLIKAW IR-REGOLI?

Id-Direttiva 2006/42/KE kellha tiġi trasposta f’liġi nazzjonali tal-29 Ġunju 2008. Dawn ir-regoli għandhom japplikaw mid-29 ta’ Diċembru 2009.

SFOND

Id-Direttiva 2006/42/KE irrevediet u issostitwixxiet id-Direttiva 98/37/KE u l-emendi sussegwenti tagħha.

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Il-preżunzjoni tal-konformità. Sitwazzjoni fejn il-manifatturi jsegwu standards armonizzati fit-tfassil u l-manifattura tal-prodotti tagħhom, il-prodotti tagħhom huma kkunsidrati li jkunu konformi tar-regoli rilevanti tal-UE.

DOKUMENT PRINĊIPALI

Id-Directtiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar makkinarju u d-Direttiva emendatorja 95/16/KE (recast) (ĠU L 157, 9.6.2006, pp. 24–86).

L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 2006/42/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, pp. 13–18).

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar makkinarju u d-Direttiva Emendatorja 95/16/KE (Pubblikazzjoni tat-titli u tar-referenzi għall-istandards armonizzati taħt il-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni) (ĠU C 54 13.2.2015, pp. 1–79).

Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/465/KEE (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82–128).

l-aħħar aġġornament 14.07.2023

Top