EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Il-gassijiet b’effett serra: it-tnaqqis tal-emissjonijiet b’20 % jew aktar sal-2020

Legal status of the document This summary has been archived and will not be updated, because the summarised document is no longer in force or does not reflect the current situation.

Il-gassijiet b’effett serra: it-tnaqqis tal-emissjonijiet b’20 % jew aktar sal-2020

Il-kriżi ekonomika b’firxa wiesgħa ħalliet impatt fuq il-miri stabbiliti mill-UE fl-2008 li tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra tagħha b’20 % sal-2020. Dan inaqqas il-mira bħala forza għall-immodernizzar tal-ekonomija Ewropea u sabiex din issir aktar kompetittiva. Dan għandu wkoll implikazzjonijiet għal tranżizzjoni possibbli tal-UE lejn mira ta’ 30 % bħala parti minn sforz globali.

ATT

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Analiżi tal-għażliet għal tranżizzjoni lil hinn mit-tnaqqis b’20 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra u l-valutazzjoni tar-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju (COM(2010) 265 finali tas-26.5.2010).

SOMMARJU

Il-kriżi ekonomika b’firxa wiesgħa ħalliet impatt fuq il-miri stabbiliti mill-UE fl-2008 li tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra tagħha b’20 % sal-2020. Dan inaqqas il-mira bħala forza għall-immodernizzar tal-ekonomija Ewropea u sabiex din issir aktar kompetittiva. Dan għandu wkoll implikazzjonijiet għal tranżizzjoni possibbli tal-UE lejn mira ta’ 30 % bħala parti minn sforz globali.

X’TAGĦMEL DIN IL-KOMUNIKAZZJONI

Hija tanalizza l-għażliet sabiex l-UE timxi mill-mira eżistenti tagħha ta’ 20 % għal waħda aktar ambizzjuża ta’ 30 %.

PUNTI EWLENIN

  • L-ispejjeż assoluti sabiex tintlaħaq il-mira ta’ 20 % naqsu. Fl-2008, dawn kienu stmati għal €70 biljun fis-sena. Sal-2010, dawn naqsu għal €48 biljun.
  • Il-progress lejn il-mira ta’ tnaqqis ta’ 20 % għall-2020 maqbula fl-2008 mhuwiex biżżejjed sabiex tintlaħaq bl-aktar mod effiċjenti l-mira aktar fit-tul sal-2050 ta’ tnaqqis ta’ bejn 80-95 %. Dan jista’ jagħmel l-isforzi tal-UE wara l-2020 aktar diffiċli u għaljin.
  • Jeżistu diversi għażliet sabiex tintlaħaq il-mira ta’ 30 %. Jinkludu:
  • L-ispiża totali ta’ tnaqqis ta’ 30 %, inklużi dawk li jmorru għal 20 %, hija stmata bħala €81 biljun jew 0.54 % tal-prodott domestiku gross tal-UE.
  • Mira ta’ 30 % tistimula l-innovazzjoni teknoloġika. Din tista’ żżid il-kompetittività tal-industrija Ewropea u ġġib magħha benefiċċji għas-saħħa permezz ta’ kwalità tal-arja aħjar.
  • Jeżistu modi differenti li jipprevjenu lill-produtturi domestiċi tal-gassijiet b’effett serra milli jċaqilqu l-attivitajiet tagħhom barra mill-UE (rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju) fejn japplikaw standards inqas rigorużi. Dawn jinkludu l-eżentar tal-industriji intensivi fl-enerġija milli jixtru kwoti tal-ETS u jinkoraġġixxu lil pajjiżi oħrajn sabiex jieħdu miżuri ta’ tnaqqis tal-gassijiet b’effett serra.

Għal aktar tagħrif, ara l-paġna elettronika tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra.

l-aħħar aġġornament 26.03.2015

Top