EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika

Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika

 

SOMMARJU TA:

Id-Deċiżjoni Nru 235/2008/KE li tistabbilixxi Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika

X’INHI L-MIRA TAD-DEĊIŻJONI?

Tistabbilixxi l-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika, li l-għan tiegħu huwa li jipprovdi ħarsa ġenerali indipendenti lejn is-sistema Ewropea tal-Istatistika.

PUNTI EWLENIN

Missjoni

Il-bord iwettaq il-missjoni tieghu:

  • permezz ta’ rapport annwali għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill fuq l-implimentazzjoni tal-kodiċi tal-prattika mill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-UE (Eurostat);
  • billi jevalwa kif il-kodiċi huwa implimentat fis-sistema Ewropea tal-istatistika kollha kemm hi, li mbagħad jiġi rreġistrat fir-rapport annwali;
  • billi jagħti parir dwar l-implimentazzjoni tal-kodiċi mill-Eurostat u mis-sistema Ewropea tal-istatistika kollha kemm hi;
  • billi jagħti parir fuq il-komunikazzjoni tal-kodiċi lill-utenti u lill-fornituri tad-data;
  • billi jagħti parir fuq l-aġġornament tal-kodiċi.

Il-bord konsultattiv jista’ jagħti parir lill-Kummissjoni Ewropea biex tibni l-fiduċja tal-utent fl-istatistiċi Ewropej.

Kompożizzjoni

Il-bord jinkludi 7 membri indipendenti li huma esperti fil-qasam tal-istatistika. Wara li jikkonsultaw lill-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jinnominaw 3 membri kull wieħed; il-mandat tagħhom huwa ta’ 3 snin, u jiġġedded darba.

Wara li jikkonsulta lill-Kummissjoni, iċ-chairperson jintgħażel mill-Kunsill u jiġi approvat mill-Parlament. Il-mandat taċ-chairperson huwa ta’ 3 snin ukoll, u jiġġedded darba. Hu jew hi ma jistgħux ikunu membri ta’ uffċċju tal-istatistika nazzjonali jew tal-Kummissjoni, u lanqas jistgħu jkunu okkupaw din il-pożizzjoni fl-aħħar sentejn.

Jekk membru jirriżenja qabel ma jintemm il-mandat tiegħu jew tagħha, is-sostitut tiegħu jew tagħha jiġi nnominat biex iservi mandat sħiħ.

L-Eurostat huwa membru osservatur tal-bord konsultattiv.

Operazzjoni

Il-bord jiġi assistit minn segretarjat indipendenti li jiġi pprovdut mill-Kummissjoni. Segretarju jinħatar mill-Kummissjoni wara li tikkonsulta mal-bord.

Il-pubbliku jista’ jkollu aċċess għar-rapport annwali fuq l-implimentazzjoni tal-kodiċi tal-prattika.

L-ispejjeż huma inklużi fl-istimi baġitarji tal-Kummissjoni.

MINN META TAPPLIKA DIN ID-DEĊIŻJONI?

Din ilha tapplika mis-16 ta’ Marzu 2008.

SFOND

Il-kodiċi ta’ prattika tal-istatistika Ewropea tfassal fl-2005 mill- kumitat għall-programmi tal-istatistika (issa il-kumitat tas-sistema Ewropea tal-istatistika). Hija preżentata fir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Mejju 2005. Il-kodiċi jiddefinixxi standards fuq l-indipendenza, l-integrità u r-responsabbilità tal-awtoritajiet tal-istatistika nazzjonali u tal-UE. Għalhekk din tikkontribwixxi għat-titjib ta’ governanza tajba, il-kwalità tad-data statistika u l-fiduċja tal-utent fl-awtoritajiet ikkonċernati.

Għal iktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT PRINĊIPALI

Id-Deċiżjoni Nru 235/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li tistabbilixxi Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika (ĠU L 73, 15.3.2008, pp. 17-19)

DOKUMENTI RELATATI

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-indipendenza, l-integrità u r-responsabbiltà ta’ l-awtoritajiet nazzjonali u Komunitarji ta’ l-istatistika (COM(2005) 217 finali, 25.5.2005)

l-aħħar aġġornament 18.04.2018

Top