EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
The High Representative of the Union for Foreign Affairs & Security Policy
Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà
Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà
Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà
SOMMARJU TA’:
L-Artikolu 18 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
L-Artikolu 36 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
X’JAGĦMEL IR-RAPPREŻENTANT GĦOLI TAL-UNJONI GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U L-POLITIKA TA’ SIGURTÀ?
Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-Rappreżentant Għoli) huwa inkarigat mill-koordinazzjoni u t-twettiq tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni tal-UE (PESK), kif ukoll tal-Politika Komuni ta’ Sigurtà u Difiża (PSDK). Ir-Rappreżentant Għoli huwa fl-istess ħin wieħed mill-Viċi Presidenti tal-Kummissjoni Ewropea u b’hekk jiżgura li l-azzjoni esterna ġenerali tal-UE hija konsistenti.
PUNTI EWLENIN
Il-Ħatra
Responsabbiltajiet
Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
SFOND
Il-pożizzjoni tar-Rappreżentant Għoli hija bbażata fuq l-Artikoli 18 u 27 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. It-Trattat ta’ Amsterdam tal-1999 ħoloq il-pożizzjoni, għalkemm ir-responsabbiltajiet fi kwistjonijiet ta’ politiki esterni kienu maqsuma mal-Kummissarju Ewropew għar-Relazzjonijiet Esterni. It-Trattat ta’ Lisbona tal-2009 estenda r-responsabbiltajiet tar-Rappreżentant Għoli u għamel lid-detentur ta’ kariga Viċi President tal-Kummissjoni, biex jippermetti lir-Rappreżentant Għoli jirrappreżenta aħjar lill-UE fl-objettivi tal-politika estera tagħha.
DOKUMENTI EWLENIN
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea — Titolu III — Dispożizzjonijiet dwar l-istituzzjonijiet — l-Artikolu 18 (ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 26-27)
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea — Titolu V — Dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-Azzjoni Esterna tal-Unjoni u dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni — Kapitolu 2 — Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni — Taqsima 1 — Dispożizzjonijiet komuni - l-Artikolu 36 (ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 35-36)
l-aħħar aġġornament 09.01.2020