EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
The European Commission
Il-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea
L-Artikolu 17 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
L-Artikolu 18 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
L-Artikolu 245 tat-TFUE — rwol, kompożizzjoni, setgħat u funzjonament tal-Kummissjoni Ewropea
L-Artikolu 246 tat-TFUE — rwol, kompożizzjoni, setgħat u funzjonament tal-Kummissjoni Ewropea
L-Artikolu 247 tat-TFUE — rwol, kompożizzjoni, setgħat u funzjonament tal-Kummissjoni Ewropea
L-Artikolu 248 tat-TFUE — rwol, kompożizzjoni, setgħat u funzjonament tal-Kummissjoni Ewropea
L-Artikolu 249 tat-TFUE — rwol, kompożizzjoni, setgħat u funzjonament tal-Kummissjoni Ewropea
L-Artikolu 250 tat-TFUE — rwol, kompożizzjoni, setgħat u funzjonament tal-Kummissjoni Ewropea
Dawn jistabbilixxu l-irwol, il-kompożizzjoni, is-setgħat, il-proċeduri ta’ ħatra u l-funzjonament tal-Kummissjoni Ewropea, il-fergħa eżekuttiva tal-UE.
Rwol
Tipproponi liġijiet ġodda — il-Kummissjoni hija l-unika istituzzjoni tal-UE li formalment tippreżenta l-liġijiet għall-adozzjoni mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill.
Timmaniġġja l-politiki tal-UE u talloka l-finanzjament tal-UE — il-Kummissjoni tistabbilixxi l-prijoritajiet tal-infiq mal-Kunsill u mal-Parlament u tfassal u teżegwixxi l-baġit annwali.
Tinforza l-liġi tal-UE — flimkien mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE, il-Kummissjoni tiżgura li l-liġi tal-UE tiġi applikata kif xieraq fil-pajjiżi kollha tal-UE.
Tirrappreżenta lill-UE fuq livell internazzjonali — titkellem f’isem il-pajjiżi kollha tal-UE f’korpi internazzjonali (bħall-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ — WTO).
Kompożizzjoni
Il-President
Ħatra
Tabella ta’ rikapitulazzjoni
It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea |
Ir-rwol u l-kompożizzjoni tal-Kummissjoni; il-ħatra u setgħat tal-President tal-Kummissjoni |
|
It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea |
Il-ħatra u s-setgħat tal-HR/VP |
|
It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE |
Kif taħdem il-Kummissjoni |
Għal aktar informazzjoni, ara:
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea — Titolu III — Dispożizzjonijiet dwar l-istituzzjonijiet — Artikoli 17 u 18 (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 26–27).
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — Is-Sitt Parti — Dispożizzjonijiet Istituzzjonali u Finanzjarji — Titolu I — Dispożizzjonijiet istituzzjonali — Kapitolu 1 — L-istituzzjonijiet — Taqsima 4 — Il-Kummissjoni — l-Artikoli 244, 245, 246, 247, 248, 249 u 250 (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 155–157).
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2013/272/UE tat-22 ta’ Mejju 2013 dwar in-numru ta’ membri tal-Kummissjoni Ewropea (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 98).
l-aħħar aġġornament 08.03.2024