EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013PC0162

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (Riformulazzjoni)

/* COM/2013/0162 final - 2013/0089 (COD) */

52013PC0162

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (Riformulazzjoni) /* COM/2013/0162 final - 2013/0089 (COD) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA 1.1. Kuntest ġenerali u raġunijiet għall-proposta

Il-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-marki kummerċjali kienu parzjalment armonizzati mid-Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988, ikkodifikati bħala d-Direttiva 2008/95/KE (minn hawn ’il quddiem imsemmija bħala “d-Direttiva”). Flimkien mas-sistemi nazzjonali tal-marki kummerċjali u filwaqt li jkunu marbuta magħhom, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 tal-20 ta’ Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja, ikkodifikat bħala r-Regolament (KE) Nru 207/2009 (minn hawn ’il quddiem imsemmi bħala “ir-Regolament”), stabbilixxa sistema li topera waħedha għar-reġistrazzjoni ta’ drittijiet unitarji li għandhom effett ugwali madwar l-UE. F’dak il-kuntest, l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI) twaqqaf biex ikun responsabbli mir-reġistrazzjoni u jamministra l-marki kummerċjali tal-Komunità.

Marka kummerċjali tintuża sabiex tiddistingwi l-beni u s-servizzi ta’ kumpanija. Din hija l-marka li permezz tagħha, negozju jista’ jattira u jżomm il-lealtà tal-klijent, u joħloq valur u tkabbir. F’dan il-każ, il-marka taħdem bħala magna tal-innovazzjoni: il-ħtieġa biex tinżamm rilevanti tippromwovi investimenti fir-R&D, li jwassal għal proċess kontinwu ta’ titjib u żvilupp fil-prodott. Dan il-proċess dinamiku għandu impatt favorevoli fuq l-impjiegi. F’ambjent fejn il-kompetittività dejjem tikber, kien hemm tkabbir kostanti mhux biss fir-rwol kruċjali tal-marki kummerċjali għas-suċċess fis-suq, iżda wkoll fil-valur kummerċjali tagħhom. Dan huwa rifless fl-għadd li dejjem jikber ta’ applikazzjonijiet għal marki kummerċjali kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak tal-UE, u wkoll fl-għadd ta’ utenti tal-marki kummerċjali. Dan l-iżvilupp kien akkumpanjat minn aspettattivi li dejjem jikbru min-naħa tal-partijiet interessati għal sistemi ta’ reġistrazzjoni tal-marki kummerċjali aktar simplifikati u ta’ kwalità għolja, li huma aktar konsistenti, aċċessibbli għall-pubbliku u aġġornati fir-rigward tat-teknoloġija.

Fl-2007, waqt li kien qed jindirizza l-kwistjoni tal-perspettivi finanzjarji tal-UASI, il-Kunsill[1] enfasizza li t-twaqqif tal-UASI kien ta’ suċċess kbir u li kien ikkontribwixxa b’mod sostanzjali għat-tisħiħ tal-kompetittività tal-UE. Huwa fakkar li s-sistema tal-marka kummerċjali tal-Komunità kienet imfassla biex jeżistu flimkien mas-sistemi nazzjonali tal-marka kummerċjali, li komplew ikunu meħtieġa għal dawl l-impriżi li ma ridux li l-marki kummerċjali tagħhom ikunu protetti fil-livell tal-UE. Il-Kunsill innota wkoll l-importanza tax-xogħol kumplimentarju tal-uffiċċji nazzjonali tal-marka kummerċjali, u talab lill-UASI biex ikabbar il-kooperazzjoni tiegħu magħhom fl-interess tal-funzjonament globali tas-sistema Komunitarja tal-marki kummerċjali. Finalment, huwa rrikonoxxa li għadda aktar minn deċennju mill-ħolqien tal-marki kummerċjali tal-Komunità u għaldaqstant enfasizza l-ħtieġa għal valutazzjoni globali tal-funzjonament tas-sistema tal-marki kummerċjali tal-Komunità. Huwa stieden lill-Kummissjoni biex tibda taħdem fuq studju ta’ korrispondenza, b’mod partikolari bil-għan li jintensifika u jwessa’ l-istrumenti eżistenti ta’ kooperazzjoni bejn l-UASI u l-uffiċċji nazzjonali tal-marki kummerċjali.

Fl-Att tagħha dwar in-Negozji ż-Żgħar tal-2008[2], il-Kummissjoni wiegħdet li tagħmel is-sistema tal-marki kummerċjali aktar aċċessibbli għall-SMEs. Barra minn hekk, il-Komunikazzjoni dwar l-Istrateġija għad-Drittijiet tal-Proprjetà Industrijali għall-Ewropa[3] tal-2008 enfasizzat l-impenn tal-Kummissjoni għal protezzjoni effettiva u effiċjenti tal-marki kummerċjali u għal sistema tal-marki kummerċjali ta’ kwalità għolja. Hija kkonkludiet li kien wasal iż-żmien għal evalwazzjoni globali, li tista' tkun il-bażi għal reviżjoni futura tas-sistema tal-marki kummerċjali fl-Ewropa u għal aktar titjib fil-kooperazzjoni bejn l-UASI u l-Uffiċċji Nazzjonali. Fl-2010, fil-Komunikazzjoni dwar l-Ewropa 2020, bl-Inizjattiva Ewlenija “Unjoni tal-Innovazzjoni”, il-Kummissjoni impenjat ruħha biex timmodernizza l-qafas tal-marki kummerċjali sabiex ittejjeb il-kundizzjonijiet qafas għan-negozju għall-innovazzjoni[4]. Finalment fl-istrateġija tagħha tad-DPI għall-Ewropa[5] tal-2011, il-Kummissjoni ħabbret reviżjoni tas-sistema tal-marki kummerċjali fl-Ewropa bil-għan li timmodernizza s-sistema, kemm fil-livell tal-UE u f’dak nazzjonali, billi tagħmilha aktar effettiva, effiċjenti u konsistenti globalment.

1.2. L-għan tal-proposta

Meta jitqiesu f’daqqa bħala pakkett, l-objettiv komuni ta' din l-inizjattiva u tal-proposta parallela għall-emenda tar-Regolament huwa li jrawwem l-innovazzjoni u t-tkabbir ekonomiku billi jagħmel sistemi ta' reġistrazzjoni tal-marki kummerċjali fl-UE kollha aktar aċċessibbli u effiċjenti għan-negozji f'termini ta' inqas spejjeż u kumplessità, żieda fir-rapidità, aktar prevedibbiltà u sigurtà legali. Dawn l-aġġustamenti jingħaqdu mal-isforzi biex jiżguraw koeżistenza u kumplimentarità bejn l-Unjoni u s-sistemi nazzjonali tal-marki kummerċjali.

B’mod speċifiku, l-inizjattiva preżenti għat-tfassil mill-ġdid tad-Direttiva hija mmexxija mill-objettivi li ġejjin:

· Immodernizzar u titjib tad-dispożizzjonijiet eżistenti tad-Direttiva, billi jiġu emendati d-dispożizzjonijiet skaduti, żieda fiċ-ċertezza legali u kjarifika fid-drittijiet tal-marki kummerċjali fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni u l-limitazzjonijiet tagħhom;

· Ksib ta’ aktar approssimazzjoni tal-liġijiet nazzjonali tal-marki kummerċjali bil-għan li jkunu aktar konsistenti mas-sistema tal-marki kummerċjali tal-Komunità, permezz ta’ (a) żieda ta’ aktar regoli sostantivi u (b) introduzzjoni tar-regoli proċedurali prinċipali fid-Direttiva b’konformità mad-dispożizzjonijiet li jinsabu fir-Regolament;

· Iffaċilitar tal-kooperazzjoni bejn l-uffiċċji tal-Istati Membri u tal-UASI sabiex jippromwovu l-konverġenza ta' prattiki u l-iżvilupp ta’ għodod komuni, billi jistabbilixxu bażi legali għal din il-kooperazzjoni.

2. RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT 2.1. Konsultazzjoni pubblika

Din l-inizjattiva hija bbażata fuq evalwazzjoni tal-mod ta' kif taħdem is-sistema tal-marki kummerċjali fl-Ewropa b'mod sħiħ u fuq konsultazzjonijiet estensivi mal-partijiet ewlenin kollha interessati involuti.

Il-komponent ewlieni tal-evalwazzjoni kien studju li għamel Max Planck Institute for IntellKEtual Property and Competition Law f’isem il-Kummissjoni. L-istudju sar bejn Novembru 2009 u Frar 2011[6]. Minbarra l-analiżi esperta, l-istudju involva konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati. Dan inkluda stħarriġ fost l-utenti tas-sistema tal-marki kummerċjali tal-Komunità, kontribuzzjonijiet minn organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-utenti tal-marki kummerċjali fuq livell nazzjonali, Ewropew u dak internazzjonali, u smigħ f’Ġunju 2010 li involva dawn l-organizzazzjonijiet. Fl-aħħar nett, l-Istitut ikkonsulta lill-Uffiċċji tal-Proprjetà Intellettwali tal-Istati Membri kollha u l-UASI.

Ir-Rapport Finali tal-istudju tal-MPI kkonkluda li l-bażi tas-sistema Ewropea tal-marki kummerċjali hija solida. B’mod partikolari, il-proċeduri segwiti mill-UASI b’mod ġenerali ssodisfaw il-ħtiġijiet u l-aspettattivi tan-negozju. Kien hemm ukoll qbil li l-koeżistenza tad-drittijiet tal-marki kummerċjali tal-Komunità u dawk nazzjonali hija fundamentali u meħtieġa għall-funzjonament effiċjenti ta’ sistema tal-marki kummerċali li tissodisfa r-rekwiżiti tal-kumpaniji ta’ daqsijiet, swieq u ħtiġijiet ġeografiċi differenti. Madankollu dan ir-Rapport sab li hemm il-bżonn għal modernizzar u titjib tas-sistema. B’mod partikolari, dan enfasizza l-ħtieġa li tinkiseb aktar konsistenza bejn is-sistemi tal-marki kummerċjali tal-Komunità u l-marki kummerċjali nazzjonali billi l-liġijiet dwar il-marki kummerċjali tal-Istati Membri jiġu aktar armonizzati kemm fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u kif ukoll lil hinn minnu.

Bi tweġiba għar-riżultati interim, il-Kunsill adotta l-Konklużjonijiet fil-25 ta’ Mejju 2010[7]. Filwaqt li jiġu nnutati l-inkonsistenzi eżistenti bejn il-marki kummerċjali tal-Komunità u r-reġimi nazzjonali, dawn il-konklużjonijiet talbu lill-Kummissjoni biex tinkludi fil-proposti tagħha miżuri biex id-Direttiva tkun aktar konsistenti mar-Regolament, u għalhekk tikkontribwixxi aktar għat-tnaqqis ta’ oqsma ta’ diverġenza fis-sistema tal-marki kummerċjali fl-Ewropa kollha.

Bħala segwitu għall-istudju tal-MPI, is-servizzi tal-Kummissjoni sejħu smigħ tal-assoċjazzjonijiet tal-utenti fis-26 ta’ Mejju 2011. Is-smigħ ikkonferma li kien hemm ftehim wiesa' fost l-utenti tas-sistema tal-marki kummerċjali fl-Ewropa li l-livell preżenti ta’ approssimazzjoni bejn il-liġijiet tal-marki kummerċjali, kif ukoll mas-sistema tal-marki kummerċjali tal-Komunità, ma kienx biżżejjed. L-organizzazzjonijiet tal-utenti stqarrew b’mod unanimu li kien hemm il-bżonn ta’ aktar armonizzazzjoni tal-liġijiet nazzjonali dwar il-marki kummerċjali, fir-rigward tal-liġi sostantiva u kif ukoll tal-kwistjonijiet proċedurali.

2.2. Il-Valutazzjoni tal-Impatt

Il-valutazzjoni tal-impatt li twettaq għar-reviżjoni tar-Regolament u tad-Direttiva identifika żewġ problemi ewlenin: l-ewwel waħda hija marbuta mad-dispożizzjonijiet diverġenti tal-qafas regolatorju eżistenti, u t-tieni mal-livell baxx ta' kooperazzjoni bejn l-uffiċċji tal-marki kummerċjali fl-Unjoni. Filwaqt li l-problema tal-aħħar se tiġi indirizzata dalwaqt fir-reviżjoni tar-Regolament, il-kwistjoni tad-dispożizzjonijiet diverġenti għandha tiġi ttrattata fir-reviżjoni tad-Direttiva.

L-eżerċizzju ta’ konsultazzjoni u evalwazzjoni żvela li l-ambjent tan-negozju fil-kamp tal-marki kummerċjali jibqa’ mħallat ħafna minkejja l-armonizzazzjoni parzjali tal-liġijiet nazzjonali li jmorru lura għas-snin 90. Il-livell ta’ armonizzazzjoni impost mid-Direttiva kien pjuttost baxx, li jiffoka fuq għadd restritt ta' regoli sostantivi li kienu meqjusa f'dak iż-żmien biex jaffettwaw il-funzjonament tas-suq intern l-aktar immedjat, filwaqt li għadd kbir ta' oqsma, b'mod partikolari dawk marbuta mal-proċeduri, tħallew mhux armonizzati. Barra minn hekk, ir-Regolament kien daħal fis-seħħ bosta snin wara d-Direttiva, li kien ifisser li fiż-żmien meta d-Direttiva daħlet fis-seħħ, ma kienx hemm “referenza komuni” li magħha setgħet titkejjel l-effiċjenza tal-proċedimenti nazzjonali. Madankollu, il-proċeduri segwiti mill-UASI ma kinux fis-seħħ għal aktar minn 15-il sena, u ġeneralment huma meqjusa li jissodisfaw il-ħtiġijiet u l-aspettattivi tan-negozji.

B’riżultat ta’ dan, ix-xenarju attwali tal-liġi tal-Unjoni dwar il-marki kummerċjali għadha karatterizzata minn diverġenza wiesa' bejn ir-regoli u l-proċeduri nazzjonali, kemm fosthom stess u b'rabta mar-regoli u l-proċeduri applikati mill-UASI, qatt ma kien hemm tentattiv biex tiġi applikata l-aħjar prattika fir-rigward tal-proċeduri.

Id-diverġenzi eżistenti bejn is-sistemi nazzjonali u s-sistema tal-marki kummerċjali tal-Komunità huma meqjusa bħala sinifikanti. Dan huwa minħabba li d-Direttiva ma tkoprix l-aspetti proċedurali u li għadd ta’ kwistjonijiet importanti dwar il-liġi sostantiva għadhom mhumiex armonizzati. Flimkien mal-konverġenza limitata tal-prattiki u l-għodod fl-uffiċċji tal-marki kummerċjali - li huma dovuti għal livell baxx ta' kooperazzjoni - id-diverġenzi eżistenti tal-liġijiet u l-proċeduri dwar il-marki kummerċjali jillimitaw l-aċċessibbiltà għas-sistemi tal-protezzjoni tal-marki kummerċjali, jinvolvu livell għoli ta’ inċertezza legali, u jipperikolaw ir-relazzjoni kumplimentarja bejn is-sistemi tal-marki kummerċjali tal-Komunità u dawk nazzjonali. Barra minn hekk, dawn jipprevjenu kundizzjonijiet indaqs għall-kumpaniji, bl-impatti avversi konsegwenti fuq il-kompetittività tal-kumpaniji tal-UE u l-kompetittività tal-Unjoni bħala sħiħa.

L-għażliet possibbli li ġejjin biex tissolva l-problema ġew meqjusa:

· Għażla 1: Ma jkunx hemm aktar approssimazzjoni tal-liġijiet u l-proċeduri dwar il-marki kummerċjali;

· Għażla 2: Espansjoni parzjali tal-approssimazzjoni tal-liġijiet nazzjonali u l-konsistenza tagħhom mas-sistema tal-marki kummerċjali tal-Komunità. Dan ikun jinkludi allinjament tar-regoli proċedurali prinċipali mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament, inklużi dawk fejn id-differenza eżistenti toħloq problemi ewlenin mill-perspettiva tal-utenti, u fejn tali allinjamenti huma meqjusa bħala indispensabbli għall-ħolqien ta' sistema armonizzata, kumplimentarja tal-protezzjoni tal-marki kummerċjali fl-Ewropa. Din tkopri wkoll l-allinjament ta’ aktar aspetti ta’ liġi sostantiva b’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament;

· Għażla 3: Approssimazzjoni sħiħa tal-liġijiet u l-proċeduri dwar il-marki kummerċjali nazzjonali. Dan l-approċċ ikun ibbażat fuq l-għażla 2, iħaddan il-komponenti kollha tagħha, iżda wkoll jinkludi l-aspetti kollha li jkun għad baqa' ta' liġi u proċeduri sostantivi ta' marki kummerċjali;

· Għażla 4: Ġabra unika tar-regoli dwar il-marki kummerċjali li tissostittwixxi l-liġijiet tal-Istati Membri fl-intier tagħhom, billi tistabbilixxi regoli uniformi madwar l-Unjoni.

Il-valutazzjoni tal-imaptt ikkonkludiet li l-għażla 2 se tkun proporzjonata u tkun l-aħjar biex jinkisbu l-objettivi magħżula.

3. BAŻI LEGALI U SUSSIDJARJETÀ

L-Artikolu 114(1) tat-Trattat jagħti s-setgħa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jadottaw miżuri għall-approssimizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati b'liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri li għandhom bħala l-għan tagħhom l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern.

Il-problemi identifikati b’rabta mad-diverġenzi sinifikati fil-qafas regolatorju jew jipprevjenu, jew ifixklu sostanzjalment, il-kundizzjonijiet ugwali għall-kumpaniji tal-UE b'aktar konsegwenzi avversi għall-kompetittività tagħhom u dik tal-UE b'mod sħiħ. Għaldaqstant huwa rakkomandat li jiġu adottati miżuri li huma kapaċi jtejbu l-kundizzjonijiet għall-funzjonament tas-suq intern. Miżuri mmirati sabiex jestendu l-livell attwali ta’ approssimazzjoni permezz tad-Direttiva jistgħu jittieħdu biss fil-livell ta’ Unjoni. Barra minn hekk, azzjoni fil-livell ta’ Unjoni hija l-unika mod biex tiżgura konsistenza mas-sistema tal-marki kummerċjali tal-Komunità.

F’dan il-kuntest, wieħed għandu jżomm f'moħħu li s-sistema tal-marki kummerċjali tal-Komunità hija inkorporata fis-sistema Ewropea tal-marki kummerċjali - din tal-aħħar tkun mibnija fuq il-prinċipju ta’ koeżistenza u kumplimentarjetà bejn il-protezzjoni nazzjonali u tal-Unjoni tal-marki kummerċjali. Filwaqt li r-Regolament jipprovdi sistema komprensiva fejn il-kwistjonijiet kollha ta’ liġi sostantiva u proċedurali huma stipulati, il-livell attwali tal-approssimazzjoni leġiżlattiva stipulat fid-Direttiva huwa limitat għal dispożizzjonijiet magħżula tal-liġi sostantiva biss. Sabiex ikunu żgurati koeżistenza u kumplimentarità effettivi u sostenibbli bejn il-komponenti involuti, għaldaqstant huwa meħtieġ li tinħoloq sistema globali armonizzata tal-protezzjoni tal-marki kummerċjali fl-Unjoni b’regoli sostanzjalment simili u minn tal-inqas dispożizzjonijiet proċedurali prinċipali li huma kompatibbli.

4. L-IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

Il-proposta mhux se jkollha impatt fuq il-baġit tal-Unjoni Ewropea u għaldaqstant mhijiex akkumpanjata mid-dikjarazzjoni finanzjarja stipulata fl-Artikolu 31 tar-Regolament Finanzjarju (ir-Regolament tal-Parlament Ewropew (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002).

5. SPJEGAZZJONI DETTALJATA TAL-PROPOSTA

L-emendi proposti huma preżentati b’konformità mal-objettivi magħżula mit-tfassil mill-ġdid tad-Direttiva kif stabbilit fit-Taqsima 1.2 hawn fuq.

5.1. Immodernizzar u titjib tad-dispożizzjonijiet eżistenti

- Definizzjoni ta’ marka kummerċjali (l-Artikolu 3)

Fil-preżent, is-sinjali għandhom ikunu kapaċi jkunu rappreżentati grafikament sabiex ikunu protetti bħala marka kummerċjali. Dan ir-rekwiżit ta’ “rappreżentazzjoni grafika” huwa skadut. Dan joħloq ħafna inċertezzi legali dwar ir-rappreżentazzjoni ta’ ċerti marki mhux tradizzjonali, bħal sempliċiment ħsejjes. Fil-każ tal-aħħar, ir-rappreżentazzjoni minn mezzi grafiċi oħra (pereżempju minn fajl tal-ħoss) tista’ tkun preferuta għal rappreżentazzjoni grafika, jekk tippermetti identifikazzjoni aktar preċiża tal-marka u għaldaqstant isservi l-għan ta’ ċertezza legali msaħħa. Id-definizzjoni l-ġdida proposta ma tirrestrinġix il-mezzi permissibbli ta’ rappreżentazzjoni għal rappreżentazzjoni grafika jew viżwali iżda tħalli l-bieb miftuħ biex jiġu reġistrati kwistjonijiet li jistgħu jiġi rappreżentati permezz ta’ mezzi teknoloġiċi li joffru garanziji sodisfaċenti. L-idea mhijiex li wieħed jagħżel estensjoni bla limitu tal-possibbiltajiet ammissibbli biex jirrappreżenta sinjal, iżda biex jipprovdi aktar flessibbiltà f’dak ir-rigward filwaqt li jiżgura aktar ċertezza legali.

- Drittijiet mogħtija minn marka kummerċjali (l-Artikoli 10 u 11)

1.         Drittijiet mogħtija bla ħsara għal drittijiet preċedenti

La d-Direttiva u lanqas ir-Regolament ma jinkludu regola ċara li tistipula li l-proprjetarju tal-marka kummerċjali ma jistax jinvoka b'suċċess id-drittijiet tiegħu għall-użu ta' sinjal identiku jew simili li diġà huwa s-suġġett ta’ dritt preċedenti. B’konformità mal-Artikolu 16(1) tal-Ftehim dwar l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali relatati mal-Kummerċ (il-Ftehim TRIPS)[8], din il-proposta se tagħmilha ċara li l-ilmenti dwar ksur huma bla ħsara għad-drittijiet ta' qabel.

2.         Każ ta’ identità doppja

Ir-rikonoxximent ta’ funzjonijiet addizzjonali għall-marki kummerċjali skont l-Artikolu 5(1)(a) tad-Direttiva ħoloq inċertezza legali. B’mod partikolari, ir-relazzjoni bejn il-każijiet ta’ identità doppja u l-protezzjoni estiża mogħtija mill-Artikolu 5(2) għall-marki kummerċjali li għandhom reputazzjoni ma baqgħetx ċara[9]. Fl-interess taċ-ċertezza u l-konsistenza legali, huwa kkjarifikat li f’każijiet ta’ identità doppja skont l-Artikolu 5(1)(a) u similarità skont l-Artikolu 5(1)(b) huwa biss l-oriġini tal-funzjoni li huwa importanti.

3.         L-użu ta’ isem tal-kummerċ jew ta’ kumpanija

Skont il-Qorti tal-Ġustizzja[10], l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva huwa applikabbli fejn il-pubbliku jqis li l-użu ta’ isem ta’ kumpanija bħala dak li huwa marbut (ukoll) mal-beni jew servizzi offruti mill-kumpanija. Għaldaqstant huwa xieraq li l-użu ta’ isem kummerċjali ta’ marka kummerċjali protetta jiġi ttrattat bħala att ta’ ksur, jekk ir-rekwiżiti tal-użu għal beni jew servizzi huma sodisfati.

4.         L-użu ta’ reklamar komparattiv

Id-Direttiva 2006/114/KE tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar reklamar qarrieqi u komparattiv[11], tirregola l-kundizzjonijiet li skonthom ir-reklamar, li jidentifika b’mod espliċitu jew b’implikazzjoni kompetitur jew beni jew servizzi offruti minn kompetitur, huwa permissibbli. Ir-relazzjoni tad-Direttiva 2006/114/KE għal-leġiżlazzjoni dwar il-marki kummerċjali ġabet magħha dubji. Għaldaqstant huwa xieraq li jiġi kkjarifikat li sid il-marka kummerċjali jista’ jipprevjeni l-użu tal-marka kummerċjali tiegħu f’reklamar komparattiv meta tali reklamar komparattiv ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/114/KE.

5.         Kunsinni minn fornituri kummerċjali

Għandu jkun iċċarat li l-importazzjoni ta’ beni lejn l-Unjoni huwa projbit ukoll meta huwa biss l-ispeditur li jaġixxi għal skopijiet kummerċjali. Dan sabiex jiġi żgurat li marka kummerċjali għandha d-dritt li tipprevjeni negozji (sew jekk jinsabu fl-UE u sew jekk le) milli jimportaw beni li jinsabu barra l-UE li nbiegħu, ġew offruti, reklamati jew mibgħuta lil klijenti privati, u biex jiskoraġġixxu l-ordni u l-bejgħ ta’ beni foloz b’mod partikolari fuq l-internet.

6.         Beni mdaħħla fit-territorju doganali

Skont il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Philips/Nokia[12], id-dħul, il-preżenza u l-moviment ta’ li mhumiex tal-UE fit-territorju doganali tal-UE skont proċedura sospensiva ma jiksrux, skont l-acquis eżistenti, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali kif mogħtija mil-liġi sostantiva tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha. Tali beni jistgħu jiġu klassifikati biss bħala foloz ladarba jkun hemm prova li dawn huma soġġetti għal att kummerċjali għall-konsumaturi tal-UE, bħall-bejgħ, l-offerta għall-bejgħ jew ir-reklamar. L-implikazzjonijiet tas-sentenza Philips/Nokia ntlaqgħu bi kritika qawwija mill-partijiet interessati minħabba li dawn joħolqu diffikultajiet kbar ta' prova fuq id-drittijiet tad-detenturi, u jfixklu l-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni. Huwa evidenti li hemm ħtieġa urġenti li jkun qafas legali Ewropew fis-seħħ li jippermetti ġlieda aktar effettiva kontra l-falsifikazzjoni tal-beni bħala attività li qed tikber b’mod rapidu. Għaldaqstant ġie propost li jiġu ssodisfati n-nuqqasijiet eżistenti billi d-detenturi tad-drittijiet ikunu intitolati li jipprevjenu partijiet terzi milli jġibu beni, minn pajjiżi terzi, li għandhom mingħajr awtorizzazzjoni marka kummerċjali li hija essenzjalment identika għall-marka kummerċjali reġistrata fir-rigward ta’ dawk il-beni, fit-territorju doganali tal-Unjoni, irrelevanti jekk dawn ġewx rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera.

7.         Atti preparatorji

La d-Direttiva u lanqas ir-Regolament ma jinkudu kwalunkwe dispożizzjoni li tippermetti proċedimenti kontra d-distribuzzjoni u l-bejgħ ta’ tikketti u mballaġġ u simili li sussegwentament jistgħu jkunu kkumbinati ma’ prodotti illeċiti. Ċerti liġijiet nazzjonali għandhom regoli espliċiti li jkopru din l-attività. Inkluża regola dwar dan fid-Direttiva u r-Regolament huwa xieraq li jipprovdu prattika oħra, kontribuzzjoni rilevanti u effiċjenti biex tiġi miġġielda l-falsifikazzjoni.

- Limitazzjoni tal-effetti ta’ marka kummerċjali (l-Artikolu 14)

Il-limitazzjoni fl-Artikolu 14(1)(a) tad-Direttiva hija restritta f’din il-proposta biex tkopri l-użu ta’ ismijiet personali biss b’konformità mal-Istqarrija Konġunta tal-Kunsill u l-Kummissjoni[13]. Għal raġunijiet ta’ konsistenza, il-limitazzjoni fl-Artikolu 14(1) hija estiża biex tkopri l-użu ta' sinjali jew indikazzjonijiet mhux distinti. Huwa meqjus li hu xieraq ukoll li tiġi stipulata fl-Artikolu 14(1)(c) limitazzjoni espliċita li tkopri użu referenzjali b’mod ġenerali. Finalment, paragrafu separat jikkjarifika l-kundizzjonijiet li skonthom l-użu ta’ marka kummerċjali ma għandux jitqies bħala li huwa konformi ma’ prassi onesta tan-negozju.

5.2. Il-ksib ta’ aktar approssimazzjoni tal-liġi sostantiva

- Protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali (l-Artikoli 4 u 5)

Bil-kontra tar-Regolament, ir-raġunijiet għar-rifjut li jinsabu fid-Direttiva ma jindirizzawx kunflitti dwar indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, termini tradizzjonali għall-inbid u speċjalitajiet tradizzjonali garantiti. Konsegwentament, ma hemmx garanzija li l-livelli ta’ protezzjoni mogħtija lil dawk id-drittijiet minn strumenti oħra tal-liġi tal-Unjoni[14] qegħdin jiġu applikati b’mod uniformi u eżwrjenti fl-eżami tal-marki kummerċjali fl-Unjoni, b’mod partikolari, meta jiġu applikati raġunijiet assoluti għar-rifjut. Għaldaqstant huwa propost li jiġu inklużi dispożizzjonijiet korrispondenti dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi, it-termini tradizzjonali għall-inbid u speċjalitajiet tradizzjonali garantiti fid-Direttiva.

- Protezzjoni ta’ marki kummerċjali b’reputazzjoni (l-Artikoli 5 u 10)

L-Artikoli 5 u 10 jikkonvertu protezzjoni estiża f’dispożizzjonijiet mandatorji sabiex jiżguraw li, fl-Istati Membri kollha, il-marki kummerċjali nazzjonali b’reputazzjoni tajba jgawdu l-istess livell ta’ protezzjoni bħal dik mogħtija lill-marki kummerċjali tal-Komunità.

- Marki kummerċjali bħala ta' proprjetà (l-Artikoli 22, 23, 24, 25, 26 u 27)

Minbarra ċerti regoli bażiċi dwar il-liċenzjar, b’kuntrast mar-Regolament, id-Direttiva ma tinkludix dispożizzjonijiet rigward aspetti oħra ta’ marki kummerċjali bħala ta’ proprjetà, bħal trasferimenti jew dritt in rem. B’riżultat ta’ dan, aspetti vitali tal-esplotazzjoni kummerċjali tal-marki kummerċjali mhumiex regolati tajjeb jew huma regolati differenti madwar l-Unjoni. Għaldaqstant huwa propost li d-Direttiva tkun kumplimentata minn korp ta’ regoli korrispondenti li jindirizza l-marki kummerċjali bħala oġġetti ta’ proprjetà kif jinsab fir-Regolament.

- Marki kollettivi (l-Artikoli 28, 30, 31, 32, 33, 34, 35, 36 u 37)

Sabiex ikunu konformi mar-Regolament, l-emendi għal dawk l-Artikoli tad-Direttiva jistipulaw sett ta' dispożizzjonijiet speċifiċi għar-reġistrazzjoni u l-protezzjoni tal-marki kollettivi. Dawn jistgħu jkunu protetti f’għadd ta’ Stati Membri u wrew li huma partikolarment ta' suċċess biex jipproteġu l-valur ekonomiku inerenti f'tali strumenti kummerċjali. Minkejja li fil-livell tal-UE, f'ħafna mill-Istati Membri, il-marki kollettivi jeħtieġu detentur - normalment assoċjazzjoni - li l-membri tagħha jużaw il-marka, dan mhuwiex l-istess fi Stati Membri oħra, u dan jagħmilha diffiċli biex wieħed iżomm dan it-tip ta' marka kummerċjali ’l bogħod u b’mod ċar mill-marki ta' ċertifikazzjoni.

5.3. Il-ksib ta’ allinjament ta’ regoli proċedurali prinċipali

- Ħatra u klassifikazzjoni ta’ beni u servizzi (l-Artikolu 40)

B’konformità mal-proposta dwar ir-Regolament, dan l-Artikolu jistipula regoli komuni għall-ħatra u l-klassifikazzjoni ta’ beni u servizzi. Dawn ir-regoli jsegwu l-prinċipji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja[15], li skonthom il-beni u s-servizzi li għalihom qed tintalab protezzjoni jeħtieġ jiġu identifikati mill-applikant b’biżżejjed ċarezza u preċiżjoni biex jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti u lin-negozji biex jiddeterminaw sa liema punt tista’ tingħata protezzjoni għall-marki kummerċjali. L-indikazzjonijiet ġenerali tal-intestaturi tal-klassijiet tal-Klassifikazzjoni ta’ Nizza jistgħu jintużaw biex jidentifikaw oġġetti jew servizzi sakemm din l-identifikazzjoni hija ċara u preċiża biżżejjed. L-Artikolu 40 jkompli jikkjarifika li l-użu ta’ termini ġenerali għandu jiġi interpretat bħala wieħed li jinkludi biss il-beni jew is-servizzi kollha koperti mit-tifsira literali tat-terminu.

- Eżami ex officio (l-Artikolu 41)

Skont ir-Regolament, dan l-Artikolu jistipula li l-eżami ex officio dwar jekk l-applikazzjoni dwar il-marki kummerċjali hijiex eliġibbli għar-reġistrazzjoni għandha tkun limitata għan-nuqqas ta’ raġunijiet dwar il-marka nnifisha. L-eżami ex officio ta’ raġunijiet relattivi joħloq bosta ostakoli mhux meħtieġa għar-reġistrazzjoni tal-marki kummerċjali. Il-kumpaniji huma obbligati li jgħaddu minn spejjeż superfluwi u dewmien u li spiss ikunu vittma ta' estorsjoni. Id-dritt preċedenti li dwaru hija bbażata l-oġġezzjoni ma jistax jintuża minn sidu stess, li jfisser li l-uffiċċji kkonċernati jqajmu oġġezzjoni abbażi ta' dritt li setgħet kienet ibbażata fuqu b’mod validu mill-proprjetarju tiegħu biex jipprevjeni r-reġistrazzjoni jew l-użu ta’ marka ’l quddiem. Għaldaqstant, is-sistema ta’ ex officio twassal għal tilwim artifiċjali, u tfixkel il-kompetizzjoni billi toħloq ostakoli mingħajr ġustifikati għad-dħul fis-suq.

Finalment, l-approċċ ex officio joħloq inċertezza legali, minħabba li l-uffiċċji li japplikaw is-sistema ex officio jqajmu oġġezzjonijiet, sa fejn huma kkonċernati d-drittijiet preċedenti, abbażi ta’ drittijiet reġistrati qabel biss li kienu ppreżentati għal beni u servizzi identiċi. Skont dan, dawn ma jistgħux joffru garanzija li applikazzjoni li tgħaddi b'suċċess mill-kontroll ex officio ma tkunx sussegwentament opposta abbażi ta' marka li kisbet reputazzjoni fis-suq u/jew abbażi ta’ marka preċedenti li hija magħrufa sew li ma ġietx reġistrata. Madankollu, dan iwasaal għal duplikazzjoni inaċċettabbli ta’ proċeduri li jieħdu l-ħin u huma wkoll ineffiċjenti.

- Tariffi (l-Artikolu 44)

Sabiex jitnaqqas il-potenzjal ta’ tagħbija tar-reġistri, dan l-Artikolu għandu l-għan li jallinja l-istruttura tat-tariffi tal-uffiċċji billi r-reġistrazzjoni u t-tiġdid ta’ marka kummerċjali jkunu soġġetti għal ħlas ta’ tariffa addizzjonali (ta’ klassi) għal kull klassi ta’ beni u servizzi lil hinn mill-ewwel klassi li għandha tkun inkluża fit-tariffa inizjali (applikazzjoni/reġistrazzjoni).

- Proċedura ta’ oppożizzjoni (l-Artikolu 45)

Dan l-Artikolu jeħtieġ lill-Istati Membri jipprovdi proċedura amministrattiva effiċjenti u bil-ħeffa biex tkun opposta għar-reġistrazzjoni ta' applikazzjoni tal-marka kummerċjali abbażi ta' drittijiet preċedenti mal-uffiċċji tagħhom. Proċedura ta’ oppożizzjoni amministrattiva diġà hija disponibbli skont ir-Regolament u f’ħafna mill-Istati Membri.

- In-nuqqas ta’ użu bħala difiża fil-proċedimenti ta' oppożizzjoni (l-Artikolu 46)

B’konformità mar-Regolament, dan l-Artikolu jippermetti li persuna li tapplika għar-reġistrazzjoni ta’ marka kummerċjali biex tqajjem difiża ta’ nuqqas ta’ użu b'rabta ma’ oppożizzjoni ppreżentata mill-proprjetarju ta’ marka kummerċjali aktar kmieni meta, fid-data tal-preżentazzjoni jew id-data ta’ prijorità tal-marka kummerċjali ta' wara, il-marka kummerċjali ta' qabel kienet reġistrata għal mhux inqas minn ħames snin.

- Proċedura għal revoka jew dikjarazzjoni ta’ invalidità (l-Artikolu 47)

Dan l-Artikolu jobbliga lill-Istati Membri jipprovdu proċedura amministrattiva biex jikkontestaw il-validità ta’ reġistrazzjoni ta’ marka kummerċjali mal-uffiċċji tagħhom. F’xi Stati Membri, l-applikanti u s-sidien ta' marka kummerċjali ma jistgħux jikkontestaw il-validità tad-drittijiet preċedenti li kienu jibbażaw fuqhom kontra l-marka kummerċjali tagħhom fl-istess proċedimenti, iżda jeħtieġ jikkontestaw il-validità ta' marka kummerċjali ta' qabel fil-proċedimenti tal-qorti. Dan itawwal il-proċedimenti u ġeneralment jeħtieġ il-ħatra ta’ avukat kwalifikat biex jipproċedi bil-każ. Dawn is-sistemi huma eċċessivament twal, ta’ xkiel u għoljin. B'paragun, il-proċeduri amministrattivi ta’ tħassir, kif applikati fil-UASI u l-Uffiċċji Nazzjonali, huma aktar sempliċi minħabba li l-validità ta’ drittijiet preċedenti tista' titqajjem bħala difiża fl-istess proċedimenti u mingħajr il-ħtieġa ta’ rappreżentazzjoni professjonali. Fil-prattika, dan ifisser li l-applikanti għal marka kummerċjali tal-Komunità jistgħu jiddefendu ruħhom b’suċċess kontra oppożizzjoni u jiksbu marka kummerċjali snin qabel u konsiderevolment b’inqas spejjeż minn applikant nazzjonali.

- In-nuqqas ta’ użu bħala difiża fil-proċedimenti li jfittxu dikjarazzjoni ta’ invalidità (l-Artikolu 48)

B’konformità mar-Regolament, dan l-Artikolu jippermetti li persuna li tapplika għar-reġistrazzjoni ta’ marka kummerċjali biex tqajjem difiża ta’ nuqqas ta’ użu fi proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità abbażi ta’ marka kummerċjali preċedenti meta, fid-data tal-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità, il-marka kummerċjali ta' qabel kienet reġistrata għal mhux inqas minn ħames snin.

5.4. L-iffaċilitar tal-kooperazzjoni bejn l-uffiċċji (l-Artikolu 52)

Bħala kumpliment għall-qafas legali għall-kooperazzjoni propost fil-kuntest tar-reviżjoni tar-Regolament, l-Artikolu 52 jipprovdi bażi legali biex jiffaċilita l-kooperazzjoni ben l-UASI u l-uffiċċji tal-proprjetà intellettwali tal-Istati Membri għall-finijiet ta’ promozzjoni ta’ konverġenza tal-prattiki u l-iżvilupp ta’ għodod komuni.

ê 2008/95/KE (adattat)

2013/0089 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks

(Riformulazzjoni)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea Ö dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea Õ , u b’mod partikolari l-Artikolu 95 Ö 114 Õ tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[16],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

ê 2008/95/KE premessa 1 (adattat)

ð ġdid

(1) ð Se jsiru għadd ta’ emendi lid- ï Id-Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE ta’ l- 21 ta’ Diċembru 1988 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 sabiex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks[17] ġiet emendata fil-kontenut tagħha[18]. Għal iktar ċarezza, u razzjonalità l-imsemmija Ö dik id- Õ Direttiva għandha tiġi kkodifikata ð riformulata ï .

ê 2008/95/KE premessa 2 (adattat)

(2) Il- Ö Id-Direttiva 2008/95/KE għandha dispożizzjonijiet ċentrali armonizzati ta’ Õ liġijiet Ö sostantiva Õ dwar it-trade marks applikabbli fl-Istati Membri qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 89/104/KEE kellhom fihom disparitajiet li setgħu fixklu Ö li fil-waqt tal-adozzjoni kienu meqjusa li jaffettwaw b’mod dirett il-funzjonament tas-suq intern billi jimpedixxu Õ l-moviment liberu tal-merkanzija u l-libertà tal-provvista ta’ servizzi Ö fl-Unjoni Õ u setgħu wasslu għal distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq komuni. Kien għalhekk meħtieġ li jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tas-suq intern.

ê 2008/95/KE premessa 3 (adattat)

Huwa importanti li ma jiġux injorati s-soluzzjonijiet u l-vantaġġi li s-sistema Komunitarja tat-trade marks tistà tippermetti lill-impriżi li jixtiequ jiksbu trade marks.

ê 2008/95/KE premessa 4

Ma jidhirx li hu meħtieġ li ssir approssimazzjoni kompleta tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks. Ikun biżżejjed jekk l-approssimazzjoni tkun limitata għal dawk id-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-liġi li l-aktar direttament jinċidu fuq il-funzjonament tas-suq intern.

ò ġdid

(3) Il-protezzjoni tat-trade mark fl-Istati Membri teżisti flimkien mal-protezzjoni disponibbli fil-livell tal-Unjoni permezz tat-trade marks Ewropej li huma drittijiet ta’ proprjetà intellettwali ta' karattru unitarju u validi madwar l-Unjoni kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark Ewropea[19]. Il-koeżistenza tas-sistemi tat-trade marks fil-livell nazzjonali u dak tal-Unjoni tikkostitwixxi l-pedament tal-approċċ tal-Unjoni għall-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali.

(4) Minbarra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Lulju 2008 dwar Strateġija għall-Ewropa dwar id-Drittijiet tal-Proprjetà Industrijali[20], il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni komprensiva tal-funzjonament sħiħ tas-sistema tat-trade marks fl-Ewropa kollha, filwaqt li kopriet il-livelli tal-Unjoni u dawk nazzjonali u l-interrelazzjoni bejn kull wieħed.

(5) Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-25 ta' Mejju 2010 dwar ir-reviżjoni futura tas-Sistema tat-Trade Marks fl-Unjoni Ewropea[21], il-Kunsill talab lill-Kummissjoni tippreżenta proposti għar-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 u d-Direttiva 2008/95/KE. Filwaqt li tagħmel dan, ir-reviżjoni ta' din tal-aħħar għandha tinkludi miżuri biex tagħmilha aktar konsistenti mar-Regolament (KE) Nru 207/2009 u għaldaqstant jitnaqqsmu l-oqsma ta' diverġenzi fis-sistema tat-trade marks fl-Ewropa kollha.

(6) Il-Kummissjoni kkonkludiet fil-Komunikazzjoni tagħha "Suq Uniku għad-Drittijiet ta' Proprjetà Intellettwali” tal-24 ta’ Mejju 2011[22] li sabiex tissodisfa d-domandi li żdiedu mill-partijiet interessati għal kwalità aktar rapida u aħjar, sistemi aktar sempliċi ta’ reġistrazzjoni tat-trade marks, li huma aktar konsistenti, faċli għall-utent, aċċessibbli għall-pubbliku u teknoloġikament aġġornati, jeħtieġ li s-sistema tat-trade marks tiġi modernizzata fl-Unjoni kollha u tkun adatta għall-era tal-Internet.

(7) Il-konsultazzjoni l-evalwazzjoni għall-iskop ta' din id-Direttiva wrew li minkejja l-armonizzazzjoni parzjali preċedenti tal-liġijiet nazzjonali, l-ambjent Ewropew tan-negozju jibqa' eteroġenu ħafna, billi jillimita l-aċċessibbiltà għall-protezzjoni tat-trade marks b’mod ġenerali u għaldaqstant għandu effett detrimentali fuq il-kompetittività u t-tkabbir.

(8) Sabiex jintlaħaq l-għan ta’ trawwim u ħolqien ta’ suq uniku li jiffunzjona tajjeb u biex ikunu ffaċilitati x-xiri u l-protezzjoni ta’ trade marks fl-Unjoni, għaldaqstant huwa meħtieġ li wieħed imur lil hinn mill-kamp ta' applikazzjoni ta' approssimazzjoni miksub mid-Direttiva 2008/95/KE u jestendi l-approssimazzjoni tal-aspetti kollha ta' liġi sostantiva dwar it-trade marks li tirregola trade marks protetti permezz tar-reġistrazzjoni kif koperti bir-Regolament (KE) Nru 207/2009.

(9) Sabiex ir-reġistrazzjoni tat-trade marks fl-Unjoni ssir aktar faċli biex wieħed jiksibha u jamministraha, huwa essenzjali li ssir approssimazzjoni mhux biss tad-dispożizzjonijiet ta’ liġi sostantiva iżda wkoll tar-regoli proċedurali. Għaldaqstant, regoli proċedurali prinċipali fl-Istati Membru u fis-sistema Ewropea tat-trade marks, inklużi dawk li d-diverġenzi joħolqu problemi ewlenin għall-funzjonament tas-suq intern, għandhom ikunu allinjati. Fir-rigward tal-proċeduri skont il-liġi nazzjonali huwa biżżejjed li jiġu stabbiliti prinċipji ġenerali, filwaqt li l-Istati Membri jitħallew liberi sabiex jistabbilixxu regoli aktar speċifiċi.

(10) Huwa fundamentali li jiġi żgurat li t-trade marks reġistrati jgawdu mill-istess protezzjoni skont is-sistemi legali tal-Istati Membri kollha, u li l-protezzjoni tat-trade marks fil-livell nazzjonali hija l-istess bħall-protezzjoni tat-trade marks Ewropej. B’konformità mal-protezzjoni estensiva mogħtija lit-trade marks Ewropej li għandha reputazzjoni fl-Unjoni, għandha tingħata protezzjoni estensiva wkoll fil-livell nazzjonali lit-trade marks kollha reġistrati li għandhom reputazzjoni fl-Istat Membru kkonċernat.

ê 2008/95/KE premessa 5 (adattat)

(11) Id-Direttiva ma għandhiex tipprekludi d-dritt tal-Istati Membri li jkomplu jipproteġu t-trade marks miksuba permezz ta’ użu, iżda għandha tikkunsidrahom biss fir-rigward tar-relazzjoni bejniethom u Ö ma Õ t-trade marks miksuba mir-reġistrazzjoni.

ê 2008/95/KE premessa 6

L-Istati Membri għandhom jibqgħu wkoll liberi li jiffissaw id-dispożizzjonijiet ta’ proċedura dwar ir-reġistrazzjoni, ir-revokazzjoni u n-nullità’ tat-trade marks miksuba mir-reġistrazzjoni. Jistgħu, per eżempju, jiddeterminaw il-forma tar-reġistrazzjoni tat-trade marks u l-proċeduri ta’ nullità, jiddeċiedu jekk għandhomx jiġu invokati drittijiet preċedenti fil-proċedura tar-reġistrazzjoni jew fil-proċedura ta’ nullità jew fit-tnejn u, jekk jippermettu li jiġu invokati drittijiet preċedenti fil-proċedura tar-reġistrazzjoni, li jkollhom proċedura ta’ oppożizzjoni jew proċedura ta’ eżami ex ufficio jew it-tnejn. L-Istati Membri għandhom jibqgħu liberi li jiddeterminaw l-effetti tar-revokazzjoni jew tan-nullità tat-trade marks.

ê 2008/95/KE premessa 8 (adattat)

ð ġdid

(12) Il-kisba tal-għanijiet li għalihom taspira din l-approssimazzjoni tal-liġijiet tirrikjedi li l-kundizzjonijiet għall-kisba u ż-żamma ta’ trade mark reġistrata jkunu ġeneralment identiċi fl-Istati Membri kollha.

(13) Għal dan l-iskop, huwa meħtieġ li jkunu elenkati eżempji ta’ sinjali li jistgħu jikkostitwixxu trade mark, sakemm dawn is-sinjali jkunu kapaċi jiddistingwu l-merkanzija jew is-servizzi ta’ impriża waħda minn dawk ta’ impriżi oħra. ðSabiex jiġu ssodisfati l-objettivi tas-sistema ta' reġistrazzjoni għat-trade marks, li għandhom jiżguraw ċertezza legali u amministrazzjoni soda, huwa essenzjali wkoll li jkun meħtieġ li s-sinjal jkun kapaċi jiġi rappreżentat b’tali mod li jippermetti determinazzjoni preċiża tas-suġġett ta’ protezzjoni. Għaldaqstant għandu jkun permess sinjal biex ikun rappreżentat fi kwalunkwe forma, u għaldaqstant mhux bilfors permezz ta’ mezzi grafiċi, sakemm ir-rappreżentazzjoni toffri garanziji sodisfaċenti għal dan il-għan. ï

(14) Ö Barra minn hekk, Õ Iir-raġunijiet għal rifjut jew nullità li jikkonċernaw it-trade mark stess, per eżempju, Ö inkluż Õ in-nuqqas ta’ kwalunkwe karattru distint, jew li jikkonċernaw konflitti bejn it-trade mark u d-drittijiet preċedenti, għandhom ikunu elenkati b’mod eżawrjenti, anki jekk ċerti minn dawn ir-raġunijiet huma elenkati bħala għażla għall-Istati Membri li għandhom ikunu jistgħu għalhekk iżommu jew jintroduċu dawk ir-raġunijiet fil-leġislazzjoni tagħhom. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jżommu jew jintroduċu fil-leġislazzjoni tagħhom raġunijiet għal rifjut jew nullità b’konnessjoni mal-kondizzjonijiet għall-kisba u ż-żamma ta’ trade mark li għalihom ma hemm l-ebda dispożizzjoni ta’ approssimazzjoni, dwar, per eżempju, l-eliġibbiltà għall-għoti ta’ trade mark, it-tiġdid tat-trade mark jew ir-regoli dwar il-miżati, jew relatata man-non osservanza ta’ regoli proċedurali.

ê 2008/95/KE premessa 9

Sabiex jiġi mnaqqas it-total tan-numru tat-trade marks reġistrati u protetti fil-Komunità u, konsegwentement, in-numru ta’ konflitti li jqumu bejniethom, huwa essenzjali li jkun meħtieġ li t-trade marks reġistrati għandhom ikunu fil-fatt użati jew, jekk mhux użati, ikunu suġġetti għal revokazzjoni. Huwa meħtieġ li jiġi provdut li trade mark ma tistax tiġi dikjarata nulla abbażi ta’ l-eżistenza ta’ trade mark preċedenti mhux użata, filwaqt li l-Istati Membri għandhom jibqgħu liberi li japplikaw l-istess prinċipju għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark jew li jipprovdu li trade mark ma’ tistax tkun invokata b’suċċess fi proċeduri ta’ vjolazzjoni jekk jiġi stabbilit bħala riżultat ta’ eċċezzjoni li t-trade mark tista’ tiġi revokata. F’dawn il-każijiet kollha huma l-Istati Membri li għandhom il-kompetenza li jistabbilixxu r-regoli applikabbli ta’ proċedura.

ê 2008/95/KE premessa 10

Huwa fundamentali, sabiex jiġi faċilitat l-moviment liberu ta’ merkanzija u servizzi, li jiġi żgurat li t-trade marks reġistrati jgawdu l-istess protezzjoni taħt is-sistemi legali ta’ l-Istati Membri kollha. Dan m’għandux madankollu jżomm l-Istati Membri milli jagħtu, fuq għażla tagħhom, protezzjoni estensiva lil dawk it-trade marks li jkollhom reputazzjoni.

ò ġdid

(15) Sabiex ikun żgurat li l-livelli ta’ protezzjoni mogħtija lill-indikazzjonijiet ġeografiċi minn strumenti oħra tal-liġi tal-Unjoni huma applikati b’mod uniformi u eżawrjenti fl-eżami ta’ raġunijiet assoluti u relattivi għar-rifjut fl-Unjoni, din id-Direttiva għandha tinkludi l-istess dispożizzjonijiet b’rabta mal-indikazzjonijiet ġeografiċi kif jinsabu fir-Regolament (KE) Nru 207/2009.

ê 2008/95/KE premessa 11

(16) Il-protezzjoni mogħtija lit-trade marks reġistrati, li l-funzjoni tagħhom hi partikolarment li jiggarantixxu t-trade mark bhala indikazzjoni ta’ oriġini, għandha tkun assoluta fil-każ ta’ identità bejn il-marka u s-sinjal u l-merkanzija jew is-servizzi. Il-protezzjoni għandha tapplika wkoll f’każ ta’ similarità bejn il-marka u l-merkanzija jew is-servizzi. Hu indispensabbli li tingħata interpretazzjoni tal-kunċett ta’ similarità relatata mal-possibbiltà ta’ konfużjoni. Il-possibbiltà ta’ konfużjoni, li l-apprezzament tagħha jiddipendi fuq ħafna elementi u, partikolarment fuq ir-rikonoxximent tat-trade mark fis-suq, l-assoċjazzjoni li tista’ ssir mas-sinjal użat jew registrat, il-grad ta’ similarità bejn it-trade mark u s-sinjal u bejn il-merkanzija jew servizzi identifikati, għandha tikkostitwixxi l-kundizzjoni speċifika għal tali protezzjoni. Il-metodi għad-determinazzjoni tal-possibbiltà ta’ konfużjoni u partikolarment l-oneru tal-prova, għandhom ikunu kwistjoni għar-regolamenti proċedurali nazzjonali li ma għandhomx jiġu preġudikati minn din id-Direttiva.

ò ġdid

(17) Sabiex tkun żgurata ċ-ċertezza legali u konsistenza sħiħa mal-prinċipju ta’ prijorità, li skonti trade mark reġistrata aktar kmieni tieħu preċedenza fuq trade marks reġistrati aktar tard, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit li l-infurzar tad-drittijiet mogħtija minn trade mark għandhom ikunu bla ħsara għad-drittijiet ta' proprjetarji miksuba qabel il-preżentazzjoni jew id-data prijoritarja tat-trade mark. Dan huwa b’konformità mal-Artikolu 16(1) tal-Ftehim tal-15 ta' April 1994 dwar kummerċ marbut ma’ aspetti ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali (minn hawn ’il quddiem: “il-Ftehim TRIPS”)[23].

(18) Huwa xieraq li jiġi stipulat li ksur ta' trade mark jista' jiġi stabbilit biss jekk ikun hemm sejba li l-marka jew sinjal ta' ksur jintuża matul il-kummerċ għal skopijiet ta’ distinzjoni tal-merkanzija jew servizzi għall-oriġini kummerċjali tagħhom. L-użu għal skopijiet oħra għandu jkun soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali.

(19) Sabiex tkun żgurata ċ-ċertezza u ċ-ċarezza legali, huwa meħtieġ li jiġi ċċarat li mhux fil-każ ta’ similarità biss iżda wkoll f’każ ta’ sinjal identiku li jintuża għal merkanzija jew servizzi identiċi, il-protezzjoni għandha tingħata lit-trade mark biss jekk u sal-limitu li l-funzjoni ewlenija tat-trade mark, li hija li tagħti l-oriġini kummerċjali tal-merkanzija u s-servizzi, hija affettwata b’mod negattiv.

(20) Il-ksur ta’ trade mark għandu jinkludi l-użu tas-sinjal bħal isem kummerċjali jew ħatra simili sakemm l-użu jkun għall-iskopijiet ta’ distinzjoni tal-merkanzija jew servizzi għall-oriġini kummerċjali tagħhom.

(21) Sabiex tkun żgurata ċ-ċertezza legali u l-konsistenza sħiħa ma’ leġiżlazzjoni speċifika tal-Unjoni, huwa xieraq li jiġi stipulat li l-proprjetarju ta' trade mark għandu jkun intitolat li jipprojbixxi parti terza milli tuża sinjal f'reklamar komparattiv fejn tali reklamar komparattiv huwa kontra d-Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar reklamar qarrieqi u komparattiv[24].

(22) Bil-għan li tissaħħaħ il-protezzjoni tat-trade marks u l-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni b’mod aktar effettiv, il-proprjetarju ta’ trade mark reġistrata għandu jkun intitolat li jipprevjeni partijiet terzi milli jġibu merkanzija fit-territorju doganali tal-Istat Membru mingħajr ma jkunu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera hemmhekk, fejn tali merkanzija tiġi minn partijiet terzi u jkollha mingħajr awtorizzazzjoni trade mark li hija essenzjalment identika għat-trade mark reġistrata fir-rigward ta' din il-merkanzija.

(23)             Sabiex ikun hemm aktar prevenzjoni effettiva tad-dħul ta’ merkanzija ta’ ksur, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ bejgħ fuq l-Internet, il-proprjetarju għandu jkun intitolat li jipprojbixxi l-importazzjoni ta’ tali merkanzija fl-Unjoni fejn huwa biss l-ispeditur tal-merkanzija li jaġixxi għal skopijiet kummerċjali.

(24) Sabiex il-proprjetarji ta' trade marks reġistrati jkunu jistgħu jiġġieldu l-falfsifikazzjoni b'mod aktar effettiv, huma għandhom ikunu intitolati li jipprojbixxu t-twaħħil ta' trade mark ta' ksur fuq merkanzija u ċerti atti preparatorji qabel it-twaħħil.

(25) Id-drittijiet esklussivi mogħtija minn trade mark ma għandhomx jintitolaw lill-proprjetarju sabiex jipprojbixxi l-użu ta’ sinjali jew indikazzjonijiet li huma użati b’mod ġust u b’konformità mal-prattiki onesti fi kwistjonijiet industrijali u kummerċjali. Sabiex jinħolqu kundizzjonijiet ugwali għall-ismijiet tal-kummerċ u t-trade marks kontra l-isfond li l-ismijiet kummerċjali huma ġeneralment mogħtija protezzjoni bla restrizzjoni kontra trade marks aktar tard, tali użu għandu jitqies bħala wieħed li jinkludi l-użu tal-isem personali tal-persuna stess. Dan għandu jinkludi l-użu ta’ sinjali deskrittivi u mhux distinti jew indikazzjonijiet in ġenerali. Barra minn hekk, il-proprjetarju ma għandux ikun intitolat milli jipprevjeni l-użu ġenerali ġust u onest tal-marka biex jidentifika jew jirreferi għall-merkanzija jew servizzi bħala li huma tal-proprjetarju.

(26) Mill-prinċipju tal-moviment liberu tal-merkanzija jsegwi li l-proprjetarju ta' trade mark ma għandux ikun intitolat jipprojbixxi l-użu minn partijiet terzi fir-rigward ta' merkanzija li tkun tpoġġiet fiċ-ċirkulazzjoni tal-Unjoni, taħt it-trade mark, minnu jew bil-kunsens tiegħu, ħlief fejn il-proprjetarju jkollu raġunijiet leġittimi biex jopponi li din il-merkanzija tiġi kkummerċjalizzata aktar.

ê 2008/95/KE premessa 12

(27) Huwa importanti, għal raġunijiet ta’ ċertezza legali u mingħajr ma jsir preġudizzju inġust lill-interessi ta’ proprjetarju ta’ trade mark preċedenti, li jiġi stipulat li dan tal-aħħar ma jistax jitlob aktar dikjarazzjoni ta’ nullità u l-anqas ma jista’ jopponi l-użu ta’ trade mark sussegwenti għal tiegħu li tagħha huwa kuxjentement ittollera l-użu għal tul ta’ żmien sostanzjali, sakemm l-applikazzjoni għat-trade mark sussegwenti ma saretx in mala fede.

ò ġdid

(28) Sabiex tkun żgurata ċ-ċertezza legali u jiġu salvagwardjati b’mod leġittimu d-drittijiet tat-trade marks miksuba, huwa xieraq u meħtieġ li jiġi stabbilit, mingħajr ma jiġi affettwat il-prinċipju li t-trade mark ta’ wara ma tistax tkun infurzata kontra t-trade mark ta' qabel, li l-proprjetarji tat-trade marks ta' qabel ma għandhomx ikunu intitolati biex jiksbu rifjut jew invalidita jew jopponu għall-użu ta' trade mark tal-aħħar meta t-trade mark tal-aħħar tkun inkisbet fiż-żmien meta t-trade mark preċedenti kienet suxxettibbli biex tkun dikjarata invalida jew revokata, pereżempju minħabba li ma tkunx għada kisbet id-distintività permezz tal-użu, jew meta t-trade mark preċedenti ma setgħetx tkun infurzata kontra t-trade mark tal-aħħar minħabba li l-kundizzjonijiet meħtieġa ma kinux applikabbli, pereżempju meta t-trade mark preċedenti ma kinitx għadha kisbet ir-reputazzjoni.

(29) It-trade marks jissodisfaw l-għan tagħhom li ssir distinzjoni tal-merkanzija jew servizzi u jippermettu lill-konsumaturi biex jagħmlu għażliet infurmati biss meta dawn jintużaw verament fis-suq. Huwa meħtieġ ukoll rekwiżit tal-użu sabiex inaqqas l-għadd totali tat-trade marks reġistrati u protetti fl-Unjoni u, konsegwentament, l-għadd ta’ kunflitti li jirriżultaw bejniethom. Għaldaqstant huwa essenzjali li jkun meħtieġ li trade marks reġistrati għandhom jintużaw b’konnessjoni mal-merkanzija jew servizzi li għalihom huma reġistrati, jew jekk ma jintużawx, dawn għandhom ikunu suxxettibbli għal revoka.

(30) Konsegwentament, trade mark reġistrata għandha tkun protetta biss sa fejn din tintuża fil-verità u trade mark reġistrata preċedentement ma għandhiex tippermetti lill-proprjetarju milli jopponu jew jinvalida trade mark tal-aħħar jekk dak il-proprjetarju ma kienx uża t-trade mark tiegħu għal użu ġenwin. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jipprovdu li trade mark ma tistax tkun invokata b’suċċess fi proċedimenti ta’ ksur jekk jiġi stabbilit bħala riżultat ta’ eċċezzjoni li t-trade mark tista’ tiġi revokata jew, meta l-azzjoni ssir kontra dritt sussegwenti, setgħet tkun revokata fil-ħin meta nkiseb id-dritt sussegwenti.

(31) Huwa xieraq li jiġi stipulat li, meta l-preċedenza ta’ marka nazzjonali tkun intalbet għal trade mark Ewropea u l-marka nazzjonali wara ġiet ċeduta jew tħalliet tiskadi, il-validità ta’ dik il-marka nazzjonali xorta tista’ tiġi kkontestata. Il-kontestazzjoni għandha tkun limitata għal sitwazzjonijiet fejn il-marka nazzjonali setgħet ġiet dikjarata invalida jew revokata fil-ħin li l-marka tneħħiet mir-reġistru.

(32) Għal raġunijiet ta’ koerenza u sabiex tkun faċilitata l-esplojtazzjoni kummerċjali tat-trade marks fl-Unjoni, ir-regoli applikabbli għat-trade marks bħala prodotti ta' proprjetà għandhom ikunu allinjati ma' dawk li diġà huma fis-seħħ għat-trade marks Ewropej, u għandhom jinkludu regoli dwar l-assenjar u t-trasferiment, il-liċenzjar, drittijiet in rem, imposta fuq l-eżekuzzjoni u proċedimenti ta' insolvenza.

(33) Trade marks kollettivi wrew li huma strument utli għall-promozzjoni tal-merkanzija jew tas-servizzi bi proprjetajiet komuni speċifiċi. Għaldaqstant huwa xieraq li t-trade marks kollettivi nazzjonali jkunu soġġetti għal regoli simili għar-regoli applikabbli għall-marki kollettivi Ewropej.

(34) Sabiex ittejjeb u tiffaċilita l-aċċess għall-protezzjoni tat-trade mark u biex iżżid iċ-ċertezza legali u l-prevedibbiltà, il-proċedura għar-reġistrazzjoni tat-trade marks fl-Istati Membri għandha tkun effiċjenti u trasparenti u għandha ssegwi regoli simili għal dawk applikabbli għat-trade marks Ewropej. Bil-għan li tinkiseb sistema tat-trade marks konsistenti u bilanċjata kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll fuq livell tal-Unjoni, l-uffiċċji ċentrali kollha ta’ proprjetà industrijali tal-Istati Membri għandhom għaldaqstant jillimitaw l-eżami ex officio dwar jekk applikazzjoni għal trade mark hijiex eliġibbli għar-reġistrazzjoni għan-nuqqas ta’ raġunijiet assoluti għar-rifjut biss. Madankollu dan ma għandux jippreġudika d-dritt ta’ dawk l-uffiċċji milli jipprovdu, fuq talba tal-applikanti, tfittxijiet għal drittijiet preċedenti fuq bażi purament informattiva u bla ħsara għal jew mingħajr effett vinkolanti fuq il-proċess ulterjuri tar-reġistrazzjoni, inklużi proċedimenti sussegwenti ta' oppożizzjoni.

(35) Sabiex tiżgura ċertezza legali fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-drittijiet tat-trade marks u biex tiffaċilita l-aċċess għall-protezzjoni tat-trade marks, il-ħatra u l-klassifikazzjoni tal-merkanzija u s-servizzi koperti minn applikazzjoni ta' trade mark għandhom isegwu l-istess regoli fl-Istati Membri kollha u għandhom ikunu allinjati ma' dawk applikabbli mat-trade marks Ewropej. Sabiex jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi ekonomiċi jiddeterminaw sa fejn tista' tintalab il-protezzjoni tat-trade marks abbażi tal-applikazzjoni waħedha, il-ħatra ta’ merkanzija u servizzi għandha tkun ċara biżżejjed u preċiża. L-użu ta’ termini ġenerali għandu jkun interpretat bħala li jinkludi merkanzija u servizzi koperti b’mod ċar mit-tifsira litterali tat-terminu.

(36) Sabiex tkun żgurata l-protezzjoni effettiva tat-trade marks, l-Istati Membri għandu jkollhom disponibbli proċedura amministrattiva ta' oppożizzjoni effiċjenti, li tippermetti lill-proprjetarji tad-drittijiet preċedenti tat-trade marks jopponu għar-reġistrazzjoni ta' applikazzjoni ta' trade mark. Barra minn hekk, sabiex jiġu offruti mezzi effiċjenti ta’ revoka jew dikjarazzjoni invalida tat-trade marks, l-Istati Membri għandhom jipprovdu proċedura amministrattiva għal revoka jew dikjarazzjoni ta’ invalidità simili għal dik applikabbli għat-trade marks Ewropej fil-livell tal-Unjoni.

(37) L-uffiċċji ċentrali tal-proprjetà industrijali tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw ma’ xulxin u mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Trade Marks u d-Disinji ("l-Aġenzija") fl-oqsma kollha ta' reġistrazzjoni u amministrazzjoni ta' trade mark sabiex jippromwovu l-konverġenza ta' prattika u għodod, bħall-ħolqien u l-aġġornament ta’ bażi ta’ dejta komuni jew konnessi u portali għall-iskopijiet ta’ konsultazzjoni u riċerka. L-uffiċċji tal-Istati Membru u l-Aġenzija għandhom jikkooperaw aktar u fl-oqsma l-oħra kollha tal-attivitajiet tagħhom li huma rilevanti għall-protezzjoni tat-trade marks fl-Unjoni.

ê 2008/95/KE premessa 7

(38) Din id-Direttiva ma għandhiex teskludi l-applikazzjoni għal trade marks ta’ dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Istati Membri li jkunu diversi mil-liġi tat-trade marks, bħad-dispożizzjonijiet dwar il-kompetizzjoni inġusta, ir-responsabbiltà ċivili u l-protezzjoni tal-konsumatur.

ê 2008/95/KE premessa 13 (adattat)

(39) L-Istati Membri kollha huma marbuta mill-Konvenzjoni ta’ Pariġi għall-Protezzjoni tal-Proprjetà Industrijali Ö (il-Konvenzjoni ta’ Pariġi) u l-Ftehim TRIPS Õ. Huwa meħtieġ li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jkunu għal kollox konsistenti ma’ dawk tal-Konvenzjoni Ö u l-Ftehim Õ msemmija. Din id-Direttiva ma għandhiex tinċidi fuq l-obbligi tal-Istati Membri li jirriżultaw minn dik il-Konvenzjoni Ö u Ftehim Õ. Fejn il-każ ikun jeħtieġ, għandu jkun applikabbli t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 307 Ö 351 Õ tat-Trattat.

ò ġdid

(40) L-obbligu li tiġi trasposta din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali għandu jiġi limitat għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw emenda sostantiva meta mqabbla mad-Direttiva preċedenti. L-obbligu li d-dispożizzjonijiet li ma nbidlux jiġu trasposti ġej mid-Direttiva preċedenti.

ê 2008/95/KE premessa 14 (adattat)

(41) Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-limitu ta’ żmien għat-trażpożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttiva 89/104/KE stabbilita fil-Anness I, Parti B tal-Anness I tad-Direttiva 2008/95/KE,

ê 2008/95/KE (adattat)

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Kapitolu 1

Ö Dispożizzjonijiet ġenerali Õ

ê 2008/95/KE

Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

Din id-Direttiva għandha tapplika għal kull trade mark fir-rigward ta’ merkanzija jew servizzi li fir-rigward taghħa saret reġistrazzjoni jew applikazzjoni fi Stat Membru għall-fini tar-reġistrazzjoni tagħha bħala trade mark individwali, marka kollettiva jew garanzija jew marka ta’ ċertifikazzjoni, jew li fir-rigward tagħha saret reġistrazzjoni jew applikazzjoni għall-fini tar-reġistrazzjoni tagħha fl-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intelletwali jew reġistrazzjoni internazzjonali li jkollha effett fi Stat Membru.

ò ġdid

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)          “uffiċċju" jfisser l-uffiċċju ċentrali tal-proprjetà industrijali tal-Istat Membru jew tal-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali inkarigat mir-reġistrazzjoni tat-trade marks.

(b)          “Aġenzija” tfisser l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Trade Marks u d-Disinji stabbilita b’konformità mal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009;

(c)          “reġistru” tfisser ir-reġistu ta’ trade marks miżmuma minn uffiċċju.

ê 2008/95/KE (adattat)

Kapitolu 2

Ö Il-liġi dwar it-trade marks Õ

Taqsima 1

Ö Sinjali li minnhom trade mark tista’ tikkonsisti Õ

Artikolu 23

Sinjali li minnhom trade mark tista’ tikkonsisti

Trade mark tista’ tikkonsisti minn kwalunkwe sinjal kapaċi li jiġi rappreżentat grafikament, b’mod partikolari permezz ta’ kliem, inklużi ismijiet personali, disinji, ittri, numri, Ö kuluri, Õ l-għamla ta’ merkanzija jew l-imballaġġ tagħhom, Ö jew ħsejjes Õ sakemm dawn is-sinjali jkunu jistgħu:

(a) jiddistingwu l-merkanzija jew is-servizzi ta’ impriża waħda minn dawk ta’ impriżi oħra.;

ò ġdid

(b) ikunu rappreżentati b’mod li jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti u lill-pubbliku jiddeterminaw is-suġġett preċiż tal-protezzjoni mogħtija lill-proprjetarju tagħhom.

ê 2008/95/KE (adattat)

Taqsima 2

Ö Raġunijiet għal rifjut jew nullità Õ

Artikolu 34

ÖRagunijiet Õ Rrassoluti għal rifjut jew nullità

ê 2008/95/KE

1. Is-segwenti ma għandhomx jiġu reġistrati jew, jekk jiġu reġistrati, għandhom ikunu suxxettibbli għal dikjarazzjoni ta’ nullità:

(a)          sinjali li ma jistgħux jikkostitwixxu trade mark;

(b)          trade marks li ma għandhom l-ebda karatteristika distintiva;

(c)          trade marks li jikkonsistu esklussivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jservu, fil-kummerċ, sabiex jindikaw it-tip, kwalità, kwantità, skop intiż, valur, oriġini ġeografika, jew iż-żmien ta’ produzzjoni tal-merkanzija jew tal-għoti tas-servizz, jew karatteristiċi oħra tal-merkanzija jew tas-servizz;

(d)          trade marks li jikkonsistu esklussivament minn sinjali jew indikazzjonijiet li saru konswetudinarji fil-lingwa kurrenti jew fil-prattika bona fide u stabbilita tal-kummerċ;

(e)          sinjali li jikkonsistu esklussivament minn:

(i)      l-għamla li tirriżulta min-natura tal-merkanzija stess,

(ii)     l-għamla tal-merkanzija li tkun meħtieġa sabiex jiġi ottenut riżultat tekniku,

(iii)     l-għamla li tagħti valur sostanzjali lill-merkanzija;

(f)           trade marks li jkunu kuntrarji għall-ordni pubbliku jew għal prinċipji aċċettati ta’ moralità;

(g)          trade marks li jkunu ta’ tali natura li jqarrqu l-pubbliku, pereżempju dwar in-natura, kwalità jew oriġini ġeografika tal-merkanzija jew servizz;

(h)          trade marks li ma ġewx awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti u għandhom jiġu rifjutati jew dikjarati nulli skont l-Artikolu 6b tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi għall-Protezzjoni tal-Proprjetà Industrijali, minn hawn ’il quddiem imsejħa l-"Konvenzjoni ta’ Pariġi".;

ò ġdid

(i)           trade marks li huma esklużi mir-reġistrazzjoni u ma għandhomx ikomplu jintużaw skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew il-ftehimiet internazzjonali li l-Unjoni tifforma parti minnhom, għall-protezzjoni ta’ ħatriet ta' indikazzjonijiet ta' oriġini u dawk ġeografiċi.

(j)           trade marks li huma esklużi mir-reġistrazzjoni skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew tal-fethimiet internazzjonali li l-Unjoni tifforma parti minnhom, għall-protezzjoni ta’ termini tradizzjonali għall-ispeċjalitajiet tal-inbid u dawk tradizzjonali garantiti.

2. Il-paragrafu 1 għandu japplika minkejja li r-raġunijiet għala trade mark ma tistax tiġi reġistrata jinkisbu:

(a) fi Stati Membri oħra ħlief dawk fejn ġiet reġistrata l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni;

(b) biss fejn trade mark f’lingwa barranija hija tradotta jew transkritta fi kwalunkwe kitba jew lingwa uffiċjali tal-Istati Membri.

3. Trade marka għandha tkun suxxettibbli li tiġi dikjarata invalida meta l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark tkun saret in mala fede mill-applikant. Kwalunkwe Stat Membru jista' jipprovdi wkoll li tali trade mark ma tiġix reġistrata.

ê 2008/95/KE

24. Kwalunkwe Stat Membru jista’ jistabbilixxi li trade mark ma tiġix reġistrata jew, jekk reġistrata, li għandha tkun suxxettibbli għal-dikjarazzjoni ta’ nullità jekk u sa fejn:

ê 2008/95/KE (adattat)

(a)          l-użu ta’ dik it-trade mark jista’ jkun projbit skont dispożizzjonijiet ta’ liġi diversa mil-liġi tat-trade marks tal-Istat Membru konċernat jew tal- Ö Unjoni Õ Komunità;

ê 2008/95/KE

(b)          it-trade mark tkopri sinjal ta’ valur simboliku kbir, b’mod partikolari simbolu reliġjuż;

(c)          it-trade mark tinkludi badges, emblemi u stemmi li jkunu diversi minn dawk koperti mill-Artikolu 6b tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi u li jkunu ta’ interess pubbliku, sakemm ma ngħatax il-kunsens tal-awtorità kompetenti għar-reġistrazzjoni tagħha konformement mal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru;.

(d)          l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark saret in mala fede mill-applikant.

ê 2008/95/KE (adattat)

ð ġdid

35. Trade mark ma għandhiex tiġi rifjutata reġistrazzjoni jew tiġi dikjarata nulla skont il-paragrafu 1(b), (c) jew (d) jekk, qabel id-data tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ð jew wara d-data tar-reġistrazzjoni ï u wara l-użu magħmul minnha, hi akkwistat karattru distintiv.

6. Kwalunkwe Stat Membru jista’ addizzjonalment jistipula li din id-dispożizzjoni Ö l-paragrafu 5 Õ għanduha tjapplika wkoll fejn il-karatteristika distintiva kienet akkwistata wara d-data tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni jew wara ð u qabel ï id-data tar-reġistrazzjoni

4. Kwalunkwe Stat Membru jista’ jistipula li, b’deroga mill-paragrafi 1, 2 u 3, ir-raġunijiet għal rifjut tar-reġistrazzjoni jew nullità, fis-seħħ f’dak l-Istat qabel id-data ta’ dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiexgħall-konformità mad-Direttiva 89/104/KEE, għandhom japplikaw għal trade marks li għalihom saret applikazzjoni qabel dik id-data.

Artikolu 45

Raġunijiet ulterjuri Ö relattivi Õgħar-rifjut jew nullità li jikkonċernaw konflitti ma’ drittijiet preċedenti

ê 2008/95/KE

1. Trade mark ma għandhiex tiġi reġistrata jew, jekk reġistrata, għandha tkun suxxettibbli għal dikjarazzjoni ta’ nullità:

              (a) jekk tkun identika għal trade mark preċedenti, u l-merkanzija jew is-servizzi li għalihom it-trade mark hi applikata jew reġistrata jkunu identiċi għall-merkanzija jew servizzi li għalihom it-trade mark preċedenti hi protetta;

              (b) jekk minħabba l-identità tagħha, jew similarità, għat-trade mark preċedenti u l-identità jew similarità tal-merkanzija jew is-servizzi koperti mit-trade marks, teżisti l-possibbiltà ta’ konfużjoni min-naħa tal-pubbliku; il-possibbiltà ta’ konfużjoni tinkludi l-possibbiltà ta’ assoċjazzjoni mat-trade mark preċedenti;

2. L-espressjoni "trade marks preċedenti" fis-sens tal-paragrafu 1 tfisser:

              (a) trade marks tas-segwenti tipi b’data ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni li tkun preċedenti għad-data ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark, tenut kont, fejn ikun il-każ, tal-prijoritajiet pretiżi fir-rigward ta’ dawk it-trade marks;

ê 2008/95/KE (adattat)

         (i) trade marks Ö Ewropej Õ Komunitarji;

ê 2008/95/KE

         (ii) trade marks reġistrati fl-Istat Membru jew, fil-każ tal-Belġju, Lussemburgu jew l-Olanda, fl-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali;

         (iii) trade marks reġistrati taħt arranġamenti internazzjonali li għandhom effett fl-Istat Membru;

ê 2008/95/KE (adattat)

              (b) trade marks Ö Ewropej Õ Komunitarji li fir-rigward tagħhom tiġi ġustifikament invokata l-preċedenza, skont ir-Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 40/94[25] ta’ l- 20 ta’ Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja 207/2009, minn trade mark li hemm referenza għaliha fil-punti (a)(ii) u (iii), ank jekk din it-trade mark tal-aħħar ġiet ċeduta jew permessa li tiskadi;

ê 2008/95/KE

              (c) applikazzjoniet għat-trade marks li hemm referenza għalihom fil-punti (a) u (b), suġġett għar-reġistrazzjoni tagħhom;

              (d) trade marks li, fid-data tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark, jew, fejn ikun il-każ, tal-prijorità pretiża fir-rigward tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark, huma magħrufa sew fi Stat Membru, fis-sens li fih il-kliem "magħrufa sew" huma użati fl-Artikolu 6a tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi.

ê 2008/95/KE (adattat)

ð ġdid

3. Addizzjonalment, trade mark ma għandhiex tiġi reġistrata jew, jekk reġistrata, għandha tkun suxxettibbli għal-dikjarazzjoni ta’ nullità jekk:

(a)          hija tkun identika, jew simili, għal trade mark Komunitarja preċedenti ð irrispettivament minn jekk il-merkanzija jew is-servizzi li għalihom hija applikata jew ï fis-sens tal-paragrafu 2 u għandha tiġi, jew ġiet, reġistrata għal merkanzija jew servizzi li ð huma identiċi ma’, jew simili jew ï mhumiex simili għal dawk li għalihom it-trade mark Komunitarja preċedenti hi reġistrata, fejn it-trade mark Komunitarja preċedenti jkollha reputazzjoni fil-Komunità ð Stat Membru jew, f’każ ta’ trade mark Ewropea, għandha reputazzjoni fl-Unjoni ï u fejn l-użu tat-trade mark tal-aħħar, mingħajr raġuni valida, tieħu vantaġġ żleali minn, jew tippreġudika, il-karattru distintiv jew ir-reputazzjoni tat-trade mark Komunitarja preċedenti;.

ò ġdid

(b)          meta aġent jew rappreżentant tal-proprjetarju tat-trade mark japplika għar-reġistrazzjoni tagħha f’ismu stess mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-proprjetarju, sakemm l-aġent jew ir-rappreżentant jiġġustifika l-azzjoni tiegħu;

(c)          meta t-trade mark hija suxxettibbli li tkun konfuża ma’ marka preċedenti protetta barra l-Unjoni, sakemm dik il-marka tkun għadha tintuża ġenwinament fid-data tal-applikazzjoni u l-applikanti kien qed jaġixxi in mala fede;

(d)          jekk tkun eskluża mir-reġistrazzjoni u ma għandhiex tkompli tintuża skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għall-protezzjoni ta' ħatriet ta' indikazzjonijiet ta' oriġini u dawk ġeografiċi.

ê 2008/95/KE (adattat)

4. Kwalunkwe Stat Membru jista’ addizzjonalment, jistipula li trade mark ma għandhiex tiġi reġistrata jew li, jekk reġistrata, għandha tkun suxxettibbli għal dikjarazzjoni ta’ nullità jekk, u sa fejn:

ê 2008/95/KE

a)           it-trade mark tkun identika, jew simili, għal trade mark nazzjonali preċedenti fis-sens tal-paragrafu 2 u għandha tiġi, jew ġiet, reġistrata għal merkanzija jew servizzi li mhumiex simili għal dawk li għalihom it-trade mark preċedenti hi reġistrata, fejn it-trade mark preċedenti ikollha reputazzjoni fl-Istat Membru konċernat u fejn l-użu tat-trade mark ta’ l-aħħar, mingħajr raġuni valida tieħu vantaġġ żleali minn, jew tippreġudika, il-karattru distintiv jew ir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti;

(ba)        xi drittijiet għat-trade mark mhux reġistrata jew għal sinjal ieħor użat matul il-kummerċ ġew miksuba qabel id-data tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark sussegwenti, jew id-data tal-prijorità pretiża għall-applikazzjoni tar-reġistrazzjoni tat-trade mark sussegwenti, u dik it-trade mark mhux reġistrata jew sinjal ieħor jagħtu lill-proprjetarju tagħhom id-dritt li jipprojbixxi l-użu tat-trade mark sussegwenti;

(cb)        l-użu tat-trade mark jista’ jkun projbit permezz ta’ dritt preċedenti divers mid-drittijiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2 u fil-punt (ba) ta’ dan il-paragrafu u b’mod partikolari:

(i)      xi dritt għal isem;

(ii)     xi dritt għal immaġini personali;

(iii)     xi dritt tal-awtur;

(iv)    xi dritt ta’ proprjetà industrijali;.

(d)          it-trade mark tkun identika, jew simili, għal trade mark preċedenti kollettiva li tagħti dritt li skada f’perijodu massimu ta’ tliet snin qabel l-applikazzjoni preċedenti;

(e)          it-trade mark tkun identika, jew simili, għal marka, ta’ garanzija jew ċertifikazzjoni. preċedenti li tagħti dritt li skada f’perijodu qabel l-applikazzjoni li t-tul taż-żmien tiegħu ikun ffissat mill-Istat Membru;

(f)           it-trade mark tkun identika, jew simili, għal trade mark preċedenti li ġiet reġistrata għal merkanzija jew servizzi simili jew identiċi u li tathom dritt li skada fuq nuqqas ta’ tiġdid f’perijodu massimu ta’ sentejn qabel l-applikazzjoni, sakemm il-proprjetarju tat-trade mark preċedenti ma tax il-kunsens tiegħu għar-reġistrazzjoni tal-marka sussegwenti jew ma użax it-trade mark tiegħu;

(g)          it-trade mark tista’ tiġi konfuża ma’ marka li kienet użata barra l-pajjiż fil-jum ta’ l-applikazzjoni u li għadha użata hemm, sakemm fid-data ta’ l-applikazzjoni l-applikant kien qed jaġixxi in mala fede.

5. L-Istati Membri jistgħu jippermettu li, f’ċirkostanzi xierqa, ma jkunux meħtieġa r-rifjut tar-reġistrazzjoni jew id-dikjarazzjoni ta’ nullità tat-trade mark fejn il-proprjetarju tat-trade mark preċedenti jew ta’ dritt preċedenti ieħor jagħti l-kunsens tiegħu għar-reġistrazzjoni tat-trade mark sussegwenti.

6. Kwalunkwe Stat Membru jista’ jistipula li, b’deroga mill-paragrafi 1 sa 5, ir-raġunijiet għal rifjut tar-reġistrazzjoni jew nullità, fis-seħħ f’dak l-Istat qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-konformità sabiex mad-Direttiva 89/104/KE, għandhom japplikaw għal trade marks li għalihom saret applikazzjoni qabel dik id-data.

ê 2008/95/KE (adattat)

ð ġdid

Artikolu 146

Stabbiliment a posteriori ta’ nullità jew revokazzjoni ta’ trade mark

Fejn tiġi invokata l-preċedenza ta’ trade mark preċedenti Ö nazzjonali Õ li ġiet ċeduta jew li tħalliet tiskadi għal trade mark Ö Ewropea Õ Komunitarja, in-nullità jew revokazzjoni tat-trade mark preċedenti Ö nazzjonali Õ tista’ tiġi stabbilita a posteriori ð sakemm il-validità jew ir-revoka tkun tista’ tiġi dikjarata wkoll fil-ħin li l-marka kienet ġiet ċeduta jew tħalliet tiskadi. F’każ bħal dan il-preċedenza għandha twaqqaf milli tipproduċi l-effetti tagħha. ï

Artikolu 7

Ö Raġunijiet għar-rifjut jew nullità fir-rigward ta’ x’uħud biss mill-merkanzija jew servizzi Õ

Ö Fejn xi raġunijiet għar-rifjut ta’ reġistrazzjoni jew nullità ta’ trade mark jeżistu fir-rigward biss ta’ x’uħud mill-merkanzija jew servizzi li għalihom saret l-applikazzjoni jew ir-reġistrazzjoni ta’ dik it-trade mark, ir-rifjut tar-reġistrazzjoni jew nullità għandhom ikopru biss dik l-merkanzija jew dawk is-servizzi. Õ

ò ġdid

Artikolu 8

Nuqqas ta’ karattru jew ta’ reputazzjoni distinta ta’ trade mark preċedenti li tipprekludi dikjarazzjoni ta’ invalidità ta’ trade mark reġistrata

Trade mark reġistrata ma għandhiex tiġi dikjarata invalida abbażi ta’ trade mark preċedenti fi kwalunwke wieħed minn dawk il-każijiet:

(a)          meta t-trade mark preċedenti, suxxettibbli li tiġi dikjarata invalida skont l-Artikolu 4(1)(b), (c) jew (d), ma tkunx kisbet karattru distint b’konformità mal-Artikolu 4(5) fid-data tal-preżentazzjoni jew id-data ta’ prijorità tat-trade mark reġistrata;

(b)          meta l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità hija bbażata fuq l-Artikolu 5(1)(b) u t-trade mark preċedenti ma saritx biżżejjed distinta biex tappoġġa sejba ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 5(1)(b) fid-data tal-preżentazzjoni jew fid-data ta’ prijorità tat-trade mark reġistrata;

(c)          meta l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità hija bbażata fuq l-Artikolu 5(3)(b) u t-trade mark preċedenti ma kellhiex reputazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 5(3) fid-data tal-preżentazzjoni jew fid-data ta’ prijorità tat-trade mark reġistrata.

ê 2008/95/KE (adattat)

ð ġdid

Artikolu 9

Limitazzjoni Ö Preklużjoni ta' dikjarazzjoni ta’ invalidità Õ konsegwenti għal tolleranza

1. Fejn, fi Stat Membru, il-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti li għaliha hemm referenza fl-Artikolu 45(2) ð u (3) ï ittollera, għal perjodu ta’ ħames snin suċċessivi, l-użu ta’ trade mark sussegwenti reġistrata f’dak l-Istat Membru filwaqt li kien konxju ta’ tali użu, huwa ma għandux ikollu aktar id-dritt, abbażi tat-trade mark preċedenti, li japplika għal dikjarazzjoni ta’ nullità tat-trade mark sussegwenti jew li jopponi l-użu tat-trade mark sussegwenti fir-rigward tal-merkanzija jew servizzi li għalihom ġiet użata t-trade mark sussegwenti, sakemm l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark sussegwenti ma saritx in mala fede.

2. Kwalunkwe Stat Membru jista’ jistipula li l-paragrafu 1 għandu japplika mutatis mutandis għall-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 4(4)(a) jew ta’ Ö kwalunkwe Õ dritt ieħor preċedenti li hemm referenza għalih fl-Artikolu 45(4)(ab) jew (bc).

ê 2008/95/KE

3. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, il-proprjetarju ta’ trade mark sussegwenti reġistrata ma għandux ikollu d-dritt jopponi għall-użu tad-dritt preċedenti, anki jekk dak id-dritt ma jistax jiġi aktar invokat kontra t-trade mark sussegwenti.

ê 2008/95/KE (adattat)

ð ġdid

Taqsima 3

Ö Drittijiet mogħtija u limitazzjonijiet Õ

Artikolu 510

Drittijiet mogħtija minn trade mark

1. I Ö r-reġistrazzjoni ta’ Õ t-trade mark reġistrata għandha tagħti lill-proprjetarju drittijiet esklussivi fuqha.

Ö 2. Bla ħsara għad-drittijiet tal-proprjetarju miksuba qabel id-data tal-preżentazzjoni jew id-data ta’ prijorità tat-trade mark reġistrata, Õ Iil-proprjetarju Ö ta’ trade mark Õ għandu jkollu d-dritt li jimpedixxi lit-terzi persuni kollha li ma jkollhomx il-kunsens tiegħu milli jużaw fl-eżerċizzju tal-kummerċ Ö kwalunkwe sinjal b’rabta mal-merkanzija jew is-servizzi meta Õ :

(a)          kwalunkwe Ö is- Õ sinjal li jikun identiku għat-trade mark Ö u jintuża Õ relattivament għall-merkanzija jew servizzi li huma identiċi għal dawk li għalihom it-trade mark tkun reġistrata ð u fejn tali użu jaffettwa jew ikun u suġġettivvli li jaffettwa l-funzjoni tat-trade mark biex jiggarantixxi lill-konsumaturi l-oriġini tal-merkanzija jew tas-servizzi ï;

(b)          kwalunkwe Ö is- Õ sinjal fejn, minħabba l-identità, Ö huwa identiku Õ jew similarità, tiegħu għat-trade mark u l-identità jew similarità tal- Ö huwa użat għal Õ merkanzija jew servizzi koperti mit- Ö li huma identiċi jew simili għall-merkanzija jew servizzi li għalihom Õ it-trade mark Ö hija reġistrata Õ u s-sinjal, Ö jekk Õ teżisti l-possibbiltà ta’ konfużjoni min-naħa tal-pubbliku; il-possibbiltà ta’ konfużjoni tinkludi l-possibbiltà ta’ assoċjazzjoni bejn is-sinjal u t-trade mark;

2. (c)      Kwalunkwe Stat Membru jista’ wkoll jistipula li l-proprjetarju għandu jkollu d-dritt li jimpedixxi lit-terzi persuni kollha li ma jkollhomx il-kunsens tiegħu milli jużaw fl-eżerċizzju tal-kummerċ kwalunkwe Ö is- Õ sinjal li jkun huwa identiku, jew simili, għat-trade mark Ö irrispettivament minn jekk jintużax Õ relattivament għall-merkanzija jew servizzi li ð huma identiċi għal, simili jew ï ma jkunux simili għal dawk li għalihom it-trade mark tkun reġistrata, fejn tal-aħħar ikollha reputazzjoni fl-Istat Membru u fejn l-użu ta’ dak is-sinjal mingħajr raġuni valida jieħu vantaġġ żleali minn, jew jippreġudika, il-karattru distintiv jew ir-reputazzjoni tat-trade mark.

ê 2008/95/KE (adattat)

3. Is-segwenti, Ö b’mod partikolari Õ inter alia, jistgħu jkunu projbiti taħt il-paragrafi 1 u 2:

ê 2008/95/KE

(a)          li jitwaħħal is-sinjal mal-merkanzija jew mal-imballaġġ ta’ dan;

(b)          li l-merkanzija tiġi offerta, jew li titqiegħed fis-suq jew li tinħażen għal dawn l-għanijiet taħt dak is-sinjal, jew li jiġu offerti jew provduti servizzi taħtu;

(c)          l-importazzjoni jew esportazzjoni tal-merkanzija taħt is-sinjal;

ò ġdid

(d) l-użu tas-sinjal bħala isem tal-kummerċ jew tal-kumpanija jew parti minn isem tal-kummerċ jew tal-kumpanija;

ê 2008/95/KE

(de)        l-użu tas-sinjal fuq karti tal-kummerċ u fir-reklamar.;

ò ġdid

(f)           l-użu tas-sinjal f’reklamar komparattiv b’tali mod li jmur kontra d-Direttiva 2006/114/KE.

4. Il-proprjetarju ta' marka reġistrata għandu jkun intitolat jipprevjeni l-importazzjoni ta’ merkanzija skont il-paragrafu 3(c) fejn l-ispeditur tal-merkanzija biss jaġixxi għal skopijiet kummerċjali.

5. Il-proprjetarju ta’ trade mark reġistrata għandu jkun intitolat ukoll jipprevjeni lill-partijiet terzi kollha milli jġibu merkanzija, fil-kuntest ta’ attività kummerċjali, fit-territorju doganali tal-Istati Membri fejn it-trade mark hija reġistrata mingħajr ma jkunu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera meta, tali merkanzija, inkluż l-imballaġġ, tiġi minn pajjiżi terzi u ma jkollha mingħajr awtorizzazzjoni trade mark li hija identika għat-trade mark reġistrata fir-rigward ta' tali merkanzija, jew li ma tistax issir distinzjoni fl-aspetti essenzjali tagħha minn dik it-trade mark.

ê 2008/95/KE

46. Fejn, taħt il-liġi tal-Istat Membru, l-użu ta’ sinjal taħt il-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 21, punt (b) jew (c)fil-paragrafu 2 ma jistax jiġi projbit qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex għall-konformità mad-Direttiva 89/104/KEE fl-Istat Membru konċernat, id-drittijiet mogħtija mit-trade mark ma jistgħux jiġu invokati sabiex jiġi impedit l-użu kontinwat tas-sinjal

57. Il-paragrafi 1, 2, 3 u 6 sa 4 ma għandhomx jinċidu fuq id-dispożizzjonijiet fi kwalunkwe Stat Membru relattivament għall-protezzjoni kontra l-użu ta’ sinjal ħlief milli sabiex issir distinzjoni tal-merkanzija jew servizzi, fejn l-użu ta’ dak is-sinjal mingħajr raġuni valida jieħu vantaġġ żleali minn, jew jippreġudika, il-karattru distintiv jew ir-reputazzjoni tat-trade mark.

ò ġdid

Artikolu 11

Ksur tad-drittijiet tal-proprjetarju permezz tal-użu ta’ preżentazzjoni, imballaġġ jew mezzi oħra

Meta huwa probabbli li l-preżentazzjoni, l-imballaġġ jew mezzi oħra li l-marka hija mwaħħla magħhom se tintuża fir-rigward tal-merkanzija jew servizzi u l-użu fir-rigward ta’ dik il-merkanzija jew servizzi tista’ tinkludi ksur tad-drittijiet tal-proprjetarju skont l-Artikolu 10(2) u (3), il-proprjetarju għandu jkollu d-dritt li jipprojbixxi dan li ġej:

(a)          twaħħil matul il-kummerċ ta’ sinjal identiku jew simili għat-trade mark fuq preżentazzjoni, imballaġġ jew mezzi oħra li fuqhom tista' titwaħħal il-marka;

(b)          offerta jew tqegħid fis-suq, jew ħzin għal dawk l-għanijiet, jew importazzjoni jew esportazzjoni tal-preżentazzjoni, l-imballaġġ jew mezzi oħra li fuqhom hemm imwaħħla l-marka.

Artikolu 12

Riproduzzjoni ta' trade marks fid-dizzjunarji

Jekk ir-riproduzzjoni ta' trade mark f'dizzjunarju, f'enċiklopedija jew f'xogħol ta' referenza simili tagħti l-impressjoni li din tikkostitwixxi l-isem ġeneriku tal-prodotti jew tas-servizzi li għalihom it-trade mark hija reġistrata, il-pubblikatur tax-xogħol għandu, wara talba tal-proprjetarju tat-trade mark, jiżgura li sa mhux iktar tard mill-edizzjoni li jkun imiss tal-pubblikazzjoni, ir-riproduzzjoni tat-trade mark tkun tinkludi indikazzjoni li din hija trade mark reġistrata.

Artikolu 13

Projbizzjoni tal-użu ta' trade mark reġistrata f'isem ta' aġent jew rappreżentant

1. Meta trade mark hija reġistrata f’isem l-aġent jew rappreżentant ta' persuna li hija l-proprjetarju ta' dik it-trade mark, mingħajr il-kunsens tal-proprjetarju, dan tal-aħħar għandu jkun intitolat għal wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)          jopponi l-użu tal-marka tiegħu mill-aġent jew rappreżentant tiegħu;

(b)          jitlob mill-aġent jew rappreżentant l-assenjazzjoni tat-trade mark favur tiegħu.

2. L-ewwel paragrafu ma għandux japplika meta l-aġent jew ir-rappreżentant jiġġustifika l-azzjoni tiegħu.

ê 2008/95/KE

Artikolu 614

Limitazzjoni tal-effetti ta’ trade mark

1. It-trade mark ma għandhiex tagħti d-dritt lill-proprjetarju li jipprojbixxi lil terza persuna milli tuża, fl-eżerċizzju tal-kummerċ:

ê 2008/95/KE (adattat)

ð ġdid

              (a) l-isem jew l-indirizz Ö personali Õ tiegħu stess;

              (b) ð sinjali jew ï indikazzjonijiet ð li mhumiex distinti jew li ï relatati jirrigwardjaw mait-tip, kwalità, kwantità, skop intiż, valur, oriġini ġeografika, iż-żmien tal-produzzjoni tal-merkanzija jew tal-għoti tas-servizz, jew xi karatteristika oħra ta’ merkanzija jew servizzi;

              (c) it-trade mark ð għall-iskop ta’ identifikazzjoni jew referenza għal merkanzija jew servizzi bħal dawk tal-proprjetarju tat-trade mark, b'mod partikolari ï fejn din Ö l-użu tat-trade mark Õ tikun meħtieġa sabiex tjindika l-iskop intiż ta’ prodott jew servizz, b’mod partikolari fir-rigward ta’ aċċessorji jew spare parts,.

sakemm jużahom Ö L-ewwel subparagrafu għandu japplika biss fejn l-użu magħmul mill-parti terza huwa Õ skontd prattika onesta f’materji industrijali jew kummerċjali.

ò ġdid

2. L-użu mill-parti terza għandu jitqies li mhuwiex b’konformità ma’ prattika onesta, b’mod partikolari fil-każijiet li ġejjin:

(a)          dan jagħti l-impressjoni li hemm konnessjoni kummerċjali bejn il-parti terza u l-proprjetarju tat-trade mark;

(b)          dan jieħu vantaġġ mhux ġust jew huwa ta’ detriment għall-karattru distint jew ir-reputazzjoni tat-trade mark mingħajr raġuni valida.

ê 2008/95/KE

23. It-trade mark ma għandhiex tagħti d-dritt lill-proprjetarju li jipprojbixxi lil terza persuna milli tuża fl-eżerċizzju tal-kummerċ, dritt preċedenti li japplika biss f’lokalità partikolari jekk dak id-dritt ikun rikonoxxut mil-liġijiet tal-Istat Membru inkwistjoni u fil-limiti tat-territorju li fih huwa jkun rikonoxxut.

Artikolu 715

Eżawriment tad-drittijiet mogħtija minn trade mark

ê 2008/95/KE (adattat)

1. It-trade mark ma għandhiex tagħti d-dritt lill-proprjetarju li jipprojbixxi l-użu tagħha relattivament għal merkanzija li tqiegħdet fis-suq fil-Komunità Ö fl-Unjoni Õ taħt dik it-trade mark mill-proprjetarju jew bil-kunsens tiegħu.

ê 2008/95/KE

2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fejn jeżistu raġunijiet leġittimi għall-proprjetarju sabiex jopponi aktar kummerċjalizzazzjoni tal-merkanzija, speċjalment fejn il-kundizzjoni tal-merkanzija tkun mibdula jew danneġġata wara li tqiegħdet fis-suq.

ê 2008/95/KE (adattat)

Artikolu 1016

Użu ta’ trade marks

1. Jekk, f’perjodu ta’ ħames snin wara d-data tat-tlestija tal-proċedura tar-reġistrazzjoni, il-proprjetarju ma użax it-trade mark ġenwinament fl-Istat Membru relattivament għall-merkanzija jew is-servizzi li għalihom hija ġiet reġistrata, jew jekk tali użu ġie sospiż matul perjodu mhux interrott ta’ ħames snin, it-trade mark għandha tkun suġġettibbli Ö għal-limitazzjonijiet u Õ għas-sanzjonijiet previsti Ö fl-Artikolu 17, l-Artikolu 19(1), l-Artikolu 46(1) u l-Artikolu 48(3) u (4) Õ f’din id-Direttiva, sakemm ma hemmx raġunijiet tajba għan-nuqqas ta’ użu.

ò ġdid

2. Meta Stat Membru jipprovdi proċedimenti ta’ oppożizzjoni wara r-reġistrazzjoni, il-ħames snin imsemmija fl-ewwel paragrafu għandhom jiġu kkalkulati mid-data meta l-marka ma tistax tiġi aktar opponuta, f’każ li tkun ġiet ippreżentatat oppożizzjoni u ma tkunx irtirata, mid-data meta ssir finali d-deċiżjoni li ttemm il-proċedimenti ta’ oppożizzjoni.

3. Fir-rigward tat-trade marks reġistrati skont l-arranġamenti internazzjonali li għandhom effett fl-Istat Membru, il-ħames snin imsemmija fl-ewwel paragrafu għandhom jiġu kkalkulati mid-data meta l-marka ma tistax tiġi rifjutata jew opponuta aktar. Meta tkun ġiet ippreżentata oppożizzjoni u din ma tkunx irtirata, il-perjodu għandu jiġi kkalkulat mid-data meta ssir finali d-deċiżjoni li ttemm il-proċedimenti ta' oppożizzjoni.

ê 2008/95/KE

4. Is-segwenti għandhom ukoll jikkostitwixxu użu fis-sens tal-ewwel subparagrafu:

ê 2008/95/KE

ð ġdid

(a)          l-użu tat-trade mark f’forma li tkun differenti fir-rigward ta’ elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv tal-marka fil-forma li fiha ġiet reġistrata ð , irrelevanti minn jekk it-trade mark fil-forma kif użata hijiex ukoll reġistrata fl-isem tal-proprjetarju ï ;

(b)          it-twaħħil tat-trade mark fuq merkanzija jew mal-imballaġġ tagħha, fl-Istat Membru konċernat, unikament għal finijiet ta’ esportazzjoni.

25. L-użu tat-trade mark bil-kunsens tal-proprjetarju jew ta’ kwalunkwe persuna li jkollha l-awtorità li tuża marka kollettiva jew marka ta’ garanzija jew ċertifikazzjoni għandu jitqies bħala użu mill-proprjetarju.

3. Fir-rigward ta’ trade marks reġistrati qabel id-data tad-dħul fis-seħħ fl-Istat Membru konċernat tad-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-konformità mad-Direttiva 89/104/KEE:

              (a) fejn dispożizzjoni fis-seħħ qabel dik id-data attribwixxiet sanzjonijiet għan-nuqqas ta’ użu ta’ trade mark matul perijodu mhux interrott, il-perijodu rilevanti ta’ ħames snin imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandu jitqies bħala li beda japplika fl-istess waqt bħal kwalunkwe perijodu ta’ nuqqas ta’ użu li diġà jkun qiegħed jiddekorri f’dik id-data;

              (b) fejn ma kien hemm l-ebda dispożizzjoni fis-seħħ qabel dik id-data, il-perijodi ta’ ħames snin imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandhom jitqiesu bħala li bdew jiddekorru, l-aktar kmieni, minn dik id-data.

ò ġdid

Artikolu 17

In-nuqqas ta’ użu bħala difiża fi proċedimenti ta' ksur

Il-proprjetarju ta’ trade mark għandu jkun intitolat li jipprojbixxi l-użu ta’ sinjali biss sal-limitu li d-drittijiet tiegħu mhumiex suxxettibbli li jkunu revokati skont l-Artikolu 19 fil-ħin li tiġi ppreżentata l-azzjoni ta’ ksur.

Artikolu 18

Dritt tal-proprjetarju għal intervenzjoni ta’ trade mark reġistrata sussegwentament bħala difiża fi proċedimenti ta’ ksur

1. Fi proċedimenti ta’ ksur, il-proprjetarju ta’ trade mark ma għandux ikun intitolat li jipprojbixxi l-użu ta’ trade mark reġistrata sussegwentament ma għandux ikun dikjarat invalidu skont l-Artikoli 8, 9(1) u (2) u 48(3).

2. Fi proċedimenti ta’ ksur, il-proprjetarju ta’ trade mark ma għandux ikun intitolat li jipprojbixxi l-użu ta’ trade mark Ewropea reġistrata sussegwentament meta dik it-trade mark sussegwenti ma għandhiex tiġi dikjarata invalida skont l-Artikolu 53(3), u (4), l-Artikolu 54(1) u (2) jew l-Artikolu 57(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.

3. Meta l-proprjetarju ta’ trade mark ma għandux ikun intitolat li jipprojbixxi l-użu ta’ marka reġistrata sussegwenti skont l-ewwel jew it-tieni paragrafu, il-proprjetarju ta' dik it-trade mark reġistrata sussegwentement ma għandux ikun intitolat li jipprojbixxi l-użu tat-trade mark preċedenti fi proċedimenti ta' ksur, minkejja li dak id-dritt jista' ma jiġix aktar invokat kontra t-trade mark sussegwenti.

ê 2008/95/KE

Artikolu 11

Sanzjonijiet għan-nuqqas ta’ użu ta’ trade mark fi proċeduri legali jew amministrattivi

1. Trade mark ma tistax tiġi dikjarata nulla għar-raġuni li hemm trade mark konfliġġenti preċedenti jekk ta’ l-aħħar ma tissodisfax ir-rekwiżiti ta’ użu stabbiliti fl-Artikolu 10(1) u (2), jew, skond il-każ, fl-Artikolu 10(3).

2. Kwalunkwe Stat Membru jista’ jistipula li r-reġistrazzjoni ta’ trade mark ma tistax tiġi rifjutata għar-raġuni li hemm trade mark konfliġġenti preċedenti jekk ta’ l-aħħar ma tissodisfax ir-rekwiżiti ta’ l-użu stabbiliti fl-Artikolu 10(1) u (2) jew fl-Artikolu 10(3), skond il-każ.

3. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 12, fejn issir kontro-talba għar-revokazzjoni, kwalunkwe Stat Membru jista’ jistipula li trade mark ma tistax tiġi invokata b’suċċess fi proċeduri dwar vjolazzjoni jekk jiġi stabbilit bħala riżultat ta’ eċċezzjoni li t-trade mark tista’ tiġi revokata skond l-Artikolu 12(1).

4. Jekk it-trade mark preċedenti ġiet użata relattivament biss għal parti mill-merkanzija jew is-servizzi li għalihom hija ġiet reġistrata, għandha, sabiex jiġu applikati l-paragrafi 1, 2 u 3 titqies bħala li reġistrata relattivament biss għal dik il-parti tal-merkanzija jew servizzi.

ê 2008/95/KE (adattat)

Taqsima 4

Ö revoka tad-drittijiet ta’ trade mark Õ

Artikolu 1219

Ö Nuqqas ta’ użu ġenwin bħala Õ raġuni għar-revokazzjoni

ê 2008/95/KE

1. Trade mark għandha tkun suġġettibbli għar-revokazzjoni jekk, f’perjodu kontinwu ta’ ħames snin, ma tkunx ġiet użata ġenwinament fl-Istat Membru relattivament għall-merkanzija jew servizzi li għalihom hija ġiet reġistrata, u ma jkunx hemm raġunijiet validi għan-nuqqas ta’ użu.

ê 2008/95/KE (adattat)

2. Iżda, lL-ebda persuna ma tista’ tinvoka d-dritt li titlob ir-revokazzjoni tad-drittijiet tal-proprjetarju fi trade mark fejn, matul l-intervall bejn l-iskadenza tal-perjodu ta’ ħames snin u l-preżentata tal-applikazzjoni għar-revokazzjoni, inbeda jew tkompla mill-ġdid l-użu ġenwin tat-trade mark.

ê 2008/95/KE

3. Il-bidu jew tkomplija mill-ġdid tal-użu matul perjodu ta’ tliet xhur qabel il-preżentata tal-applikazzjoni għar-revokazzjoni li beda l-aktar kmieni mal-iskadenza tal-perjodu kontinwu ta’ ħames snin tan-nuqqas ta’ użu għandu jiġi injorat fejn isiru preparazzjonijiet għall-bidu jew tkomplija mill-ġdid biss wara li l-proprjetarju jsir konxju li tista’ tiġi preżentata l-applikazzjoni għar-revokazzjoni.

ê 2008/95/KE (adattat)

Artikolu 20

Ö Żvilupp f’isem komuni jew indikazzjoni qarrieqa bħala raġunijiet għar-revokazzjoni Õ

2. Mingħajr preġudizzju għal paragrafu 1, it-tTrade mark tista’ tiġi suġġetta għar-revokazzjoni jekk, wara d-data li fiha ġiet reġistrata:

ê 2008/95/KE

(a)          b’konsegwenza ta’ atti jew inattività tal-proprjetarju, saret l-isem komuni fil-kummerċ għal prodott jew servizz li fir-rigward tagħhom hija ġiet reġistrata;

(b)          b’konsegwenza tal-użu li jagħmel minnha l-proprjetarju tagħha jew bil-kunsens tiegħu fir-rigward tal-merkanzija jew servizzi li għalihom hija ġiet reġistrata, hija tista’ tqarraq bil-pubbliku, partikolarment fir-rigward tan-natura, kwalità jew oriġini ġeografika ta’ dik il-merkanzija jew dawk is-servizzi.

Artikolu 1321

ê 2008/95/KE (adattat)

Raġunijiet għar-rifjut jew rRevokazzjoni jew nullità fir-rigward ta’ x’uħud biss mill-merkanzija jew servizzi

Fejn xi raġunijiet għar-rifjut ta’ reġistrazzjoni jew għar-revokazzjoni jew nullitàta’ trade mark jeżistu fir-rigward biss ta’ x’uħud mill-merkanzija jew servizzi li għalihom saretl-applikazzjoni jew ir-reġistrazzjoni ta’ dik it-trade mark, ir-rifjut tar-reġistrazzjoni jewir-revokazzjoni jew nullità għandhom ikopru biss dik l-merkanzija jew dawk is-servizzi.

ò ġdid

Taqsima 5

It-trade marks bħala prodotti ta' proprjetà

Artikolu 22

Trasferiment ta’ trade marks reġistrati

1. Trade mark tista' tiġi trasferita, separatament minn kull trasferiment tal-impriża, fir-rigward jew ta' xi wħud mill-merkanzija jew servizzi li għalihom tkun reġistrata jew fir-rigward ta' kollha kemm huma.

2. It-trasferiment tal-impriża kollha għandu jinkludi t-trasferiment tat-trade mark ħlief meta jkun hemm ftehim kuntrarju jew meta ċ-ċikostanzi jiddettaw biċ-ċar mod ieħor. Din id-dispożizzjoni għandha tapplika għall-obbligazzjoni kuntrattwali biex isir trasferiment tal-impriża.

3. Bla ħsara għall-paragrafu 2, assenjar tat-trade mark għandha ssir bil-miktub u għandha teħtieġ il-firma tal-partijiet għall-kuntratt, ħlief meta tkun riżultat ta’ sentenza; jekk ma ssirx b'dan il-mod hija nulla.

4. B'talba ta' waħda mill-partijiet it-trasferiment għandu jitniżżel fir-reġistru u għandu jiġi ppubblikat.

5. Sakemm it-trasferiment ikun għadu ma tniżżilx fir-reġistru, is-suċċessur tat-titolu ma jistax jinvoka d-drittijiet li jirriżultaw mir-reġistrazzjoni tat-trade mark kontra partijiet terzi.

6. Meta jkun hemm limiti ta' żmien li għandhom jiġu osservati fil-konfront tal-uffiċċju, is-suċċessur tat-titolu jista' jagħmel l-istqarrijiet korrispondenti għall-Uffiċċju la darba t-talba għar-reġistrazzjoni tat-trasferiment tkun waslet l-uffiċċju.

Artikolu 23

Drittijiet in rem

1. Trade mark tista', b'mod indipendenti mill-impriża, tingħata bħala sigurtà jew tkun is-soġġett ta' drittijiet in rem.

2. Bit-talba ta' wieħed mill-partijiet, id-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiddaħħlu fir-reġistru u jiġu ppubblikati.

Artikolu 24

Imposta fuq l-eżekuzzjoni

1. Jista' jkun hemm imposta fuq l-eżekuzzjoni ta' trade mark.

2. Bit-talba ta' wieħed mill-partijiet, l-imposta fuq l-eżekuzzjoni għandu jiddaħħal fir-reġistru u jiġi ppubblikat.

Artikolu 25

Proċedimenti ta' insolvenza

Meta trade mark tkun involuta fi proċedimenti ta’ insolvenza, wara talba tal-awtorità kompetenti għandha tiddaħħal fir-reġistru u tiġi ppubblikata entrata għal dan il-għan.

ê 2008/95/KE

Artikolu 826

Liċenzjar

1. Tista’ tingħata liċenzja fir-rigward ta’ trade mark għal x’uħud mill-merkanzija jew servizzi jew għall-merkanzija jew servizzi kollha li għalihom hija ġiet reġistrata u għall-Istat Membru konċernat kollu jew għal parti minnu. Liċenzja tista’ tkun esklussiva jew nonesklussiva.

2. Il-proprjetarju ta’ trade mark jista’ jinvoka d-drittijiet mogħtija minn dik it-trade mark kontra liċenzjatarju li jikser kwalunkwe dispożizzjoni fil-kuntratt tal-liċenzja tiegħu dwar:

              (a) it-tul taż-żmien tagħha;

              (b) il-forma koperta mir-reġistrazzjoni li fiha tista' tintuża t-trade mark;

              (c) l-iskop tal-merkanzija jew servizzi li għalihom ingħatat il-liċenzja;

              (d) it-territorju fejn it-trade mark tista’ titwaħħal; jew

              (e) il-kwalità tal-merkanzija manifatturata jew tas-servizzi provduti mil-liċenzjatarju.

ò ġdid

3. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-kuntratt tal-liċenzja, il-liċenzjat jista' jġib proċedimenti ta' ksur ta' trade mark biss bil-kunsens tal-proprjetarju. Madanakollu, id-detentur ta' liċenzja esklussiva jista jġib dawn il-proċedimenti jekk il-proprjetarju tat-trade mark, wara notifika formali, ma jiftaħx huwa stess proċedimenti ta' ksur fi żmien xieraq.

4. Il-liċenzjat għandu jkun intitolat li jintervjeni fi proċedimenti ta' ksur miġjuba min-naħa tal-proprjetarju ta' trade mark, sabiex jikseb kumpens għad-danni li jkun sofra minnu.

5. B'talba ta’ waħda mill-partijiet, il-ħruġ jew it-trasferiment ta’ liċenzja li tirrigwarda trade mark għandu jitniżżel fir-reġistru u għandu jkun pubblikat.

Artikolu 27

L-applikazzjoni għal trade mark bħala oġġett ta' proprjetà

L-Artikoli minn 22 sa 26 għandhom japplikaw għal applikazzjonijiet għal trade marks.

Taqsima 6

Marki ta’ garanzija, marki ta’ ċertifikazzjoni u marki kollettivi

Artikolu 28

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din it-taqsima, għandu japplika dan li ġej:

(1) “Marka ta’ garanzija jew ta’ ċertifikazzjoni" tfisser trade mark li hija deskritta b'dan il-mod meta l-marka hija applikata biex tiddistingwi merkanzija jew servizzi li huma ċertifikati mill-proprjetarju tal-marka u hija kapaċi tagħmel dan fir-rigwar ta’ oriġini ġeografika, materjal, mod ta’ manifattura tal-merkanzija jew il-prestazzjoni tas-servizzi, kwalità, preċiżjoni jew karatteristiċi oħra minn merkanzija jew servizzi li mhumiex ċertifikati b’dan il-mod;

(2) “Marka kollettiva” tfisser trade mark li hija deskritta hekk meta ssir l-applikazzjoni għall-marka u din tkun kapaċi tiddistingwi l-merkanzija jew is-servizzi tal-membri ta’ assoċjazzjoni li hija proprjetarja tal-marka mill-merkanzija jew mis-servizzi ta’ impriżi oħrajn.

ê 2008/95/KE (adattat)

Artikolu 1529

Dispożizzjonijiet speċjali dwar marki kollettivi, marki ta’ gGaranzija u marki ta’ ċertifikazzjoni

1. Ö L-Istati Membri jistgħu jistipulaw ir-reġistrazzjoni ta’ marki ta’ garanzija jew ta’ ċertifikazzjoni. Õ

12. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4, lL-Istati Membri li l-liġijiet tagħhom jawtorizzaw ir-reġistrazzjoni ta’ marki kollettivi jew ta’ marki ta’ garanzija jew ċertifikazzjoni jistgħu jipprovdu li dawn il-marki Ö ta’ garanzija jew ta’ ċertifikazzjoni Õ ma għandhomx jiġu reġistrati, jew li għandhom jiġu revokati jew dikjarati nulli, għal raġunijiet addizzjonali għal Ö apparti Õ dawk speċifikati fl-Artikoli 3 Ö ,19 Õ u 12 20 fejn hekk ikun meħtieġ mill-funzjoni ta’ dawk il-marki.

23. B’deroga mill-Artikolu 3(1)(c), l-Istati Membri jistgħu jistipulaw li Ö Marka ta’ garanzija jew ta' ċertifikazzjoni li tikkonsisti minn Õ s-sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jservu, fil-kummerċ, sabiex jindikaw l-oriġini ġeografika tal-merkanzija jew servizzi jistgħu jikkostitwixxu marki kollettivi, ta’ garanzija jew ta’ ċertifikazzjoni. Tali marka ma għandhiex tagħti d-dritt lill-proprjetarju li jipprojbixxi lil terza persuna milli tuża fl-eżerċizzju tal-kummerċ sinjali jew indikazzjonijiet bħal dawn, sakemm huwa jużahom skond prattika onesta f’materji industrijali jew kummerċjali;. bB’mod partikolari, tali marka ma tistax tiġi invokata kontra terza persuna li jkollha d-dritt li tuża isem ġeografiku.

Artikolu 30

Ö Marki kollettivi Õ

ò ġdid

1. L-Istati Membri għandhom jistipulaw ir-reġistrazzjoni ta’ marki kollettivi.

2. Assoċjazzjonijiet ta’ manifatturi, produtturi, fornituri ta’ servizzi, jew negozjanti li, skont it-termini tal-liġi li tirregolahom, għandhom l-kapaċità li f’isimhom stess ikollhom drittijiet u obbligi ta’ kull xorta, li jidħlu f’kuntratti jew li jwettqu atti ġuridiċi oħra u li jfittxu u li jiġu mfittxa, kif ukoll persuni ġuridiċi irregolati mil-liġi pubblika, jistgħu japplikaw għal marki kollettivi.

3. B’deroga mill-Artikolu 4(1)(c), is-sinjali jew l-indikazzjonijiet li jistgħu jservu, fil-kummerċ, sabiex jindikaw l-oriġini ġeografika tal-merkanzija jew servizzi jistgħu jikkostitwixxu marki kollettivi.

ê 2008/95/KE (adattat)

ÖMarka kollettiva ma għandhiex tintitola lill-proprjetarju li jipprojbixxi parti terza milli tuża fil-kummerċ dawn is-sinjali jew indikazzjonijiet, sakemm huwa jużahom skont il-prattika onesta fl-oqsma tal-industrija u tal-kummerċ. B’mod partikolari, tali marka ma tistax tiġi invokata kontra parti terza li hi intitolata li tuża isem ġeografiku. Õ

ò ġdid

Artikolu 31

Ir-regolamenti li jirregolaw l-użu tal-marka kollettiva

1. Applikant għal marka kollettiva jista’ jippreżenta r-regolamenti li jiggvernaw l-użu tagħhom.

2. Ir-regolamenti li jirregolaw l-użu għandhom jispeċifikaw il-persuni awtorizzati biex jużaw il-marka, il-kundizzjonijiet għal sħubija fl-assoċjazzjoni u l-kundizzjonijiet għall-użu tal-marka inklużi sanzjonijiet. Ir-regolamenti li jirregolaw l-użu ta' marka msemmija fl-Artikolu 30(3) għandhom jawtorizzaw lil kull persuna li l-merkanzija jew servizzi tagħha joriġinaw miż-żona ġeografika in kwistjoni sabiex din issir membru tal-assoċjazzjoni li hija l-proprjetarja tal-marka.

Artikolu 32

Ċaħda tal-applikazzjoni

1. Minbarra r-raġunijiet għaċ-ċaħda ta' applikazzjoni għal trade mark stipulati fl-Artikoli 4 u 5, applikazzjoni għal marka kollettiva għandha tiġi miċħuda meta d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 28(2), 30 jew 31 ma jkunux sodisfatti, jew jekk ir-regolamenti li jirregolaw l-użu jmorru kontra l-ordni pubbliku jew il-prinċipji aċċettati tal-moralità.

2. Applikazzjoni għal marka kollettiva għandha wkoll tiġi miċħuda jekk din tista' tqarraq bil-pubbliku fir-rigward tal-karattru jew sinifikanza tal-marka, b'mod partikolari jekk ikun hemm possibbiltà li din tiftiehem li hija xi ħaġa differenti minn marka kollettiva.

3. L-applikazzjoni ma għandhiex tiġi miċħuda jekk l-applikant, bħala konsegwenza ta' emenda fir-regolamenti li jirregolaw l-użu, jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 33

L-użu ta' marki kollettivi

Ir-rekwiżiti tal-Artikolu 16 għandhom jiġu sodisfati meta l-użu ġenwin ta’ marka kollettiva b'konformità mal-Artikolu 16 isir minn kwalunkwe persuna li għandha awtorità li tużaha.

Artikolu 34

Emenda tar-regolamenti li jirregolaw l-użu tal-marka kollettiva

1. Il-proprjetarju ta’ marka kollettiva għandu jagħti lill-uffiċċju kwalunkwe regolamenti emendati li jirregolaw l-użu.

2. L-emenda għandha tissemma fir-reġistru jekk ir-regolamenti emendati ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-Artikolu 31 jew jinvolvu waħda mir-raġunijiet għal ċaħda msemmija fl-Artikolu 32.

3. L-Artikolu 42(2) għandu japplika għal regolamenti emendati li jirregolaw l-użu.

4. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, l-emendi tar-regolamenti li jirregolaw l-użu għandhom jidħlu fis-seħħ biss mid-data ta' meta referenza għall-emenda titniżżel fir-reġistru.

Artikolu 35

Il-persuni li huma intitolati jiftħu kawża għal ksur

1. L-Artikolu 26(3) u (4) għandhom japplikaw għal kull persuna li għandha awtorità tuża marka kollettiva.

2. Il-proprjetarju ta' marka kollettiva kollettiva għandu jkun intitolat li jitlob kumpens f'isem persuni li għandhom awtorità li jużaw il-marka jekk dawk ikunu sofrew danni b'konsegwenza ta' użu mhux awtorizzat tal-marka.

Artikolu 36

Raġunijiet addizzjonali għar-revoka

Minbarra r-raġunijiet għar-revoka msemmija fl-Artikolu 19 u 20, id-drittijiet tal-proprjetarju ta' marka kollettiva għandhom jiġu revokati fuq applikazzjoni lill-uffiċċju jew abbażi ta' kontrotalba fi proċedimenti ta' ksur għar-raġunijiet li ġejjin:

(a)          il-proprjetarju ma jiħux passi raġonevoli sabiex jipprevjeni li l-marka tintuża b'mod li huwa inkumpatibbli mal-kundizzjonijiet tal-użu stabbiliti fir-regolamenti li jirregolaw l-użu, emendi li, fejn kien xieraq, issemmew fir-Reġistru;

(b)          il-mod kif il-marka ntużat mill-persuni awtorizzati wassal sabiex din tista' tqarraq bil-pubbliku bil-mod msemmi fl-Artikolu 32(2);

(c)          tkun issemmiet emenda fir-reġistru għar-regolamenti li jirregolaw l-użu tal-marka, u dan bi ksur tal-Artikolu 34(2), sakemm il-proprjetarju tal-marka, jikkonforma mar-rekwiżiti ta' dak l-Artikolu billi jemenda ulterjorment ir-regolamenti li jirregolaw l-użu.

Artikolu 37

Raġunijiet addizzjonali għal invalidità

Minbarra r-raġunijiet għal invalidità stipulati fl-Artikoli 4 u 5, marka kollettiva li hija reġistrata bi ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 32 għandha tiġi dikjarata invalida sakemm il-proprjetarju tal-marka, permezz ta' emenda tar-regolamenti li jirregolaw l-użu, jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 32.

Kapitolu 3

Proċeduri

Taqsima 1

Applikazzjoni u reġistrazzjoni

Artikolu 38

Kundizzjonijiet li l-applikazzjonijiet għandhom ikunu konformi magħhom

1. Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark għandu jkun fiha:

(a)          talba għar-reġistrazzjoni,

(b)          informazzjoni li tidentifika lill-applikant,

(c)          lista ta’ merkanzija jew servizzi fir-rigward ta’ liem ir-reġistrazzjoni hija mitluba,

(d)          rappreżentazzjoni tat-trade mark.

2. L-applikazzjoni għal trade mark għandha tkun soġġetta għall-ħlas ta’ miżata tal-applikazzjoni, u fejn xieraq, għal miżata waħda jew iżjed ta’ drittijiet għal kull klassi.

Artikolu 39

Data ta’ preżentazzjoni

1. Id-data ta’ preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal trade mark għandha tkun id-data li fiha jkunu ġew ippreżentati d-dokumenti li jinkludu l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 38 fl-uffiċċju mill-applikant.

2. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-konformità tad-data ta’ preżentazzjoni għandha tkun soġġetta għall-ħlas tal-applikazzjoni bażika jew il-miżata għar-reġistrazzjoni.

Artikolu 40

Ħatra u klassifikazzjoni ta’ merkanzija u servizzi

1. Il-merkanzija u servizzi li hija applikata r-reġistrazzjoni fir-rigward tagħhom għandhom ikunu klassifikati b'konformità mas-sistema ta' klassifikazzjoni stabbilita mill-Ftehim ta' Nizza dwar il-Klassifikazzjoni Internazzjonali ta' Merkanzija u Servizzi għall-Iskopijiet tar-Reġistrazzjoni tal-Marki tal-15 ta' Ġunju 1957 (minn hawn 'il quddiem msemmija bħala l-"Klassifikazzjoni ta' Nizza").

2. Il-merkanzija u s-servizzi li għalihom qed tingħat l-protezzjoni għandhom ikunu identifikati mill-applikant b’biżżejjed ċarezza u preċiżjoni biex jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti u lill-operaturi ekonomiċi, fuq dik il-bażi biss, sabiex jiddeterminaw sa fejn tingħata l-protezzjoni. Il-lista ta’ merkanzija u servizzi għandha tippermetti kull oġġett ikun klassifikat fi klassi waħda biss tal-Klassifikazzjoni ta’ Nizza. 3. Għall-iskopijiet tal-paragrafu 2, l-indikazzjonijiet ġenerali inklużi fl-intestaturi tal-klassi tal-Klassifikazzjoni ta’ Nizza jew termini oħra ġenerali jistgħu jintużaw, sakemm dawn ikunu konformi mal-istandards mitluba ta’ ċarezza u preċiżjoni.

4. L-uffiċċju għandu jirrifjuta l-applikazzjon fir-rigward ta’ termini li mhumiex ċari jew mhumiex preċiżi jekk l-applikant ma jissuġġerix kompożizzjoni aċċettabbli f’perjodu stabbilit mill-uffiċċju għal dan il-għan. Fl-interess taċ-ċarezza u ċ-ċertezza legali, l-uffiċċji b’kooperazzjoni ma’ xulxin għandhom jiġbru lista li tirrifletti l-prattiki amministrattivi tagħhom fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-merkanzija u s-servizzi.

5. L-użu ta’ termini ġenerali, inklużi l-indikazzjonijiet ġenerali tal-intestaturi tal-klassi tal-Klassifikazzjoni ta’ Nizza, għandhom jiġu interpretati bħala li jinkludu l-merkanzija u s-servizzi kollha koperti b'mod ċar mis-sens litterali tal-indikazzjoni jew it-terminu. L-użu ta’ tali termini jew indikazzjonijiet ma għandux ikun interpretat bħala wieħed li jinkludi lment għal merkanzija jew servizzi li ma jistgħux jiġu mifhuma.

6. Meta l-applikant jitlob reġistrazzjoni għal aktar minn klassi waħda, il-merkanzija u s-servizzi għandhom ikunu miġbura skont il-klassijiet tal-klassifikazzjoni ta’ Nizza, kull grupp ikun preċedut min-numru tal-klassi li għaliha jkun jappartjeni l-grupp ta' merkanzija u servizzu ppreżentat fl-ordni tal-klassijiet.

7. Il-klassifikazzjoni ta' prodotti u servizzi għandha sservi esklussivament għal għanijiet amministrattivi. Il-merkanzija u s-servizzi ma għandhomx jitqiesu bħala simili għal xulxin għar-raġuni li dawn jidhru fl-istess klassi skont il-Klassifikazzjoni ta' Nizza, u l-merkanzija u s-servizzi ma għandhomx jitqiesu bħala li ma jkunux simili għal xulxin għar-raġuni li dawn jidhru fi klassijiet differenti skont il-Klassifikazzjoni ta' Nizza.

Artikolu 41

Eżami ex officio

L-uffiċċji għandhom jillimitaw l-eżami tagħhom ex officio dwar jekk applikazzjoni tat-trade mark hijiex eliġibbli għar-reġistrazzjoni għan-nuqqas ta' raġunijiet assoluti għal rifjut stipulati fl-Artikolu 4.

Artikolu 42

Osservazzjonijiet minn partijiet terzi

1. Qabel ir-reġistrazzjoni ta’ trade mark, kull persuna fiżika jew legali u kull grupp jew korp li jirrappreżenta l-manifatturi, il-produtturi, il-fornituri ta' servizzi, in-negozjanti jew il-konsumaturi jista' jagħti lill-Uffiċċju osservazzjonijiet bil-miktub, li jispjegaw għal-liema raġunijiet elenkati fl-Artikolu 4 it-trade mark ma għandhiex tiġi reġistrata ex officio. Dawn ma għandhomx ikunu partijiet fil-proċedimenti quddiem l-uffiċċju.

2. Minbarra r-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 1, kull persuna fiżika jew legali u kull grupp jew korp li jirrappreżenta lill-manifatturi, il-produtturi, il-fornituri ta' servizzi, in-negozjanti jew il-konsumaturi jista' jippreżenta lill-uffiċċju osservazzjonijiet bil-miktub ibbażati fuq ir-raġunijiet partikolari li fuqhom tista' tiġi rifjutata l-applikazzjoni għal marka kollettiva skont l-Artikolu 32(1) u (2).

Artikolu 43

Diviżjoni tal-applikazzjonijiet u r-reġistrazzjonijiet

L-applikant jew il-proprjetarju jistgħu jaqsmu l-applikazzjoni jew ir-reġistrazzjoni ta' trade mark f'applikazzjoni jew reġistrazzjoni waħda jew aktar billi jippreżentaw dikjarazzjoni lill-uffiċċju.

Artikolu 44

Miżati

Ir-reġistrazzjoni u t-tiġdid ta’ trade mark għandu jkun soġġett għal miżata addizzjonali għal kull klassi ta’ merkanzija u servizzi lil hinn mill-ewwel klassi.

Taqsima 2

Proċeduri għal oppożizzjoni, revoka jew invalidità

Artikolu 45

Proċedura ta’ oppożizzjoni

1. L-Istati Membru għandhom jipprovdu proċedura amministrattiva effiċjenti u bil-ħeffa quddiem l-uffiċċji tagħhom għal oppożizzjoni tar-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni ta' trade mark għar-raġunijiet stipulati fl-Artikolu 5.

2. Il-proċeduri amministrattivi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jipprovdu li minn tal-inqas il-proprjetarju ta’ dritt preċedenti msemmi fl-Artikolu 5(2) u (3) għandu jkun jista’ jippreżenta avviż ta’ oppożizzjoni.

3. Il-partijiet għandu jkollhom garantit perjodu ta’ żmien ta’ mill-inqas xahrejn qabel ma jibdew il-proċedimenti ta’ oppożizzjoni sabiex jinnegozjaw il-possibbiltà ta’ ftehim amikevoli bejn il-parti li qed topponi u l-applikant.

Artikolu 46

In-nuqqas ta’ użu bħala difiża fil-proċedimenti ta' oppożizzjoni

1. Fi proċedimenti ta’ oppożizzjoni amministrattiva, meta fid-data ta’ preżentazzjoni jew fid-data ta' prijorità tat-trade mark sussegwenti, il-perjodu ta’ ħames snin li fih it-trade mark preċedenti kellha tintuża b’mod ġenwin kif stipulat fl-Artikolu 16 ikun skada, b'talba tal-applikant, il-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti li ta l-avviż ta’ oppożizzjoni għandu jforni prova li t-trade mark preċedenti kienet intużat għal użu ġenwin kif stipulat fl-Artikolu 16 matul il-perjodu ta’ ħames snin qabel id-data ta' preżentazzjoni jew id-data ta' prijorità tat-trade mark sussegwenti, jew li kien hemm raġunijiet xierqa għan-nuqqas ta’ użu. F'nuqqas ta' provi ta' din ix-xorta, l-oppożizzjoni għandha tiġi rifjutata.

2. Jekk it-trade mark preċedenti tkun intużat f'konnessjoni ma' parti biss mill-merkanzija jew servizzi li għalihom tkun reġistrata, hija għandha, għall-finijiet tal-eżami tal-oppożizzjoni, titqies li hija reġistrata biss f'konnessjoni ma' dik il-parti tal-merkanzija jew servizzi.

3.. Il-paragrafu 1 u 2 għandhom japplikaw meta t-trade mark preċedenti tkun trade mark Ewropea. F’każ bħal dan, l-użu ġenwin tat-trade mark Ewropewa għandu jkun determinat b'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.

Artikolu 47

Proċedura għal revoka jew dikjarazzjoni ta’ invalidità

1. L-Istati Membri għandhom jistipulaw proċedura amministrattiva quddiem l-uffiċċji tagħhom għal revoka jew dikjarazzjoni ta’ invalidità ta’ trade mark.

2. Il-proċedura amministrattiva għal revoka għandha tistipula li t-trade mark għandha tkun revokata skont ir-raġunijiet stipulati fl-Artikoli 19 u 20.

3. Il-proċedura amministrattiva għal invalidità għandhom jistipulaw li t-trade mark għandha tkun dikjarata invalida minn tal-inqas abbażi ta’ dawn ir-raġunijiet:

(a) it-trade mark ma kellhiex tkun reġistrata minħabba li ma tikkonformax mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 4;

(b) it-trade mark ma kellhiex tiġi reġistrata minħabba l-eżistenza ta’ dritt preċedenti skont it-tifsira tal-Artikolu 5(2) u (3);

4. Il-proċedura amministrattiva għandha tistipula li minn tal-inqas dan li ġej għandu jkun suxxettibbli li jippreżenta applikazzjoni għal revoka jew dikjarazzjoni ta’ invalidità.

(a) fil-każ tal-paragrafu 2 u l-punt (a) tal-paragrafu 3, kull persuna fiżika jew legali u kull grupp jew korp imwaqqaf bil-għan li jirrapreżenta l-interessi ta' manifatturi, produtturi, fornituri ta' servizzi, negozjanti jew konsumaturi, u li għandhom il-kapaċità li jfittxu jew li jiġi mfittxija f'isimhom stess skont il-liġi li tirregolahom;

(b) fil-każ tal-punt (b) tal-paragrafu 3, il-proprjetarju ta’ dritt preċedenti msemmi fl-Artikolu 5(2) u (3).

Artikolu 48

In-nuqqas ta’ użu bħala difiża fil-proċedimenti li jfittxu dikjarazzjoni ta’ invalidità

1. Fi proċedimenti amministrattivi għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bbażata fuq trade mark reġistrata b'data ta' preżentazzjoni jew data ta' prijorità preċedenti, jekk il-proprjetarju tat-trade mark sussegwenti jitlob dan, il-proprjetarju tat-trade mark preċedenti għandu jforni prova lim matul il-perjodu ta' ħames snin qabel id-data tal-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' invalidità, it-trade mark preċedenti ntużat b'mod ġenwin kif stipulat fl-Artikolu 16 b'rabta mal-merkanzija jew is-servizzi li hija rreġistrata għalihom u li jikkwota bħala ġustifikazzjoni għall-applikazzjoni tiegħu, jew li kien raġunijiet xierqa għal nuqqas ta' użu, sakemm il-perjodu ta' ħames snin li fih it-trade mark preċedenti kellha tintuża b'mod ġenwin skada fid-data tal-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità.

2. Meta, fid-data ta’ preżentazzjoni jew fid-data ta' prijorità tat-trade mark sussegwenti, il-perjodu ta’ ħames snin li fih it-trade mark preċedenti kellha tintuża b’mod ġenwin kif stipulat fl-Artikolu 16 ikun skada, b'talba tal-applikant, il-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti minbarra li għandu jforni l-prova li mitluba fil-paragrafu 1, iforni prova li t-trade mark kienet intużat għal użu ġenwin matul il-perjodu ta’ ħames snin qabel id-data ta' preżentazzjoni jew id-data ta' prijorità tat-trade mark sussegwenti, jew li kien hemm raġunijiet xierqa għan-nuqqas ta’ użu.

3. Fin-nuqqas ta’ provi msemmija fil-paragrafu 1 u 2, l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità abbażi ta' trade mark preċedenti għandha tkun rifjutata.

4. Jekk it-trade mark preċedenti tkun intużat biss b’konformità mal-Artikolu 16 fir-rigward ta’ parti biss mill-merkanzija jew servizzi li għalihom hija rreġistrata, din għandha titqies, għall-finijiet tal-eżami tal-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità, bħala reġistrata biss fir-rigward ta’ dik il-parti tal-merkanzija jew servizzi.

5. Il-paragrafi 1 u 4 għandhom japplikaw meta t-trade mark preċedenti tkun trade mark Ewropea. F’każ bħal dan, l-użu ġenwin tat-trade mark Ewropea għandu jkun determinat b'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.

Artikolu 49

Konsegwenzi ta' revoka u ta' invalidità

1. Trade mark reġistrata għandha titqies li ma kellhiex, sa mid-data tal-applikazzjoni għal revoka jew tal-kontrotalba, l-effetti speċifikati f’din id-Direttiva, sa fejn id-drittijiet tal-proprjetarju jkunu ġew revokati. Tista' tiġi ffissata data preċedenti meta waħda mir-raġuinijiet għar-revoka tkun seħħet, fid-deċiżjoni b'talba ta' waħda mill-partijiet.

2. Trade mark reġistrata għandha titqies li ma kellhiex, sa mill-bidu, l-effetti speċifikati minn din id-Direttiva, sa fejn it-trade mark tkun ġiet iddikjarata invalida.

Taqsima 3

Tul u tiġdid tar-reġistrazzjoni

Artikolu 50

Tul ta' żmien tar-reġistrazzjoni

1. It-trade marks għandhom jiġu reġistrati għal perjodu ta' 10 snin mid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni.

2. Ir-reġistrazzjoni tista' tiġġedded b’koformità mal-Artikolu 51 għal aktar perjodi ta' 10 snin.

Artikolu 51

Tiġdid

1. Ir-reġistrazzjoni ta' trade mark għandha tiġġedded b'talba tal-proprjetarju tat-trade mark jew ta' kull persuna awtorizzata minnu, sakemm il-miżati għat-tiġdid ikunu tħallsu.

2. L-Uffiċċju għandu jinforma lill-proprjetarju ta' trade mark, u lil kull persuna li jkollha dritt reġistrat fir-rigward tat-trade mark, dwar l-iskadenza tar-reġistrazzjoni biżżejjed qabel l-iskadenza msemmija. Jekk din l-informazzjoni ma tingħatax, dan ma jinvolvix ir-responsabbiltà tal-Uffiċċju.

3. It-talba għat-tiġdid għandha tiġi ppreżentata u l-miżata għat-tiġdid għandha titħallas f'perjodu ta’ żmien ta' sitt xhur li jagħlaq fl-aħħar jum tax-xahar li fih ittemm il-protezzjoni. Fin-nuqqas ta’ dan, it-talba tista’ tiġi ppreżentata f’perjodu ulterjuri ta’ sitt xhur wara l-jum imsemmi fl-ewwel sentenza. Il-miżati ta’ tiġdid u miżati addizzjonali għandhom jitħallsu f’dak iż-żmien ulterjuri.

4. Meta t-talba tiġi ppreżentata jew il-miżati jitħallsu fir-rigward ta' xi wħud mill-merkanzija jew servizzi biss li għalihom it-trade mark tkun irreġistrata, ir-reġistrazzjoni għandha tiġġedded għal dik il-merkanzija jew servizzi biss.

5. It-tiġdid għandu jkollu effett mill-jum ta' wara d-data meta r-reġistrazzjoni eżistenti tiskadi. It-tiġdid għandu jiġi reġistrat u ppubblikat.

Kapitolu 4

Kooperazzjoni amministrattiva

Artikolu 52

Kooperazzjoni fl-oqsma tar-reġistrazzjoni u l-amministrazzjoni ta’ trade mark

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-uffiċċji jikkooperaw ma’ xulxin u mal-Aġenzija sabiex jippromwovu konverġenza ta’ prattiki u għodod biex jiksbu riżultati koerenti fl-eżami u r-reġistrazzjoni ta’ trade marks.

Artikolu 53

Kooperazzjoni f'oqsma oħra

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-uffiċċji jikkooperaw mal-Aġenzija fl-oqsma kollha tal-attivitajiet tagħhom ħlief dawk imsemmija fl-Artikolu 52 li huma rilevanti għall-protezzjoni ta' trade marks fl-Unjoni.

Kapitolu 5

Dispożizzjonijiet finali

ê

Artikolu 54

Traspożizzjoni

1. L-Istati Membri għandhom iġbu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieħa biex ikunu konformi mal-Artikoli 2 sa 6, 8 sa 14, 16, 17, 18, 22 sa 28, u 30 sa 53 mhux aktar tard minn 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Dawn għandhom mingħajr dewmien jipprovdu lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza dwar l-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Dawn għandhom jinkludu stqarrija li referenzi fil-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għad-direttiva li tħassret minn din id-Direttiva għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir tali referenza u kif din l-istqarrija għandha tiġi formulata.

ê 2008/95/KE (adattat)

Artikolu 16

Komunikazzjoni

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali adottati Ö li jadottaw Õ fil-qasam regolat minn din id-Direttiva.

Artikolu 1755

Tħassir

Id-Direttiva 89/104/KEE Ö 2008/95 Õ , kif emendata mid-Deċiżjoni elenkata fil-Parti A ta’ l-Anness I hija b’dan imħassra Ö b’effett minn [jum wara d-data stabbilita fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 54(1) ta’ din id-Direttiva] Õ , mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri relattivament għal-limitu ta’ żmien, indikat fil-Anness I, Parti B tal-Anness I tad-Direttiva 2008/95/KE, għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali ta’ dik id-Direttiva.

ê 2008/95/KE

Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 1856

Dħul fis-seħħ

ê 2008/95/KE

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ê

L-Artikoli 1, 7, 15, 19, 20, 21 u 54 sa 57 għandhom japplikaw minn [jum wara d-data stabbilita fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 54(1) ta’ din id-Direttiva].”

ê 2008/95/KE

Artikolu 1957

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew                           Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

ê 2008/95/KE (adattat)

ANNESS I

PARTI A

Direttiva mħassra flimkien ma’ l-emenda tagħha

(imsemmija fl-Artikolu 17)

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE || (ĠU L 40, ta’ l-11.2.1989, p. 1)

Deċiżjoni tal-Kunsill 92/10/KEE || (ĠU L 6, ta’ l-11.1.1992, p. 35)

PARTI B

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

(imsemmija fl-Artikolu 17)

Id-Direttiva. || Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

89/104/ KEE || It-31 ta’ Diċembru 1992

ê 2008/95/KE (adattat)

ANNESS II

Tabella ta’ korrelazzjoni

Id-Direttiva 89/104/KEE || Id-Direttiva preżenti

Artikolu 1 || Artikolu 1

Artikolu 2 || Artikolu 2

Artikolu 3(1)(a) sa (d) || Artikolu 3(1)(a) sa (d)

Artikolu 3(1)(e) kliem introduttorju || Artikolu 3(1)(e) kliem introduttorju

Artikolu 3(1)(e) l-ewwel inċi# || L-Artikolu 3(1)(e)(i)

Artikolu 3(1)(e) it-tieni inċi# || L-Artikolu 3(1)(e)(ii)

Artikolu 3(1)(e) it-tielet inċi# || L-Artikolu 3(1)(e)(iii)

Artikolu 3(1)(f), (g) u (h) || Artikolu 3(1)(f), (g) u (h)

l-Artikolu 3(2), (3) u (4) || l-Artikolu 3(2), (3) u (4)

Artikolu 4 || Artikolu 4

Artikolu 5 || Artikolu 5

Artikolu 6 || Artikolu 6

Artikolu 7 || Artikolu 7

Artikolu 8 || Artikolu 8

Artikolu 9 || Artikolu 9

Artikolu 10 (1) || Artikolu 10(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 10 (2) || Artikolu 10(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 10 (3) || Artikolu 10 (2)

Artikolu 10 (4) || Artikolu 10 (3)

Artikolu 11 || Artikolu 11

Artikolu 12(1), l-ewwel sentenza || Artikolu 12(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 12(1), it-tieni sentenza || Artikolu 12(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 12(1) it-tielet sentenza || Artikolu 12(1), it-tielet subparagrafu

Artikolu 12 (2) || Artikolu 12 (2)

Artikolu 13 || Artikolu 13

Artikolu 14 || Artikolu 14

Artikolu 15 || Artikolu 15

Artikolu 16(1) u (2) || —

Artikolu 16 (3) || Artikolu 16

— || Artikolu 17

— || Artikolu 18

Artikolu 17 || Artikolu 19

— || Anness I

— || Anness II

é

ANNESS

Tabella ta' korrelazzjoni

Id-Direttiva 2008/95/KE || Id-Direttiva preżenti

L-Artikolu 1 || L-Artikolu 1

--- || L-Artikolu 2

L-Artikolu 2 || L-Artikolu 3

L-Artikolu 3(1) minn (a) sa (h) || L-Artikolu 4(1) minn (a) sa (h)

--- || L-Artikolu 4(1)(i) u (j)

--- || L-Artikolu 4(2) u (3), l-ewwel sentenza

L-Artikolu 3(2) minn (a) sa (c) || L-Artikolu 4(4) minn (a) sa (c)

L-Artikolu 3(2)(d) L-Artikolu 3(3), l-ewwel sentenza L-Artikolu 3(3), it-tieni sentenza L-Artikolu 4(1) u (2) L-Artikolu 4(3) u (4)(a) --- L-Artikolu 4(4)(g) --- L-Artikolu 4(4)(b) u (c) L-Artikolu 4(4) minn (d) sa (f) L-Artikolu 4(5) u (6) --- L-Artikolu 5(1), l-ewwel sentenza introduttorja L-Artikolu 5(1), it-tieni sentenza introduttorja L-Artikolu 5(1)(a) u (b) L-Artikolu 5(2) L-Artikolu 5(3) minn (a) sa (c) --- L-Artikolu 5(3)(d) --- --- L-Artikolu 5(4) u (5) --- --- --- L-Artikolu 6(1) minn (a) sa (c) --- L-Artikolu 6(2) L-Artikolu 7 L-Artikolu 8(1) u (2) --- L-Artikolu 9 L-Artikolu 10(1), l-ewwel subparagrafu --- L-Artikolu 10(1), it-tieni subparagrafu L-Artikolu 10(2) L-Artikolu 10(3) L-Artikolu 11(1) L-Artikolu 11(2) L-Artikolu 11(3) L-Artikolu 11(4) --- L-Artikolu 12(1), l-ewwel subparagrafu L-Artikolu 12(1), it-tieni subparagrafu L-Artikolu 12(1), it-tielet subparagrafu L-Artikolu 12(2) L-Artikolu 13 L-Artikolu 14 --- --- --- L-Artikolu 15(1) L-Artikolu 15(2) --- L-Artikolu 16 L-Artikolu 17 L-Artikolu 18 L-Artikolu 19 || L-Artikolu 4(3), it-tieni sentenza L-Artikolu 4(5) L-Artikolu 4(6) L-Artikolu 5(1) u (2) L-Artikolu 5(3)(a) L-Artikolu 5(3)(b) L-Artikolu 5(3)(c) L-Artikolu 5(3)(d) L-Artikolu 5(4)(a) u (b) --- L-Artikolu 5(5) u (6) L-Artikolu 8 L-Artikolu 10(1) L-Artikolu 10(2), il-frażi introduttorja L-Artikolu 10(2)(a) u (b) L-Artikolu 10(2) L-Artikolu 10(3) minn (a) sa (c) L-Artikolu 10(3)(d) L-Artikolu 10(3)(e) L-Artikolu 10(3)(f) L-Artikolu 10(4) u (5) L-Artikolu 10(6) u (7) L-Artikolu 11 L-Artikolu 12 L-Artikolu 13 L-Artikolu 14(1) minn (a) sa (c) L-Artikolu 14(2) L-Artikolu 14(3) L-Artikolu 15 L-Artikolu 26(1) u (2) L-Artikolu 26 minn (3) sa (5) L-Artikolu 9 L-Artikolu 16(1) Artikolu 16(2) u (3) L-Artikolu 10(4) Artikolu 10 (5) --- L-Artikolu 48 minn (1) sa (3) L-Artikolu 46(1) L-Artikolu 17 L-Artikolu 17, 46(2) u l-Artikolu 48(4) L-Artikolu 18 L-Artikolu 19(1) L-Artikolu 19(2) L-Artikolu 19(3) L-Artikolu 20 L-Artikolu 7 u l-Artikolu 21 L-Artikolu 6 L-Artikoli minn 22 sa 25 L-Artikolu 27 L-Artikolu 28 29(1) u (2) L-Artikolu 29(3) L-Artikoli minn 30 sa 54[1] L-Artikolu 54(2) L-Artikolu 55 L-Artikolu 56 L-Artikolu 57

_____________

[1]               Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Kompetittività tal-21 u t-22 ta’ Mejju 2007, Dokument tal-Kunsill 9427/07.

[2]               Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, COM(2008) 394 finali tas-26 ta’ Ġunju 2008.

[3]               COM(2008) 465 finali tas-16 ta’ Lulju 2008.

[4]               COM(2010) 546 finali tas-6 ta’ Ottubru 2010.

[5]               COM(2011) 287 finali, tal-24 ta’ Mejju 2011, Suq Uniku għad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali: Li jagħti spinta lill-kreattivita u l-innovazzjoni sabiex jipprovdi tkabbir ekonomiku, impjiegi ta' kwalita għolja u prodotti u servizzi tal-ogħla livell fl-Ewropa.

[6]               Ara l-istudju finali tal-MPI, inklużi l-annessi, fuq at http://KE.europa.eu/internal_market/indprop/tm/index_en.htm.

[7]               Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Kompetittività tal-25 ta’ Mejju 2010 dwar ir-reviżjoni futura tas-sistema tal-Marki Kummerċjali fl-UE.

[8]               ĠU L 336, 23.12.1994, p. 213.

[9]               Opinjoni ta’ AG Jääskinen fil-Kawża C-323/09, Interflora, paragrafu 9       .

[10]             Sentenza tal-11 ta’ Settembru 2007, Kawża C-17/06, Céline, KER I-07041.

[11]             ĠU L 376, 27.12.2006, p. 21.

[12]             Sentenza tal-1 ta’ Diċemrbu 2011, Kawżi C-446/09 Philips u C-495/09 Nokia.

[13]             Stqarriji konġunti mill-Kunsill u mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej daħlu fil-minuti tal-laqgħa tal-Kunsill, fl-ewwel Direttiva tal-Kunsill li tqarreb għal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-marki kummerċjali adottati fil-21 ta' Diċembru 1998.

[14]             B'mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 510/2006 (prodotti agrikoli), ĠU L 93, 31.3.2008, p. 12; Ir-Regolament (KE) Nru 479/2008 (inbejjed), ĠU L 148, 6.6.2008, pp. 1; u r-Regolament (KE) Nru 110/2008 (spirti), ĠU L 39, 13.2.2008, pp. 16.

[15]             Sentenza tad-19 ta’ Ġunju 2012, Kawża C-307/10, “IP Translator”.

[16]               ĠU C […], […], p. […].

[17]               ĠU L 40 299, 11.2.1989 8.11.2008, p. 1 25.

[18]               Ara l-Anness I, Parti A.

[19]               ĠU L 78, 24.3.2009, p. 1.

[20]               COM(2008) 465.

[21]               ĠU C 140, 29.5.2010, p. 22.

[22]               COM(2011) 287.

[23]               ĠU L 336, 23.12.1994, p. 213.

[24]               ĠU L 376, 27.12.2006, p. 21.

[25]             ĠU L 11, 14.1.1994, p. 1.

Top