EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52010IP0318
European Year of Combating Violence against Women Declaration of the European Parliament of 9 September 2010 on establishing a European Year of Combating Violence against Women
Id-dikjarazzjoni ta’ sena Ewropea għall-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tad- 9 ta’ Settembru 2010 dwar id-dikjarazzjoni ta’ sena Ewropea għall-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa
Id-dikjarazzjoni ta’ sena Ewropea għall-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tad- 9 ta’ Settembru 2010 dwar id-dikjarazzjoni ta’ sena Ewropea għall-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa
OJ C 308E, 20.10.2011, p. 89–89
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
20.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 308/89 |
Il-Ħamis 9 ta’ Settembru 2010
Id-dikjarazzjoni ta’ sena Ewropea għall-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa
P7_TA(2010)0318
Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Settembru 2010 dwar id-dikjarazzjoni ta’ sena Ewropea għall-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa
2011/C 308 E/18
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-Artikolu 123 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
A. |
billi l-frażi “vjolenza fuq in-nisa” tfisser kull att ta’ vjolenza bbażat fuq is-sess u li jikkawża jew jista’ jikkawża preġudizzju jew tbatija fiżika, sesswali jew psikoloġika lin-nisa, inkluż is-sempliċi theddida ta’ tali atti, l-isfurzar jew iċ-ċaħda arbitrarja tal-libertà, kemm fil-ħajja pubblika kif ukoll fil-ħajja privata, |
B. |
billi l-vjolenza fuq in-nisa hija ostakolu ewlieni għall-ugwaljanza bejn is-sessi u tikkostitwixxi wieħed mill-ksur tad-drittijiet tal-bniedem l-aktar frekwenti, irrispettivament mill-barrieri ġeografiċi, ekonomiċi, kulturali jew soċjali, |
C. |
billi din hija problema serja fl-Unjoni, fejn 20 jew 25 % tan-nisa għaddew minn vjolenza fiżika matul il-ħajja adulta tagħhom u fejn aktar minn 10 % tan-nisa kienu vittmi ta’ vjolenza sesswali, |
D. |
billi l-Parlament kemm-il darba talab li tiġi ddikjarata sena Ewropea għall-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa, partikolarment waqt l-adozzjoni tar-riżoluzzjoni tiegħu dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-2009, |
1. |
jinsisti dwar il-fatt li l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa hija importanti biex tintlaħaq ugwaljanza bejn is-sessi; |
2. |
jitlob lill-Kummissjoni biex tiddikjara, fil-ħames snin li ġejjin, sena Ewropea għall-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa; |
3. |
jitlob lill-President tiegħu biex jibgħat din id-dikjarazzjoni, flimkien mal-isem tal-firmatarji (1), lill-Kummissjoni. |
(1) Il-lista tal-firmatarji hija ppublikata fl-Anness 2 tal-Minuti tad-9 ta’ Settembru 2010 (P7_PV(2010)09-09(ANN2)).